gilju rebbieh marzu 2011

12
il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 20 Marzu 2011 L-istand tas-Soċjetà ġewwa l-Valletta Waterfront matul wirja nazzjonali tal-ar - mar li saret mill-Għaqda Nazzjoni tal-Armar tal-Festi fit-Toroq. » Aktar f’paġna 2 Is-Sena tal- Kummissjoni Żgħażagħ Kif ħabbarna fl-aħħar ħarġa ta’ din il- gazzetta, matul din is-sena l-Kummiss- joni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà qed tiċċelebra l-15-il anniversarju mit-twaq- qif tagħha lura fis-sena 1996. Kien propju minħabba f’hekk li l-istess Kummissjoni nhediet programm ta’ attivitajiet kull xa- har b’dan l-għan, bil-qofol jintlaħaq fix- xahar ta’ Lulju matul il-ġranet tal-festa titulari. Kif kien xieraq, iċ-ċelebrazzjonijiet infetħu nhar is-Sibt 8 ta’ Jannar permezz ta’ quddiesa fil-Knisja Parrokkjali li ġiet animata mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ stess. » 3 Taħditiet kulturali fi Sqallija B’mod esklussiv nistgħu niżvelaw fuq din il-gazzetta li matul dan ix-xahar seħħew taħditiet ġewwa Sqallija minn dele- gazzjoni tas-Soċjetà dwar possibiltà ta’ skambju kulturali bejn is-Soċjetà tagħna u s-Soċjetà Bandistika kif ukoll il-Kumitat tal-Festa ta’ San Ġużepp ġewwa r-raħal ta’ Valguarnera Caropepe fil-provinċja ta’ Enna fi Sqallija, l-Italja. Fil-fatt, f’dan ir- raħal jiċċelebraw bi kbir il-festa ad unur San Ġużepp kull sena fid-19 ta’ Marzu, kif isejħulha huma “La Festa di San Giuseppe più bella in Sicilia!” (l-isbaħ festa ta’ San Ġużepp fi Sqallija). Id-delegazzjoni tas- Soċjetà kienet magħmula mill-President Noel Mallan, is-Segretarju Duncan Brin- cat, id-Delegat tal-Banda Mario Attard u l-membru Etienne Camilleri. Matul din il-mawra ġew diskussi bosta aspetti differenti li nsibu fiż-żewġ festi, iżda bis-sehem komuni tal-banda. Minbarra l-laqgħat, id-delegazzjoni ħadet sehem ukoll f’quddiesa tan-novena tal-festa, fejn kienu l-mistiedna distinti. Aktar det- talji dwar din iż-żjara se jingħataw fil- pubblikazzjoni annwali tal-festa matul Lulju 2011. ĠR

Upload: sagra-familja

Post on 27-Mar-2016

270 views

Category:

Documents


4 download

DESCRIPTION

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

TRANSCRIPT

Page 1: Gilju Rebbieh Marzu 2011

il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 20 Marzu 2011

L-istand tas-Soċjetà ġewwa l-Valletta Waterfront matul wirja nazzjonali tal-ar-mar li saret mill-Għaqda Nazzjoni tal-Armar tal-Festi fit-Toroq. » Aktar f’paġna 2

Is-Sena tal-Kummissjoni ŻgħażagħKif ħabbarna fl-aħħar ħarġa ta’ din il-gazzetta, matul din is-sena l-Kummiss-joni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà qed tiċċelebra l-15-il anniversarju mit-twaq-qif tagħha lura fis-sena 1996. Kien propju minħabba f’hekk li l-istess Kummissjoni nhediet programm ta’ attivitajiet kull xa-har b’dan l-għan, bil-qofol jintlaħaq fix-xahar ta’ Lulju matul il-ġranet tal-festa titulari.

Kif kien xieraq, iċ-ċelebrazzjonijiet infetħu nhar is-Sibt 8 ta’ Jannar permezz ta’ quddiesa fil-Knisja Parrokkjali li ġiet animata mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ stess. » 3

Taħditiet kulturali fi SqallijaB’mod esklussiv nistgħu niżvelaw fuq din il-gazzetta li matul dan ix-xahar seħħew taħditiet ġewwa Sqallija minn dele-gazzjoni tas-Soċjetà dwar possibiltà ta’ skambju kulturali bejn is-Soċjetà tagħna u s-Soċjetà Bandistika kif ukoll il-Kumitat tal-Festa ta’ San Ġużepp ġewwa r-raħal ta’ Valguarnera Caropepe fil-provinċja ta’ Enna fi Sqallija, l-Italja. Fil-fatt, f’dan ir-

raħal jiċċelebraw bi kbir il-festa ad unur San Ġużepp kull sena fid-19 ta’ Marzu, kif isejħulha huma “La Festa di San Giuseppe più bella in Sicilia!” (l-isbaħ festa ta’ San Ġużepp fi Sqallija). Id-delegazzjoni tas-Soċjetà kienet magħmula mill-President Noel Mallan, is-Segretarju Duncan Brin-cat, id-Delegat tal-Banda Mario Attard u l-membru Etienne Camilleri. Matul

din il-mawra ġew diskussi bosta aspetti differenti li nsibu fiż-żewġ festi, iżda bis-sehem komuni tal-banda. Minbarra l-laqgħat, id-delegazzjoni ħadet sehem ukoll f’quddiesa tan-novena tal-festa, fejn kienu l-mistiedna distinti. Aktar det-talji dwar din iż-żjara se jingħataw fil-pubblikazzjoni annwali tal-festa matul Lulju 2011. ĠR

Page 2: Gilju Rebbieh Marzu 2011

b’għajnejhom stess ir-reqqa li biha ġie maħdum dan it-taraġ, li meta jkun lest minn kollox, se jagħti dehra mill-isbaħ lis-sede tas-Soċjetà.

Ftit tal-ġimgħat ilu, Mario Vassallo ppreżenta lill-Kumitat Ċentrali l-pjanta proposta għall-bar counter, fuq ideja oriġinali tad-disinjatur Mario Cassar. Bħalissa jinsabu għaddejjin diskuss-jonijiet f’dan ir-rigward, filwaqt li inbeda l-proċess ta’ ġbir ta’ stimi għall-ħidma ta’ karpenterija. Fl-istess ħin għaddejja ħidma biex jitlesta l-aħħar xogħol pen-denti fuq il-bitħa wara li tqiegħed it-tank tal-ilma minn Joseph Persico. ĠR

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 20112 Aħbarijiet

Matul l-aħħar tliet xhur kompliet il-ħidma bla waqfien fuq il-proġett tal-bar area tas-sede tas-Soċjetà. Fix-xahar ta’ Diċembru, il-membru Chris Farrugia qiegħed is-suffett taż-żewġ toilets, li bl-installazzjoni tad-dawl minn Jesmond Stivala issa ġew kompluti minn kollox. Għall-ewwel darba dawn iż-żewġ toilets ġew mgħammra b’sistema ta’ sensors, biex b’hekk jixgħelu u jintfew b’mod aw-tomatiku kif persuna tidħol u toħroġ ġo fihom.

Sadanittant, matul ix-xahar ta’ Jannar bdew jinġabru l-istimi għall-bieb tal-bitħa u t-tieqa tat-toilet mingħand ditti tal-aluminium. Permezz ta’ konsultazzjo-ni mad-disinjatur, ġie deċiż li jintuża aluminium modern b’sistema trialco, u b’kulur abjad. Wara diskussjonijiet fil-

Kumitat Ċentrali u ftuħ tal-istima, intgħażlet l-offerta ta’ Anthony Marmara minn Ħaż-Żabbar. L-alumini-um tqiegħed f’postu lejn l-aħħar tax-xahar ta’ Frar.

Fl-istess perjodu, matul ix-xahar ta’ Diċembru, Rabat Marbles bgħatu la-vrant sabiex jieħu l-qisien u l-mollijiet tat-taraġ sa-biex jinbeda l-proċess ta’ qtugħ tal-irħam. L-irħam kollu beda jitqiegħed f’postu matul ix-xahar ta’ Jannar, sakemm finalment il-proċess ġie fit-tmiem

Sehem f’Wirjiet Nazzjonali» 1 Hija prerogattiva tas-Soċjetà li, fejn hu possibbli, ma titlef l-ebda opportunità li tieħu sehem f’wirjiet jew ċelebrazzjonijiet madwar il-gżejjer Maltin, fejn permezz t’hekk tkompli tirrapreżenta lir-raħal tagħna. Dan isir bosta drabi f’diversi każini madwar Malta kollha permezz ta’ wirjiet ta’ standardi, fejn is-Soċjetà tieħu sehem permezz tal-istandard tagħha. Iżda xi drabi l-parteċipazzjoni tkun tin-volvi anki biċċiet tal-armar, kif kien il-każ fil-wirja li saret ġewwa l-Power House l-antika fil-Valletta Waterfront.

Din il-wirja, l-ewwel waħda tax-xorta tagħha organizzata mill-Għaqda Naz-

Soċji ĠoddaMatul dawn ix-xhur, il-Kumitat Ċentrali jinsab qed jiġbor il-menswalità tas-soċji, filwaqt li tingħata t-tessera ta’ sħubija għas-sena 2011. Fi stqarrija, il-Kumi-tat ħeġġeġ lill-membri kollha sabiex jaġġornaw il-pożizzjoni tagħhom, fil-waqt li avża wkoll li l-persuna respon-sabbli mill-menswalità huwa l-Assistent Kaxxier Paul Persico. Sadanittant, il-partitarji kollha qed jiġu mħeġġa sabiex jinkitbu bħala soċji f’din l-ewwel soċjetà Kalkariża. Applikazzjonijiet jistgħu jink-isbu mingħand l-Assistent Kaxxier, jew mis-sede tas-Soċjetà. Il-ħlas dovut huwa biss ta’ €7 fis-sena. ĠR

zjonali Armar tal-Festi fit-Toroq, tnehdiet bħala vetrina tal-armar fil-festi Maltin. Infetħet b’mod uffiċċjali mis-Segretarju Parlamentari Dr. Mario Demarco, nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Frar, fejn faħħar ħafna din l-inizjattiva, kif ukoll l-istand li tellgħet l-Għaqda tal-Armar tas-Soċjetà. Filfatt kulħadd baqa’ impressjonat bil-kobor ta’ bandalora bil-pittura li dehret minn madwar is-sala kollha.

Fi stqarrija, il-Kumitat Ċentrali faħħar din l-inizjattiva tal-Għaqda Nazzjonali tal-Armar, b’mod speċjali l-ħidma tal-kumitat tagħha mmexxi mill-President Dr. Godfrey Farrugia. ĠR

L-irħam tat-taraġ fin-nofs tond li jagħti għall-ewwel su-lar, lest u mqiegħed biz-zukklatura. Tidher ukoll waħda

minn żewġ niċeċ mibnija fil-ħajt li qed idawru t-taraġ.

Ikompli l-Proġett tal-Każin...

lejn l-aħħar tax-xahar ta’ Frar. Kienu bosta dawk il-membri li ġew jevalwaw

Il-pjanta proposta tal-bar counter, disinn ta’ Mario Vassallo fuq approvazzjoni u ideja oriġinali tad-designer Mario Cassar.

Page 3: Gilju Rebbieh Marzu 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2011 Aħbarijiet 3

Programm dehen ta’ attivitajiet» 1 Madankollu, l-iskop prinċipali ta’ dawn l-attivitajiet mhuwiex biss dak ta’ ċelebrazzjoni kollettiva, iżda sabiex titrawwem kuxjenza soċjali fost iż-żgħażagħ stess. Kien b’dan l-għan li f’Jannar stess saret sejħa sabiex grupp sabiħ ta’ żgħażagħ marru jagħtu d-demm, filwaqt li matul ix-xahar ta’ Marzu infetħet skema mill-Kummissjoni Żgħażagħ sabiex jinġabru d-dettalji ta’ dawk kollha li għandhom ix-xewqa li wara mewthom iħallu l-organi tagħhom u b’hekk ikunu jistgħu isalvaw il-ħajja ta’ ħaddieħor. Fi stqarrija l-Kummiss-joni Żgħażagħ qed tappella lil dawk kollha li jixtiequ jagħmlu dan sabiex

anniversarju, filwaqt li bħalissa għaddejja ħidma ma taqta’ xejn fuq il-proġett tal-kolonna ta’ San Ġużepp li mistennija tkun mitmuma bi skultura fl-injam, indu-ratura u irħamar sal-festa ta’ din is-sena. Ma jonqosx lanqas li qed isiru prepara-

menti għal żewġ attivitajiet kbar, waħda f’Mejju u l-oħra f’Settembru, liema det-talji se jingħataw fil-ġranet li ġejjin. Il-Kummissjoni Żgħażagħ fi stqarrija ap-pellat lill-partitarji sabiex ikomplu jkunu ġenerużi fil-ġbir li qed isir. ĠR

Żgħażagħ jagħtu d-demm ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm f’Jannar 2011.

jieħdu kopja tal-applikazzjoni mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand xi membru tal-istess Kummissjoni.

Sadanittant, ġie kkummissjonat Jeremy Cachia sabiex jiddisinja logo għal dan l-

Il-logo uffiċjali ddisinjat minn Jeremy Cachia.

Page 4: Gilju Rebbieh Marzu 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 20114 Editorjal

Il-Famuż Dokument!Nistħajjel lil bosta membri u partitarji tas-Soċjetà jistaqsu: fiex wasal il-famuż “do-kument ta’ konsultazzjoni” li kien inħareġ għall-ewwel darba matul is-sena 2009? Dak l-istess dokument li ried ipoġġi bos-ta klawsoli ġodda fil-ħajja ta’ kuljum tal-festi, fosthom bil-proposti tal-inventarju tal-armar, li ma jsirx armar ġdid iżjed, u t-tmiem taċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mall-ħruġ min-niċċa, fost l-oħrajn.

Ta’ min ninfurmawkom li l-proċess ta’ konsultazzjoni għadu għaddej, b’mod speċjali mal-għaqdiet nazzjonali, jiġifieri l-Għaqda Każini tal-Banda, l-Għaqda Nazzjonali Armar tal-Festi fit-Toroq u l-Għaqda Piroteknika. Is-Soċjetà tagħna s’issa attendiet kull laqgħa li ġiet imsejħa minn dawn l-għaqdiet nazzjonali fejn ġie diskuss dan id-dokument, u għalkemm id-diskussjoni dwaru għadha għaddejja, jidher li fir-riżultat se jkun hemm żvolta pożittiva. Biss f’dan ir-rigward irridu nħallu ż-żmien jgħaddi u naraw eżatt x’joħroġ min-naħa tal-Kurja. Meta se jiġi ppubblikat id-dokument ma nafux; imma huwa hawn biss li nkunu ċerti x’ġara u ma ġara.

Madankollu, xtaqt bħala Editur ta’ din il-gazzetta, nressaq quddiemkom għeżież qarrejja xi punti għad-diskussjoni dwar l-atteġjament tal-Kurja f’diversi festi, fosthom anki f’tagħna, matul l-aħħar snin. Nibda billi nsemmi l-atteġjament ta’ “aħna u huma”, fejn il-Kurja matul

iż-żmien saħqet li l-organizzazzjoni tal-festa hi f’idejha, filwaqt li l-għaqdiet l-oħra huma biss “mistiedna” jew inkella jieħdu sehem biss fl-organizzazzjoni. Ejjew inkunu realistiċi, u nħarsu lejn di-versi festi madwar il-gżejjer Maltin. Mal-ewwel nindunaw li ħafna drabi l-organ-izzaturi prinċipali tal-festi huma l-każini flimkien mall-Parroċċa. X’sens fiha festa li mhux organizzata flimkien bħala raħal sħiħ? Kif tista’ tkun “mistieden” ġewwa festa li kważi kollox tieħu ħsieb int, inkluż il-finanzjament tagħha?

Punt ieħor ta’ riflessjoni huwa dwar il-penali li jekk jiġri xi ħaġa f’xi festa par-tikolari, il-Kurja ċċaħħad lill-poplu nis-rani milli jkun jista’ joħroġ purċissjoni bil-vara titulari jew dik li tkun qed issir festa għaliha! Din ġrat fir-raħal tagħna fis-sena 2002, u tajjeb li dan nibqgħu niftakruh. L-istess ħaġa ġrat fi rħula oħra fl-aħħar snin ukoll. Possibbli ħadd ma jinduna li purċissjoni jew festa ta’ ġewwa m’għandiex x’taqsam ma’ oġġett ħażin li sar fuq barra? Li jieqaf marċ partikolari minħabba n-nuqqas ta’ żamma ta’ ordni pubblika huwa xi ħaġa raġunata. Imma li twaqqaf xi parti mil-liturġija jew funzjoni oħra para-liturġika, li bil-kontra għandha l-funzjoni li tgħaqqad ir-raħal, nemmen li ma jagħmel ebda sens. Jidher ċar li l-uniku skop wara dan kollu hu “l-kastig” li l-Kurja tista’ tagħti: agħmel li ngħidlek inkella l-vara ma toħroġx!

U dan għandu jġagħlna nirriflettu: mill-1974 bil-kostituzzjoni tar-Repubblika, il-festi ta’ barra ġew jaqgħu b’mod dirett taħt il-liġi ċivili. Hija l-pulizija li, afdata mil-liġi tal-pajjiż, tista’ tasal biex tikkon-templa kastig jew penali fuq marċ jew oġġett ieħor matul il-festa li ma jkunx konformi mal-ordni pubblika. Il-Kurja ta’ Malta m’għandiex ġurisdizzjoni fuq it-toroq jew dak li jsir b’mod estern. Allura, għażiż qarrej, taħseb li għadu ż-żmien li nbeżżgħu bl-istatwa? Mhux aħjar li, raħal raħal, induru madwar mejda u jekk hemm affarijiet li hemm bżonn li jiġu rranġati, jiġu diskussi hemm? Id-diskuss-joni hija żgur aħjar milli timponi! ĠR

Duncan Brincat

Karikatura Andrew Cilia15-il sena nifjorixxu bħall-ġilju.

Leħen l-Ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża.

Pubblikazzjoni ta’Circolo San Giuseppe

Filarmonika Sagra FamiljaKalkara A.D. 1897

80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara KKR1233Tel: (+356) 27352789

Email: [email protected]: www.sagrafamilja.org

Bord EditorjaliDuncan Brincat

Andrew Cilia

RitrattiMill-Arkivji

ArtikolistiDuncan BrincatBrady Bugeja

Etienne CamilleriAndrew Cilia

Patri Deo DebonoRyan Fava

Kathleen Grima

Stampat fl-istamperijaBestprint Ltd., Qrendi

Setting, Produzzjoni u Dritt tal-KopjaIMI Publications

Page 5: Gilju Rebbieh Marzu 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2011 Storja 5

Fergħa Żgħażagħ fl-1949 Għalkemm il-Kummissjoni Żgħażagħ preżenti ġiet imwaqqfa fis-sena 1996, kien nhar l-Erbgħa 24 ta’ Awwissu 1949 meta s-Segretarju tas-Soċjetà Joseph Gauci, matul Seduta tal-Kumitat, ippro-pona sabiex tiġi mwaqqfa fis-Soċjetà fergħa taż-żgħażagħ. Huwa ippropona sabiex din “il-għaqda ta’ ġuvnotti” ta’ bejn ħmistax u tmintax-il sena, tkun magħrufha bħala “Fergħa Ġuvenili”, bl-iskop li “ntellgħu liż-żgħażagħ tagħna bi prinċipji soċjali u reliġjużi, u fl-aħħar nett li jkun il-ħarsien ta’ din l-għaqda għaż-żmien li ġej.”

L-aħħar tas-snin 40 kienu kkaratterizzati minn bidu ġdid, assoċjat b’mod speċjali maż-żminijiet ta’ wara l-gwerra. Propju fl-1949 waslet fil-Kalkara l-istatwa titulari ta’ San Ġużepp, xogħol l-istatwarju Fer-dinand Stuflesser, u dan ċertament li ġab aspettattivi kbar anki fi ħdan is-Soċjetà.

Dan jidher anki b’sens ta’ kontinwità, fejn il-Kumitat tas-Soċjetà ħass il-bżonn li jinkludi fi ħdanu żgħażagħ li mhux biss jagħtu ħajja ġdida, iżda wkoll li jkunu jfissru impenn lejn il-ġejjieni tal-istess Soċjetà.

Din il-proposta ġiet sekondata mill-membru Salvatore Ventura, filwaqt li l-membru Giovanni Borg staqsa jekk din il-proposta hix skont il-liġi, fejn is-Segretarju spjega li dawn iż-żgħażagħ ma jkunux meqjusa bħala soċji u lanqas iħallsu l-menswalità. George Ventura, membru ieħor tal-istess Kumitat, stqarr li proposta bħal din l-aħjar li titressaq qud-diem il-laqgħa ġenerali fejn jitlaqqgħu s-soċji propjetarji kollha. Is-Segretarju sostna li din kienet l-intenzjoni finali tiegħu, iżda qabel xtaq jara jekk il-Kumi-tat jaqbilx ma’ din il-proposta.

Għaldaqstant, il-President Victor Kent għadda din il-proposta għall-votazzjoni tal-Kumitat, fejn din għaddiet b’mod unanimu. Victor Kent talab sabiex is-seduta li jmiss tkun waħda tal-propjetarji, filwaqt li l-Kaxxier Carmelo Fava propona li din issir matul ix-xahar ta’ wara, nhar it-Tnejn 5 ta’ Settembru 1949. Matul din is-seduta, ħadd ma’ oġġezzjona għal din il-

proposta, tant li fis-seduta tal-Kumitat li nżammet nhar it-Tnejn 12 ta’ Settembru 1949, ġie diskuss abbozz ta’ regolamenti għall-”Fergħa Ġuvenili”, kif ġej:

Artiklu 1: George Ventura ippropona li ġuvnotti bejn il-15 u t-18-il sena jistgħu jkunu affiljati fiċ-Circolo San Giuseppe u magħrufa b’ “Fergħa Ġuvenili”, sekonda-ta minn Joseph Gauci.

Artiklu 2: Antonio Barbara ippropona li l-affiljati tal-”Fergħa Ġuvenili” irid ikoll-hom il-kunsens tal-ġenituri jew ta’ min jieħu ħsieb it-trobbija tagħhom, sekon-data minn Domenico Schembri.

Artiklu 3: Carmelo Fava ippropona li m’għandhomx iħallsu la (i) menswal-ità jew (ii) dritt ta’ taxxa tal-logħob jew (iii) premju lir-rebbieħ, sekondata minn Joseph Gauci.

Artiklu 4: Carmelo Fava ippropona li jagħmlu użu mil-logħob kollu li jipprovdi ċ-Circolo, barra l-logħob tal-karti u basta mhux għall-flus, sekondata minn Gio-vanni Borg.

Artiklu 5: Joseph Gauci ippropona li ċ-Circolo San Giuseppe ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-affiljati dawn il-logħob ta’ passatemp (i) darts, (ii) ringo, (iii) table tennis, (iv) draughts, (v) ludo, (vi) dominu, u (vii) shovel the half penny. Din ġiet se-kondata minn Domenico Camilleri.

Artiklu 6: Domenico Schembri ippropona li ma jistgħux jilgħabu mal-membri effet-tivi, sekondata minn Joseph Gauci.

Artiklu 7: Carmelo Fava ppropona li min ikun irid jilgħab għandu iniżżel ismu fuq lavanja jew ktieb biex jieħu postu u l-membri effettivi ikollhom preferenza, se-kondata minn Domenico Schembri.

Artiklu 8: Joseph Gauci ppropona li l-filjali ma jistgħux idaħħlu ġuvnotti oħra fis-sede jew jinkoraġġixxu għal-logħob lil min ikun filjali, sekondata minn Anto-nio Barbara.

Artiklu 9: Domenico Schembri ppropona

li mhux permess li jdawwru fis-sede wara l-ħin stabbilit mill-ġenituri, sekondata minn Giovanni Borg.

Artiklu 10: Joseph Gauci ppropona li jkunu sospenduti mil-logħob jew mis-sede (i) jekk jikkaġunaw ħsara għal tal-apposta, (ii) jekk jitlewmu bejniethom, jew (iii) jekk ma joqgħodux għad-dixxiplina tad-Direttur. Dan l-artiklu ġie sekondat minn Giovanni Borg.

Artiklu 11: Carmelo Fava ppropona li biex jidħlu fil-fergħa hu neċessarju li l-filjali jirrakkomanda l-isem tal-persuna lid-Di-rettur, sekondata minn George Ventura.

Antonio Barbara talab lill-President sa-biex tinħatar kummissjoni ta’ mhux aktar minn tliet membri mill-Kumitat biex tieħu ħsieb din il-fergħa l-ġdida bid-deċiżjoni ta’ din il-kummissjoni tkun waħda fi-nali. Inħatru l-membri Antonio Barbara bħala mexxej, propost mis-Segretarju u ssekondat mill-Kaxxier, Joseph Gauci bħala membru, propost minn Domenico Schembri u sekondat minn George Ven-tura, u George Ventura bħala membru wkoll, propost minn Antonio Barbara u ssekondat minn Giovanni Borg. Dawn it-tliet proponenti, kif ukoll ir-regolamenti tal-”Fergħa Ġuvenili” ġew mgħoddija b’mod unanimu.

Fil-laqgħa ta’ wara, li saret b’urġenza jumejn biss wara, nhar l-Erbgħa 14 ta’ Settembru, minħabba l-festi li kienu ser isiru fl-okkażjoni tal-ġublew episko-pali ta’ Mons. Arċisqof Gonzi, saret sp-jegazzjoni qasira dwar kif din il-fergħa kellha tkun indipendenti mill-Kumitat, bir-responsabbiltà tagħha taqa’ fuq id-Direttur tagħha u l-Kummissjoni rispet-tiva.

L-inizjattiva ta’ din il-fergħa ħadet spinta ‘l quddiem permezz ta’ deċiżjoni oħra meħuda nhar il-Ħamis 26 ta’ Jannar 1950, fejn is-Segretarju fisser u ppropona kif il-membru Frans Ellul kellu jwaqqaf klassi tal-mużika fis-sede tas-Soċjetà. Din il-proposta, issekondata minn George Ven-tura, għaddiet b’mod unanimu. ĠR

Duncan Brincat

Page 6: Gilju Rebbieh Marzu 2011

Il-Kompożitur ta’ din il-ħarġa:

Louis ArmstrongILĠILJUREBBIEĦ Marzu 20116 Mużika

Ryan u Owen Fava Daniel Louis Armstrong twieled fl-4 ta’ Awwissu 1901 f’New Orleans fil-Louisi-ana. Il-familja tiegħu kienet fqira. Wil-liam Armstrong, missieru, kien jaħdem ġo fabbrika. Ommu u missieru sseparaw meta kellu ħames snin. Louis trabba’ ma’ ommu Mary u man-nanna. Ta’ età żgħira kien ġà juri interess fil-mużika. Kien ikan-ta fit-toroq biex jaqla’ xi ħaġa tal-flus. Kien jagħmel xogħol ieħor bħal iqas-sam il-ħalib u l-gazzetti kif ukoll ma’ tal-faħam. Bil-ħila tiegħu xtara kurunetta u tgħallem idoqqha. Ta’ ħdax-il sena ħareġ mill-iskola.

Meta Armstrong kellu tlettax-il sena spara pistola fl-arja biex jiċċelebra l-ewwel tas-sena u ġie ikkastigat mill-awtoritajiet. Huwa ġie mibgħut fil-Coloured Waif’s Home for Boys għal xi sena u nofs bħala kastig. F’din id-dar is-surmast ħa interess fih u kien jiġi mgħallem il-mużika.

Meta ġie ż-żmien biex jitlaq mid-dar, Louis kien ġà jaf sew idoqq il-kurunetta u jaqra l-mużika. Mill-1917 sal-1922 kien idoqq ma’ jazz bands fi New Orleans. Kien ukoll beda jikteb il-kanzunetti. Fl-1925 Armstrong beda jdoqq it-trumbet-ta u beda jdoqq għal rasu. Kien ġieli jdo-qq għall-familja rjali tal-Ingilterra. Kien hemmhekk li tawh il-laqam ta’ Satchmo,

kelma mqassra għal Satchel Mouth.

Armstrong kompla jikseb il-popolarità bil-jazz fis-snin 1930, 1940, 1950 u 1960, billi kien jidher fil-musicals bħal Pen-nies from Heaven fl-1936 u Hello Dolly fl-1969. Fis-sena 1968 kiseb l-akbar suċċess tiegħu bid-diska What a Won-derful World. Louis Armstrong miet fis-6 ta’ Lulju 1971 b’attakk tal-qalb, wara li kien ta spettaklu fil-Waldorf Astoria’s Em-pire Room. ĠR Ritratt ta’ Louis Armstrong.

Louis Armstrong fil-bidu tiegħu.

Page 7: Gilju Rebbieh Marzu 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2011 Josefoloġija 7

...ikompli minn ħarġa 19Ġużeppi, jifhem u japprezza, issa ak-tar minn qatt qabel, il-valur kbir tal-preżenza ta’ Ġesù ġewwa d-dar ta’ Nażaret. L-għajta futura ta’ Ġesù mnikket lill-Missieru tas-sema, “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni” (Mt. 27, 45) forsi ġiet antiċipata minn Ġużeppi bħala mis-sier putattiv lejn ibnu? Ġużeppi jinduna li jħobb lil Ibnu li mhux tiegħu, iktar milli kieku tiegħu!

Dawn it-tliet ijiem ta’ “mewt” ta’ Ġesù, ma jistgħux jitqiesu bħala anteċipazzjoni tat-tliet ijiem tal-mewt futura tiegħu fuq is-salib? Għal Ġużeppi, li fil-Kalvarju mhux se jkun preżenti, ma jistax jitqies dan bħala l-kalvarju ta’ qalbu? Il-Vigarju fuq l-art tal-Missier tas-Sema, qiegħed għalhekk jieħu sehem, bil-weġgħa f’qalbu, tal-Passjoni futura u l-mewt redentriċi ta’ Kristu.

Iżda wara l-mewt u d-difna, wasal il-qawmien, tliet ijiem wara!

U l-istess ġara f’din il-ġrajja. Meta Marija u Ġużeppi marru lura lejn it-tempju, bit-tama li jsibu lil Ġesù jew biex jitolbu sa-biex isibuh, dak li xtaqu ġara. Ġesù kien hemm! Hawn hu “l-qawmien”. Jew it-tel-fa ta’ Ġesù kienet “mewt”, is-sejba tiegħu kienet “qawmien”. Dan hu l-misteru tal-Għid b’mod antiċipat lil Ġużeppi.

Jgħid il-missier lill-iben il-ħali, “għax dan ibni kien mejjet u raġà qam, kien mitluf u nstab!” (Lq. 15, 24). Marija, waqt li ċċanfar lil Ġesù, titfa’ lir-raġel tagħha fl-ewwel post, “Ara, missierek u jiena konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma?” (Lq. 2, 48) li ssaħħaħ il-fatt li bħala mis-sier, huwa kien l-ewwel persuna respon-sabbli tal-Iben.

It-tiġrib tal-qalb li ġie mxejjen mit-tgħanniqa ta’ Ġesù, ħalliet lil Ġużeppi bla kliem. Issa huwa l-biki li ħa postu, u hija l-qalb li tgħid minn taħt l-ilsien, “iben tiegħi, Mulej tiegħi, Alla tiegħi!”

Ħsibijiet PastoraliL-ewwel mistoqsija li wieħed ikun jixtieq jistaqsi lil Alla hija: Imma Mulej, għaliex tfajt fil-prova, u prova daqshekk diffiċli,

lil dawn iż-żewġ persuni qaddisa, Marija u Ġużeppi?

It-tweġiba tinsab fil-Kotba Mqaddsa. Tinstab meta wieħed jistħarreġ il-ħajja tal-persunaġġi qaddisa tal-istorja Lhud-ija. Jinstabu każi simili, provi jixxiebhu, li juru l-istil li Alla jwettaq fir-rapport tiegħu mal-bniedem. Iżda l-misteru hemm jibqa’.

Il-qdusija ta’ persuna ma tfissirx li mhux se tkun pruvata. Anzi, jidher li , meta wieħed iqabbel u jistħarreġ sew fuq il-fatti, iżjed ma persuna mhi qaddisa, iżjed il-provi jkunu diffiċli.

Min hu iżjed qaddis minn Kristu stess? Ħarsu lejn il-Passjoni tiegħu! U Marija Santissima, imdaħħla wkoll fl-istess pass-joni ta’ binha, ġiet pruvata permezz ta’ sofferenza morali iżjed minn kull ħolqien.

Diġà fakkarna persunaġġi bħal Abraham, Ġakobb, u Ġużeppi, omonimu u figura

profetika tal-qaddis tagħna. Dan l-istess eżempju jista’ jinfirex ma’ Israel u l-poplu kollu tiegħu. Alla jidher u jgħib, jixgħel u jintefa’. Il-provi: id-deżert, il-ġuħ, l-għatx, aguniji u mwiet. Din hija storja ta’ “tama kontra kull tama”.

Ninsabu konvinti li San Ġużepp baqa’ sħiħ f’din il-prova diffiċli għaliex abband-una lilu nnifsu permezz tal-fidi f’idejn il-Missier. Dan l-abbandun inaqqas l-uġiegħ tal-akbar traġedji. Hija l-mewt tagħha li tfisser twelid ta’ tama qawwija.

Ġużeppi għadda minn “iljieli mudlama” tal-ispirtu. San Franġisk t’Assisi gawda mis-sigurtà mdawwla tal-fidi għal parti kbira minn ħajtu, iżda ftit snin qabel ma miet waqa f’dipressjoni tad-dwejjaq, kwalifikata minn bijografi bħala “ten-tazzjoni gravi spiritwali”. Din kienet agu-nija kontinwa fejn il-fqajjar t’Assisi, li deher abbandunat minn Alla, kien jimxi fid-dlamijiet. Ħareġ minnha permezz ta’ intervent partikulari tal-Mulej.

San Ġwann tas-Salib jesprimi n-nuqqas ta’ preżenza ta’ Alla hekk, “fejn qed tistaħba, Maħbub, u ħallejtni ningħi?” Huwa hu li semma’ dawn l-“iljieli mud-lama”, esperjenzi ta’ nuqqas ta’ Alla. Fi żminijiet aktar qrib insibu esponent ieħor tal-fidi tal-abbandun: Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, li kitbet, “in-nixfa as-soluta u l-abbandun kważi sħiħ, kienu l-patrimonju tiegħi. Ġesù, bħal dejjem, kien qed ikompli jorqod f’moħħi.” ĠR

Ikompli f ’ħarġa oħra...

Duncan Brincat

Rokna LetterarjaIl-ktieb li għażilna g ħ a r- r i ċ e n s j o n i għal din il-ħarġa jġib l-isem “St. Joseph, My Real Estate Agent”, miktub minn Stephen J. Binz.

Mijiet ta’ persuni, fosthom l-awtur,

biegħu d-djar tagħhom bl-għajnuna ta’ San Ġużepp, permezz tat-tradizzjoni famuża li titfa’ statwa tiegħu fil-bitħa. L-awtur jagħti deskrizzjoni ta’ Ġużeppi bħala raġel miżżewweġ u missier, mas-trudaxxa u anki bennej tad-dar tiegħu. Huwa l-qaddis li kellu jibdel il-pjanijiet tiegħu skont dak li fassal għalih Alla. Nir-rikmandaw lil kulħadd sabiex jakkwista kopja. (120 paġni; Servant Publications, ISBN 1569553610). ĠR

Il-Kalvarju ta’ San Ġużepp (2)

San Ġużepp u l-Passjoni ta’ Kristu.

Page 8: Gilju Rebbieh Marzu 2011

8 Spiritwalità

Ix-Xahar ta’ Marzu: San Ġużepp ta’ Qalb SafjaQegħdin fi żmien li fih aħna l-ulied ta’ San Ġużepp, ningħaqdu flimkien mad-war dan il-missier li aħna tant inħobbu. Huwa x-xahar iddedikat lilu madwar id-dinja kollha. Huwa x-xahar li jwassalna wkoll għall-festi ta’ l-Għid, daqs li kieku San Ġużepp, bl-imħabba tiegħu ta’ mis-sier iwassalna biex nippreparaw ruħna għall-mument li fih naraw lil Kristu jis-sallab mhux biss biex isiru realtà tant profeziji iżda aktar minn kollox biex aħna naraw xi tfisser il-vera imħabba. M’hemmx imħabba akbar minn dik, li wieħed jagħti ħajtu għal ħutu.

Imma meta noqgħodu naħsbu ftit fuq dan missierna nindunaw kemm ħafna drabi nħalluh fis-skiet. Madwarna aħna mehdijin b’tant affarijiet u qisu ftit nin-teressaw ruħna biex insiru nafu aktar lil dan missierna. Aħna, bħalma ngħidilkom ħafna drabi fil-messaġġi tiegħi, aħna xxurtjati għax Alla tana lil missieru bħala l-missier tagħna l-Kalkariżi. Żgur li fuq l-art, Alla ma kellu l-ebda raġel iktar għażiż għalih minn Ġużeppi. Ġużeppi kien ir-raġel ideali fuq l-art, il-missier qaddis u ġust u barra li gawdieh hu, offrieh ukoll lilna l-Kalkariżi bħala mis-sier tagħna wkoll. Verament il-Mulej lilna jridna nħossuh bħala ħuna tant li mhux biss tana lil ommu fuq is-salib bħalma għamel ma’ l-insara kollha iżda tana wkoll lil missieru.

Ftit minna nitolbu lill-qalb imqaddsa ta’ dan missierna San Ġużepp. Ftit minna forsi raw pitturi, statwi u diversi affarijiet oħra li tul is-snin urewna lil missierna San Ġużepp bħala l-qalb safja! Iva, ngħiduha San Ġużepp ta’ qalb safja, iżda naħseb li ftit drabi nirrealizzawha din. Fil-parroċċa tagħna pereżempju qatt ma saret xi ċelebrazzjoni tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġużeppi. Il-Knisja tħeġġiġna biex induru

lejn din il-qalb għażiża. Il-knisja tagħtina is-seba’ ferħat u s-seba’ duluri ta’ San Ġużepp iżda qatt ma ċċelebrajniehom.

Il-knisja toffrilna novena ta’ San Ġużepp, toffrilna d-devozzjoni lejn il-bastun ta’ San Ġużepp, toffrilna d-devozzjoni tal-mant ta’ San Ġużepp. Dawn huma teżori għalina l-Ġużeppini iżda hija ħasra li aħna qed ngħixu f’tant injoranza li dawn l-affarijiet ma ngawduhomx. Ħallukom minn dawk l-għorrief hemm barra li jgħidulkom li d-devozzjonijiet huma ħela ta’ ħin. Tkellmu ma’ min għex esperjenzi koroh u sab il-wens, il-faraġ, il-kuraġġ, il-ferħ f’dawn id-devozzjonijiet. Ġużeppi huwa dejjem hemm lest biex jisma’ t-talb tagħna u jagħtina dak kollu li jkollna bżonn.

Il-qalb ta’ Ġużeppi ħafna drabi hija ppreżentata bil-fjamma fuqha, mdaw-wra b’ġilji bojod u f’nofsha nsibu minqux l-ittra ‘M’ ta’ Marija u s-sinjal tas-salib ta’ Sidna Ġesù Kristu. Ħafna drabi nsibu

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2011

wkoll raġġi ħerġin mill-qlub ta’ Marija u ta’ Ġesù li jaslu sall-qalb ta’ Ġużeppi u minnu joħorġu r-raġġi fuq l-umanità kollha. Dawn huma kollha simboli li ju-runa li l-qalb imqaddsa ta’ Marija u ta’ Ġesù mlew il-qalb ta’ Ġużeppi bi qdus-ija liema bħala! Ġużeppi kien diġà raġel ġust u qaddis iżda l-preżenza ta’ Marija u Ġesù fil-ħajja tiegħu għamluh qaddis kbir, sultan tal-qaddisin.

Għalhekk ngħidulu aħna fl-innijiet li ħaqqu palma iktar mill-martri, ġilji safja iktar minn tal-verġni u affarijiet oħrajn bħal dawn, għax huwa dejjem iktar għoli, iktar qawwi, iktar għażiż għal Alla minn kull qaddis ieħor.

Ġużeppi lilna jistedinna biex nagħmlu dan il-pass importanti fil-ħajja tagħna. Aħna lkoll irridu nintelqu biex il-qlub ta’ Marija u ta’ Ġesù, kif ukoll il-qalb imqaddsa ta’ Ġużeppi, jsaffuna u jagħmluna qaddisin tassew. Għandna barka li ħafna drabi ma napprezzawhiex. Għandna barka li ħafna drabi lanqas ngawdu. J’Alla aħna u res-qin dejjem aktar lejn il-festa, nħossu x-xewqa li nsiru nafu iktar lil dan il-missier. J’Alla fl-Erbgħat li ġejjin, meta nibdew niltaqgħu u nippreparaw rwieħna għall-festa ta’ San Ġużepp nimxu flimkien mix-ja li fiha nsiru nafu iktar u fuq kollox in-siru nħobbu iktar lil dan il-missier għażiż tagħna. ĠR

Patri Deo Debono OSA

Il-QawlIl-qawl li għażilna għal din il-ħarġa huwa dan li ġej:

Meta Marzu jitniġġes, sena ħażina.

Dan il-qawl huwa wieħed meqjus bħala wieħed agrikolu u jirreferi għal dak li jiġri f’xahar partikulari li jkun rifless ta’ xhur oħra. Jingħad li meta fix-xahar ta’ Marzu jibda t-taħsir tal-prodotti tal-biedja, il-bdiewa jqiesu li s-sena agrikola kollha tkun ġejja ħażin. ĠR

WIRJAĠUŻEPPINA

Il-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien mal-Kumitat javżaw li dawk kollha li għandhom xi statwa ta’ San Ġużepp u humainteressati li jieħdu sehem f’Wirja li se ssir f’Mejju, għanhom jikkuntattjaw lil Joseph Camenzuli jew xi membru tal-Kumitat.

Page 9: Gilju Rebbieh Marzu 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2011 Soċjetà 9

L-Intervista: Melvin CallejaFl-okkażjoni tal-ħmistax-il anniversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ ħsibna sabiex nintervistaw lil Melvin Calleja, Segretarju ta’ din il-kummissjoni sa mill-2005.

M: Min hu Melvin Calleja?T: Għandi 24 sena, twelidt fis-7 ta’ Aw-wissu 1986. Nogħqod il-Kalkara, bdejt skola primarja fil-Kalkara stess, kom-plejt is-sekondarja fl-iskola Juniour Lyc-eum tal-Verdala u għamilt sentejn oħra il-Higher Secondary fin-Naxxar. Illum il-ġurnata naħdem mal-Gvern.

M: Kif dħalt inti f ’din is-Soċjetà u x’kienu l-irwoli tiegħek fi ħdan il-festa u l-każin?

T: Dħalt l-ewwel darba fil-każin fl-2001. Ngħid il-verità l-festa u l-każin ma kienu jinteressawni xejn. Iżda mbagħad kelli xi ħbieb li kont inkun magħhom u kienu jiġu l-każin u b’hekk ħeġġuni nibda’ niġi l-każin. L-ewwel bdejna ngħinu u naħdmu fuq il-liedna tal-festa. Fis-sena 2002 kont nagħmel parti għall-ewwel darba mill-Kummissjoni Żgħażagħ u minn dakinhar l’hawn dejjem bqajt nif-forma parti f’din l-istess kummissjoni. Fl-2005 kont ġejt elett bħala Segretarju, kariga li għadni nżomm sa llum.

M: Xi rwol jinvolvi il-kariga ta’ Segretarju fil-Kummissjoni Żgħażagħ?T: Għalkemm mhux Kumitat Ċentrali, din il-kariga hi waħda ta’ responsabbiltà. Ir-rwol ta’ Segretarju jmur ħafna aktar lil hinn milli jmexxi l-laqgħat biss. Trid tara li kollox ikun miexi sew, fejn ikun hemm xi problemi trid tkun minn ta’ l-ewwel sabiex taffaċjahom ma’ sħabek, fejn tara li hemm xi ħaġa ħażina trid tkun int li tiġbed l-attenzjoni, trid tkun ta’ eżempju, trid tkun taf timmotiva l’ sħabek sabiex ix-xogħol ikompli jsir u jsir sew u ħafna affarijiet oħra. Iżda l-importanti li kollox jinqasam mal-bqija tal-membri l-oħra.

M: Din is-sena taħbat il-15-il sena an-niversarju mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ. X’tikkummenta fuq il-ħidma tal-Kummissjoni Żgħażagħ kemm ilha mwaqqfa u l-għan ta’ kummissjoni bħal din fis-Soċjetà?T: Il-Kummissjoni twaqqfet fl-1996,

l-għan tagħha kien sabiex għall-festi ċentinarji tas-Soċjetà (1997) ikun hemm aktar involviment min naħa taż-żgħażagħ. Il-ħidma taż-żgħażagħ hi importanti ħafna f’kull soċjetà wisq ak-tar fis-Soċjetà tagħna. Il-każin tagħna kien imlaqqam ‘tax-xjuħ’ iżda aktar ma’ jgħaddi ż-żmien iż-żgħażagħ qed jiżdiedu. Ir-rwol tagħna hu importanti sabiex dejjem ikun hemm dak is-sens ġovanili, sens li bih is-Soċjetà ma tmut qatt u dejjem timxi maż-żminijiet rispet-tivi. Ix-xogħol tal-kummissjoni hu mpor-tanti ħafna ukoll anke fejn jidħlu proġetti, tajjeb insemmgħu l-imrewħa, l-umbrella, Triq Missjoni Taljana u anke l-kolonna ta’ San Ġużepp. Dan juri li ż-żgħażagħ fis-Soċjetà tagħna mhux biss moħħhom fil-brijju u x-xalar, iżda fuq kollox fl-armar tal-festa u kif ser insebbħu u nkabbru l-festa tagħna.

M: X’avvenimenti ma tinsa’ qatt minn tal-Kummissjoni Żgħażagħ tul kemm ilek midħla tagħha?T: Avveniment li qatt ma jien ser ninsa hu meta saret l-umbrella. Kien proġett li ħa naqa fit-tul, iżda ma kienx tort tagħna. Kien proġett uniku għall-kobor u x-xogħol li fih għall-Kalkara. Proġett ta’ ħafna qtiegħ il-qalb sal-aħħar mumenti, dan fejn għaddejna diversi ljieli mqajjmin

naħdmu fuqha, anke mall-pittur u kif ħafna jiftakru li ma kenitx infetħet mill-ewwel iżda meta nfetħet veru ħassejtni kburi li kont nagħmel parti minn dik il-Kummissjoni Żgħażagħ! Għadni nġib quddiem għajnejja dawk il-mumenti. Ċertu xogħol li sabiex tagħmlu jkun diffiċli u ssib l-intoppi fih, imbagħad is-sodisfazzjon u l-ferħ ikun id-doppju. Naħseb dik il-biċċa xogħol kienet wisq importanti għalina, mhux għax sar il-proġett biss, iżda għax bis-saħħa ta’ hekk daħlet ġo fina ċertu responsabbiltà u fiduċja għall-proġetti oħra fil-futur u dan tixhdu l-kolonna li qed nagħmlu, proġett li fih ħafna aktar spejjeż mill-um-brella. Kien proġett li mmotivana u kull sena ngħidu: ‘‘Xi proġett imiss issa?“

M: X’taħseb fuq din ir-rivista?T: L-ewwel ħaġa prosit lill-bord editor-jali ta’ din ir-rivista. Rivista li hi impor-tanti ħafna sabiex matul is-sena kollha żżomm lill-membri nfurmati b’dak kollu li qed jiġri. Hekk għandu jkun, li l-membru jkun jaf x’inhu għaddej u mhux biss ikun jaf meta jattendi għall-laqgħa ġenerali. Ħaġa pożittiva ukoll hi li tintbagħat fid-djar tal-Kalkariżi mhux lill-membri biss. Dan iħalli lir-residenti japprezzaw ix-xogħol volontarju li jsir minna u forsi matul il-jiem tal-festa ma jkunx hemm intoppi jew xi problemi.

M: Għaddi messaġġ lill-qarrejja.T: Min hawn nixtieq nirringrazzja lil di-versi nies li jgħinuna matul is-sena, nixtieq insemmiehom iżda mhux pos-sibbli. Grazzi speċjamlent lil kull min jat-tendi l- attivitajiet tagħna u fuq kollox min jgħinna sabiex intellgħu l-attivitajiet speċjalment fejn jidħlu attivitajiet ta’ tis-jir, armar eċċ. Nemmen ħafna li mingħajr l-għajnuna tan-nies ma tasal qatt. Nix-tieq ukoll inħeġġeġ lill-membri u par-titarji jattendu għal diversi attivitajiet li għandna ppjanati għall-15-il-sena. Bl-attendenza tagħkom aħna jkollna aktar fiduċja u ħeġġa sabiex inkomplu naħdmu. Nitlobkom tapprezzaw ix-xogħol li qed nagħmlu. Tinsewx li aħna qegħdin f’raħal żgħir u għal-limitazzjonijiet tagħna nem-men li qed nagħmlu daqs min hu akbar u aħjar minna! ĠR

Andrew Cilia

Melvin Calleja lura fis-sena 2006 fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-festi tal-10 snin mit-

twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ.

Page 10: Gilju Rebbieh Marzu 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 201110 Tfal

Xi żmien wara l-Assedju l-Kbir, ir-rebħa tal-Maltin flimkien mal-Kavallieri ta’ San Ġwann kontra it-Torok, meta l-fortijiet u s-swar ma tantx kienu qegħdin jintużaw, il-Kavallieri kienu jħallu xi nies biex jgħassu dawn il-postijiet speċjalment bil-lejl.

Darba fost l-oħrajn, għassies li kien jaħdem fil-forti Ricasoli, kien qed jieħu nagħsa bil-moħbi f’nofs ta’ lejl sieket. Qajla kien jinqala’ għawġ dik il-ħabta għalhekk għassies wieħed biss kien ikun dejjem biżżejjed. F’ħin minnhom, iqum maħsud għax bħal qisu jħoss li ma kienx

dlonk qallu li ried jgħidlu sigriet bil-patt u l-kundizzjoni li jżomm kollox għalih.

Kif tah kelmtu li ma jgħid lil ħadd, il-ħares għarrfu b’waħda mill-kmamar li ħadd ma seta’ jidħol fiha għax kienet imbarrata u mssakra. Huwa qallu li ġewwa fiha kien jinsab teżor kbir.

L-għada dan l-għassies qal kollox lil sieħbu, u ħadu miegħu sabiex flimkien dawn jiftħu din il-kamra u jaraw vera-ment x’kien fiha.

Wara kedda biex jiżgassaw il-bieb, ġo fiha sabu bosta kaxxi mimlija sa fuq nett b’muniti tal-faħam. Dak iż-żmien il-faħam kien jiswa ħafna flus u għalhekk iddeċidew li dawn il-muniti tal-faħam iġibuhom fi blokki tal-faħam u jbiegħuhom. L-għada bil-lejl dan il-ħares reġa’ deher lil dan l-għassies u tah xebgħa li ħallietu għal mejjet.

It-tagħlima ta’ din il-leġġenda hi li ma għandek qatt tikxef dak kollu li jaqsam miegħek il-ħares. ĠR

Leġġendi Maltin: It-Teżor ġewwa Forti Ricasoli

Etienne Camilleri

Ritratt antik li juri fl-isfond il-Forti Ricasoli, meħud lejn l-aħħar snin tas-seklu 19.

għadu waħdu!

G ħ a l k e m m m a d - d a q q a t’għajn ma lemah lil ħadd, min ġol-kantuniera fid-dlam jara rie-saq lejh figura trasparenti bit-turban ġo rasu u xabla ma’ qaddu. Mill-ewwel intebah li kien fatat tork!

Imbeżża’ u mifxul staqsieh x’kien qed jagħmel idur fil-forti, u dak

Page 11: Gilju Rebbieh Marzu 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2011 Sports/Attwalità 11

Ħarsa lejn ix-xena Sportiva KalkariżaF’din il-ħarġa xtaqt nagħti ħarsa ħafifa lejn il-progress li qed jagħmel it-tim tad-darts tas-Soċjetà, is-Sagra Familja Darts Team.

Propju sakemm qed nikteb, it-tim tas-Soċjetà jinsab fit-tielet post tat-tieni diviżjoni tal-lig 8-a-side, pożizzjoni tajba ferm u li tawgura futur sabiħ għat-tim tagħna.

Min-naħa l-oħra, il-lig tal-4-a-side in-temm f’dawn l-aħħar ġranet, bit-tim tas-Soċjetà jispiċċa l-ewwel fir-round.Darren Camilleri u Robbie Sciberras, żewġ ple-jers tas-Sagra Familja Darts Team ħadu l-joint third fid-Darts Open ta’ Malta.

Sadanittant, it-tim tad-darts qed javża li nhar il-Ħadd 27 ta’ Marzu ser jorgan-izza Darts Competition ġewwa s-sede tas-Soċjetà fuq bażi nazzjonali. Dawk kollha li huma interessati li jieħdu sehem

f’din il-kompetizzjoni huma mħeġġa jiks-bu applikazzjoni mis-sede tas-Soċjetà jew mingħand xi membru tat-tim tad-darts.

Ix-xahar ta’ Marzu jfakkarna wkoll fir-Re-gatta Nazzjonali tal-31 ta’ Marzu. Wara s-suċċess li nkiseb bħal daż-żmien sena mill-klabb tar-regatta tal-Kalkara, u anki r-riżultat sabiħ ta’ Settembru, speċjalment fil-kategorija taż-żgħażagħ, minn din il-paġna nawguraw kull suċċess lit-tim Kalkariż. Nittamaw li jkomplu jissaħħu r-riżultati miksuba s-sena l-oħra, li għamlu ferm unur lir-raħal tagħna.

Sfortunatament, it-tim tal-futbol Kalkariż mhux sejjer daqshekk tajjeb fejn jidħlu riżultati. Sakemm qed nikteb, it-tim kien

jinsab fl-aħħar post tat-Tielet Diviżjoni Sezzjoni B, bi 8 punti. Dan wara li ntlabu 13-il logħba, intrebħu 2, draw 2, u intilfu 9. Nittamaw f’riżultati pożittivi matul ix-xahrejn li jmiss.

Jekk nagħtu ħarsa lejn ir-riżultati minn Jannar ‘l hawn, naraw telfa ma’ Sirens 2-4, telfa ma’ Kirkop United 5-1, draw ma’ Għaxaq 2-2, rebħa ma’ Marsa 0-1, u telfa ma’ Pembroke Athleta 0-2.

Il-logħob li għad fadal mill-Kalkara F.C. huwa kontra Għargħur fis-7 ta’ Marzu, Gozo F.C. fid-19 ta’ Marzu, Luqa fis-27 ta’ Marzu, Fgura United fl-4 t’April, u Sirens fis-19 t’April. ĠR

Brady Bugeja

Bħala kompetizzjoni bi premju għal din il-ħarġa qegħdin nistaqsu din il-mistoqs-ija: X’anniversarju qed jiġi ċċelebrat mill-Kummissjoni Żgħażagħ matul din is-sena?

Ibgħatu r-risposti tagħkom sa mhux ak-tar tard mill-aħħar ta’ Jannar 2011, f’dan l-indirizz: Kompetizzjoni Ġilju Rebbieħ, Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara.

Ir-rebbieħ jirbaħ voucher ta’ €5 mingħand il-Bar ta’ Circolo San Giuseppe Filarmoni-ka Sagra Familja. ĠR

Ko m p e t i z z j o n i sal, tewm u faqqiegħ.

Żid l-inbid abjad, imbagħad qiegħdhom gol-pancakes. Servihom bil-ħass u zalza tat-tadam

Għal iżjed informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq [email protected]. Aktar riċetti jixxandru matul l-iskeda tas-Sajf ta’ Radju Ġilju Rebbieħ, l-istazzjon tas- Soċjetà. ĠR

Ir-riċetta li qed nippreżentalkom f’din il-ħarġa hija ta’ pancake mimli bil-faqqiegħ u bis-sidra tat-tiġieġa.

Ingredjenti:Tewm ĦalibBasalDqiq Inbid abjadBajdaFaqqiegħSidra tat-tiġieġaZalza tat-tadamĦass varjatTursin

Metodu:Agħmel il-pancakes billi tħallat il-bajda, dqiq u ħalib u taqlihom ġo taġen. Ġo taġen ieħor sajjar it-tiġieġ imqatta’, ba-

Ir-Riċetta:

Pancake mimli bil-faqqiegħ u bis-sidra tat-tiġieġa Kathleen Grima

Page 12: Gilju Rebbieh Marzu 2011

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 201112 Aħbarijiet/Kalendarju

Ħidma ma taqta’ xejn b’riżq il-Festa 2011Bħalissa l-preparamenti b’riżq il-Festa titulari ta’ San Ġużepp 2011 jinsabu għaddejjin b’ritmu mgħaġġel. Il-Kumitat Ċentrali, flimkien ma’ kull fergħa u kum-missjoni jinsabu qegħdin ilestu l-parti tagħhom sabiex il-festa ta’ din is-sena tkun waħda memorabbli. Din is-sena l-festa ser tiġi ċċelebrata nhar il-Ħadd 10 ta’ Lulju.

F’dawn il-ġimgħat, il-Kummissjoni Banda, minbarra li qed tkompli l-ħidma tagħha b’riżq l-aħħar parti tal-uniformi tal-ban-disti, tinsab ukoll qed tfassal is-servizzi mużikali, fosthom il-bandisti u l-għażla tal-mużika għall-programm mużikali li se jsir nhar it-Tlieta 5 ta’ Lulju. Il-Kum-missjoni Nisa, min-naħa l-oħra, tinsab għaddejja bil-ġbir kull ġimgħa permezz ta’ prumistrati u lotteriji. Il-qliegħ kollu minn dan il-ġbir imur b’riżq l-organizza-zzjoni ġenerali tal-festa, fosthom il-marċ ta’ filgħodu u l-marċ tal-Ġimgħa.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ, minbarra l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet u novitajiet relatati mal-anniversarju ta’ din is-sena, tinsab għaddejja b’ritmu mgħaġġel fuq il-fażi finali tal-kolonna ta’ San Ġużepp, fejn bħalissa qed isir l-aħħar xogħol ta’ skultura u induratura. L-istess nistgħu ngħidu għall-Għaqda tal-Armar, li bħalissa għaddejja qatigħ fuq xogħol ta’ sfumar ta’ pavaljuni, ħjata ta’ sett pav-aljuni ġodda, restawr ta’ xi statwi, bdil ta’ diversi ventijiet tat-toroq, kif ukoll ħidma bla waqfien fuq proġett grandjuż.

Id-dilettanti liċenzjati tal-Għaqda tan-Nar qegħdin jagħtu l-ħidma tagħhom b’mod speċjali ġewwa l-kamra tan-nar tal-Gudja. Bħalissa wkoll qed issir ħidma ġewwa l-maħżen fuq xi rdieden, sabiex fix-xahar ta’ Lulju jingħata spettaklu xi-eraq bħal kull sena. Dan kollu taħt il-kap-pa tal-Kumitat Ċentrali, li bħalissa jinsab jiffinalizza l-programm kollu. ĠR

Stqarrija mill-Kumitat ĊentraliFi stqarrija maħruġa mill-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà, intwera aprezzament lejn is-somma rekord miġbura waqt il-ġabra annwali tal-istrina li saret f’Diċembru li għadda fejn ġie mqassam il-kalendarju an-nwali. “Id-donazzjonijiet ta’ bosta residenti jkomplu jagħmlulna kuraġġ fil-ħidma tagħna b’riżq l-arti mużikali u l-festa, u fl-istess ħin jgħinu fil-bosta spejjeż kbar li ta’ kull sena qed inġorru.” Fl-istess ħin, il-partitarji ġew imħeġġa sabiex jingħaqdu fl-iskema ta’ diċina kull xahar b’riżq il-festa li qed tiġi miġbura mill-Assistent Kaxxier Paul Persico. L-istqarrija temmet tgħid li qed tkompli tħeġġeġ il-membri u l-parti-tarji sabiex jattendu numerużi f’bosta at-tivitajiet li jsiru fis-sede tas-Soċjetà b’riżq il-każin, festa, jew fergħa oħra. Dettalji dwar l-attivitajiet, barra li jinsabu fuq din il-gazzetta, jinkisbu permezz ta’ posters fuq in-noticeboard, kif ukoll permezz ta’ avviżi fuq il-website u l-paġna tal-Facebook tas-Soċjetà. ĠR

Stampat fuq karta riċiklata.

Il-Kalendarju tal-Attivitajiet: Marzu - ĠunjuHawn taħt se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi wħud mill-attivitajiet li ser jiġu organiz-zati matul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u Ġunju 2011. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi.

Is-Sibt 12 ta’ Marzu, 8.30pmL-Għaqda tal-Armar ser torganizza Karoake ġewwa s-sede tas-Soċjetà. Se jkun hemm finger food għall-prezz ta’ €3.50. Divertiment garantit.

Is-Sibt 19 ta’ Marzu, 6.00pmKulħadd huwa mħeġġeġ jattendi għall-Quddiesa Solenni fil-Knisja Parrokkjali konċelebrata minn Patri Manwel Bar-bara OFM Cap., Provinċjal tal-Patrijiet Kapuċċini.

Is-Sibt 19 ta’ Marzu, 8.30pmEżattament wara l-quddies se ssir Ikla Ġużeppina fis-sede tas-Soċjetà fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Ġużepp. Din l-ikla, għall-prezz ta’ €12 biss, tikkonsisti fl-ewwel platt (shrimp cocktail jew lasagne), fit-tieni platt (mixed grill jew

fish platter) u deżerta. Matul din is-serata organizzata mill-Kumitat Ċentrali se jkun hemm varjetà ta’ mużika, kif ukoll tifkiriet tal-festa 2010. Biljetti jinkisbu fuq bażi first come first served mill-bar tal-każin jew mingħand il-membri tal-Kumitat.

Il-Ġimgħa 8 t’April, 7.30pmIl-Kummissjoni Banda ser torganizza għall-ewwel darba Serata tal-Allievi fejn l-allievi tal-banda se jinterpretaw biċċa mużika skont l-għażla tas-Surmast.

Bejn il-Ġimgħa 15 u l-Ġimgħa 22 ta’ April“Raħal il-Fidwa”, attività b’differenza madwar it-toroq fil-viċinanzi tas-sede tas-Soċjetà b’atmosfera mill-isbaħ għaż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa u sensiela ta’ wirjiet relatati. Matul dawn il-ġranet se jkun qed jiżżanżan parti oħra mill-proġett ta’ ban-dalori tal-Ġimgħa Mqaddsa fit-toroq tal-madwar.

Il-Ġimgħa 29 u s-Sibt 30 t’ April, 8.30pmFireworks Festival Get Together fl-inħawi

ta’ Bighi, organizzat mill-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda tan-Nar.

L-Erbgħa 18 ta’ Mejju, 8.30pmFtuħ ta’ Wirja Ġużeppina u wara Ikla Familjari fis-sede tas-Soċjetà mtella’ mill-Kummissjoni Żgħażagħ. Kitba mingħand il-membri tal-Kummissjoni.

Is-Sibt 28 ta’ Mejju, 8.00pmGet Together mill-Kummissjoni Żgħażagħ li matulha tintwera fuq big screen il-finali tal-Eurovision Song Contest. Divertiment ga-rantit u ikel mill-aqwa. Kitba mill-membri tal-Kummissjoni.

It-Tnejn 6 ta’ Ġunju, 8.30pmBarbeque fi Pjazza Sagra Familja imtella’ mill-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja.

Attivitajiet oħraL-Għaqda tal-Armar se tkun qed ittella’ Carwash kull xahar fl-inħawi ta’ Bighi. Ak-tar attivitajiet fuq in-noticeboard. ĠR