flimkien marzu 2015

32
Marzu 2015 | Numru 124 Newspaper Post 4 Aħli l-ħin ma’ wliedek! Il-parir ta’ Papa Franġisku għall-missirijiet 10 Ix-xena tad-delitt L-investigatur irid jistabbilixxi l-ħin u l-post, il-mottiv, l-arma li ntużat, liema ferita kkawżat il-mewt, is-suspettati, il-ħati … u jibda jħokk rasu. 13 The loss of my son Nothing in this world is guaranteed: not the next day, the next hour or even the next minute. The only guarantees are for our eternal union with God. 18 Imsallab, imma rebbieħ Il-Kurċifiss ta’ San Damjan

Upload: knisja-malta

Post on 08-Apr-2016

325 views

Category:

Documents


8 download

DESCRIPTION

Maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani

TRANSCRIPT

Page 1: Flimkien Marzu 2015

M a r z u 2 0 1 5 | N u m r u 1 2 4

New

spap

er P

ost

4 Aħli l-ħin ma’ wliedek!Il-parir ta’ Papa Franġisku

għall-missirijiet

10 Ix-xena tad-delittL-investigatur irid jistabbilixxi l-ħin u

l-post, il-mottiv, l-arma li ntużat, liema ferita kkawżat il-mewt, is-suspettati,

il-ħati … u jibda jħokk rasu.

13 The loss of my sonNothing in this world is guaranteed:

not the next day, the next hour or even the next minute. The only guarantees

are for our eternal union with God.

18 Imsallab, imma rebbieħ

Il-Kurċifiss ta’ San Damjan

Page 2: Flimkien Marzu 2015

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni tripla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, transfers, servizzi ta’ gwida professjonali u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni tripla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, transfers, servizzi ta’ gwida professjonali u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

BSL Britannia Tours… your holiday starts here!

DATI 9-16 ta’ Lulju

DATI 1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

minn

¢419 ¢599minn

DATI9-16 ta’ Lulju

Fatima - Portugall

DATI 2 - 6 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)DATI 2 - 6 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

L-Gœid æewwaLourdes

minn

¢543 ¢469minn

DATI 1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

Fatima - Portugall

DATI Lulju sa SettembruDATI Lulju sa Settembru

Lourdes3, 4 jew 5 ijiem sœaœ

Page 3: Flimkien Marzu 2015

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Marzu 2015Editorjal • Dun Anton Portelli

Aħseb fuqha

Everybody, Somebody, Anybody, and Nobody

This is a little story about four people named Everybody, Somebody,

Anybody, and Nobody.There was an important job to be

done and Everybody was sure that Somebody would do it.Anybody could have done it,

but Nobody did it.Somebody got angry about that because it was Everybody’s job.

Everybody thought that Anybody could do it, but Nobody realized that

Everybody wouldn’t do it.It ended up that Everybody blamed Somebody when Nobody did what

Anybody could have done!

Open Weekend f’Dar Frate JacobaDar Frate Jacoba fi Triq Wied iż-Żiju, Wied il-Għajn, qed torganizza Open Weekend fit-28 u fid-29 ta’ Marzu.

is-Sibt mill-17:00 sas-19:30 (quddiesa fil-17:00)

il-Ħadd mid-09:00 sas-19:00 (quddiesa fid-09:00 u fil-17:00)

Tel: 2099 5249

[email protected]

www.youth-alive.net

Pellegrinaġġi mal-Franġiskani 2015• L-Art Imqaddsa: 20-28 ta’ Mejju; 15-23 ta’

Lulju; 5-13 ta’ Awwissu; 9-17 ta’ Settembru;

• L-Art Imqaddsa u l-Ġordanja: 28 ta’ April-8 ta’ Mejju

• L-Art Imqaddsa u s-Sinaj: 3-13 ta’ Novembru

• Assisi: 31 ta’ Awwissu-6 ta’ Settembru

Kummissarjat tal-Art Imqaddsa, 8, Triq Santa Luċija, Valletta (Tel: 2124 2254; Email: [email protected])

Mhux fuq pedestall għandna npoġġuh lil San Ġużepp, imma fil-familji tagħna.

Mhux fil-festi tiegħu għandna niftakru f ’San Ġużepp, imma fir-responsabbiltà tiegħu li jieħu ħsieb Ġesù, l-Iben ta’ Alla, biex dan jikber fil-għerf, fis-snin u fil-grazzja quddiem Alla u quddiem il-bnedmin.

Niftakru f ’San Ġużepp li inkwieta meta ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda f ’Betlem; meta fil-preżentazzjoni fit-Tempju kien imħabbar li sejf kien għad jinfed ruħ Marija; niftakru fih meta Ġesù dam tlett ijiem mitluf waqt il-pellegrinaġġ f ’Ġerusalemm. Ġesù kien ġie afdat f ’idejn Ġużeppi minn Alla l-Imbierek stess … u issa kien mitluf. Ara missierek u jien konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma, qalet Marija.

U niftakru f ’Ġużeppi li donnu jisparixxi malli Ġesù jibda l-missjoni tiegħu biex iwassal il-ħniena, l-imħabba u l-preżenza ta’ Alla lill-bnedmin.

Dan hu r-raġel ġust li sema’ l-Kelma ta’ Alla u għamilha; li biddel il-programmi li kien fassal wara li kellmu l-Mulej Alla; li għaraf ir-responsabbiltà tiegħu fit-trobbija ta’ Ġesù sakemm dan kiber fil-familja ta’ Nazaret.

X’ser nitgħallmu minn San Ġużepp?

Mhux fuq pedestall

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni tripla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, transfers, servizzi ta’ gwida professjonali u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni tripla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, transfers, servizzi ta’ gwida professjonali u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620

BSL Britannia Tours… your holiday starts here!

DATI 9-16 ta’ Lulju

DATI 1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

minn

¢419 ¢599minn

DATI9-16 ta’ Lulju

Fatima - Portugall

DATI 2 - 6 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)DATI 2 - 6 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

L-Gœid æewwaLourdes

minn

¢543 ¢469minn

DATI 1 - 7 ta’ April(3 April - Festa Pubblika)

Fatima - Portugall

DATI Lulju sa SettembruDATI Lulju sa Settembru

Lourdes3, 4 jew 5 ijiem sœaœ

Page 4: Flimkien Marzu 2015

Aħli l-ħin ma’ ibnek

Is-soċjetà tagħna saret “soċjetà bla missirijiet”. Veru li xi drabi fil-passat kien hemm ġenituri li kienu jittrattaw lil

uliedhom bħala qaddejja, bla ebda rispett, u ma jgħinuhomx jikbru. Imma l-problema llum m’għadhiex il-preżenza invadenti tal-missirijiet, imma n-nuqqas tagħhom. Xi kultant tant huma moħħhom fihom infushom u fix-xogħol li jinsew il-familja, u jħallu liċ-ċkejknin u ż-żgħażagħ tagħhom waħidhom.

Bħala Isqof ta’ Buenos Aires spiss kont nistaqsi lill-missirijiet jekk isibux ħin jilagħbu ma’ wliedhom, kellhomx il-kuraġġ u l-imħabba li ‘jitilfu ftit ħin’ ma’ wliedhom. Ġeneralment it-tweġiba kienet tkun: “Ma nistax, għax għandi ħafna x’nagħmel!”

Ħafna żgħażagħ huma ‘iltiema fil-familja’, sew meta l-missier ikun assenti mid-dar kif ukoll meta jkunu hemm imma ma jġibux ruħhom ta’ missirijiet, meta ma jiddjalogawx ma’ wliedhom, meta lil uliedhom ma jagħtuhomx dawk il-prinċipji, valuri u regoli tal-ħajja li għandhom bżonn.

Xi drabi l-missirijiet ma jafux sew ir-rwol tagħhom fil-familja u kif għandhom jedukaw lil uliedhom. Xi drabi jġibu ruħhom qishom kienu tampar uliedhom. Veru li int għandek tkun “sieħeb” ta’ ibnek, imma tinsiex li int il-missier! Jekk int iġġib ruħek biss ta’ ħabib tampar ibnek, dan ma jgħinx lil ibnek.

(Minn diskors li għamel Papa Franġisku fi Frar li għadda)

Il-kelma ta’ Papa Franġisku

4 | Flimkien

Waqt li d-Djoċesi tagħna tistenna arċisqof ġdid, nissuġġerixxi li naħsbu fuq żewġ kelmiet: stennija u antiċipazzjoni

L-istennija trid tkun magħmula qabelxejn minn talb ħerqan. Dan jurina li din hija stennija ta’ rigal minn Alla. Meta nitolbu għall-grazzja ta’ Arċisqof ġdid, qegħdin ngħidu b’att ta’ fidi li din hi xi ħaġa li nirċevuha minn idejn Alla. Dan it-talb ħerqan irid isir ukoll b’fiduċja fit-tjubija tal-Mulej, li hu Missiena, allura b’fiduċja serena, mingħajr qtigħ il-qalb jew inkwiet żejjed. It-talba u l-istennija tagħna jwassluna biex nemmnu li, jiġi min jiġi, huwa don tal-Mulej, u aħna nilqgħuh.

Antiċipazzjoni: Minn issa, bla ma nafu min se jkun, jeħtieġ inħejju ruħna b’atteġġjament pożittiv lejn min se jkun ir-ragħaj tagħna. Nista’ nħares lejn min jingħażel u ngħid ‘ma tantx jogħġobni jew jinżilli’, imma l-fidi matura tiegħi ġġegħelni nħares lejh u ngħid ‘Kristu qiegħed ikellimni u jmexxini permezz tiegħu, għaliex wara kollox Kristu huwa r-Ragħaj’. Dan ifisser impenn leali u fl-istess ħin ukoll libertà tal-ulied; jiena m’iniex marbut mal-persuna tal-Arċisqof imma ma’ Kristu. Ikun min ikun l-Arċisqof tiegħi, jiena nħares lejn Kristu, għax hu dak li jmexxini u jiggwidani.

Nawgura lil kull wieħed u waħda minnkom Randan mimli qdusija, rebbiegħa sabiħa tal-ispirtu u tal-qalb. Nagħtikom il-Barka Pastorali tiegħi.

X Charles Jude Scicluna Amministratur Appostoliku ta’ Malta

Stennija u antiċipazzjoni

Page 5: Flimkien Marzu 2015

Dan il-Kmandament huwa gwida għalina biex ma niħdux dak li mhuwiex tagħna. Dan il-

kmandament ifisser ukoll li m’għandekx tagħmel ħsara lill-ġid jew lill-propjetà tal-proxxmu tiegħek. Aħna lkoll responsabbli għall-ħarsien tal-ġid komuni.

Li ma tisraqx ifisser li, fejn tidħol l-ekonomija, għandek turi r-rażan (u ma tintrabatx iżżejjed mal-ġid tal-art

u li jgħaddi), għandek tkun ġust u onest kif iġġib ruħek, u għandek turi solidarjetà ma’ kulħadd, skont il-mezzi li għandek.

Is-serq mhuwiex biss dak li nisimgħu dwaru fl-aħbarijiet meta ħalliel jew ħallelin jisirqu bank jew ħanut jew dar.

Is-serq jinkludi dawn il-każi: meta tieħu jew iżżomm xi ħaġa li mhix tiegħek; meta żżomm għalik xi ħaġa li kienet mislufa lilek, jew li sibt; meta tqarraq fil-business; meta tgħolli l-prezzijiet billi tapprofitta ruħek mill-injuranza jew il-ħtieġa ta’ ħaddieħor; meta tieħu servizzi soċjali li m’intix intitolat/a għalihom għax tkun qarraqt permezz ta’ informazzjoni inkorretta li tkun tajt; meta titlob li tieħu mediċini b’xejn u fil-fatt ma

jkollokx bżonnhom, jew meta tieħu ż-żejjed minnhom; meta tagħmel ħsara billi tkisser bankijiet, jew tagħmel vandaliżmu fuq siġar, pjanti, flower-beds, bankini; meta tisraq il-kurrent elettriku jew l-ilma; meta taqa’ għall-korruzzjoni, jew meta tkun int stess li xxaħħam lil ħaddieħor; meta tniżżel tagħrif inkorrett fuq il-formula tat-taxxa; falsifikar taċ-ċekkijiet, eċċ.

Ir-rispett għall-ambjent ta’ madwarna jidħol ukoll taħt dan is-seba’ kmandament. Wieħed għandu wkoll

id-dmir li jħallas taxxi ġusti, u li għalhekk permezz ta’ din il-kontribuzzjoni jkun qed jagħtu sehmu biex l-awtoritajiet tal-pajjiż jew dawk lokali jkunu jistgħu jipprovdu sigurtà fil-pajjiż jew fil-lokalità, u benefiċċji oħrajn.

Ta’ min neżaminaw lilna nfusna kemm il-karità li nagħtu lill-foqra turix imħabba vera (u mhux ikun hemm

xi motivazzjoni oħra). Barra minn hekk, il-karità hi wkoll għemil ta’ ġustizzja. Li nagħti l-ġurnata tax-xogħol tiegħi – u mhux niskarta – huwa għemil ta’ onestà, u huwa mod ieħor kif ngħix is-seba’ kmandament.

La tisraqx

Marzu 2015 | 55 | Flimkien

Page 6: Flimkien Marzu 2015

rehearsing for an upcoming show. I was asked what was wrong with me but I couldn’t answer. For the first time in my life I was unable to hear the wonderful music that was being played.”

Exposure to noise can cause extensive damage to your hearing. This is sometimes irreversible and the only answer is to consult a hearing aid audiologist.

“There is a real stigma that the hard of hearing have to face. With all the difficulties that may effect a man of my age, it’s one more problem you don’t want to add to the list.

“So I did a lot of pretending. I did a lot of smiling and nodding and saying ‘Oh, yes’ to people, hoping I’d got away with it but I was aware that I was only picking up every eighth or ninth word. It came to the point where I knew I had to do something constructive and so I finally decided to go and have a hearing test. My wife

Thanks to Clear Tone Hearing I’m in heaven again!Eurovison Singer, Joe Grech explains how his life felt incomplete when his hearing loss meant that he was no longer able to sing. After a visit to Mr Michael Wall at Clear Tone Hearing, his life is now firmly back on track.

Since becoming Malta’s first ever representative at the Eurovision Song Contest in 1971, Joe Grech has spent his entire career performing to crowds all over the world. However, for the past five years he has concealed a closely-guarded secret that has threatened not only his singing career but his day to day life: noise induced hearing loss.

“I have no idea, even now, how my hearing became so damaged,” he says, speaking publicly for the first time. “I first noticed that something was wrong when I was

suggested that I contact Clear Tone Hearing as she had seen their advertisement in the local church magazine. I was very hesitant at first but after visiting Mr. Wall I new I had made the right choice.

“When I lost my hearing I was very depressed. Thanks to Clear Tone Hearing I’m in

heaven again.”

Joe Grech performing his 1971 Eurovision hit “Marija L-Maltija”

Joe Grech during his recent visit to the Unitron UK office

Joe is now wearing Moxi Kiss Pro from Unitron.

Page 7: Flimkien Marzu 2015

hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo.

To schedule your FREE hearing consultation and evaluation call Philip today on 99 884 517.

El Medina, Triq Il-Maskli, Qawra, SPB 1480Tel. 21 576 308

CLEAR TONE HEARING

The day Joe Grech got his hearing back...

Mr Wall of Clear Tone Hearing conducts a thorough examination of Joe’s ears. He must first check that the ear is healthy before he can conduct a comprehensive hearing assessment. The otoscope Mr Wall uses enables him to explore the outer and middle ear including the ear drum.

Having his hearing tested was the next step in determining if Joe did in fact have hearing loss. The hearing test is a quick, painless and noninvasive procedure that allows the hearing professional to recommend the best treatment if you do in fact have hearing loss.

It was smiles all round as Mr. Wall presented Joe with the latest hearing instrument technology from Unitron. The Moxi Pro is the most advanced product available in Malta today. There was also a surprise for Mr. Wall as Joe presented Mr. Wall with a copy of his 1971 hit, “Marija L-Maltija”.

A common problemHearing loss is not like listening to sounds with the volume turned down. Instead, you may notice that certain spoken sounds - like sh, th and f - are more difficult to hear than others. That is why people with hearing loss often say they can hear people talking but can’t understand what is being said.

Today there’s such a wide choice of hearing instruments with an unprecedented variety of features and looks available to suit your specific hearing loss, listening environments, budget and style.

Clear Tone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE

Join us at our Malta & Gozo clinics, running from Monday, 16th February - Saturday, 21st February where our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology.

Page 8: Flimkien Marzu 2015

Ġesù, tant drajtek, tant nisma’ dwarek, tant prietki ... li moħħi donnu ġġammja fuq ċerti kunċetti. Nista’

ngħid li qatt ma waqaft narak ftit bil-moħħ ta’ dawk li rawk u messewk snin ilu fil-Palestina.

Kos, int veru kont stramb għall-poplu li kien jiġri warajk, bħall-Fariżej, l-appostli u l-bqija. Lil min tmur tgħid dak iż-żmien (u anki llum!) biex jaħfer sebgħa għal sebgħin darba, tħobb lill-għadu jew tpattilu d-deni li għamillek bil-ġid? Mela tridhom jgħodduk b’baħnan?!

Ġejt twaqqaf is-Saltna t’Alla u fil-miftuħ ksirt u wissejt bl-aħrax lil min seta’ jagħtik daqqa t’id. Il-Fariżej diġà kellhom ċerta influwenza fuq il-poplu, kellhom ħila saħansitra jippritkaw mod u huma jagħmlu mod ieħor f ’isem il-Liġi. Għalhekk stajt inqdejt bihom u tasal qabel. Stajt titħabbeb magħhom, iċċedi ftit il-prinċipji tiegħek, timxi mal-kurrent ta’ żmienek. Imma le … sejjaħtilhom ‘oqbra mbajda’ u ġejt taqa’ u tqum li xi wħud li kienu diġà fans tiegħek. Ma

ttihomx tort li sabu kliemek iebes u ħallewk. Issugrajt wisq bi kliemek u għemilek. Kont rett, imma ħej … swielek qares. Swielek ħajtek.

Kien hemm għalfejn tagħżel pubblikan, magħdud bħala traditur mill-poplu Lhudi, biex ikun wieħed mill-appostli? Donnok ma tatnx kellek tattika politika! Anki li aċċettajt li tiekol mal-midinbin! Ma naħsibx li Żakkew mar minn taħt meta offra li jpatti s-serq li kien għamel erba’ darbiet aktar. U kemm spjegajt ruħek ħelu ħelu li t-tabib imur għand il-marid u mhux għand min hu b’saħħtu!

U kif ma bżajtx naqra għall-fama tiegħek meta d-dixxipli ħallewk waħdek sakemm marru jixtru xi ħaġa x’tieklu … u int qbadt diskursata mal-mara Samaritana ħdejn il-bir?

Ġesù, allaħares inkomplu naraw kemm kont kuraġġjuż biex tmur kontra t-tgergir, il-kritika u l-ġudizzji basta twassal il-Kelma ħajja tal-verità. Ħafna minn ħajtek u kliemek kienu sfida. U l-isfida għalina hi li tridna nagħmlu bħalek! Darba għedt: “Jekk il-ħabba tal-qamħ ma tmutx ma tistax tagħti frott”.1 Hekk ġara lilek. Pattewhielek bil-kbir. Iebsa, mgħallem!

Imnalla stedintna niġu għandek meta nkunu mtaqqlin u int isserraħna! Forsi Randan sħiħ mhux biżżejjed għalina biex nitgħallmu nafdaw fil-ħniena u l-imħabba tal-Missier. Għomorna kollu għandna bżonn biex nitgħallmu nħarsu ’l fuq, u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu mmutu għal dak li hu qadim u stunat ġewwa fina ħalli l-ħabba tal-qamħa ma tnawwarx imma tagħti frott bnin.

1 Mill-Vanġelu tal-Ħames Ħadd tar-Randan (22 ta’ Marzu)

Riflessjoni • Sr Nancy Bezzina

Int aħna jew m’aħniex?8 | Flimkien

Page 9: Flimkien Marzu 2015

Għaliex il-21 ta’ Marzu ntgħażel bħala l-Jum Dinji tad-Down Syndrome? Normalment persuna jkollha

żewġ kopji tal-kromożoma 21. Persuna b’Down Syndrome ikollha tliet kopji tal-kromożoma 21. Għalhekk in-numri 3 u 21 għandhom sinifikat kbir għal min għandu d-Down Syndrome. Għalhekk ma kienx b’xi kumbinazzjoni li ntgħażel il-21 bħala l-jum, u Marzu (it-tielet xahar) meta jiġi ċċelebrat dan il-Jum.

L-Assoċjazzjoni Down Syndrome (VO/0159) hija għaqda volontarja mhux governattiva (NGO). Twaqqfet f ’Malta fl-1981. L-għanijiet ewlenin tal-Assoċjazzjoni huma biex tagħti sapport lill-ġenituri b’ulied b’Down Syndrome u biex taħdem dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw lil persuni b’Down Syndrome. Il-kumitat hu magħmul minn persuni b’Down syndrome u l-ġenituri tagħhom. L-Assoċjazzjoni tistinka biex il-membri jilħqu l-potenzjal kollu tagħhom. Hija wkoll prijorità għalina li dawn il-persuni jkunu integrati fl-iskejjel, fid-dinja tax-xogħol, fil-postijiet ta’ rikreazzjoni, u fis-soċjetà kollha tagħna.

Din hija l-10 sena li l-Assoċjazzjoni Down Syndrome f ’Malta qiegħda tiċċelebra dan il-jum, u dan għaliex kien 10 snin ilu li d-Down

Syndrome International, li magħha aħna msieħba, iddeċidiet li tibda tiċċelebra dan il-Jum. Sar ħafna xogħol u saret pressjoni biex finalment dan il-jum kien iddikjarat mill-Ġnus Magħquda bħala Jum Dinji.

Din is-sena l-Kumitat iddeċieda li l-programm organizzat għal dan il-jum speċjali jittella’ f ’Għawdex. Inħeġġu lilkom il-qarrejja kollha Maltin u Għawdxin, speċjalment familjari u qraba ta’ persuni b’Down Syndrome, biex tingħaqdu magħna fl-attivitajiet li se jsiru nhar is-Sibt 21 ta’ Marzu. L-ewwel attività se tkun fid-9.30am, fis-Sala tal-Konferenzi fil-Ministeru għal Għawdex, fejn se jkun hemm laqgħa ta’ informazzjoni.

Eżatt wara jkun hemm mixja qasira biex titqajjem kuxjenza dwar din il-kundizzjoni. Ngħalqu l-ġurnata b’quddiesa fis-Santwarju ta’ Ta’ Pinu. Din il-quddiesa se tkun iċċelebrata minn Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, bis-sehem ta’ ħafna żgħażagħ, fosthom il-KDŻ.

Inħeġġu lill-persuni b’Down Syndrome u l-familjari u l-carers tagħhom, kemm Maltin kif ukoll Għawdxin, biex jissieħbu mal-Assoċjazzjoni.

Għal aktar informazzjoni, ikkuntattjana fuq 21235158 jew bl-email [email protected]

Anna Farrugia hija l-PRO tal-Assoċjazzjoni Down Syndrome ta’ Malta (VO/0159)

Anna Farrugia • Jum Dinji tad-Down Syndrome

213u

Marzu 2015 | 9

Page 10: Flimkien Marzu 2015

Ix-xena tad-delitt

L-investigatur qed jeżamina x-xena tad-delitt. Mill-esperjenza jaf li kull dettall hu importanti. Għajnejh iżebbġu

’l hawn u ’l hinn. Ma jaħrablu xejn. Irid jistabbilixxi ħafna affarijiet: il-ħin u l-post tad-delitt, x’seta’ kien il-mottiv, x’arma ntużat għad-delitt, liema ferita kkawżat il-mewt, min huma s-suspettati, min hu l-ħati … u jibda jħokk rasu.

Mill-fajl oħxon li għandu f ’idu, l-investigatur jista’ faċilment jasal għall-ħin u l-post tad-delitt. Il-ħin kien bejn wieħed u ieħor it-tlieta ta’ wara nofsinhar. Il-post kien barra l-ħitan tal-belt.

Imma l-mottiv? L-investigatur jerġa’ jqalleb fil-fajl. Jara li l-mottivi setgħu kienu ħafna: xi ħadd li ried jibqa’ mwaħħal mal-pożizzjoni li kellu u għalhekk ra kif ħasel idu minnu; xi ħadd li kien sar jgħir għalih; seta’ kien xi

ħadd li kellu regħba kbira għall-flus; setgħet kienet il-biża’ jew l-ambizzjoni; forsi kienu dawk li “obdew l-ordnijiet minn fuq”. Għal liema minn dawn il-mottivi kien inqatel?

U fuq min jaqgħu s-suspetti? Min kien għamillu l-ferita mortali?

Dawk li fflaġellawh kienu tertqulu ġismu, veru, imma ma qatluhx.

Il-marki tas-swaba’ u d-DNA li nstabu mmarkati fuq is-salib kienu tas-suldati li sallbuh, veru, imma dawn kienu mtappna b’dawk ta’ ħaddieħor: dawk ta’ Xmun minn Ċirene u Ġużeppi minn Arimatija.

Dawk li tawh daqqiet ta’ ħarta u beżqulu f ’wiċċu kienu umiljawh – veru wkoll – imma dawk mhux biżżejjed biex joqtluh.

Forsi dak iċ-ċenturjun li nifidlu ġenbu bil-lanza? Le, dak il-ħin il-mejjet kien diġà katavru, u katavru ma tistax toqtlu.

L-investigatur kompla jittikkja l-lista. Erodi? Erodi kellu l-istess mottiv li kellu missieru meta qatel lit-trabi innoċenti f ’Betlehem, aktar minn tletin sena qabel. Erodi kellu kull interess li jwarrbu min-nofs, kif kien għamel lil Ġwanni l-Battista għal

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Marzu 2015

Ix-xena tad-delitt

raġunijiet oħra – imma ma kienx preżenti. Il-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu? Dawn

kienu li għamlulu l-frame-up u xaħħmu lix-xhieda, imma ma nstabu l-ebda fingerprints tagħhom fuqu. B’idejhom ma missewhx żgur – biex ma jitniġġsux.

U Pilatu? Fil-ħin tas-sentenza, Pilatu kellu pressjoni politika qawwija fuqu. Anzi f ’xi ħin dan deher jipprova jeħilsu – għalkemm fl-aħħar minflok jeħilsu spiċċa jeħles minnu!

Ġuda ma setax joqtlu għax kien diġà miet hu stess – qablu.

L-appostli l-oħra? Dawn tant ħarbu ’l bogħod, ħlief wieħed minnhom, li tista’ takkużahom biex trid – imma żgur mhux bi qtil!

Lil min, minn din il-lista kollha, se jaqbad jinterroga?

Il-konklużjonijiet ta’ din l-investigazzjoni kienu dawn:

(1) Il-mottiv għal dan id-delitt? M’hemmx dubju li l-mottiv jinsab f ’qalb il-bniedem, għax hu minn ġol-bniedem li joħorġu l-għira, il-mibegħda, is-suppervja, il-vendetta, ir-regħba, il-gideb.

(2) Min qatlu? Ma tistax tipponta subgħajk lejn persuna waħda, imma wieħed jista’ jgħid li qatlitu l-kotra. Ilkoll ħatja flimkien.

(3) Il-feriti? Il-veru misteru ta’ dal-każ qiegħed f ’dawn il-feriti. Meta teżamina sew il-pjagi tal-mejjet, issib li ġo fihom hemm moħbija l-pjagi tal-bnedmin kollha: anki tiegħi u tiegħek. Fil-pjagi tiegħu hemm in-niket, il-weġgħat, il-mard u d-dnubiet ta’ kulħadd. Il-pjagi tiegħu biss kapaċi jifhmu l-pjagi li nġorru aħna f ’ħajjitna. Il-pjagi tiegħu biss kapaċi ‘jitkellmu’ mal-pjagi tagħna. Forsi għalhekk li l-marki tal-pjagi tiegħu għadhom ma għalqux, u hu għadu jġorrhom sal-lum.

(4) Il-provi? Prova waħda biss hemm: il-qabar vojt.

Il-każ għadu għaddej, u se jibqa’ miftuħ.

It-Triq għal SantiagoQed norganizzaw pellegrinaġġ għal Santiago de Compostela (Spanja) bejn April u Mejju b’risq il-Malta Community Chest Fund u taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta. ‘It-Triq għal Santiago’ hija triq parallela ma’ dik li qed nimxu f’ħajjitna. Poġġi fuq dahrek il-basket mimli esperjenzi tiegħek u ejja magħna fuq dan il-vjaġġ mimli avventura. Imxi ‘It-Triq’ magħna, u tara kif terġa’ lura b’basket aktar mimli milli hu bħalissa. Ċemplilna fuq 99855236 jew 79286166 jew iktbilna [email protected].

Page 12: Flimkien Marzu 2015

Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq [email protected] • www.facebook.com/livelifemalta

46, Manwel Dimech Street, Sliema

Ftit xhur ilu tkellimna fuq l-importanza tat-tim li jkun jaħdem f’ċentru ta’ rijabilitazzjoni. Membru importanti f’dan it-tim, huwa l-Occupational Therapist (OT). Ir-rwol prinċipali tal-OT hu li jgħin pazjenti jerġgħu jipparteċipaw f’attivitajiet ta’ kuljum sabiex jiksbu lura l-indipendenza tagħhom.

L-attivitajiet ta’ kuljum jinkludu fost affarijiet oħra: l-kapaċità li tuża t-toilet, li tinħasel, li tħejji l-ikel, li tiekol, u li tilbes. Ħafna minna nqisu dawn il-ħiliet bla mportanza minħabba li mdorrijin bihom. Biss, min għadda minn xi trawma, operazzjoni jew marda, għandu bżonn jerġa’ jitgħallem u jipprattika dawn il-ħiliet sabiex imur lura d-dar indipendenti.

L-OT ma jaħdimx biss ma’ persuni anzjani; fil-fatt m’hemmx faxxa ta’ età li l-OT ma jaħdimx fiha, inklużi tfal u persuni li għadhom attivi fil-qasam tax-xogħol.

L-OT juża għodda partikolari biex jagħraf sewwa l-bżonnijiet tal-pazjent. Apparti li jaħdem b’mod dirett fl-attivitajiet li l-pazjent ikollu bżonn taħriġ fihom, l-OT juża wkoll apparat speċjali biex jgħin lill-pazjent. Per eżempju: jekk persuna ma tistax tilbes il-kalzetti, hemm apparat apposta biex jgħin lill-pazjent jilbes il-kalzetti mingħajr ma jitbaxxa. L-OT hu l-persuna addatta biex jagħti parir fuq tibdil li jista’ jkun hemm bżonn li jsir fid-dar. F’dan il-każ issir żjara lid-dar kif ukoll lill-post tax-xogħol sabiex l-OT jifhem l-ambjent li fih jgħix il-pazjent, jgħinu jħossu komdu u jiffaċilita l-attività tiegħu.

L-OT jista’ jispeċjalizza f’qasam mediku partikolari, bħall-kura ta’ tfal b’diżabilità fiżika, persuni bi problemi ta’ saħħa mentali jew fi trattament ta’ problemi fil-pala tal-id, ksur u ħruq sabiex b’hekk wieħed jerġa’ jersaq lejn in-normalità.

LiveLife hu Ċentru ta’ rijabilitazzjoni privat f’tas-Sliema li fost is-servizzi li joffri hemm dak ta’ l-OT fuq bażi ta’ IN-patient jew OUT-patient. LiveLife joffri servizz ta’ OT permezz ta’ Home Visits sabiex jagħti pariri kif ukoll rakkomandazzjonijiet, u servizz ta’ Out-patient permezz tal-Hand Clinic.

Għal aktar tagħrif u nformazzjoni fuq is-servizzi tal-OT jew servizzi oħra, wieħed jista’ jċempel fuq 21339000.

Avviż

bi ħ

las

Min hu l-Occupational Therapist?

Tagħmir ġdid tal-GymGħadek ma smajtx fuq it-tagħmir ġdid tal-Gym tagħna? Ċempel issa fuq 2133 9000

sabiex issir taf kif dan jista’ jgħinek iżżomm ruħek attiv u b’saħħtek.

Page 13: Flimkien Marzu 2015

Surreal. The word haunted me after learning that our 29-year-old son had unexpectedly died. I had been thrust

into a place so foreign, I was totally lost and disoriented. How would I ever face a future minus one of my sons? How would I comprehend that our last conversation and last Christmas were just that? The last. Forever. Forever is a long time to face when your child is deceased.

Death is absolute, decisive, unchangeable – making my son’s absence ever present. Absence can be very loud. I tried filling that void the first year by remembering that “Last year on this day we ... ” As New Year’s approached, I became distraught to leave a year in which he had existed to a year that would never know his imprint. The first anniversary of his death created panic because I could no longer say, “Last year we...” presenting the stark reality that for the rest of my earthly life I would never see or touch my son again.

Accepting his absence has been arduous. Initially, all I could do was exist, going through the motions, putting on a face the world would accept. That in itself was exhausting. Time stood absolutely still, making functioning in a “normal” world extremely difficult.

When death visits your heart, you have choices: the first is to remain stuck in your grief, the other is to learn how to live with it.

Life as I knew it before June 2009 will never exist again. I will never be the person who existed before the phone call that every parent dreads. While I physically appear the same, inside I am very different. I am quieter, more contemplative and, I think, a better listener. I strive for simplicity. I am freer, as life taught me I have control over nothing other than my own thoughts and actions. Life handed me a hard lesson: nothing in this world is guaranteed. Not the next day, the next hour or even the next minute.

The only guarantees are for our eternal union with God. If I ever doubted – and believe me I did – I no longer do. In the first hours after we came home from hospital, I remember being stricken: “What if everything we believe is a sham? If this is it, I will never see my son again!” As quickly as those thoughts invaded my grief, a deep feeling of peace wrapped me in a certainty

The loss of my sonMarzu 2015 | 13Rose Robertson

Page 14: Flimkien Marzu 2015

that obliterated any doubts. In my grief, God became the lap upon which I crawled, the shoulder on which I cried. God held my heart for me when I was so wounded that the burden of it was more than I could bear.

I am not unfamiliar with death. I have buried friends and many relatives, including my father-in-law, dad, brother and niece. They were hard losses, but nothing has been more difficult and pain-filled than losing my son. It is not the natural order of life to outlive the child you carried and cuddled when sick, the boy you drove to a thousand activities, and made sure Father Christmas visited, the young man at whose graduation you cried, and whose phone calls from abroad you cherished, the man who became a husband and father himself. Our children’s lives are about dreams, hopes, the future and life. Nothing prepares us for this experience.

There are no instructions for how to let go forever. It is being in the supermarket and bursting into tears because you see his favourite yogurt; it’s telling his children funny tales about their daddy while inside you cry; it’s seeing him in his brothers, knowing their lives are forever detoured by his absence; it’s knowing his dad yearns to watch football with him. It is also about remembering his generous spirit, his infectious laugh, his great bear hugs … It’s a minute-to-minute journey accompanied by both joy and sorrow. The absolute physical absence … and the ethereal presence of that absence.

I have found solace in gardening. I often visit the cemetery and spend time “walking in prayer” for the deceased and their families. On Christmas and his birthday, we select a cause to support in his memory. I attend a parent grief support group, hoping to companion another parent’s pain. These life-giving activities were propelled by death. Life is filled with paradox. Grief experiences are

like fingerprints – each is unique. There may be common denominators, but each person will feel, experience and react differently.

These are my experiences and my emotions; my husband’s journey has been different from mine. I work hard at not letting my sorrow detract from my wonderful family. They experience grief in their own manner and yet continue to bless me in immeasurable ways that keep me going. I cherish and love them all.

Accepting the unacceptable is hard work. Today, I still divide time in two: before and after my son’s death. Each day, I think of and talk to him, wishing he were still here. Death catapulted me into the abyss; grace helps me find my way through. When my son was confirmed, we gave him a print quoting Philippians 4:13 – “I can do all things through Christ who strengthens me”.

Little did I know that the wisdom and promise of that verse would become my mantra upon his death: I am able to move forward through the grace of Christ who strengthens me.

Meħuda minn Faith magazine tad-djoċesi ta’ Lansing

Irtiri għar-Randan f’Manresa, GħawdexIrtir ta’ tlett ijiem għas-SAĊERDOTI

Mit-Tnejn, 9 ta’ Marzu filgħodu sa l-Erbgħa, 11 ta’ Marzu f’nofsinhar. Imexxi Fr. Paul Chetcuti, SJ

Irtir għall-PROFESSJONISTI (bil-Malti)

Mill-Ħamis, 12 ta’ Marzu sa nofsinhar tal-Ħadd, 15 ta’ Marzu. Imexxi Fr. Konrad Grech, SJ

Irtir għall-KOPPJI MIŻŻEWĠIN (professjonisti)

Mill-Ħamis, 19 sal-Ħadd, 22 ta’ Marzu. Imexxi Fr. Joe Cassar, SJ

Irtir għall-PROFESSJONISTI (bit-Taljan)

Mill-Ġimgħa, 27 sat-Tlieta, 31 ta’ Marzu Imexxi Fr. Alessandro Piazzesi, SJ

Ċempel 2155 6635  jew email: [email protected]

14 | Flimkien

Page 15: Flimkien Marzu 2015
Page 16: Flimkien Marzu 2015

GO

ING

FU

RTH

ER F

OR

INC

OM

E

If you’re looking for income, then take a look at the Henderson Horizon Global High Yield Bond Fund. Managed by Chris Bullock and Kevin Loome, who have 36 years’ experience of investing between them, the fund aims to generate a high overall yield with the potential for capital growth over the long term by investing at least 80% of its assets in high yield corporate bonds. In creating a diversifi ed portfolio, the fund managers search the world to identify the best risk-return opportunities.

Offers an attractive yield

At least 80% invested in corporate sub-investment grade and high yield bonds

Aims to offer regular income, paid quarterly

Henderson Horizon Global High Yield Bond Fund

Please note past performance is not a guide to future performance. The value of an investment and the income from it can fall as well as rise as a result of market or currency fl uctuations, and you may not get back the amount originally invested. Yield and frequency of payments may vary and are not guaranteed.

Henderson Global Investors is represented in Malta by

Call: 8007 2206Visit: www.jesmondmizzi.com or come and meet us at one of our offi ces: Hamrun, Valletta, Ta’ Xbiex, Birkirkara or St. Paul’s Bay

*Source: Henderson Global Investors at 31 December 2014. The distribution yield refl ects the net amount that may be expected to be distributed over the next twelve months as a percentage of the mid-market share price of the Fund at the date shown. The underlying yield refl ects the annualised income net of expenses of the Fund (calculated in accordance with relevant accounting standards) as a percentage of the mid-market share price of the Fund at the date shown above. Taxes and upfront fees are not taken into account. The distribution and underlying yield are based on a snapshot of the portfolio at 31 December 2014. Past performance is not a guide to future performance. The Henderson Horizon Global High Yield Bond Fund is a sub-fund of the Henderson Horizon Fund (the

“Fund”) incorporated as a Luxembourg SICAV on 30 May 1985 and managed by Henderson Fund Management (Luxembourg) S.A. Henderson Global Investors is the name under which Henderson Global Investors Limited incorporated in England and Wales and authorised and regulated by the United Kingdom Financial Conduct Authority, promotes and distributes the Fund. The Fund may invest in investments that entail higher risk than other types of investments. The Fund is marketed in Malta in terms of the UCITS Directive. Investment should be based upon the details contained in the Prospectus and the Key Investor Information Document, both of which may be obtained from Jesmond Mizzi Financial Advisors Limited, the local representative in Malta of the Fund. This advert is issued by Jesmond Mizzi Financial Advisors Limited (IS30176) of 67 Level 3, South Street, Valletta VLT1105, Malta licensed to conduct investment services business by the MFSA, Notabile Road, Attard BKR3000, Malta, and is a member fi rm of the Malta Stock Exchange, Garrison Chapel, Castille Place, Valletta VLT1063, Malta.

5.1%* Underlying yield

5.9%* Distribution yield

or St. Paul’s Bay

Page 17: Flimkien Marzu 2015
Page 18: Flimkien Marzu 2015

Kien quddiem il-Kurċifiss ta’ San Damjan li San Franġisk irċieva s-sejħa tal-Mulej biex ‘isewwi l-Knisja’. Dan

il-kurċifiss, pittura fuq tila inkullata fuq l-injama, jinsab fil-Bażilika ta’ Santa Chiara, f ’Assisi.

Ħadd ma jaf min pitter dan il-Kurċifiss. Nafu biss li sar fis-seklu 12 minn pittur mill-Umbria u li uża stil Biżantin. Il-Kurċifiss ta’ San Damjan hu fost is-slaleb li jirrappreżentaw lil Christus Triumphans, jiġifieri Kristu msallab imma rebbieħ. Dan it-tip ta’ rappreżentazzjoni kien popolari fil-parti ċentrali tal-Italja fis-sekli 11 u 12. Fis-sekli ta’ wara, speċjalment bix-xogħlijiet ta’ Cimabue, bdiet issir enfasi akbar fuq it-tbatija ta’ Ġesù fuq is-Salib, fejn Kristu beda jiġi rappreżentat bħala Christus Patiens (Kristu li jbati).

Il-Kurċifiss ta’ San Damjan joħloq effett ta’ profondità permezz tal-isfond iswed li hemm wara Kristu. L-iswed hu simbolu tal-abbiss

Arti Kristjana

Imsallab imma rebbieħ Wieħed mill-qarrejja (ittra f’paġna 21) qed iħeġġeġ biex inġeddu d-drawwa li għandna f’Malta li nwaħħlu salib mal-bibien tad-djar tagħna. Dan l-artiklu hu ispirat mis-suġġeriment tal-qarrej, li ta’ dan nirringrazzjawh

tal-mewt li niżel fih l-Iben t’Alla biex jeħles lilna. L-isfond skur jagħmel il-korp ta’ Kristu donnu jaqbeż ’il barra. M’hemm l-ebda dettall jew kulur f ’dan il-Kurċifiss li qiegħed hemm għal xejn; kollox qiegħed bi skop.

Għajnejn Kristu huma miftuħin, sinjal tar-rebħa tiegħu fuq il-mewt, u donnhom qed iħarsu ’l fuq, lejn wiċċ il-Missier. Fuq is-Salib, Kristu jidher diġà rxuxtat, u s-sbuħija tiegħu mhix sfigurata bis-sinjali tal-Passjoni. Il-pittur donnu jrid jgħid li, fi Kristu biss, min hu ppersegwitat u qed ibati jista’ jsib il-paċi; li bl-għajnejn tal-fidi, it-tbatija takkwista sens għax issir passaġġ lejn id-dar tal-Missier li qed jistenniena. Fil-fatt l-idejn miftuħa ta’ Ġesù jirrappreżentaw it-tgħanniqa ta’ Alla għal kull wieħed u waħda minna. Il-mewt Kristu għexha biċ-ċertezza u bit-tama tal-ferħ li l-laqgħa mal-Missier biss taf iġġib.

Kristu jidher rebbieħ. Il-korp ta’ Kristu jidher irpużat, wieqaf u stabbli – mhux mitluq, jew jitkagħweġ. Is-saqajn mhumiex imsallbin fuq xulxin imma ħdejn xulxin. Id-drapp ma’ qadd Ġesù hi bajda bid-deheb, sinjal li hu sultan. Id-dijadema madwar rasu fiha salib, sinjal tas-sagrifiċċju u fl-istess ħin tar-rebħa.

Fuq il-lemin ta’ Ġesù (fuq ix-xellug ta’ min qed iħares) hemm Marija u Ġwanni. Fis-slaleb impittra aktar tard, dawn it-tnejn bdew jitqiegħdu wieħed fuq kull naħa. Marija għandha jdejha xellugija fuq ħaddejha, sinjal tad-dulur, u għandha tunika vjola (li jfakkar fl-Arka tal-Patt), libsa ħamra (imħabba) u mantell abjad (purezza). Ġwanni wkoll liebes l-abjad u l-aħmar.

Kristu Fuq ix-xellug

18 | Flimkien

Page 19: Flimkien Marzu 2015

Fuq ix-xellug ta’ Ġesù hemm Marija ta’ Magdala u Marija ta’ Kleofa, li donnhom qed jitħaddtu bejniethom. Ħdejhom hemm iċ-ċenturjun Ruman fil-mument li qed jistqarr li “Dan il-bniedem kien tassew Bin Alla.” Kellu jkun barrani li f ’dak il-‘bniedem’ għaraf lil Alla li salvana.

Fir-rettangolu ta’ fuq (cimasa) jidher it-tlugħ fis-sema ta’ Ġesù Rxoxt. Ġesù jidher liebes ħwejjeġ regali u qiegħed f ’nofs ċirku aħmar, simbolu tal-glorja. Huwa tiela’ s-sema fejn hemm l-anġli jilqgħuh. Fuq nett, fin-nofs ċirku, tidher id il-Missier li qed ibierek dak li għamel l-Iben.

Taħt il-ħames xhieda ewlenin tal-kruċifissjoni jidhru żewġ persunaġġi żgħar. Fuq ix-xellug, bil-lanza, jidher Lonġinu, is-suldat li nifed il-kustat ta’ Ġesù biex ikun żgur li miet. Fuq il-lemin jidher Stefaton, dak li offra lil Ġesù l-isponża mxappa fil-ħall. L-ismijiet tagħhom ġejjin minn tradizzjoni medjevali.

Fuqil-lemin

Iċ-ċimasa

Żewġ figuri żgħar fit-truf

Marzu 2015 | 19

Page 20: Flimkien Marzu 2015
Page 21: Flimkien Marzu 2015

ITTRI MILL-QARREJJA L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Tweġiba: Meta koppja tiżżewweġ, jekk ma jkunx hemm kitba taż-żwieġ, dak kollu li jiġi akkwistat tul iż-żwieġ kif ukoll l-obbligi u d-djun ikunu taż-żewġ partijiet f ’ishma indaqs. Minkejja dan, dak li tiret jew taqla’ b’donazzjoni xi parti waħda, kemm jekk qabel iż-żwieġ kif ukoll jekk wara, ikun ta’ dik il-parti biss. Pereżempju jekk parti tiret dar, dik id-dar tkun tagħha biss, u jekk tinbiegħ waqt iż-żwieġ il-prezz akkwistat ikun ta’

ITTRA REBBIEĦA

Salib mal-biebFil-Flimkien ta’ Frar laqtuni l-artikli ‘Mal-koxxa tal-bieb’ u ‘Ġlieda bejn il-Karnival u r-Randan’. F’dak tal-ewwel kien issuġġerit li fi djarna nagħmlu xi ħaġa simili għall-meżużah tal-Lhud. Jidhirli li aħna diġà għandna drawwa sabiħa u li għandna bżonn inġedduha, aktar u aktar f ’dawn iż-żminijiet imqallba: dik ta’ salib mal-bieb tad-dar kif għadna naraw f ’għadd ta’ mkejjen madwar Malta. Nittama li din id-drawwa ma tingħatax il-ġenb.

F.X. Cassar

Ittri mill-qarrejja

Flus fiż-żwieġ

dik il-parti biss. Imma jekk il-post jinkera, il-flus tal-kera jkunu tal-komunjoni tal-akkwisti u allura jkunu tat-tnejn. Dik id-dar ma tkunx tista’ tinbiegħ ħlief bl-aċċettazzjoni tal-parti li tkun wirtitha; il-parti l-oħra ma jkollha ebda jedd fuq dik id-dar. Il-kitba taż-żwieġ tista’ tgħin imma f ’dak li għandu x’jaqsam mal-propjetà li tiret jew taqla’ xi waħda mill-partijiet fiż-żwieġ, tali kitba ftit li xejn tagħmel differenza.

Jiena writt post, u l-għarus iridni nagħmlu bħala ipoteka fuq is-self li se nieħdu mill-bank. Il-bank avżani li jistgħu jeħduhuli f ’każ li ma naslux fil-ħlasijiet. Jien nixtieq nibqa’ nikkontrolla l-post waħdi anki wara ż-żwieġ, u mhux flimkien ma’ żewġi, għax hu jrid ibigħ waqt li jien nixtieq nikrih. Nixtieq inkun naf jekk il-flus isirux tat-tnejn jekk jinbiegħ waqt iż-żwieġ, u jekk id-dħul mill-kera jidħolx fil-komunjoni. L-għarus tiegħi ma jaqbilx li jkun hemm il-kitba taż-żwieġ.

GX

AVUKAT - Dr Ray Zammit LL.D

Ittri

Indiċi tal-għoli tal-ħajjaFit-tweġiba għall-mistoqsija ta’ Diċembru, l-avukat spjega kif jogħlew il-kirjiet mill-2009, imma ma spjegax fejn issib iż-żjieda fl-indiċi tal-għoli tal-ħajja. Fejn nista’ nsibha?

C. Catania, Gżira

Tweġiba: Tinkiseb mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Hi disponibbli fuq il-websajt tagħhom fejn issib chart li tindika kif tkun għoliet il-ħajja, sena b’sena.

Marzu 2015 | 21

Page 22: Flimkien Marzu 2015

Mudell ta’ KnisjaF’esebizzjoni ta’ arti

F’29, Triq Korfu, in-NaxxarMill-25 ta’ Marzu sat-3 t’April

Fost il-ġimgħa:Mis-7:00pm sal-10:00pmSibtijiet, Ħdud u Festi:Mill-10:00am sa 12:00 u mis-7:00pm sal-11:00pm

Mudell ta’ KnisjaJoe Gerada

7959 4411

Page 23: Flimkien Marzu 2015

Parroċċi Maltin: Burmarrad

Ċkejkna, b’qalb kbiraHekk kif titlaq mill-Mosta lejn San Pawl

il-Baħar, u tasal fuq l-għolja ta’ San Ġużepp tat-Tarġa, taħtek tara dehra

sabiħa ta’ wita dejjem ħadra, sajf u xitwa. Din hija l-wita ta’ Burmarrad li jinsab taħt il-kenn tal-għoljiet tal-Bidnija u l-Wardija. Burmarrad kien fost l-ewwel postijiet f ’Malta li laqa’ lil San Pawl. Il-gvernatur ta’ Malta ta’ dak iż-żmien, Publju, kellu l-villa tiegħu hawnhekk, u kien hawn ukoll fejn San Pawl fejjaq lil missieru (Atti 28:1-10).

Burmarrad, bħal San Pawl il-Baħar u l-Qawra, jitmexxew mill-Franġiskani Konventwali. Il-knisja parrokkjali hi ddedikata lill-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija. Fl-1971 ġiet iddikjarata parroċċa mill-Arċisqof Mikiel Gonzi. Il-kwadru titulari tpitter minn Emvin Cremona. Fl-1983 tpoġġiet statwa mal-faċċata tal-knisja tal-iskultur Ġanni Bonniċi, bil-kliem taħtha: Marija Omm il-Maltin – kliem li jfakkar lil kull min jgħaddi mit-triq prinċipali traffikuża tagħna f ’Ommna tas-Sema.

F’Ġunju 2011 f ’Burmarrad infetaħ iċ-ċentru parrokkjali Sant’Antnin. Dan jintuża primarjament għal attivitajiet reliġjużi, fosthom laqgħat tal-Legion of Mary, il-Grufan, l-abbatini, diversi kummissjonijiet, il-Kunsill Parrokkjali, u l-Kumitat tal-Festa. Fiċ-ċentru jsiru wkoll irtiri fil-bidu tal-Avvent u tar-Randan, li għalihom ikunu mistiedna kull min jgħix f ’din iż-żona. Fl-aħħar żewġ irtiri li saru ingħaqadna wkoll man-nies tal-Qawra u San Pawl il-Baħar.

F’dan iċ-ċentru parrokkjali jsir ukoll il-katekiżmu għat-tfal bi preparazzjoni għall-Griżma, kif ukoll laqgħat għall-ġenituri tat-tfal, u rtiri għat-tfal tal-Preċett u tal-Griżma. Fis-Sena tal-Fidi, iċ-ċentru serva ta’ post fejn saru sensiela ta’ laqgħat dwar il-fidi

u s-sagrament tal-Qrar.Kull nhar ta’ Tlieta, fiċ-ċentru parrokkjali

jkollna l-kappella tas-Sagrament miftuħa nofstanhar għall-adorazzjoni.

Matul is-sena liturġika il-ħidma pastorali ma tiqafx. Il-lectio divina ssir b’mod regolari, u l-letturi jsirulhom laqgħat ta’ formazzjoni.

Burmarrad jipprovdi t-tagħlim tal-katekiżmu lit-tfal kollha, anki dawk li jiġu minn barra r-raħal. Il-Kummissjoni Djakonija żżomm kuntatt kontinwu ma’ dawk l-aktar fil-bżonn, bħall-morda u l-anzjani. Dan jagħmlu wkoll il-kappillan, mhux fit-tberik biss imma kontinwament.

Burmarrad illum għandu popolazzjoni ta’ madwar 1,200 ruħ. Diversi familji barranin integraw sew fil-ħajja tal-parroċċa, filwaqt li oħrajn baqgħu marbutin mal-parroċċa fejn twieldu.

Fl-2014 il-parroċċa kollha ferħet bir-rigal tas-saċerdozju ta’ wieħed minn uliedha, Fr David Cortis OSA, li kien ordnat saċerdot fl-1 ta’ Lulju. Jalla aktar ulied mill-parroċċa jwieġbu għas-sejħa li jagħmlilhom il-Mulej.

Marzu 2015 | 23

Page 24: Flimkien Marzu 2015

3 NEW BENEFITS Mediphone

Second Medical Opinion

We Care

Middlesea Health ...more than just Insurance

MEdIpHONE 24 hour Doctor on Call SECONd MEdICal OpINION

International Medical Expertise at your Service

WE CarEHelp and Care Services

when you need them the most

Middlesea Insurance p.l.c. (C-5553) is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. COM 230114 811 JOB 39382 02/14

Contact us on 21246262, visit www.middlesea.com or contact any of our authorised intermediaries. Find us on

Middlesea Health Insurance policy We understand that your health and that of your family is priceless to you. Therefore, we are offering you more value with the introduction of 3 new benefits to our HEalTH INSuraNCE. Get in touch with us today to find out how you can get MOrE from Health Insurance.

If it matters to you, it matters to us.

39383 MSI Health New Services FLIMKIEN 113x155.indd 2 04/02/2014 12:35

Page 25: Flimkien Marzu 2015

Xi ommijiet li jkunu fit-tieni jew it-tielet tqala jaħsbu li m’hemmx għalfejn joqogħdu jmorru għand it-tabib b’mod

regolari; forsi għax jaħsbu li dan kollu ħela ta’ żmien jew ħela ta’ flus jew għax ommijiethom ma kinux imorru!

Imma ejjew naraw x’jagħmel it-tabib f ’viżta meta t-tarbija fil-ġuf ikollha sitt xhur u mbagħad il-qarrej jista’ jiddeċiedi jekk dawn il-viżti humiex għalxejn.

It-tabib jiċċekkja l-pressjoni tal-omm. Mis-sitt xahar ’il quddiem, l-omm trid tara li l-pressjoni tagħha tibqa’ baxxa. Jekk togħla, din se tkun ta’ ħsara mhux biss għat-tarbija iżda wkoll għall-omm. Il-pressjoni għolja hija waħda mill-aktar perikli li t-tabib jagħtihom importanza u attenzjoni. Għalhekk din għandha tiġi ċċekkjata dejjem.

It-tabib jeżamina il-pipì tal-omm, u hawn ser jara jekk hemmx albumina, zokkor jew xi infezzjoni. Dawn it-tliet kundizzjonijiet, għalkemm frekwenti, ma nistgħux ninjorawhom. Pereżempju, jekk ikun hemm l-albumina fil-pipì, kif ukoll pressjoni għolja, allura t-tabib jitlob lill-omm biex tqatta’ xi ġranet l-isptar biex jara li din tieħu s-serħan li jkollha bżonn u jittieħdu xi testijiet oħra.

Jekk il-pressjoni tibqa’ togħla, ikun ifisser li qegħdin f ’sitwazzjoni ta’ emerġenza, u t-tabib jista’ jiddeċiedi li jwelled it-tarbija kemm jista’

jkun malajr, inkella kemm l-omm kif ukoll it-tarbija jistgħu jkunu fil-periklu li jmutu. Ħafna drabi, però, ftit mistrieħ fl-isptar ikun biżżejjed biex kollox jerġa’ lura għan-normal.

Iz-zokkor fl-urina jista’ jfisser li l-omm tkun qed tiżviluppa d-dijabete waqt it-tqala. Importanti li l-omm toqgħod ’il bogħod ħafna mill-karboidrati waqt it-tqala biex dan ma jseħħx.

L-infezzjonijiet tal-urina waqt it-tqala huma komuni ħafna peress li l-utru jkun qiegħed iġiegħel l-urina tibqa’ fil-bużżieqa tal-pipì u għalhekk din ma titbattalx għalkollox. Għalhekk importanti li l-omm tixrob ħafna ilma waqt it-tqala biex tnaqqas dawn l-infezzjonijiet.

Waqt dawn il-viżti, it-tabib ser jisma’ qalb it-tarbija u jara li din qed tħabbat sewwa u b’mod regolari. Xi drabi jagħmel ultrasound hu stess. Jeżamina wkoll żaqq l-omm u jara li l-utru qed jikber kif u kemm suppost.

It-tabib jiżen l-omm, u jara li għalkemm kull xahar se tiżdied, din ma tkunx qed tiżdied iżżejjed. Jeżamina r-riġlejn biex jara humiex jintefħu żżejjed.

Fuq kollox, waqt il-viżta t-tabib għandu għalfejn jagħmel kuraġġ lill-ġenituri għaliex dalwaqt – ftit ġimgħat oħra – ser ikollhom tarbija!

Saħħitna • Dr Anna Maria Vella

Il-viżta għand it-tabib

Marzu 2015 | 25

Page 26: Flimkien Marzu 2015

Rental Service Available!

Special Offer March - 10% off all walking frames and rollators. (Offer Vaild thill the 31st of March)

Quality products at affordable prices!

Trade Enquiries: Red October Co. Ltd. Tel: 2147 0400 | Email: [email protected] Liquer Shop, Gozo: Tel: 2155 6531 | Email: [email protected]

Page 27: Flimkien Marzu 2015

TislibaMimdudin5. Imdaħħal fiż-żmien (3)6. Aktarx tiekol fuqha (5)7. Aqbad tarf il-ħabel u stira (5)8. Nispera li qiegħda fuq għonqok! (3)9. Kanċell żgħir (5)12. Għadda ħafna żmien minn fuqu (5)15. Il-ftira hekk tajba (5)18. Kulur il-lellux (5)20. Frott artab b’qoxra ħarxa (3) 21. Blata sporġuta ’l barra fil-baħar (5)22. Lejla ta’ talb (5)23. --- Baba u l-erbgħin ħalliel (3)Weqfin1. Ġugarell jittajjar miżmum b’lenza (5)2. Aħbar (5)3. Tixtriha bi ftit flus (5)4. Ikkraxxja (5)10. Il-parti spiritwali tal-bniedem (3) 11. u 13. Dellek, tappan (6)13. Ara numru 11.14. Tweġiba affermattiva (3)16. Iżjed; mhux biss (5)17. Ktieb bil-mapep tad-dinja (5)18. Stedina (5)19. Karta, paġna (5)

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Alfakodo Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

A U-Y N K+CB P-T O F+WC W-B P WxK 18D H-K Q D-ZE A+A 26 R KxSF GxK 14 S G+Q 12G K+Q T D÷KH R-K U E-WI N+B V S+WJ BxK W NxN 9K KxC X S÷KL O-Y Y U-A 4M E-C Z W+X

A 9 N 2B 26 O 14C 13 P 25D 1 Q 20E 15 R 5F 8 S 11G 22 T 23H 17 U 18I 6 V 7J 3 W 24K 12 X 16L 19 Y 21M 10 Z 4

Not

a: G

Ħ u

IE ji

eħdu

kax

xa w

aħda

Mimdudin: 5. AVE, 6. GĦENEB, 7. SANTI, 8. ETÀ, 9.WASAL , 12. QABDA, 15. AKTAR, 18. STIRA, 20. ĦUT, 21. BORRA, 22. ORALI, 23. MIL.Weqfin: 1. KINES, 2. BABEL, 3. RESAQ, 4. DINEB, 10. ARK, 11. ARA, 13. ART, 14. DAR, 16. TORTA, 17. RĦAMA, 18. STOLA, 19. IŻAKK.

Paġna tal-Logħob • Claudia Cini

Ma titkellimx u tinftiehem. Ma timxix u tasal!

Tweġiba: ittra

1 2 3 4

5

6 7

8

9 10 11 12 13 14

15 16 17 18 19

20

21 22

23

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

Rebbieħ: N. Zarb, il-Furjana

Rebbieħ: T. Debono, Raħal Ġdid

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

Marzu 2015 | 27

Page 28: Flimkien Marzu 2015

Walk EasyScholl’s feel good all day, everyday

F O OT H E A LT H C E N T R E

Available from Scholl Foothealth Centres, Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty Centre Gozo,

and all leading pharmacies. Tel: 20601148

www.schollfoothealthcentre.com

Page 29: Flimkien Marzu 2015

Tfal fil-Bibbja • Storja: Claudia Cini • Illustrazzjonijiet: Graziella Grech Cachia Marzu 2015 | 29

ĠużeppiMissieri Ġakobb kellu tnax-il tifel,

u jien kont it-tieni l-iżgħar. Kont il-favorit ta’ missieru. Biex juri din

l-imħabba speċjali lejja, missieri tani libsa fina b’ħafna kuluri. Dan qajjem rabja kbira fost ħuti akbar minni, tant li riedu jaraw x’jagħmlu biex jeħilsu minni darba għal dejjem.

Meta kont għadni żgħir, l-hena tiegħi kienet li mmur nirgħa l-merħliet ta’ missierna ma’ ħuti. Niftakar li darba ħlomt li jiena u ħuti konna f’għalqa norbtu l-balal tat-tiben, u l-balal ta’ ħuti bdew iqimu lill-balla tiegħi. Meta għedt b’dan lil ħuti, tgħidx kemm irrabjaw!

Darba oħra ħlomt li x-xemx, il-qamar u ħdax-il kewkba kienu kollha qed iqimu lili. Mort ngħid b’dan lil missieri, li tgħidx kemm ħa gost. Imma meta ħuti semgħu b’din il-ħolma, irrabjaw aktar minn qabel, u bdew jgħajruni u jgħiru aktar għalija. Ftit bsart li f’qalbhom xtaqu jeħilsu minni!

Jum fost l-oħrajn l-għaxar ħuti l-kbar, ħadu l-merħliet ta’ missieri jirgħu bogħod mid-dar. Jiena u ħija ż-żgħir bqajna d-dar. Wara xi ħin, missieri xtaq ikun jaf x’sar minnhom, għalhekk bagħatni nġiblu aħbarhom. Ilbist il-libsa ta’ ħafna kuluri u tlaqt għal għonq it-triq. Domt interraq ħafna ġranet, u b’kollox imxejt 70 mil, sakemm

fl-aħħar ilmaħthom fil-bogħod. Ħsibt li se jifirħu bija, imma minflok ħarsuli bl-ikrah u bdew jgħajruni.

Wara, sirt naf li lkoll kienu ħejjew pjan biex joqtluni. Imma Ruben, il-kbir fosthom, tħassarni u qalilhom biex jitfgħuni f’ħofra fonda, bil-ħsieb li jeħlisni meta ma jkun hemm ħadd. Tgħidx kemm bżajt u bkejt hemm isfel waħdi, fid-dlam! Ftit wara għaddew xi nies fuq l-iġmla fi triqithom lejn l-Eġittu. Ġuda, ħija ieħor, li kien beda jitħassarni wkoll, issuġġerixxa li jbigħuni bħala skjav biex jeħlisni mill-mewt. U hekk ġara. Jiena, Ġużeppi bin Ġakobb, ġejt mibjugħ għal 20 biċċa tal-fidda u meħud l-Eġittu.

KOMPETIZZJONIX’kien jismu ħu Ġużeppi ż-żgħir? Biex twieġeb tajjeb, fittex fil-Ktieb tal-Ġenesi, kapitlu 35, vers 24.Ibgħat it-tweġiba hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, Floriana. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (79790411).

Tweġiba għal ta’ Frar: Omm Samwel kien jisimha ANNA.Rebbieħ: A. Psaila, Ħaż-Żabbar

Ħalluni!Ħalluni!

Page 30: Flimkien Marzu 2015

Raġel u martu kienu qed jilletikaw bejniethom dwar l-isem li kienu se jagħtu lil binhom. Ma setgħux jaqblu,

għalhekk fl-aħħar iddeċidew li jmorru għand ir-rabbi u ieħdu parir mingħandu.

Meta waslu għandu, ir-Rabbi staqsiehom, “X’inqala’ llum?”

L-ewwel ma tkellmet kienet il-mara: “Rabbi, dan irid isemmi lit-tifel tagħna għal missieru, imma jien irrid insemmih għal missieri.”

“X’kien jismu missierek?” staqsa r-Rabbi lir-raġel.

“Ruben.”Imbagħad ir-Rabbi dar fuq il-mara, u

staqsieha, “U int, missierek x’kien jismu?”

l-Aħħar paġna • Max Lucado

X’se nsemmuh?

(Mibgħuta minn Violet Schembri)

“Ruben,” wieġbet il-mara.Ir-Rabbi stagħġeb u beda jħokk rasu.

“Mela allura fejn hi l-problema?” staqsa lit-tnejn.

Għal darba oħra kienet il-mara li tkellmet l-ewwel: “Missieru kien ħalliel u jisraq iż-żwiemel, filwaqt li missieri kien raġel ġust u twajjeb. Kif se nkun naf jekk it-tifel hux se jkun imsemmi għal missieru jew għal missieri?”

Ir-Rabbi qagħad jaħseb, u wara ftit wieġeb: “Naħseb li jaqblilkom issemmuh Ruben! Meta mbagħad jikber, araw ftit isirx ħalliel li jisraq iż-żwiemel, jew inkella jsirx raġel ġust u twajjeb. Imbagħad tkunu tafu għal min minnhom ikun imsemmi!”

Altru l-mod kif int stess issejjaħ lilek innifsek; altru l-mod kif

isejħulek dawk li jaraw kif tgħix

30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Marzu 2015

Made in Germany.Available in Fully Automatic or Semi Automatic.Paediatric button to switch to paediatric mode.The clear choice is PRIMEDIC

Contact us for further details

4 Section Electric Adjustable Beds

Page 32: Flimkien Marzu 2015