flimkien Ġunju 2015

32
Ġunju 2015 | Numru 127 Newspaper Post “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (Lq 6:36) Logo tas-Sena tal-Ħniena (Diċ. 2014-Nov. 2016)

Upload: knisja-malta

Post on 22-Jul-2016

252 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

 

TRANSCRIPT

Page 1: Flimkien Ġunju 2015

Ġ u n j u 2 0 1 5 | N u m r u 1 2 7

New

spap

er P

ost

“Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom”(Lq 6 :36)

Logo tas-Sena tal-Ħniena (Diċ. 2014-Nov. 2016)

Page 2: Flimkien Ġunju 2015

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw).

Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

BSL Britannia Tours… il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

5 ijiem8-14 Lulju, 17-23 Lulju, 22-28 Lulju, 5-11 Awwissu, 14-20 Aww (15 Aww - Festa Pubblika), 28 Awwissu - 3 Settembru

4 ijiem13-18 Lulju27 Lulju - 1 Awwissu, 10-15 Aww (15 Aww - Festa Pubblika), 24-29 Awwissu

¢469minn

3 ijiem7-11 Settembru (8 Settembru - Festa Pubblika)

Vjaææi gœalVjaææi gœalVjaææi gœalVjaææi gœal

Lourdes

Page 3: Flimkien Ġunju 2015

Aħseb fuqhaGossip

Gossip can also kill, because it kills the reputation of the person.

It is so terrible to gossip. At first it may seem like a nice thing, even amusing, like enjoying a candy. But in the end it

fills the heart with bitterness, and even poisons us.

Pope Francis, February, 2015

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: [email protected] jew bil-posta

Indirizz EditorjaliFlimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-FurjanaEmail: [email protected]

Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali

EditurCarmel Conti

GrafikaOutlook Coop

StamparVelprint Ltd

Ġunju 2015Editorjal • Dun Anton Portelli

Il-faċċata ta’ dan ix-xahar turi l-logo li ntgħażel għas-Sena Qaddisa, li Papa Franġisku ħabbar. Din is-Sena se tkun

iddedikata lill-ĦNIENA TA’ ALLA LI DEHRET F’ĠESÙ u se ssir bejn it-8 ta’ Diċembru ta’ din is-sena u l-20 ta’ Novembru, 2016.

Il-Papa ilu jgħallem fuq li Alla tagħna huwa Alla ħanin, u l-kliem li hemm fid-disinn jistednuna nkunu mimlijin ħniena bħalma hu Alla l-Missier.

Il-logo jgħallimna ħafna fuq il-ħniena ta’ Alla li twasslet lilna permezz ta’ Ġesù:• li anki minn fuq is-Salib, wera ħniena ma’

dawk li qatluh u mal-ħalliel it-tajjeb;• il-feriti tiegħu juruna u jwasslulna din

l-imħabba u l-ħniena u baqgħu dejjem miftuħin għalina;

• li jerfagħna fuq spallejh, jaqtagħna mill-ħażen ta’ madwarna, u bil-ħarsa tiegħu f ’għajnejna jfejjaqna minn ġewwa, mill-qiegħ nett tal-ħażen tagħna (innota li Kristu u l-bniedem għandhom għajn waħda komuni bejniethom);

• hekk nagħarfuh bħala l-Messija veru li jieħu fuqu l-ħażen tagħna;

• u meta nagħarfu dan, insiru dixxipli veri tiegħu.

Din il-Ħniena ta’ Ġesù magħna u għalina tidher fil-Missier li jħobb lill-iben li ‘ħela’ ħajtu, u fil-ħarsa ta’ Ġesù lil Pietru wara li dan ċaħdu tliet darbiet.

Din il-Ħniena tidher ukoll fil-ħajja tagħna jekk inħallu lil Ġesù jerfagħna fuq spallejh u jħares f ’għajnejna: issa, matul is-Sena tal-Ħniena, u dejjem.

Ħennu bħall-Missier

Korrezzjoni: L-esperjenza Għada Terġa’ Titla’ x-Xemx, li dehret fil-Flimkien ta’ Mejju nkitbet minn Louisa u Philip Grech u mhux kif deher. Niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent.

Flimkien b’tipi kbarFlimkien hu disponibbli wkoll f’verżjoni b’tipi kbar għal min għandu diffikultà biex jaqra. Jekk trid li l-Flimkien (b’tipi kbar) jasallek id-dar bil-posta, ibgħat ismek u l-indirizz u ċekk ta’ €10 (f’isem il-Kulleġġ tal-Kappillani) jew 38 bolla ta’ 26ċ għal 12-il ħarġa f’sena. Ibgħathom hekk: Flimkien, Kurja, Floriana. Għal aktar tagħrif, ċempel 25906400, 21374942 jew ibgħat email [email protected]

Pellegrinaġġi mal-Franġiskani 2015• L-Art Imqaddsa: 15-23 ta’ Lulju;

5-13 ta’ Awwissu; 9-17 ta’ Settembru.

• L-Art Imqaddsa u s-Sinaj: 3-13 ta’ Novembru.

• Assisi: 31 ta’ Awwissu-6 ta’ Settembru

Kummissarjat tal-Art Imqaddsa, 8, Triq Santa Luċija, Valletta (21242254; [email protected])

Page 4: Flimkien Ġunju 2015

indipendenti ©ewwa darek

Çempel issa23456500biex tag˙mel appuntament

mag˙na b’xejn

Caremark hija Francise IngliΩa

L-g˙ajnuna li g˙andek bΩonnbiex tibqa’ tg˙ix

Ibqa’ ©awdi ˙ajtek kemm tista’ bl-g˙ajnuna tal-’care workers’ ta’ Caremark

Çempel fuq 23456500 | email [email protected]

caremark-maltaSibna fuq

Page 5: Flimkien Ġunju 2015

Fil-21 ta’ dan ix-xahar niċċelebraw Jum il-Missier. Għalhekk xtaqt illum nitkellem magħkom fuq il-figura tal-missier.

Papa Benedittu XVI, fil-katekeżi tiegħu dwar il-Kredu (30.1.2013) qal li fiż-żminijiet tal-lum mhux dejjem faċli titkellem dwar li tkun missier. Speċjalment fil-Punent, fejn it-tkissir fil-familji, iż-żjieda fl-impenji tax-xogħol, it-tħassib dwar kif il-familja tibbilanċja l-baġit, u l-invażjoni tal-midja li taljena lill-bniedem fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum, qed iżommu milli jkun hemm relazzjoni kostruttiva u ta’ paċi bejn il-missirijiet u l-ulied.

Anki Papa Franġisku, fir-riflessjoni tiegħu fuq il-familja (28.1.2015) juri l-preokupazzjoni tiegħu: “Illum wasalna biex ngħidu li din tagħna hi soċjetà bla missirijiet. B’mod partikulari fil-kultura tal-Punent, il-figura tal-missier hi simbolikament assenti, għebet, tneħħiet”. Ikompli li madankollu kull familja għandha bżonn il-missier, u jwissi li n-nuqqas ta’ figura paterna fil-ħajja taċ-ċkejknin u ż-żgħażagħ tipproduċi lakuni u ġrieħi li jistgħu jkunu anki gravi ħafna.

Għall-grazzja t’Alla, f ’Malta għad għandna missirijiet responsabbli; li huma preżenti

Il-Kelma tal-Arċisqof

Memorji sbieħ ta’ missieri

fil-familja; qrib ta’ marthom, li jaqsmu kollox flimkien, ferħ u niket, taħbit u tamiet; u qrib ta’ wliedhom huma u jikbru. Jien għandi memorji sbieħ ta’ tfuliti, ta’ kemm lagħab missieri miegħi u ma’ ħuti, u kemm “ħela ħin” magħna! Illum il-ġurnata napprezza s-sagrifiċċji li għamel, flimkien ma’ ommi, u grat ħafna għall-eżempji sbieħ li tawna. Nistqarr ukoll li ġieli ltqajt ma’ missirijiet li jgħożżu l-familja u li huma ta’ eżempju għal missirijiet oħrajn.

Hemm paternità oħra li xtaqt insemmi – dik ta’ Alla Missier. Fil-Vanġelu, Alla jurina xi tfisser tabilħaqq tkun ‘missier’. Għal min kellu esperjenza negattiva ta’ missier, din ir-rivelazzjoni tal-Missier tgħinhom jirbħu d-diffikultà li jaħsbu b’serenità dwar Alla u jintelqu f ’idejH b’fiduċja. Fil-Vanġelu Ġesù jurina x’relazzjoni intima kellu mal-Missier bil-mod kif kien jindirizzah – ‘Abba’ li bl-Aramajk tfisser ‘Papà’. Fost affarijiet oħra, Ġesù jgħidilna li Alla hu l-Missier twajjeb li jgħannaq miegħu lill-iben mitluf li nidem (Lq 15:11), li jitma l-għasafar tas-sema u jlibbes il-ġilji tal-widien, u li aħna niswew aktar mill-ġilji u t-tajr tas-sema (Mt 6:26-32).

Nissuġġerilkom taqbdu f ’idejkom il-Vanġelu li jikxef il-wiċċ ta’ Alla bħala Missier li jħobb sal-punt li jasal biex jagħti l-istess Ibnu għall-fidwa tal-bnedmin. Aqraw silta kuljum minnu jekk tridu tidħlu f ’intimità ma’ dan Alla Missier u taslu biex timitawh.

Nawgura lill-missirijiet kollha l-festa t-tajba. Nagħtikom il-barka pastorali tiegħi.

+ Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta

indipendenti ©ewwa darek

Çempel issa23456500biex tag˙mel appuntament

mag˙na b’xejn

Caremark hija Francise IngliΩa

L-g˙ajnuna li g˙andek bΩonnbiex tibqa’ tg˙ix

Ibqa’ ©awdi ˙ajtek kemm tista’ bl-g˙ajnuna tal-’care workers’ ta’ Caremark

Çempel fuq 23456500 | email [email protected]

caremark-maltaSibna fuq

Ġunju 2015 | 5

Page 6: Flimkien Ġunju 2015

Wara li x-xahar li għadda rajna kif id-disa’ kmandament huwa dwar il-kontroll fuq il-ġibdiet tal-ġisem, l-għaxar kmandament ifakkarna li m’għandniex nixxennqu għall-ġid tal-proxxmu tagħna

Ma tagħMel xejn ħażin li tkun tixtieq tiekol jekk tħossok bil-ġuħ, jew li tkun tixtieq tixrob jekk tħossok bil-għatx, jew li tilbes ġakketta ħoxna jekk tkun qed tħoss il-bard. Però, jista’ jiġrilna li ma nirraġunawx, u ma nżommux il-qies, u għalhekk nispiċċaw nixtiequ inġustament dak li hu ta’ ħaddieħor. Li ngħir għall-ġid ta’ ħaddieħor mhux sew. Hekk ukoll jekk nagħmel xi ħaġa inġusta biex nagħmel ħsara lill-ġid ta’ ħaddieħor.

Ix-xeħħa u r-regħba wkoll imorru kontra l-għaxar kmandament.

asPettI oħra li forsi ma tantx jiġuna f ’moħħna f ’rabta ma’ dan il-kmandament huma bħal meta nies tal-business ikunu jixtiequ li prodott jiskarsa biex ikunu jistgħu jgħollu l-prezzijiet; jew meta negozjant jagħmel xi forma ta’ ħsara lil negozjant ieħor biex ifixkillu l-business tiegħu biex jistagħna hu.

l-għIra hi wieħed mis-seba’ rjus tad-dnub il-mejjet. Meta tgħir għall-ġid ta’ ħaddieħor, inti titnikket u tħoss ċertu mrar ġewwa fik għas-suċċess ta’ persuna oħra. Fl-istess waqt, ikollok xewqa bla rażan li dak il-ġid isir tiegħek, anke b’mezzi li huma ħżiena u

Il-Kmandamenti (10) • Fr Hector Scerri

Tixtieqx ħwejjeġ tal-oħrajn

inġusti, u għalhekk tkun qed tmur kontra l-għaxar kmandament. San Girgor il-Kbir jgħid: “Mill-għira jiġu l-mibegħda, il-malafama, il-kalunnja, il-pjaċir għad-deni tal-proxxmu, u d-dispjaċir għar-risq tiegħu.”

bIl-ħarsIen tal-għaxar kmandament, aħna napprezzaw is-suċċess tal-oħrajn, nikkollaboraw magħhom, u mhux infixkluhom. Filwaqt li għandna d-dmir li naħdmu flimkien – anke f ’affarijiet materjali – għall-ġid tas-soċjetà li fiha ngħixu u biex inkunu ta’ servizz għal xulxin, m’għandniex ninsew li x-xewqa għall-ġid veru – il-ġid li jibqa’ għal dejjem – teħlisna mir-rabtiet żejda mal-ġid tad-dinja. Il-ġid veru u li jibqa’ hu li tfittex lil Alla u tikber fir-rabta tiegħek miegħu.

“Il-wegħda lI tara lil Alla hi aqwa minn kull hena. Fl-Iskrittura, tara tfisser ikollok. Min jara lil Alla għandu l-ġid kollu li wieħed jista’ qatt jittama għalih” (San Girgor ta’ Nissa). Jalla x-xewqa vera u x-xenqa aħħarija ta’ kull wieħed u waħda minna tkun: “Irrid nara lil Alla”.

Tmiem tas-serje. Ħajr mill-qalb lil Fr Hector Scerri għall-artikli dwar il-Kmandamenti. Mix-xahar id-dieħel ikollna serje ġdida.

6 | Flimkien

Page 7: Flimkien Ġunju 2015

Katekiżmu Żgħir

X’jgħidulna l-Kotba Mqaddsa (il-Bibbja) dwar il-ġrajja tal-fidwa tagħna?L-ewwel ħaġa li l-Kotba Mqaddsa jgħidulna dwar il-ġrajja tal-fidwa tagħna hi li Alla sejjaħ lil Abram 4,000 sena ilu, u wiegħdu li jagħmlu missier ta’ poplu kbir li għad iġib il-barka ta’ Alla fuq id-dinja kollha. Abram emmen dil-kelma li qallu Alla u minn hawn bdiet il-fidi.

X’jgħidulna l-Kotba Mqaddsa dwar dak li ġara lill-poplu ta’ Abraham?Il-Kotba Mqaddsa jgħidulna li l-poplu ta’ Abraham, li kienu jissejħu Lhud jew Iżraeliti, kienu sfaw ilsiera fl-Eġittu għal 400 sena, iżda Alla sejjaħ minn fost il-poplu tiegħu lil Mosè biex jeħlishom mill-jasar u jmexxihom mill-ilmijiet tal-baħar lejn l-art imwiegħda. Dan jissejjaħ l-Esodu, u kull sena l-Lhud baqgħu jfakkruh bil-festa tal-Għid.

X’għamel Alla għall-poplu tiegħu wara l-ħelsien mill-Eġittu jew l-Eżodu?Wara l-ħelsien mill-Eġittu jew l-Eżodu, Alla wera lill-poplu tiegħu kif għandu jgħix u tah il-Liġi li tinġabar fl-Għaxar Kmandamenti. B’hekk dan il-poplu kien mistenni jħalli l-allat foloz u jibda jgħix ħajja sewwa u fil-paċi flimkien skont il-Liġi ta’ Alla.

Liema huma l-Għaxar Kmandamenti?L-Għaxar Kmandamenti huma dawn: Alla qal:

Jiena l-Mulej Alla tiegħek, li ħriġtek mill-jasar:

M’għandux ikollok allat oħra ħliefi.M’għandekx issemmi l-isem tal-Mulej

biex tużah ħażin.Qaddes jum il-Mulej.Weġġaħ lil missierek u lil ommok.La toqtolx.La tiżnix.La tisraqx.La tixhedx fil-falz kontra għajrek.La tixxennaqx għall-mara ta’ għajrek.La tixxennaqx għall-ħwejjeġ tal-oħrajn.

X’juruna qabel kollox dawn il-kmandamenti?Dawn il-Kmandamenti juruna qabel kollox liema huma l-ħwejjeġ l-aktar meħtieġa biex ngħixu fi ħbiberija ma’ Alla u ma’ xulxin.

Kien wasal il-poplu ta’ Alla fl-art imwiegħda?Iva, il-poplu ta’ Alla kien wasal fl-art imwiegħda. Meta mbagħad, madwar is-sena 1000 qabel Kristu, David kien sultan, il-poplu rebaħ ukoll il-belt ta’ Ġerusalemm. Lis-sultan David ġie mwiegħed li l-familja tiegħu għad issaltan fuq il-poplu ta’ Alla għal dejjem.

Kif twettqet din il-wegħda lil David?Din il-wegħda twettqet permezz ta’ Ġesù, li ġej min-nisel ta’ David u li hu Kristu s-sultan għal dejjem.

8

11

12

13

14

9

10

Il-Wegħda tal-Feddej

Katekiżmu Ġdid tat-Tagħlim Nisrani, miktub minn Herbert McCabe O.P., maqlub għall-Malti minn Arthur G. Vella S.J.

Ġunju 2015 | 7

Page 8: Flimkien Ġunju 2015
Page 9: Flimkien Ġunju 2015

Kulħadd sama’ li fid-19 ta’ April li għadda l-ISIS qatlu 21 Kristjan Etijopjan billi qatgħulhom rashom f ’xatt il-baħar, fil-

Libja. Imma forsi ftit jafu li wieħed minnhom, ċertu Jemaal Rahman, kien Musulman li tgħammed u sar Kristjan propju fil-ħabs daqskemm impressjonatu l-fidi ta’ sħabu.

Il-Papa Franġisku stqarr li fl-aħħar seklu kien hawn aktar Kristjani li ġew ippersegwitati jew maqtula għall-fidi tagħhom fi Kristu milli fis-sekli ta’ qabel kollha f ’daqqa.

Din mhix xi ħlieqa. Dan hu fatt imsaħħaħ u ppruvat minn diversi stħarriġ u rapporti serji magħmula minn organizzazzjonijiet bħal Aid to the Church in Need (ACN) li kull sentejn toħroġ ir-Religious Freedom Report (żur www.acnmalta.org/religious-freedom-report-executive-summary/ ).

Gyula Orban, uffiċjal tal-ACN, stqarr li fi żmienna aktar minn 200 miljun Kristjan qegħdin ibatu u huma ppersegwitati minħabba l-fidi tagħhom fi Kristu.

F’aktar minn 60 pajjiż, il-Kristjani mhux biss qegħdin jiġu ddiskriminati, imċaħħda mid-drittijiet fundamentali tal-bniedem, u meqjusa bħala ċittadini tat-tieni klassi, iżda wkoll qed jiġu ttorturati, stuprati, mitfugħa l-ħabs, imkeċċija minn djarhom u minn pajjiżhom, immassakrati u maqtula brutalment.

Bosta huma indifferenti għal din l-inġustizzja. U dan mhux biss min-naħa tal-media, iżda wkoll mid-decision makers li jdumu wisq biex jieħdu deċiżjoni. Kellu raġun il-Papa meta waqt Anġelus riċenti kkundanna l-fatt “li hawn kumplott globali ta’ skiet” dwar ħutna Kristjani.

Saħansitra f ’istituzzjonijiet bħan-Nazzjonijiet Uniti u l-Parlament Ewropew jistħu jew jibżgħu jsemmu l-kelma Christians u minflok jużaw il-kelma minorities.

L-ACN tħoss li ma tistax tibqa’ siekta quddiem dan “il-kumplott globali ta’ skiet”, għalhekk qed taħdem bis-sħiħ biex timmobilizza lill-Insara u dawk ta’ rieda tajba biex jagħmlu pressjoni fuq il-politiċi ħalli titwaqqaf il-persekuzzjoni li qiegħda ssir kontra l-Kristjani.

Bl-għajnuna t’Alla u l-ġenerożità tal-benefatturi, l-ACN qed tgħin fl-Evanġelizzazzjoni, tipprovdi assistenza lill-missjunarji (anki Maltin), u tipprovdi għajnuna essenzjali bħal ikel u akkomodazzjoni. F’din is-siegħa ta’ prova ħutna qed jiddependu mit-talb, mill-kompassjoni u mill-ġenerożità tagħna. Jekk trid tkun taf kif tista’ tgħin lil ħutna Nsara, ikteb lil: Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Imdina Road, Attard ATD 9038 jew ċempel 2148 7818 jew żur www.acnmalta.org.

Martri Kristjani • Stephen Axisa

Kumplott ta’ skiet

Stephen Axisa huwa d-Direttur Nazzjonali, Aid to the Church in Need (Malta)

Ġunju 2015 | 9

Page 10: Flimkien Ġunju 2015

Papa Franġisku qed jagħti rigal mill-isbaħ lill-Knisja billi ta permess biex minn April sa Ġunju ta’ din is-sena,

f ’Turin jintwera dak li ħafna jsejħulu ‘Liżar ta’ Kristu’ (Santa Sindone).

Għamel dan minħabba li din is-sena taħbat il-200 sena mit-twelid ta’ San Ġwann Bosco, li twieled fl-14-15 ta’ Awwissu, 1815 minn Margerita Occhiena u Francesco Bosco. San Ġwann Bosco kien dak li waqqaf is-Salesjani. F’Mejju li għadda l-Urna bil-ġisem ta’ San Ġwann Bosco daret ma’ Malta u Għawdex.

Is-Salesjani kienu u għadhom minn ta’ quddiem biex jagħtu sehemhom fl-istudji dwar is-Sindone.

Mhux possibbli nidħlu f ’ħafna dettall dwar x’inhi s-Sindone. Ħafna għandhom idea għall-inqas bażika dwar dan il-fenomenu. Huwa maħsub li dan huwa l-kefen li fih ġie

mgeżwer il-ġisem ta’ Ġesù meta tniżżel minn fuq is-salib u ndifen. Fih jidhru tbajja’ tad-demm u figura ta’ persuna li huwa evidenti ħafna li għaddiet mill-ħruxija tal-flaġellazzjoni u tat-tislib li għadda minnhom Sidna Ġesù Kristu, kif imfissra fil-Vanġeli.

Ix-xjenza għadha sal-lum mhix f ’pożizzjoni li tagħti spjegazzjoni ta’ kif saret il-figura fuq dan il-kefen. Filwaqt li permezz ta’ studju arkeoloġiku huwa possibbli wieħed jiddetermina snin sħaħ ta’ storja ta’ dan il-kefen, hemm ukoll snin ta’ dalma li fihom ma jinsab l-ebda tagħrif dwar dan il-liżar. B’danakollu, mit-tradizzjonijiet u d-devozzjonijiet li nibtu u kibru fost l-Insara matul iż-żminijiet, wieħed jista’ faċilment jasal għall-konklużjoni tal-anqas tal-eżistenza ta’ dan il-kefen.

Meta wieħed jaqra l-istorja tal-persuna tal-liżar, miktuba bid-demm u bil-figura stampata fuq il-kefen, malajr jista’ jintebaħ bil-ħruxijiet

Il-Liżar ta’ Turin • Fr Savio Vella SDB

Ir-Raġel tal-Liżar

10 | Flimkien

Page 11: Flimkien Ġunju 2015

li għaddiet minnhom din il-persuna sa ma waslet għall-mewt. Hija storja ta’ torturi u tbatijiet li wieħed ma jimmaġinax li l-bniedem jista’ jkun tant aħrax li jġibhom fuq bniedem ieħor.

Wieħed ukoll jibqa’ bla kliem meta jirrifletti fuq kemm il-bniedem jista’ jsofri tant inġustizzja u tant ħruxija u xorta jkun lest li jaħfer lil min ikun qiegħed jittrattah b’tant kefrija. Il-wiċċ tal-persuna li tant sofriet huwa wiċċ li jkellmek, u l-kliem tiegħu huwa kliem ta’ maħfra, sliem, u ta’ tama.

Waqt li tkun qed tħares u tirrifletti dwar l-istorja tal-persuna tal-kefen, flimkien mal-kurżità dwar il-fenomenu xjentifiku tal-figura fuq il-liżar, jitħalltu ġo fik sentimenti ta’ sogħba, ħniena, rabja għall-inġustizzja u l-ħruxija, kif ukoll sentimenti ta’ fidi, tama u mħabba lejn Dak li għażel li jmut għalik.

Imma dan il-kefen hu awtentiku? Kien dan il-kefen li fil-fatt indifen fih Ġesù? Dik il-figura li hemm fuq il-liżar hija tiegħu? Dak il-wiċċ tant seren u impressjonanti ta’ fuq il-Liżar huwa tassew wiċċ Kristu?

Il-Papiet ta’ żmienna, minn Pawlu VI sa Papa Franġisku, ma jikkommettux ruħhom dwar l-awtentiċità tal-figura tal-liżar imma kollha jiktbu dwar is-seħer ta’ din il-figura, dwar il-mod kif kull wieħed minnhom jinġibed mill-wiċċ tal-persuna tal-Liżar.

Jinsistu lkoll dwar il-fatt li l-fidi tagħna fi Kristu ma tiddependix mill-awtentiċità

jew le tal-liżar, imma mill-fatt li Kristu ġie mibgħut mill-Missier u li sar bniedem bħalna biex jifdina permezz tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien mill-mewt tiegħu. Fil-fatt, dik hi l-istorja li toħroġ mill-figura tal-liżar: it-tbatijiet li għadda minnhom Ġesù waqt il-passjoni u l-mewt tiegħu, storja li nsibu d-dettalji tagħha fil-Vanġeli.

Il-Knisja tinkoraġġixxi lix-xjenzati biex ikomplu jfittxu u jistudjaw. Lilna l-Insara, il-Papiet jisħqu magħna fuq l-importanza tar-riflessjoni. Hekk kif inħarsu lejn il-wiċċ ta’ Kristu, jeħtieġ li naraw fih il-wiċċ ta’ ħutna l-bnedmin li jgħaddu minn tant sofferenzi u tant persekuzzjonijiet u li għandhom bżonn tal-għajnuna tagħna. Il-wiċċ ta’ Kristu li nsibu fuq il-liżar huwa wiċċ li jistieden għall-imħabba u s-solidarjetà.

Kurżità? Iva! Ix-xjenza jeħtieġ li tibqa’ kurjuża.

Indifferenza? Le! Jeħtieġ li nisimgħu l-messaġġ tal-figura fuq il-kefen: “Dak li tagħmlu mal-iżgħar fost dawn ħuti, tkunu tagħmluh miegħi.”

Inħeġġuk tidħol fil-websajt www.sindone.org u inżel ftit ’il isfel u kklikkja fuq Lettura del Telo Multimediale. Tkun tista’ tagħżel il-wiċċ, l-għonq, l-idejn, is-saqajn, id-dahar, eċċ, tar-Raġel tal-Liżar u tingħata ħafna dettalji interessanti (anki bl-Ingliż). Interessanti wkoll il-Museo della Sindone li jekk tikklikkja fuqu ftit aktar ’il isfel tkun tista’ tagħmel żjara virtwali fih.

Ġunju 2015 | 11

Page 12: Flimkien Ġunju 2015

Tliet snin ilu bdejt kors ta’ filgħaxija tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta biex nistudja materja akkademika differenti għalkollox minn dik professjonali tiegħi. Iżda iktar ma beda jgħaddi ż-żmien iktar irrealizzajt li l-kors ma baqax sempliċi kors akkademiku imma wkoll mod qawwi kif nikber fil-fidi. Irrealizzajt li l-fidi u r-raġuni mhumiex f ’konflitt imma huma essenzjali għal xulxin. Il-kors qed jgħinni nifhem aħjar l-Iskrittura u t-tagħlim tal-Knisja, u kif dawn jgħinuni nimmatura fil-fidi tiegħi.

Sirt nirrifletti aktar fuq il-mistoqsijiet il-kbar tal-bniedem: dwaru nnifsu, Alla, is-sens tal-ħajja u lil hinn minnha. Issa li wasalt f ’nofsu, il-kors qed inħares lejh bħala vjaġġ ta’ skoperta tal-fidi tiegħi li qed nagħmel flimkien ma’ oħrajn li bħali qed ifittxu li jkomplu jikbru kemm bħala bnedmin u kemm bħala Nsara.

Xi snin ilu ħassejt li f ’ħajti ridt nagħmel xi ħaġa li tgħinni nifforma ruħi, nikber fil-fidi, u nsir naf iktar dwar it-tagħlim tal-Knisja. Wara li għamilt kors ta’ sena fl-ispiritwalità, fl-2010 ddeċidejt li nibda kors fit-Teoloġija fl-Università ta’ Malta.

F’dawn il-ħames snin tgħallimt nieħu sfida u negħlibha u ngħix iktar ġurnata b’ġurnata. Il-kors innifsu għenni f ’dan għax huwa proċess li fih sirt naf iktar lili nnifsi. Bħala persuna kkonsagrata, il-kors għenni fil-formazzjoni tiegħi, fl-appostolat li nagħmel, u fil-professjoni tiegħi bħala għalliema. Mingħajr ma tinduna, tibda tirrealizza li dak li titgħallem tibda pprattikah kontinwament fil-ħajja tiegħek.

Il-qsim tal-esperjenzi tal-ħajja kif ukoll ir-riċerka saħħewli r-relazzjoni tiegħi ma’ Alla u ma’ ta’ madwari. Il-fatt li tiltaqa’ magħhom tliet darbiet fil-ġimgħa (xi drabi anke iżjed) joħloq ħbiberiji intimi ma’ xi wħud.

Dan huwa s-sabiħ fl-istudju tat-teoloġija. Għalkemm huwa kors akkademiku u jirrikjedi ċertu impenn, jagħti sens kbir lill-ħajja umana u lill-misteri fil-ħajja tan-Nisrani.

Tħajjar int ukoll, u idħol għall-isfida! Kellimna fuq [email protected], jew ċemplilna fuq 2340 2767.

Kors tat-Teoloġija

Titħajjar tagħmel bħalna?

L-istudenti li jsegwu korsijiet fit-Teoloġija fl-Università ta’ Malta jibdew dan il-proċess ta’ studju b’interess, entużjażmu u kurżità li jitgħallmu xi ħaġa differenti u interessanti f’ħajjithom. Imma ma jdumux ma jsibu ambjent fejn mhux biss jikbru fl-għerf imma wkoll jiskopru lilhom infushom u jifhmu iżjed id-dinja ta’ madwarhom. Aqra x’qalu Jesmond u Kathleen:

Jesmond Schembri (Tielet Sena)

Kathleen Spiteri (Ħames Sena)

12 | Flimkien

Page 13: Flimkien Ġunju 2015

With an experience of more than 400 years of

theological studies at the University of Malta, the Faculty of Theology has been offering academic

degrees to lay persons for the last 50 years.

University of MaltaFaculty of Theology

Courses commencing in October 2015UndergradUate CoUrses•BachelorofArts(Hons)inTheology[day/evening]•BachelorofArts(Hons)inTheologywithaSubsidiaryArea•BachelorofArtsinTheologyandHumanStudies•BachelorofSacredTheology•DiplomainReligiousStudies[evening]

PostgradUate CoUrses• LicentiateinSacredTheology

•MasterofArtsinBioethics[evening]•MasterofArtsinFamilyMinistry[evening]

•MasterofArtsinMatrimonialCanonLawandJurisprudence[evening]•MasterofArtsinTheology[evening]

•MasterofArtsinReligiousStudies[evening]•MasterofArtsinYouthMinistry[evening]

•PostgraduateDiplomainPastoralPsychology[evening]•DoctorofPhilosophy

•DoctorofSacredTheology

theology as a sUbsidiary area of stUdyOnemayalsostudyTheologyasasubsidiaryareaofstudywithinthefollowingcourses:• B.Communications• BachelorofKnowledgeandInformationManagement

Applications are being received online at:www.um.edu.mt/apply

More information at:www.um.edu.mt/theology/prospectivewww.um.edu.mt/courses

Contact us: Telephone: 2340 2767Email: [email protected]: 23rd July 2015

Page 14: Flimkien Ġunju 2015

Ali, ċittadin ta’ klassi medja mis-Sudan, suldat ta’ 27 sena, kien jaqla’ biżżejjed biex iżomm il-familja tiegħu għaddejja. Martu kienet minn familja ta’ grupp etniku ieħor, ħaġa komuni f ’dawk l-inħawi. Issa, darba fost l-oħrajn, ir-reġim ordna lit-truppa li kien jagħmel parti minnha Ali, biex jisparaw fuq it-tribù li kien jagħmel parti minnu, jiġifieri fuq niesu stess. Ali ma obdiex, ħarab minn pajjiżu, u ħalla l-familja tiegħu warajh. Qasam id-deżert u l-Mediterran sakemm wasal Malta. Qatta’ tmintax-il xahar maqful f ’detenzjoni sakemm ingħata ażil politiku. Wara ħafna tentattivi sab xogħol fl-industrija tal-kostruzzjoni. Kien se jtir bil-ferħ għax seta’ jibgħat xi ħaġa tal-flus id-dar. Iżda, għalkemm fil-post tax-xogħol huwa għal qalbu ħafna, u l-kollegi jirrispettaw it-twemmin Musulman tiegħu, moħħu dejjem iberren fuq il-familja tiegħu. Tgħid martu u ż-żewġ uliedu se jpattuha qares talli hu ħarab minn suldat? L-unika xewqa tiegħu hija li l-familja tiegħu terġa’ tingħaqad flimkien f ’Malta jew f ’xi pajjiż ieħor Ewropew.

Naħseb ftit• Tgħid jien inkun kuraġġjuż biżżejjed li

nħalli kollox warajja, biex inżomm mal-prinċipji tiegħi?

• Ġieli sibt ruħi ma nistax nagħmel mod ieħor ħlief li naħrab minn dik is-sitwazzjoni? Sibt min jgħinni u jifhimni?

• Kif kien iħossu Ali li kieku ma ngħatax xogħol u li kieku twemminu ma kienx rispettat?

NitlobMulej nitolbu għal dawn li huma refuġjati/immigranti. Għinhom biex isibu nies li

jaċċettawhom u li jwiżnuhom. Tħallix li naraw ir-refuġjati bħala theddida imma bħala persuni li jkabbru lil ħajjitna. Agħmel li nagħrfu dawk l-affarijiet li jagħmluna refuġjati f ’ħajjitna, u agħmel li nitgħallmu nagħtu l-kenn lil xulxin.

Kliem ta’ dawl“Li tkun ħieles ma tfissirx biss li tneħħi l-ktajjen tiegħek imma li tgħix b’mod li tirrispetta u ttejjeb il-libertà ta’ ħaddieħor.” Nelson Mandela

X’nista’ nagħmel?• Matul dan ix-xahar inpoġġi lili nnifsi

fiż-żarbun tar-refuġjati / immigranti u naħseb fir-raġunijiet li jġagħluhom iħallu pajjiżhom.

• Nipprova ma ngħaddix ġudizzju u nħajjar lil ħaddieħor jagħmel l-istess.

• Naħseb ukoll f ’dawk l-affarijiet li jagħmluni refuġjat f ’ħajti, jiġifieri li jnaqqsuli l-libertà tiegħi, u nitlob lil Alla biex jgħinni nissuperahom.

Paġna mħejjija mill-Grupp Appostolat tat-Talb www.attmalta.org. Like us on Facebook

Appostolat tat-Talb

Għal Ġunju, il-Papa jistedinna nitolbu biex l-immigranti u r-refuġjati jsibu min jilqagħhom u jirrispettahom fil-pajjiżi li jaslu fihom.

Ħalla l-familja warajh

14 | Flimkien

Page 15: Flimkien Ġunju 2015

SPRING SUMMER 2015

Page 16: Flimkien Ġunju 2015

Yotared

sizes: 36-42

Yadarwhite

sizes: 36-42

Holliswhite / green

sizes: 36-42

Lakebablack

sizes: 36-42

Bolettaupe

sizes: 36-42

Sibelgrey

sizes: 36-42

Barbudaoff white

sizes: 36-42

Boa Vistainca

sizes: 36-42

Faialblack

sizes: 36-42

Ramblabronze

sizes: 36-42

Masabewhite

sizes: 36-42

Lusakablack

sizes: 36-42

New Tuam Incanavy

sizes: 36-42

Laoisplatinum

sizes: 36-42

Lynnpewter

sizes: 36-42

Munaligrey

sizes: 36-42

Page 17: Flimkien Ġunju 2015

New Tuam Incanavy

sizes: 36-42

Laoisplatinum

sizes: 36-42

Lynnpewter

sizes: 36-42

Munaligrey

sizes: 36-42

Page 18: Flimkien Ġunju 2015

Nourelnavy

sizes: 36-42

Ardeaoff white

sizes: 36-42

Ennisblue

sizes: 36-42

Norinabeige

sizes: 36-42

F O OT H E A LT H C E N T R E

Available from Scholl Foothealth Centres at:

The Point-Tigne, The Plaza Shopping Centre-Sliema, Mosta,

Fgura and Valletta. Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty

Centre Gozo, and all leading pharmacies. Tel: 20601148

www.schollfoothealthcentre.com

While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change

and not all sizes and colours may be available.

Phebedark blue

sizes: 36-42

Fanettabeige

sizes: 36-42

Page 19: Flimkien Ġunju 2015

Tixtieq tkun ta’ sapport għal min ġarrab it-telfa ta’ xi membru fil-familja tiegħu, jew forsi jkun għaddej minn xi tip ta’

telfa oħra f ’ħajtu u li qed toħloqlu tbatija?Kien ta’ pjaċir għalija meta P. Joe Saliba,

meta kien Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Venera, stedinni biex inħarreġ grupp ta’ tmien voluntieri rġiel u nisa mill-istess parroċċa biex jitħarrġu fil-bereavement care.

Diġà kont mexxejt taħriġ simili f ’parroċċi oħra, jiġifieri r-Rabat, Ħaż-Żabbar, u l-Unità li tikkomprendi Paola, Santa Luċija, Ħal Luqa, u Ħal Tarxien. Hemm ukoll tħarrġu timijiet ta’ voluntiera li bħala sehem fil-parroċċa għażlu li jfarrġu lil min għaddej minn żmien diffiċli.

L-appostolat ta’ faraġ Nisrani hu tip ta’ xogħol pastorali li ma jistax jibqa’ jsir aktar b’mod dilettantesk jew, kif ngħidu, “alla buona”. Għalhekk sar taħriġ xieraq biex

l-għajnuna li tingħata tkun l-aħjar possibbli.It-taħriġ kien jikkonsisti f ’sitt laqgħat

ta’ sagħtejn darba fil-ġimgħa li matulhom il-voluntieri ġew introdotti għas-suġġett tal-bereavement care. B’hekk huma ħejjew ruħhom għall-ħidma tagħhom biex ikunu korresponsabbli mal-Kappillan fl-appostolat tal-Faraġ Nisrani fil-komunità fejn jgħixu.

Dan is-servizz ta’ faraġ Nisrani jiġi offrut lill-membri tal-parroċċa kemm fuq bażi individwali kif ukoll f ’support group.

Wara dan it-taħriġ il-Kappillan introduċa dan l-appostolat “ġdid” fil-komunità ta’ Santa Venera billi fil-quddiesa tas-Sibt filgħaxija ta l-“mandat” fis-Servizz Faraġ Nisrani lit-tmien voluntiera. Kienet tassew idea tajba wkoll li għal din il-quddiesa kienu mistiedna l-familji li kienu ġarrbu xi telfa fil-familji tagħhom fis-sitt xhur ta’ qabel.

Servizz Faraġ Nisrani • Bernadette Briffa

Farrġu l-poplu tiegħi!Volontarjat fil-parroċċi fost min ġarrab telfa f’ħajtu

Bernadette Briffa hi Social Worker, Grief Recovery Specialist, u b’diploma fi Spiritual Guidance u tista’ tiġi kkuntattjata hekk: [email protected] jew [email protected] jew fuq 7944 5226.

Ġunju 2015 | 19

Page 20: Flimkien Ġunju 2015

Meta kont żgħir, kull nhar ta’ Sibt il-ġenituri kienu jeħduni ngħid ir-rużarju fil-knisja tal-Madonna

tal-Ħerba, Birkirkara. Kont nistenna bil-ħerqa tmiem il-funzjoni biex nisma’ lill-kanonku jibda jkanta s-Salve Regina bil-Latin. Kellu leħnu sabiħ, jgħinu biex l-innu lill-Madonna jinstema’ f ’armonija liema bħalha.

Meta kbirt kelli x-xorti nisma’ s-Salve Regina f ’Notre Dame, Pariġi. Sal-lum, kull meta nkun hemm, ma nitlifx il-quddiesa tas-Sibt tas-6:30pm (li tispiċċa għat-7:45pm). Tkun kantata, bit-talbiet tal-fidili f ’bosta ilsna. Imma nkun qed nistenna l-mumenti tal-aħħar meta l-konċelebranti jduru fid-direzzjoni tal-Madonna u jkantaw is-Salve Regina. Minkejja t-tul taċ-ċerimonja kważi ħadd ma jitħarrek. Kull min jaf jiftaħ ħalqu u jgedwed xi żewġ kelmiet bil-Latin, jipprova jkanta.

F’Malta mhux fil-knejjes kollha tagħna għandna min imexxi l-kant jew idoqq. Imma xorta għandna nagħmlu kull sforz biex il-kant isir parti mill-quddiesa. Mill-eżempju ta’ Spanja forsi nistgħu nsibu soluzzjoni tajba. Hemm innutajt li qabel tibda l-quddiesa jindaqq innu minn fuq tape recorder u, waqt il-quddiesa, pereżempju waqt l-offertorju u waqt it-tqarbin, il-qassis jixgħel it-tape recorder b’innijiet sagri addattati għal dawn il-waqtiet tal-quddiesa. Min ikun fil-knisja jista’ jew

Riflessjoni • Lawrence Quintano

Ftit mużika ma tagħmilx ħażin

ikanta mal-mużika ħierġa mit-tape recorder jew jagħżel li jisma’ biss – xorta jkun qed jieħu sehem. Mhux idea ħażina nippruvaw nagħmlu bħall-Ispanjoli. Il-mużika hija mezz qawwi biex tfaħħar ’l Alla u ddaħħlek fl-atmosfera sagra marbuta mas-sagrifiċċju tal-quddiesa, sew qabel kif ukoll waqt il-quddiesa.

Innutajt li l-innijiet ħafna drabi jkunu jixbhu dawk li nkantaw hawn Malta – ħlief li jkun bl-Ispanjol. Ikun hemm mużika oħra li jekk tibda tinstema’ fil-knejjes tagħna malajr tista’ tindara u tingħoġob ukoll. Mhux l-ewwel darba li jindaqq xi innu bħal O Salutaris Ostia jew Panis Angelicus. Dawn għandhon jinżlu tajjeb mal-poplu tagħna. Anki maż-żgħażagħ. Wara kollox iż-żagħżugħ kapaċi jagħraf jew iħoss biċċa mużika tajba, kemm moderna u kemm Gregorjana, bil-kitarra jew bl-orgni.

Ma naħsibx li l-quddiesa b’hekk se titwal fil-ħin għaliex dan kollu jista’ jsir waqt li l-funzjoni tkun għaddejja. Immaġinaw kieku f ’xi Ħadd tisma’ l-Kredu jew il-Gloria tal-Missa de Angelis! Immaġinaw ukoll kemm il-quddiesa matul il-ġimgħa tista’ tkun esperjenza isbaħ bi ftit mużika li toħroġ mill-mezzi moderni! Nistgħu tal-anqas nippruvaw dan l-esperiment f ’xi wħud mill-knejjes tagħna?

20 | Flimkien

Page 21: Flimkien Ġunju 2015

Ittra rebbIeħa

TolleranzaTassew li aħna pajjiż Nisrani, imma ma nistgħux ngħidu li l-livell tat-tolleranza tagħna jista’ jissejjaħ għoli! Anzi l-livell tat-tolleranza tagħna huwa tassew baxx. Aħna pronti wisq biex nippuntaw subgħajna u mingħajr ħniena u kompassjoni ħallina ngħajru u mmaqdru lil għajrna. Kemm hi sabiħa meta tisma’ ftit ħniena ħierġa minn fomm xi ħadd u tħossok maħbub/a. Ejjew nibdlu l-attitudni tagħna u nxerrdu aktar tolleranza. Wara kollox ħadd mhu perfett.

M. Lia, Kalkara

Ittri mill-qarrejja

PrijoritajietNhar il-Ħadd 12 ta’ April il-Knisja fakkret il-Festa tal-Ħniena Divina. Bħal kull sena fil-parroċċa tagħna f ’din il-ġurnata jsir il-vjatku tal-morda. Ma nistax nifhem kif f ’purċissjonijiet oħra, bħal pereżempju fil-purċissjoni tad-Duluri u oħrajn, jattendu kwantità kbira ta’ pellegrini imma wara l-Ewkaristija bilkemm ikun hemm tużżana nies, u dan minkejja l-avviżi kollha li jsiru.

A. Aquilina, Rabat

Tfal bħall-flielesGħoġobni ħafna l-artiklu ‘It-tfal bħall-flieles, inaqqru dejjem!’ (Flimkien, April). Kemm hi ħaġa sabiħa li napprezzaw lilna nfusna, dak li hu tagħna, u dak li tana Alla, li tibqa’ l-kuntentezza u l-imħabba bejn il-koppja anki wara li jkollhom it-tfal. Jalla permezz ta’ dan l-artiklu l-ġenituri żgħażagħ jirnexxilhom jifhmu aktar lil xulxin!

M. Cilia, Paola

Tweġiba: Il-qarrej ma jindikax is-sentenza kollha fit-testment li dwarha jrid spjega, għalhekk mhux qed nara l-parti riprodotta fil-kuntest tagħha. Imma ‘stilliċidju’ hu s-servitù li terran ikollu fuq terran li jiġi taħtu, u għandu x’jaqsam mal-obbligu li t-terran ta’ taħt jirċievi l-ilma tat-terran li qiegħed aktar għoli minnu.

aVuKat - dr ray Zammit ll.d

StilliċidjuJekk jogħġbok fisser din is-sentenza li sibt fit-testment: ‘... u tal-istilliċidju fuq l-imsemmi terran’. GM, Żebbuġ

IttrI MIll-Qarrejja L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: [email protected]; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

drachma Parents support group Support group għal ġenituri Kattoliċi b’ulied gay. Il-laqgħat li jmiss se jsiru:

• il-Ħamis, 18 ta’ Ġunju fit-8:00pm

• il-Ħamis, 16 ta’ Lulju fit-8:00pm

Mount St Joseph, Tarġa Gap, Mosta

Ċempel 7944 2317 għal aktar tagħrif jew biex tirċievi b’xejn fuljett dwar is-suġġett.

Ġunju 2015 | 21

Page 22: Flimkien Ġunju 2015
Page 23: Flimkien Ġunju 2015

Fidi u Drawwiet • Sergio Grech

Festa tad-Dawl

F’Malta l-festa niċċelebrawha fin-Nadur kif ukoll fir-Rabat u l-Imdina. Il-Bażilika tal-Vatikan hija ddedikata lil San Pietru

u San Pawl. Hija festa ta’ żewġ qaddisin ewlenin li jixxiebhu, imma fl-istess ħin differenti minn xulxin. It-tnejn kienu appostli u t-tnejn mietu martri: fuq wieħed inbniet il-Knisja; l-ieħor kien l-akbar missjunarju tal-Knisja. It-tnejn b’passat tqil: wieħed ċaħad lill-Imgħallem minkejja li ftaħar li lest li jmut għalih; l-ieħor ippersegwita lill-Imgħallem fid-dixxipli tiegħu.

F’din il-festa hemm id-drawwa li l-Papa jagħti l-pallium lil min ikun sar arċisqof ġdid. Il-pallium hu simbolu tal-kariga tagħhom (ragħajja) u jkun magħmul mis-suf tan-nagħaġ.

Il-festa taż-żewġ qaddisin f ’dawn il-gżejjer nafuha bħala l-Imnarja, festa tad-dawl – il-kelma Imnarja ġejja minn Luminaria. Dari, fil-festa ta’ San Ġwann il-Battista, jiġifieri fl-24 ta’ Ġunju, kienu jinxtegħlu l-ħġejjeġ u l-fjakkoli bi tħejjija, jinqara l-bandu li kien jawtorizza li ssir il-festa tal-Imnarja, u jintwerew il-palji li se jintrebħu fit-tiġrijiet.

Tant kienet importanti għall-Maltin ta’ dari din il-festa li meta kienet issir il-kitba taż-żwieġ kienu jdaħħlu klawżola li tesiġi li r-raġel jieħu l-mara tiegħu għall-Imnarja u l-festa ta’ San Girgor! Wara li jiżżewġu, l-ewwel darba li jmorru l-Imnarja l-għarajjes kienu jilbsu l-ilbies tat-tieġ. Il-qofol kien jintlaħaq lejlet il-festa fejn il-Buskett ma kienx jibqa’

aktar bosk sieket imma ċentru ta’ divertiment, kant, għana, wirja ta’ prodotti lokali u bejgħ. Dan minbarra l-famuża wirja agrarja b’għeruq antiki.

Dakinhar tal-festa kienet importanti l-purċissjoni li kienet titlob ċertu ritwal u kulur, bis-sehem tal-monsinjuri tal-Katidral. Dik il-ġurnata ma kinux jonqsu t-tiġrijiet tal-bhejjem li maż-żmien ġustament kien hemm min ikkritikahom.

L-Imnarja hi l-festa ta’ żewġ qaddisin li ma kinux perfetti, imma kienu jħobbu ħafna. Jippuntaw subgħajhom lejn ħutna l-Insara tal-Lvant li qed ikunu ppersegwitati u maqtula minħabba l-fidi tagħhom … u li huma għaddejjin mill-prova tal-fidi. Imma jippuntaw subgħajhom ukoll lejna … li aħna għaddejjin mill-prova tal-imħabba.

evanġelizzazzjoni Ġdida fil-ParroċċaKonferenza fl-Iskola Santa Monika, il-Gżira (wara l-Pixxina Nazzjonali, air-conditioned)

Is-Sibt 27 ta’ Ġunju: 9:00am-13:00pm

Il-kelliema jkunu kappillani u lajċi barranin li se jkunu Malta apposta għaċ-Ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr ’l Alla għar-rikonoxximent ekkleżjastiku tal-Komunità Dixxipli ta’ Ġesù li se ssir il-Ġimgħa 26 ta’ Ġunju fis-7:00pm fil-knisja tal-Kunċizzjoni, Bormla.

Niżżel il-programm kollu mis-sit: http://www.disciplesofjesus.org.mt/wp-content/uploads/2015/05/Poster_A3.pdf jew ċempel 9980 2290 jew 2123 0233 għal aktar informazzjoni.

Forsi ħafna minna jaħsbu li l-festa ta’ San Pietru u San Pawl hi xi ċelebrazzjoni li ssir Malta biss. Veru li l-festa tmur lura għal żmien il-Kavallieri, imma din hija festa qadima tal-Knisja Kattolika. Hi festa pubblika wkoll fl-Iżvizzera, jiġifieri fil-Canton Ticino u f’partijiet mill-Canton ta’ Lucerne u Graubünden

Ġunju 2015 | 23

Page 24: Flimkien Ġunju 2015

Rental Service Available!

Quality products at affordable prices!

You deserve to be championed

Your trustworthy insurance company

middlesea.comT. 2124 6262

COM 050415 LEI 213800KY94NQYH4IZU83

Mapfre Middlesea p.l.c. (C-5553) is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998.

We all have that something special which makes us unique. At MAPFRE MIDDLESEA we recognise this. We believe that you deserve to feel special and be given priority. That is why we strive to provide you with a service that can improve your quality of life.

Page 25: Flimkien Ġunju 2015

Għalkemm it-tqala normalment tieħu madwar 40 ġimgħa (l-antiki kienu jgħidu ‘40 qamar’) jew 9 xhur, fil-fatt

mhux bilfors ikunu hekk bl-eżatt. Lejn l-aħħar tiġi ċċekkjata l-qalb tat-

tarbija (kemm meta tkun kwieta u kemm meta tiċċaqlaq) u jitkejlu xi movimenti tal-utru, biex jaraw jekk il-contractions humiex qed jinħassu xi ftit u jekk il-qalb tat-tarbija hijiex tirreaġixxi tajjeb.

Jekk xorta ma jkunx hemm sinjal li se jibdew il-contractions, allura t-tobba jgħinuha tibda l-ħlas billi jitpoġġa gel mal-għonq tal-utru biex jistimola l-contractions. Jekk wara 12-il siegħa ma jiġri xejn, jew jerġa’ jitpoġġa l-gel jew jinbeda d-drip li fih tingħata sustanza fid-demm biex jgħin il-contractions.

Għalkemm din il-parti tal-ħlas mhix pjaċevoli, kull omm tirrakkonta kif tinsa kollox meta jkollha t-tarbija f ’idejha. Anki Ġesù darba semma’ dan il-fatt meta qal: ‘Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja’ (Ġw 16:21-22).

Il-contractions jiftħu l-għonq tal-utru sa 10 ċentimetri biex tkun tista’ tgħaddi ras it-tarbija. Normalment l-għonq tal-utru jinfetaħ ċentimetru kull siegħa, imma kollox jiddependi min-natura tal-omm. Xi drabi t-tobba jgħinu l-proċess billi “jifqgħu

l-ilma” jiġifieri jifqgħu l-bużżeqa li fija jkun hemm it-tarbija, imma f ’xi każi l-ilma jiġi waħdu. F’dan il-każ il-mara għandha tevita li toqgħod bilwieqfa u tmur lejn l-isptar.

Meta l-għonq tal-utru jinfetaħ 10 ċentimetri l-omm tiddaħħal fid-delivery room. Hawn ukoll ikun hemm contractions qawwija imma l-majjistra hawn se tgħinha billi tgħidilha meta u kemm għandha timbotta. Bejn contraction u oħra l-omm tistrieħ u tieħu nifsijiet fil-fond.

Il-missier għandu xi rwol waqt il-ħlas? Xogħol il-missier hu li jinkuraġġiha, ixarrbilha wiċċha, kultant jgħidilha kelma, ifakkarha kif tieħu n-nifs skont kif tgħallmu fil-klassijiet ta’ waqt it-tqala. Dan is-sapport jgħin ħafna lill-omm. Fid-delivery room, il-missier għandu jgħolli ras l-omm minn wara biex tkun tista’ timbotta aħjar. Il-missier għandu jkun moħħu biss fl-omm, għaliex it-tarbija tieħu ħsiebha l-majjistra.

Meta mbagħad toħroġ it-tarbija hija ħaġa sabiħa li l-majjistra tgħaddi t-tarbija lill-missier u dan imbagħad jagħmilha fuq l-omm – mument li l-koppja jibqgħu jiftakru għal dejjem u jitkellmu fuqu ħajjithom kollha.

Ikun fadal biss li toħroġ is-sekonda, li ġeneralment toħroġ wara xi kwarta b’mod naturali u bi ftit contractions.

Grazzi lil Dott. Anna Maria Vella għal din is-serje. Mix-xahar id-dieħel se jibda jkollna serje miktuba minn nutrizjonista.

It-Tabib • Dott. Anna Maria Vella

L-aħħar passi

Ġunju 2015 | 25

Page 26: Flimkien Ġunju 2015

• 4-section electric bed• German Brand• Ultra-low entry height of just 32 cm• 24v drive system• 185kg user weight

Page 27: Flimkien Ġunju 2015

TislibaMimdudin5. Xagħar oħxon innukklat fuq in-ngħaġ (3)6. Tfigħ tas-saqajn fil-mixi (5)7. Re fi żmien Ġesù (5)8. Grupp ta’ kantanti b’ilħna differenti (3)9. Ma jżomm xejn f’moħħu (5)12. Joqgħod għal fejn tridu (5)15. Qmis ħafifa tan-nisa (5)18. Obbligati (5)20. Uża ġwenħajh u telaq ’l hemm (3)21. Ara 10. Weqfin22. Rappreżentant (5)23. Delikat; raffinat (3)weqfin1. Boċċa iebsa taħt il-ġilda (5)2. Ruħ; spirtu (5)3. Globu; ballun (5)4. Kitba li mhix poeżija (5)10. u 21. Mimduda: Xitla msejħa wkoll

bellomu u żinnja (8) 11. Raddew; qassmu (3)13. Tgħix fiha (3) 14. Frott iswed u jtabba’ ħafna (3)16. Qanqal, qajjem, entużjażma, ma ħalliex

mejjet (5)17. Grupp ta’ impjegati f’uffiċċju (5)18. Annimal tal-baħar jimxi laġenba (5)19. Dott. Ġorġ -----, l-aħħar President raġel (5)

Irbaħ voucher mingħand alfsons supermarket, il-ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

Alfakodo Irbaħ voucher mingħand bfitMalta Fitness studio, 123, triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

A D x R 20 n G - Jb A ÷ I O I x DC Y + V P D + F 13d W - T 4 Q V x ZE O x Z r L - AF Q ÷ I S X + MG H + O 22 T R x ZH E - B u A + VI U ÷ P 2 V K ÷ Ij Z x M w S - DK N + Y x N + Tl U - N Y G ÷ IM J ÷ Z Z C - H

A 15 n 9b 20 O 4C 7 P 10d 1 Q 17E 12 r 23F 24 S 13G 21 T 25H 14 u 3I 6 V 16j 19 w 11K 2 x 22l 8 Y 26M 18 Z 5

not

a: g

ħ u

Ie ji

eħdu

kax

xa w

aħda

Mimdudin: 5. ŻIR, 6. ABBLI, 7. OVALI, 8. RIX, 9. KAWBA, 12. KITLA, 15. KBIRA, 18. ASAĦĦ, 20. WIED, 21. SPTAR, 22. ARMAT, 23. ATT.weqfin: 1. BABAW, 2. GŻIRA, 3. BROXK, 4. FLAWT, 10. ABB, 11. BAR, 13. ISS, 14. LUĦ, 16. ITTRA, 17. AWRAT, 18. ADATT, 19. ARMIER.

Paġna tal-Logħob • Claudia Cini

Waħda tiswa mija u xejn tiswa mitejn!

Tweġiba: Kelma

1 2 3 4

5

6 7

8

9 10 11 12 13 14

15 16 17 18 19

20

21 22

23

soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

rebbieħ: I. Muscat, ħad-dingli

rebbieħ: M. Vassallo, san Ġwann

soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

Ġunju 2015 | 27

Page 28: Flimkien Ġunju 2015

Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq [email protected] • www.facebook.com/livelifemalta

46, Manwel Dimech Street, Sliema

Għaċ-ċentru tar-riabilitazzjoni LiveLife, ix-xahar ta’ Ġunju hu sinonimu mal-għarfien tal-waqgħat fost l-anzjani. Għat-tieni sena konsekuttiva, LiveLife se jorganizza taħdita pubblika fuq dan is-suġġett.

Kif konna ktibna sena ilu, il-waqgħat fost l-anzjani huma komuni u dawn jiżdiedu aktar ma il-persuna tikber.

Fil-pubblikazzjoni tax-xahar l-ieħor, semmejna li l-LiveLife nieda programm personalizzat ta’ riabilitazzjoni biex jindirizza problemi fiżiċi partikolari, fosthom il-waqgħat jew aħjar il-prevenzjoni ta’ dawn il-waqgħat fost l-anzjani.

Muskoli dgħajfa, bilanċ batut, uġigħ fil-ġogi tas-saqajn u moviment tal-ġogi limitat minħabba l-artrite huma uħud fost ir-raġunijiet li minħabba fihom persuna taqa’. Mezz kif wieħed jevita l-waqgħat hu

li jsaħħaħ il-muskoli ta’ ġismu, speċjalment tas-saqajn, li jtejjeb il-bilanċ u n-nifs biex jgħejja inqas malajr. Il-programm Rehab-12 plan jindirizza dawn il-problemi fuq medda ta’ 12-il ġimgħa ta’ taħriġ, tagħrif u għajnuna b’miri stabbiliti minn qabel kull 4 ġimgħat.

Attenzjoni għandha tingħata wkoll lill-ambjent li ngħixu fih, speċjalment id-dar fejn perikli bħal twapet, wajers minn naħa għall-oħra tal-kamra, ilma mal-art jew xi pet mas-saqajn, dlam meta nqumu speċjalment bil-lejl, żarbun mhux marbut sewwa jew mixi bil-kalzetti, jistgħu faċilment jikkawżaw xi waqgħa.

It-tabib tal-familja għandu jkun l-ewwel persuna li ngħajtu meta sfortunatament jkolna xi waqgħa, speċjalment meta ma nkunux nafu r-raġuni ta’ din il-waqgħa. }afna drabi jkun hemm raġuni medika bħal pressjoni baxxa, zokkor baxx fid-demm, konfużjoni minħabba xi infezzjoni jew xi difett fil-vista.

Wieħed mis-suġġetti li ser niddiskutu fit-taħdita ta’ dan ix-xahar ser ikun dwar il-problemi u s-soluzzjonijiet li jeffettwaw il-vista fost l-anzjani, bħal glaucoma, macular degeneration u retinal detachment.

LiveLife jistedinkom għal taħdita pubblika nhar is-Sibt 20 ta’ Ġunju 2015 fl-10.00am. Il-kellliema ser ikunu:• Ms Celine Pace B. Med. Sci(Orthoptist) Hons.• Mr Andy Hales MASc, BASc Exercise

Physiologist• Dr Peter Ferry MD FRCP MSc PG Dip Ger Dip

ORT Cert Med Ed Consultant Geriatrician

Avviż

bi ħ

las

Għarfien fuq il-waqgħat fost l-anzjani

LiveLife will be hosting a Falls awareness day on the 20th of June at 10am. Speakers include Dr Peter Ferry, consultant Geriatrician, Ortoptist Ms Celine Pace and Exercise Physiologist Mr Andy Hales. Call us on 2133 9000 to book your seat.

Page 29: Flimkien Ġunju 2015

Tfal fil-Bibbja • Storja: Claudia Cini; Illustrazzjoni: Graziella Grech Cachia Ġunju 2015 | 29

Meħlus mill-ilmaĦafna żmien ilu, l-Eġittu kien immexxi

minn Fargħun bla qalb. Lill-Iżraelin kien jistmahom ta’ lsiera u kien iġegħelhom jaħdmu iebes. L-Iżraelin kienu dejjem jiżdiedu fin-numru, għalhekk darba waħda ħareġ ordni li jinqatlu t-trabi subien kollha li jitwieldu lill-Iżraelin.

Missieri Għamram u ommi Ġokebed diġà kellhom lil oħti Mirjam u lil ħija meta twelidt jien. Minħabba l-ordni tal-Fargħun, huma ħbewni f’darhom għal tliet xhur sħaħ, imma kienu dejjem imbeżżgħin li xi ħadd jinduna bija u joqtluni bħat-trabi l-oħra subien.

Għalhekk, wara li talbu l-għajnuna ta’ Alla, huma fasslu pjan. Mill-pjanta tal-papirus missieri bena benniena u ksieha bil-qatran biex ma jidħolx ilma fiha, qegħduni fiha, u poġġewni fix-xmara Nil. Kienu jafdaw f’Alla b’għajnejhom magħluqa.

Oħti Mirjam baqgħet hemm tara x’se isir minni. Stajt faċilment niġi attakkat minn xi kreatura feroċi, imma b’xorti tajba bint il-Fargħun u l-qaddejja tagħha għaddew mill-inħawi. F’temp ta’ ftit ħin, skoprewni u bil-grazzja ta’ Alla bint il-Fargħun ħadet grazzja miegħi, minkejja li basret li jien kont wild l-Iżraelin.

Oħti kienet pronta u ħajret lill-prinċipessa biex jekk riedet issibilha mara

biex tieħu ħsiebi. Din aċċettat, u oħti marret iġġib lil ommi stess. Il-prinċipessa semmietni Mosè, li jfisser ‘meħlus mill-ilma’, u kienet tħallas lil ommi talli tieħu ħsiebi. Minn dakinhar jiena ma bqajtx fil-periklu li ninqatel, imma sirt prinċep Eġizzjan. Ommi ma waqfet qatt tfaħħar lil Alla ta’ kemm kien ħanin u talli sama’ talbha. Jien bqajt ngħix mal-familja tiegħi sakemm kbirt ftit.

Jiena trabbejt fil-familja rjali u tgħallimt dak kollu li kien jeħtieġli nitgħallem bħala prinċep peress li xi darba kont se nilħaq Fargħun. Minkejja dan, f’qalbi kont naf li ma kontx Eġizzjan imma Iżraelit, u meta wasal il-waqt warrabt il-ġid u r-rikkezzi kollha li kelli u rġajt lura ma’ ħuti l-Iżraelin, anke jekk kont naf li kelli ngħix ħajja ta’ tbatija.

KoMPetIZZjonIx’kien jismu ħu Mosè?Fittex it-tweġiba fil-Ktieb tal-eżodu (kapitlu 6, vers 20) u ibgħatha hekk:Flimkien, Tfal fil-Bibbja, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand bfitMalta Fitness studio, 123, triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411).

soluzzjoni għal ta’ Mejju: Missier david kien jismu Ġesse jew Isaj.rebbieħ: l. Pace, il-Mosta

Ara xi ħlewwa ta’ tarbija!

Page 30: Flimkien Ġunju 2015

Ftaħna t-toroq tagħna beraħ u żejjinna djarna wkoll Biex int terġa’ timxi fostna U tagħrafna lkoll ilkoll.

Qtajna l-palm il-ġdid mill-ġonna Ħa nsellmulek int w għaddej Fommna nħall biex b’din l-Osanna l-isbaħ merħba ntuk Mulej.

Ibqa’ ħdejna biex il-baħar Terġa’ ssikktu meta jqum. Mexxi d-dgħajsa tqila tagħna Lejn ix-xatt sa tmiem il-jum.

Erġa’ rodd is-saħħa ’l-morda Erġa’ farraġ ’il-imnikktin Erġa’ aħfer lill-midinba Erġa’ qajjem lill-mejtin.

Idħol magħna ġewwa djarna Aħdem magħna b’dawn l-idejn Kul mill-mejda li ħejjejna Orqod magħna dan il-lejl.

Itla’ magħna l-għolja tqila Aqa’ magħna tul it-triq Egħreq magħna dan il-għaraq Olfoq magħna dan l-ilfiq.

Itlob magħna t-talb imweġġa’ Ħoss ġo għadmek il-weġgħat Nixxi magħna d-demm u l-ilma Bati magħna t-tliet sigħat.

Għasses sewwa l-qabar tagħna Sa ma r-raqda tagħna ddum U qajjimna kif qomt inti Maż-żerniq tat-tielet jum.

L-Aħħar paġna

L-Għanjatal-Għaqda

Oliver Friggieri u Vince Fabri

30 | Flimkien

Page 31: Flimkien Ġunju 2015
Page 32: Flimkien Ġunju 2015