gilju rebbieh marzu 2013

12
il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 25 Marzu 2013 Is-Surmast Direttur Mro. Twanny Borg jidderieġi l-Banda Sagra Familja waqt Pro- gramm Mużikali fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara nhar il-Ħadd 9 ta’ Diċembru 2012. Aktar ħidma mill-Maħżen tal-Armar Ċertament li jekk il-fergħat kollha tas- Soċjetà jinsabu għaddejjin b’ħidma kon- tinwa fuq il-proġetti u l-inizjattivi tagħhom, l-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju hija mu- tur qawwi ta’ enerġija fejn ta’ kuljum qed issir ħidma bla heda ġewwa l-maħżen tal-armar b’risq il-festa 2013. Wieħed mill-akbar proġetti li din l-għaqda, taħt ir- riedni tad-Delegat tal-Armar Pierre Magro, daħlet għalihom matul din is-sena huwa r-restawr estensiv fuq ħafna mill-armar li huma propjetà tas-Soċjetà u li b’elementi naturali saritilhom bosta ħsara matul iż- żmien. Fost dan l-armar insemmgħu statwi u kolonni li kienu fi stat ħażin. » 2 Jibda’ l-ġbir ta’ fondi b’riżq il-Puġġaman Kif rajna fl-aħħar ħarġa ta’ din il-gazzetta, il-proġett tal-bar area mhux talli intemm, talli issa jonqos biss l-aħħar irqaqat sa- biex dak kollu proġettat jiġi mwettaq bħall-bqija tal-affarijiet. Matul ix-xahar ta’ Jannar inxtraw sett ta’ siġġijiet mod- erni li se jkunu qed jintużaw f’din il-parti tas-sede tas-Soċjetà u wieħed min- nhom jinsab esebit fil-bar area sabiex kull min huwa interessat ikun jista’ jarah. Bħalissa qed issir ħidma sfieqa sabiex jinstabu wkoll imwejjed pariġġ, ħalli fil- ġimgħat li ġejjin il-Kumitat Ċentrali jkun jista’ jattrezza l-bar area b’imwejjed u siġġijiet ġodda. Matul ix-xahar ta’ Frar saru xi arranġamenti fuq il-bitħa, ħalli din ukoll tkun tista’ tiġi attrezzata aħjar u tista’ tintuża minn dawk preżenti bħala smoking area. Biex kollox ikun komplut kif proġettat, jonqos biss li jiġu instal- lati sett ta’ emergency lights fis-suffett u dekorazzjoni mal-ħajt prinċipali, liema oġġetti ser jiġu diskussi fil-ġimgħat li ġejjin. Madankollu, żgur li proġett im- portanti ħafna u mistenni minn bosta ser ikun il-puġġaman tat-taraġ elittiku li jagħti għall-ewwel sular. » 3

Upload: sagra-familja

Post on 09-Mar-2016

243 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

TRANSCRIPT

Page 1: Gilju Rebbieh Marzu 2013

il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 25 Marzu 2013

Is-Surmast Direttur Mro. Twanny Borg jidderieġi l-Banda Sagra Familja waqt Pro-gramm Mużikali fl-okkażjoni ta’ Jum il-Kalkara nhar il-Ħadd 9 ta’ Diċembru 2012.

Aktar ħidmamill-Maħżental-ArmarĊertament li jekk il-fergħat kollha tas-Soċjetà jinsabu għaddejjin b’ħidma kon-tinwa fuq il-proġetti u l-inizjattivi tagħhom, l-Għaqda tal-Armar Ġilju ta’ Lulju hija mu-tur qawwi ta’ enerġija fejn ta’ kuljum qed issir ħidma bla heda ġewwa l-maħżen tal-armar b’risq il-festa 2013. Wieħed mill-akbar proġetti li din l-għaqda, taħt ir-riedni tad-Delegat tal-Armar Pierre Magro, daħlet għalihom matul din is-sena huwa r-restawr estensiv fuq ħafna mill-armar li huma propjetà tas-Soċjetà u li b’elementi naturali saritilhom bosta ħsara matul iż-żmien. Fost dan l-armar insemmgħu statwi u kolonni li kienu fi stat ħażin. » 2

Jibda’ l-ġbir ta’ fondi b’riżq il-PuġġamanKif rajna fl-aħħar ħarġa ta’ din il-gazzetta, il-proġett tal-bar area mhux talli intemm, talli issa jonqos biss l-aħħar irqaqat sa-biex dak kollu proġettat jiġi mwettaq bħall-bqija tal-affarijiet. Matul ix-xahar ta’ Jannar inxtraw sett ta’ siġġijiet mod-erni li se jkunu qed jintużaw f’din il-parti tas-sede tas-Soċjetà u wieħed min-nhom jinsab esebit fil-bar area sabiex

kull min huwa interessat ikun jista’ jarah. Bħalissa qed issir ħidma sfieqa sabiex jinstabu wkoll imwejjed pariġġ, ħalli fil-ġimgħat li ġejjin il-Kumitat Ċentrali jkun jista’ jattrezza l-bar area b’imwejjed u siġġijiet ġodda. Matul ix-xahar ta’ Frar saru xi arranġamenti fuq il-bitħa, ħalli din ukoll tkun tista’ tiġi attrezzata aħjar u tista’ tintuża minn dawk preżenti bħala

smoking area. Biex kollox ikun komplut kif proġettat, jonqos biss li jiġu instal-lati sett ta’ emergency lights fis-suffett u dekorazzjoni mal-ħajt prinċipali, liema oġġetti ser jiġu diskussi fil-ġimgħat li ġejjin. Madankollu, żgur li proġett im-portanti ħafna u mistenni minn bosta ser ikun il-puġġaman tat-taraġ elittiku li jagħti għall-ewwel sular. » 3

Page 2: Gilju Rebbieh Marzu 2013

Triq Patist Borda li qegħdin isiru minn Ryan Stivala.

Matul l-aħħar xhur saret ħidma sfieqa fuq il-fus-tuni tad-dawl, s p e ċ j a l m e n t dawk ta’ Triq il-Missjoni Taljana, u anki l-pilandri ta’ diversi anġli. Marco Zerafa ħa ħsieb dan ix-xogħol metikoluż bl-għajnuna ta’ Dolton Azzopardi. Matul l-aħħar jiem qed isir dan ix-xogħol fuq fustuni oħra fosthom dawk ta’ Pjazza Sagra Familja.

Finalment insemmgħu x-xogħol ukoll li qed isir mill-Kummissjoni Żgħażagħ fuq it-trufej il-ġodda, li issa jinsabu miżbugħin lesti għat-tieni fażi. ĠR

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 20132 Aħbarijiet

» 1 Għaldaqstant, Pierre Magro, bil-għajnuna ta’ diversi membri ħa ħsieb li diversi kolonni jsirilhom ir-restawr meħtieġ fl-injam, filwaqt li ġew xkatlati u miżbugħa mill-ġdid. Huwa stess irħama diversi minnhom sabiex għall-festa ta’ din is-sena dawn ser joħorġu kom-pluti. Xi skultura li kienet nieqsa saret mill-ġdid bil-ħidma ta’ Michael Spiteri u bil-għajnuna ta’ Ġużi Gauci, filwaqt li Pierre Magro indurahom. Sintendi dan ix-xogħol għadu għaddej b’ritmu mgħaġġel matul dawn il-jiem.

Ġużi Gauci ħa ħsieb li jsir restawr meħtieġ fuq diversi statwi, fosthom dik tal-Papa Ljun XIII, tal-Patrijarki, tal-anġlu ta’ Karlu Darmanin u tal-Profeta David. Dan ir-re-stawr, li daqt jasal fi tmiemu, jikkonsisti kemm fejn tidħol kartapesta, kif ukoll fuq żebgħa u induratura.

Tkompla x-xogħol ta’ ħjata fuq pavaljuni ġodda, kif ukoll sfumar tas-settijiet li ġew imżanżna f’dawn l-aħħar snin. Fost dawn insemmgħu l-isfumar ta’ pavaljuni ta’

Opportunità UnikaWara s-suċċess li kisbet is-cd ta’ marċi brijużi (volum 8) li l-Banda Sagra Famil-ja ħarġet matul is-sena li għaddiet fl-okkażjoni tal-25 sena anniversarju mir-rifondazzjoni tal-banda, għal din is-sena l-Kumitat ħaseb li jagħti opportunità unika lil dawk kollha dilettanti tal-marċi Maltin. Fil-fatt, għal żmien limitat, is-seba’ volumi ta’ marċi brijużi maħruġin fl-1988, 1990, 1992, 1993, 1994, 1995 u 1997 rispettivament, u li ġew meqlubha

Menswalità Fi stqarrija l-Kumitat Ċentrali fakkar lill-membri kollha tas-Soċjetà sabiex min għadu ma ħallasx il-menswalità tiegħu bħala soċju, jagħmel dan mill-aktar fis. Il-ħlas huwa bistiss ta’ €7, u dan għandu jsir għand il-Kaxxier Raymond Cilia, jew għand xi membru ieħor tal-Kumitat. Għal kull ħlas, kull membru jingħata t-tessera ta’ sħubija għas-sena 2013. Sadanittant, l-istess Kumitat Ċentrali appella sabiex iżjed partitarji jissieħbu membru f’din l-ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża. Dan jista’ jsir bil-li timtela’ formola apposta li tinkiseb mingħand is-Segretarju Duncan Brincat, jew mingħand xi membru ieħor tal-Ku-mitat Ċentrali. Jiġu aċċettati wkoll app-likazzjonijiet permezz tal-email, li jistgħu jintbagħtu fuq [email protected], u li imbagħad jiġu proċessati fuq formola normali. ĠR

fuq cd fis-sena 2006, jistgħu jinxtraw kollha f’daqqa għall-prezz speċjali ta’ €21 bħala sett. It-tmien volum li nħareġ is-sena l-oħra jibqa’ jinxtara għall-prezz ta’ €12 bħala double-cd, waħda marċi biss, u l-oħra bl-akkumpanjament tal-kant. Sadanittant jinstabu għall-bejgħ ukoll dvds tal-kunċerti li l-Banda Sagra Familja tellgħet f’Jum il-Kalkara 2010 u 2012, u l-Akkademja Mużikali tas-sena l-oħra għall-prezz ta’ €5-il wieħed. ĠR

Ħidma bla waqfien fil-maħżen

Ġużi Gauci jidher qed jagħmel xogħol ta’ restawr fuq l-istatwa tal-Papa Ljun XIII.

Joseph Schembri fuq xogħol ta’ qtugħ ta’ ħadid għall-irdieden tan-nar tal-art.

Xogħol ta’ sfumar fuq il-pavaljuni ta’ Triq is-Sibi li qed isir minn Ryan Stivala.

Dolton Azzopardi waqt xogħol ta’ xkatlar tat-trufej.

Pierre Magro jirħama mill-ġdid l-kolonna tal-Profeta David.

Page 3: Gilju Rebbieh Marzu 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2013 Aħbarijiet 3

Servizzi Mużikali mill-Banda Sagra FamiljaFi stqarrija l-Kummissjoni Banda Sagra Familja ħabbret li matul din is-sena l-Ban-da Sagra Familja ser tkun impenjata f’bosta servizzi mużikali, kemm fil-Kalkara kif ukoll barra r-raħal.

L-ewwel servizz mużikali ser ikun nhar Ħamis ix-Xirka 28 ta’ Marzu, fejn fuq ste-dina tal-Società Filarmonica Nazionale La Valette, il-Banda Sagra Familja ser ittella’ programm mużikali funebru ġewwa s-sede tal-istess Soċjetà fil-Belt Valletta. Il-programm jibda’ fid-9pm.

Bħas-snin l-imgħoddija, din is-sena l-Banda Sagra Familja ser tkun impenjata fis-servizzi tal-festa, fejn it-Tlieta 9 ta’ Lulju ser jittella’ programm mużikali b’differenza fi Pjazza Sagra Familja. Dan il-programm minbarra li ser ikollu tema mużikali, ser ikollu bosta sorpriżi oħra.

Ma jonqosx is-sehem tal-banda fil-marċ wisq popolari tal-Ġimgħa 12 ta’ Lulju bl-istatwa tas-Sagra Familja, u l-marċ ta’ filgħodu u dak tal-aħħar il-Ħadd 14 ta’ Lulju.

Il-Puġġaman Artistiku» 1 Id-disinn ta’ dan il-puġġaman sar mid-disin-jatur magħruf Renzo Gauci, u nistgħu ngħidu li minn taħt idejh ħareġ disinn ieħor artistiku u impekkab-bli. Għalkemm id-disinn fi-nali ġie approvat f’Diċembru li għadda, fix-xahar ta’ Frar Renzo Gauci ppreżenta l-grandiment tiegħu lill-Kumi-tat Ċentrali u mal-ewwel bdi-et ħidma oħra sabiex jinġabru l-istimi kollha neċessarji. Il-puġġaman ser ikun xogħol mill-isbaħ ta’ ħadid maħdum bil-forġa, kif ukoll ornamenti tal-bronż u skultura rikka fl-injam. Il-Kumitat Ċentrali qed isib għajnuna kbira mid-disinjatur stess, anki sabiex il-prodott finali ta’ proġett bħal dan ikun mill-isbaħ, bħal “ċirasa fuq il-kejk” kif irrimarka kull min ra d-disinn u

x-xogħol li twettaq fil-bar area. Nhar id-19 ta’ Marzu, il-Kumitat Ċentrali ser ikun qed iniehdi skema ta’ ġbir ta’ fondi għal dan il-puġġaman artistiku. Fi stqarrija l-Kumitat Ċentrali appella għall-għajnuna tal-membri u l-partitarji kollha. ĠR

L-Għaqda tan-Nar fuq il-Fosos tal-FurjanaGħar-raba’ darba, l-Għaqda tan-Nar Sa-gra Familja ser tkun qed tipparteċipa fil-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat li ta’ kull sena jsir fuq il-fosos tal-Furjana fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Publiju. Din is-sena dan il-festival, li daħal fis-seba’ edizzjoni tiegħu, ser isir nhar is-Sibt 13 t’April u matulu ser jieħdu sehem sittax-il kom-petitur, fosthom l-Għaqda tan-Nar Sa-gra Familja. Minbarra l-ġurija magħmula minn pirotekniċi internazzjonali, ser ikun hemm ukoll il-possibilità li l-pubbliku jiv-vota permezz ta’ SMS dakinhar stess tal-festival u l-għada l-Ħadd f’jum il-festa. In-numru tat-televoting tal-Għaqda tan-Nar Sagra Familja huwa 50615207. Min-barra li nħeġġu lill-Kalkariżi kollha sabiex jivvutaw, nawguraw suċċess lill-Għaqda tan-Nar tas-Soċjetà. ĠR

It-Tagħlim tal-Mużika fis-SoċjetàStqarrija maħruġa mill-Kummissjoni Banda Sagra Familja ħabbret li minn Frar ta’ din is-sena l-lezzjonijiet tat-tagħlim tal-mużika għall-allievi kollha ser ikunu qed isiru kull nhar ta’ Sibt filgħodu. Filfatt, it-tagħlim tal-istrumenti tar-ramm mis-Surmast Twanny Borg jibda’ fil-11am, filwaqt li t-tagħlim tal-istrumenti tal-qasma mill-Assistent Surmast Jessica Ellul jibda’ f’nofsinhar. L-istess Kummissjoni ħabbret li minbarra t-tagħlim individwali, dakinhar stess ser

ikun qed isir tagħlim b’format ta’ ensemble bejn l-allievi taż-żewġ kategoriji differenti. Dan sabiex l-allievi, minbarra li jitgħallmu l-arti tal-mużika, jitħarrġu wkoll sabiex idoqqu fi grupp, kif mitlub li jagħmlu ak-tar tard la jsiru bandisti fi ħdan il-banda. Dawk il-ġenituri kollha li huma interessati li jibgħatu lill-uliedhom għat-tagħlim tal-mużika b’xejn għandhom jagħmlu kuntatt mall-Kummissjoni Banda jew xi membru tal-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà. ĠR

Id-disinn tal-puġġaman artistiku għat-taraġ elittiku tal-ewwel sular, xogħol id-disinjatur Renzo Gauci.

Bħala servizzi barra r-raħal, din is-sena l-Banda Sagra Familja ser tkun impenjata erba’ darbiet: nhar il-Ħadd 28 ta’ Lulju b’marċ ta’ akkumpanjament fil-festa ta’ San Ġużepp ġewwa Ħaż Żebbuġ, nhar il-Ħadd 4 t’Awwissu b’marċ u programm mużikali fil-festa ta’ San Pietru fil-Ktajjen ġewwa Birżebbuġa, nhar il-Ħamis 15 t’Awwissu b’marċ ta’ akkumpanjament fil-festa ta’ Santa Marija ġewwa Ħal Għaxaq, u nhar is-Sibt 17 t’Awwissu b’marċ tat-Translazzjoni u wara marċ brijuż fil-festa tal-Madonna ta’ Lourdes f’Raħal Ġdid. ĠR

Page 4: Gilju Rebbieh Marzu 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 20134 Editorjal

Dejjem kuntatt miegħekGħaddew iżjed minn għaxar snin minn meta l-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà ħass il-ħtieġa li jidħol fid-djar tal-Kalkariżi koll-ha permezz ta’ dan il-ġurnal. Għalkemm matul dawn is-snin kien hemm min pro-va mingħajr suċċess jimita din il-pubb-likazzjoni, żgur li il-Ġilju Rebbieħ tibqa’ l-gazzetta tal-Ġużeppini Kalkariżi, li tibqa’ tinforma mhux biss l-aħbarijiet kollha tas-Soċjetà, iżda wkoll issues oħra ta’ importanza għar-raħal tagħna jew għall-kult Ġużeppin.

Bla tlaqliq nistgħu ngħidu li d-dinja mad-warna nbidlet f’dawn l-aħħar snin. Għal min għandu età avvanzata ċertament li l-kambjament jinħass iżjed, tant li meta tisma’ ċertu rakkonti, taħsbek li qed jitkellmu fuq dinja jew ħajja totalment differenti. Għal min forsi għaddew ftit snin minn fuqu, żgur li jiftakar il-mod kompletament differenti kif il-bnedmin kienu jagħmlu kuntatt ma’ xulxin. Min forsi għandu età qrib tiegħi, jiftakar it-televiżjoni kulur wieħed, u anki d-dħul tal-ewwel kompjuters. Jiftakar il-logħob tradizzjonali li ftit ftit beda jħalli postu għal console games li daħlu fix-xena iżjed tard. Anki min kien midħla sew fix-xena tal-kompjuters, żgur li ra u anki ħass differenza kbira matul iż-żmien, minn kompjuter bħala għodda matematika u xjentifika, għal għodda edukattiva, komunikattiva u anki ta’ rilassament. Jiftakar ukoll il-mod ta’ kif konna nik-

komunikaw, bl-użu tradizzjonali tal-ittri u tat-telefon tad-dar. Niddubita jekk tistaqsi lit-tfal tal-lum jafux iwieġbuk x’inhi penfriend!

U ma’ din id-dinja li evolviet tul dawn l-aħħar snin (għaliex m’aħniex insemmgħu sekli!), Soċjetà bħal tagħna qatt ma tista’ toqgħod lura milli tuża l-għodda preżenti biex ixxandar leħinha. Leħen li għandu d-dmir li mhux biss jgħarraf dak li jkun qed jiġri, iżda wkoll li joħloq sens ta’ komunità ħajja fejn kull Kalkariż iħoss li jagħmel parti attiva. Dan ngħiduh b’awtorità, għaliex għalkemm din il-gazzetta tinsab maħruġa minn Soċjetà Mużikali, dejjem kellha l-għan li f’diversi affarijiet turi apprezza-ment lejn dak kollu li huwa Kalkariż u li għaldaqstant isawwarna.

Mal-medda taż-żmien, is-Soċjetà għarrfet tibdel il-mod ta’ kif tikkomuni-ka. Minn sempliċi fuljett ta’ erba’ paġni bil-programm tal-festa, illum jiġi ppubb-likat ktieb mimli informazzjoni, l-ewwel wieħed fil-festa f’Malta kollu bil-kulur. Is-Soċjetà tippubblika wkoll kalendarju annwali, li minn sempliċi kartuna, illum leħaq livell għoli.

Kienet is-sena 2000, meta s-Soċjetà ħasset il-bżonn li tiftaħ sit elettroniku fuq l-internet, liema sit għadu jeżisti sal-lum il-ġurnata. Dan mhux biss kien l-ewwel sit ta’ għaqda Kalkariża, iżda kien wieħed minn tal-ewwel ta’ soċjetà mużikali Malt-ija. Illum is-Soċjetà iżżomm ukoll kuntatt kontinwu permezz tal-paġni tal-Face-book, u, għax qatt ma ċħadna l-utilità tal-komunikazzjoni stampata, din il-gazzetta li għandkom f’idejkom, tasal fi djarkom tliet darbiet fis-sena.

Matul iż-żmien dejjem apprezzajna l-fatt ta’ kemm diversi Kalkariżi jieħdu pjaċir u jfaħħruna għal dawn l-inizjattivi ta’ komunikazzjoni li nieħdu minn żmien għal żmien. Grazzi mill-qalb lil kull min jagħtina l-għajnuna tiegħu, speċjalment b’mod finanzjarju. Nieħu din l-oppor-tunità biex nawgura l-Għid it-tajjeb lil kulħadd! ĠR

Duncan Brincat

Karikatura Andrew CiliaKristu jwaqqaf l-Ewkaristija.

Leħen l-Ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża.

Pubblikazzjoni ta’Circolo San Giuseppe

Filarmonika Sagra FamiljaKalkara A.D. 1897 VO/0228

80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara KKR1233Tel: (+356) 27352789

Email: [email protected]: www.sagrafamilja.org

Bord EditorjaliDuncan Brincat

Andrew Cilia

RitrattiMill-Arkivji

ArtikolistiDuncan Brincat

Etienne CamilleriAndrew Cilia

Patri Deo DebonoJessica Ellul

Kathleen GrimaKarl Mallia

Stampat fl-istamperijaBestprint Ltd., Qrendi

Setting, Produzzjoni u Dritt tal-KopjaIMI Publications

Page 5: Gilju Rebbieh Marzu 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2013 Storja 5

Is-Snin tal-Bidu tas-Soċjetà (4) Is-Soċjetà Circolo San Giuseppe kom-pliet trabbi għeruq sodi fl-ewwel snin tal-eżistenza tagħha. Wara li għaddew l-ewwel festi, u anki l-ewwel snin, is-Soċjetà kienet sawwret każin għar-rikreazzjoni tal-membri mgħammar b’dak kollu meħtieġ; kemm fejn jirrigwardja logħob u mogħdija taż-żmien ieħor, kif ukoll letteratura u qari. F’raħal żgħir bħalma kienet il-Kalkara, b’dipendenza fuq l-għelieqi, fuq il-baħar u anki fuq setturi ta’ bini ta’ dgħajjes u tarznari, il-Kalkariżi kienu maqsuma fejn jidħol introjtu finanzjarju. Bħal diversi irħula oħra, wieħed kien isib benestanti u nies tan-negozju, flimkien ma’ nies oħra tas-sengħa. Iżda wieħed kien isib ukoll nies foqra jew li għalihom il-ħajja finanzjarja kienet waħda diffiċli. Il-popolazzjoni tal-Kalkara fil-bidu tas-seklu 20, eżattament fl-1901, kienet tleħħaq iċ-ċifra sabiħa ta’ 1,158 ruħ.

Skont ir-reġistri tas-Soċjetà Circolo San Giuseppe, in-numru ta’ membri fil-bidu tas-seklu 20 ma kienx wieħed inkoraġġanti, tant li fl-1905 kienu biss 19-il membru reġistrat, li jikkuntrasta mat-38 membru li kienu daħlu soċji matul l-ewwel sena, jiġifieri fl-1897. Il-membri reġistrati fl-1905 kienu s-Sinjuri Antonio Barbara, Angelo Xuereb, Angelo Stivala, Alex Meilak, Genio Vella, Loreto Mintoff, Paolo Zammit, Loren-zo Mifsud, Salvatore Barbara, Salvatore Cachia, Giuseppe Gauci, George Campbell, Salvatore Psaila, Edward Coster, Carmelo Mifsud, Emmanuele Cauchi, Raffaele Borg, Salvatore Meilak u Mariano Stivala. Il-Pres-ident tas-Soċjetà f’dan il-perjodu kien Car-melo Psaila, li bħala membru fundatur ma kienx iħallas il-menswalità annwali, li f’dan il-perjodu kienet ta’ 6 soldi fix-xahar.

Għalhekk ma tinstab miktuba ebda kitba jew dokumentazzjoni, jidher li mis-sena 1914 ittieħdet deċiżjoni li permezz tagħha s-Soċjetà kellha tieħu ħajja ġdida. Minn din is-sena, ir-reġistru tal-membri jaqsam-hom f’żewġ kategoriji: “Soci Semplici” u “Soci Proprietari”. Dan kien ifisser li issa kien hemm diviżjoni bejn il-membri. Is-soċji kollha kienu jħallsu 6 soldi fix-xahar, u, għalkemm ma nsibu l-ebda kitba ta’ distinzjoni dwar dan il-fatt, fir-regolamenti tas-Soċjetà ppubblikati fis-sena 1919, taħt

it-titlu “Riforma tal Casin San Giuseppe” in-sibu mniżżel f’artiklu 2 li, “Fil-każin hemm soċji propjetarji u soċji sempliċi.”, filwaqt li f’artiklu 3 jagħtina definizzjoni ċara ta’ din il-qasma, jiġifieri, “Is-soċji sempliċi huma dawk illi ma għandhomx l-ebda jedd fuq ħwejjeġ il-każin, ħlief li jisservew bihom kemm idumu fih.”

Għaldaqstant jidher li fis-sena 1919 inħass il-bżonn li jsiru regolamenti ġodda u b’hekk statut ġdid, sabiex jiġu regolamen-tanti dawk id-deċiżjonijiet li kienu ttieħdu matul l-għaxar snin ta’ qabel.

Skont ir-reġistru tas-soċji, id-distinzjoni bejn soċji sempliċi u dawk propjetarji bdiet isseħħ mill-5 ta’ Mejju 1914, bl-ewwel ħlas isir nhar l-1 ta’ Ġunju tal-istess. Dan għaliex fl-istess reġistru insibu lista ta’ soċji taħt it-titlu “Misata 1/1/14” li m’għandhom l-ebda distinzjoni. Hawn insibu lista 23 membru li kienu s-Sinjuri Salvatore Barbara, Loreto Mintoff, Sander Meilak, George Campbell, Federico Cauchi, Salvatore Cachia, Angelo Xuereb, Mariano Stivala, Salvatore Psaila, Antonio Barbara, Antonio Farrugia, Eu-genio Vella, Lorenzo Mifsud, Carmelo Mif-sud, Paolo Zammit, Andrea Cassar, George Gauci, Luciano Rizzo, Salvatore Meilak, Raffaele Borg, Antonio Xuereb, Angelo Sti-vala, Edward Coster.

Min-naħa l-oħra, fir-reġistru datat 5 ta’ Mejju 1914, l-ewwel soċji propjetarji ġodda kienu Carmelo Mifsud u Giuseppe Pisani, filwaqt li dawk sempliċi ġodda kienu Frank Pisani, Guglielmo Farrugia, Antonio Borda u Gian Felice Abela. Mix-xahar ta’ wara, dak ta’ Lulju, daħlu diversi persuni oħra bħala soċji sempliċi. ĠR

Duncan Brincat

Ir-reġistru tal-membri tas-Soċjetà datat nhar l-1 ta’ Jannar 1905.

Ir-reġistru tal-membri tas-Soċjetà datat nhar l-1 ta’ Jannar 1914.

L-ewwel darba li jissemmew is-soċji sempliċi u propjetarji, mir-reġistru tal-

membri datat 5 ta’ Mejju 1914.

Page 6: Gilju Rebbieh Marzu 2013

Minn fomm l-allievi...

X’inhi l-Mużika Klassika?ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 20136 Mużika

Sara Kristina AbelaJgħidu li l-mużika klassika tissejjah ‘klas-sika’ minħabba li hija eleganti. Skont l-istorja tal-mużika, naraw li l-mużika klas-sika tinqasam fi tlett perjodi prinċipali. Dawn huma, il-perjodu tal-bidu tal-mużika, li jinkludi ż-żmien Medjevali (500-1400) u ż-żmien Rinaxximentali (1400-1600), il-perjodu l-ieħor huwa dak ta’ prattiċi komuni, li jinkludi l-Barokk (1600-1700), dak Klassiku (1750-1830) u kif ukoll dak Romantiku (1804-1949), u fl-aħħar nett insibu l-perjodu modern u dak kontemporanju, li jinkludi dak tas-seklu għoxrin (1900-2000) u dak kon-temporanju (1975-sa issa).

Il-pjanu huwa wieħed mill-istrumenti li jintuża biex tindaqq il-mużika klassika. Bosta drabi, il-mużika klassika tintuża fl-opri u tindaqq permezz ta’ orkestra. Tajjeb li wieħed isemmi li ħafna mill-istrumenti li jintużaw fil-banda jagħmlu parti mill-orkestra. L-orkestra tkun magħmulha minn diversi strumenti. Fos-thom insibu l-vjolini, il-klarinetti, stru-menti tar-ramm, dawk li jindaqqu bin-nifs u dawk tal-kordi.

Din il-mużika tindaqq biex tagħti pjaċir u kif ukoll serħan il-moħħ. Bħal kull tip ta’ arti oħra, il-mużika klassika tiġi ap-prezzata minn ħafna nies u permezz tagħha wieħed kapaċi jħoss emoz-zjonijiet differenti. Il-mużika klassika taf tferrħek, tnikktek, tfakkrek f’mumenti

li ġraw matul ħajtek u fuq kollox tista’ tagħtik gost u sens ta’ trankwillità li tir-rilassak. Fl-opinjoni tiegħi, ma teżistix tip ieħor ta’ mużika li jista’ jkollha dawn il-karatteristiċi kollha f’daqqa.

Hemm diversi kompożituri famużi li taw kontribut kbir fil-kamp tal-mużika klassi-ka. Ftit minn dawn jinkludu lil Beethoven, Bach, Haydn, Liszt u ma nistgħux nħallu barra lill-ġenju Mozart. Sabiex nagħlaq, nixtieq li minn qalbi ngħid li għalija, il-

mużika klassika hija l-aktar mużika li togħġobni. ĠR

Uħud mill-kompożituri ta’ bċejjeċ mużikali klassiċi.

Page 7: Gilju Rebbieh Marzu 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2013 Josefoloġija 7

Iż-żmien tal-QawmienMit-tieni sat-tnax-il seklu, minn San Ġustinu sa San Bernard, San Ġużepp ġie meqjus b’mod ta’ ammirazzjoni mis-San-ti Padri tal-Knisja, li kollha tawh il-qima mistħoqqa. Madankollu, il-kult tiegħu ma kienx wieħed pubbliku u magħruf mal-poplu. Kien neċessarju li l-paternità waħdiena u divina tiegħu tiġi mxandra. Ġużeppi, liema isem ifisser tkabbar, ħa ż-żmien tiegħu biex “kiber” fost il-ġnus.

Dan l-għarfien wasal mal-Kruċjati u l-influss ġol-Punent ta’ relikwji mill-Art Imqaddsa. Il-Karmelitani u l-Franġiskani malajr saru devoti tiegħu, iżda li San Ġużepp jiġi imsemmi fil-misteri tal-Knisja u tal-Kristjaneżmu kienet tir-rikjedi l-wasla ta’ Jean Gerson, kanċillier tal-Università ta’ Pariġi (1363-1429). Dan il-qassis twajjeb u qaddis, difensur tar-reliġjon Kattolika qabel il-wasla tal-qaddisa Ġovanna d’Arco li ġiet biex “tir-restawraha f’isem Alla”, qatt ma ħasibha darbtejn biex b’diplomazija jaħdem favur il-ġid tal-erwieħ u tas-saltna t’Alla.

Meta s-Saltna fissret taħsirF’Lulju 1413 Pariġi kienet qed tnixxi d-demm u taqbad. Il-kapitali Franċiża kienet milqgħuta bl-agħar ġranet tal-gwerra ċivili bejn l-Armanjakki u l-Borgonjani. Kif setgħet il-paċi terġa’ ssaltan b’sisien sodi fil-qlub? Kien dan il-mument li Ger-son iddeċieda li jikteb ċirkulari “lill-kne-jjes kollha tas-Saltna, speċjalment dawk

iddedikati għall-memorja tal-Glorjuża u dejjem Verġni Sidtna Marija.” F’din l-ittra huwa ppropona t-twaqqif ta’ festa ġdida: dik ad unur iż-żwieġ imqaddes bejn il-Madonna u San Ġużepp.

L-unjoni tal-qlub u l-imħuħ ġewwa Nażaret, u għalhekk il-paċi li kien riżultat ta’ dan, kien għal Gerson ideal li kulħadd kellu jimmira lejh. Li tingħata qima lil dan iż-żwieġ kien mezz li permezz tiegħu jiġi glorifikat Kristu, li min-naħa tiegħu seta’ jerġa’ jibni mill-ġdid l-unità tal-Knisja u tas-Saltna.

Il-Kunsill tal-Fidi ġie mgħajjat ġewwa Pariġi fi tmiem is-sena 1413. Gerson, meqjus bħala prim fil-fidi u fid-devozzjo-ni lejn San Ġużepp, wara li ma rnexxielux jakkwista l-festa li xtaq, iddeċieda li jmur fil-kunsill ġenerali ta’ Kostanza, sabiex iressaq din it-talba.

B’risq l-unità tal-Knisja MqaddsaIl-Kunsill kellu l-għan li jtemm xiżma li kienet qed taqsam il-Kristjaneżmu tal-Punent għal aktar min-nofs seklu. Kien hemm żewġ papiet, u wara, tlieta. Ċertament li qatt il-Knisja ma kellha bżonn tingħaqad daqs dan iż-żmien, fejn sarrfet x’jiġifieri n-nuqqas ta’ saħħa jekk ma jkunx hemm l-għaqda fost l-insara. X’kien ir-rimedju għal dan? B’mod pass-jonali għall-aħħar, Gerson ippriedka, “Morru għand Ġużeppi”, quddiem l-as-semblea miġbura.

Nhar it-8 ta’ Settembru 1416 huwa ppriedka fl-okkażjoni tal-festa tat-twel-

id tal-Madonna. Huwa talab sabiex il-Knisja tipproklama favur l-Immakulat Konċepiment tal-Madonna. Iżda wara, huwa tkellem fuq dak li tant kien għal qal-bu: “Ix-xewqa kbira tiegħi hija li nara fil-Knisja ċelebrazzjoni ta’ solennità ġdida, jew ad unur iż-żwieġ ta’ San Ġużepp jew ad unur il-mewt qaddisa tiegħu. Dan sa-biex permezz tal-merti ta’ Sidtna Marija u l-interċessjoni ta’ Patrun hekk qawwi u li jeżerċita poter fuq il-qalb ta’ martu, il-Knisja tista’ terġa’ tirritorna lura lejn għarus wieħed: il-Papa leġittimu, li jieħu l-post ta’ Kristu ġewwa fiha.”

Il-Papa, li għandu jkollu l-awtorità fil-Knisja, jiġi mxebbaħ għalhekk mal-figura ta’ San Ġużepp, li qeda tant tajjeb dmiri-jietu, u għalhekk seta’ kien ta’ għajnuna f’dan l-inkwiet intern. Fil-Knisja, kif ukoll fis-Saltna, San Ġużepp jerġa’ jdaħħal il-paċi, billi jirranġa l-ordni u l-unità fil-fidi. Madanakollu, kellu jkun il-Papa Sistu IV fl-1481, li permezz tiegħu ddaħlet il-fes-ta ta’ San Ġużepp tad-19 ta’ Marzu fil-Brevjarju Ruman.

Ġewwa l-ItaljaFis-seklu ta’ wara, id-devozzjoni lejn San Ġużepp qabżet il-muntanji u was-let fl-Italja għand id-Dumnikan Isidoru ta’ Isolanis, wieħed mill-ewwel teoloġi li ħadha kontra Luteru. Fl-1522 huwa kienet is-Summa dwar il-virtuwijiet ta’ San Ġużepp, fejn saħaq fuq it-tixrid tal-qima lejn dan il-qaddis b’risq il-fidi, il-paċi fid-dinja, u l-espansjoni missjunarja tal-Knisja f’dawn iż-żminijiet. ĠR

Duncan Brincat

Rokna LetterarjaIl-ktieb li għażilna għar-r iċensjoni għal din il-ħarġa jġib l-isem “Saint Joseph Guardian of the Redeem-er”, miktub minn Fr. Tarcisio Stra-mare OSJ.

F’dan il-ktieb in-

sibu t-test sħiħ tal-Eżortazzjoni App-ostolika li kiteb il-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1989, kif ukoll riflessjonijiet dwar din il-kitba minn Patri Tarcisio Stramare. L-eżortazzjoni hija minna nnifisha teżor imprezzabbli ta’ kitba Ġużeppina li tant fiha tagħlim u studju.

Nirrikmandaw lil kulħadd sabiex jakkwista kopja. (Guardian of the Redeemer Books, ISBN 978-1883839062). ĠR

San Ġużepp: il-Protettur Qawwi Tagħna

Jean Gerson (1363-1429).

Page 8: Gilju Rebbieh Marzu 2013

8 Spiritwalità

Ġużeppi mal-Knisja fil-baħar imqallebF’dan iż-żmien ħafna ddiskutew kif u għala l-Papa Benedittu XVI irreżenja. Ħafna ppruvaw jifhmu kienx hemm xi ħaġa warajha, xi skandlu li ser jinżamm mistur iżda fl-aħħar mill-aħħar kulħadd fehem x’kien qed jiġri. Quddiemna kel-lna Papa li ried jurina li huwa bniedem bħalna li saħħtu ma kellha xejn sopranat-urali fiha. Anzi saħħtu kienet qed tħallih. Dan ir-raġel ta’ aktar minn 80 sena ma felaħx ikompli jaħdem bħala ragħaj ta’ Knisja mifruxa mal-irkejjen kollha tad-dinja u li f’dan l-aħħar żmien kienet mgħobbija b’ħafna toqol.

Meta toqgħod taħseb ftit... aħseb f’persuna li tiġi minnek u li għandha 80 sena. Timmaġinaha tmexxi knisja? Jien meta nħares lejn in-nanniet tiegħi li mhumiex ħafna ikbar mill-Papa, żgur li ma nimmaġinahomx imexxu l-knisja. Meta nħares lejn patrijiet ta’ 80 sena żgur ma nimmaġinahomx imexxu l-knisja. Ħafna drabi nies ta’ età tant kbira bilkemm ikunu jifilħu jimxu fit-tul, joqgħodu bilqiegħda fit-tul, joħorġu fil-bard u fix-xita, aħseb u ara jqumu xit-8 ta’ filgħodu u jkollhom ġurnata mimlija appuntamen-ti. Quddiemna kellna raġel straordinarju għax dan kellu saħħa formidabbli. Saħħa mentali eċċellenti għax ta’ 80 sena kiteb enċiklika, kotba u ħafna ittri u omeliji. Dan ir-raġel ta’ 80 sena mexxa ġranet sħaħ maż-żgħażagħ fil-World Youth Days. Dan ir-raġel ta’ 80 sena siefer u żar pajjiżi kbar, għamel laqgħat ma’ mexxejja ta’ re l iġ joni j ie t oħra li kienu ilhom sekli sħaħ mixtieqa.

Ħadd m’hu perfett u lanqas il-Papa Benedittu XVI ma kien perfett iżda meta tħares lejn dak kollu li għamel, it-tajjeb tiegħu jispikka ħafna u ħafna aktar mill-ftit mumenti ko-roh li għadda minnhom u li għalkemm

koroh bħala esperjenza ma jfissirx li kienu ħżiena. Ċerti diskorsi li ġew it-timbrati bħala mumenti koroh fil-papat tiegħu setgħu kienu mumenti bżonjużi biex ċertu ħitan ikunu imwaqqa’.

Żgur li l-każi ta’ pedofelija lil dan il-Papa kiddewh. Kien jidher f’wiċċu d-dispjaċir malli joħroġ xi każ ġdid u ħarġu diversi każijiet propju għax hu kien ġust u ma

kienx jaċċetta li dawn l-affarijiet jiġu moħbija.

Dan il-Papa s a ħ a n s i t r a akkuża isq-fijiet għax kienu ħbew xi każ. Kien Papa li resaq lejn in-nies, sema l-karba ta’ l-uġieħ u pprova jdew-

wi l-ġrieħi kemm seta’.

Kien raġel biżżejjed biex jirrealizza li saħħtu ma kenitx qed tippermettilu jfej-jaq lill-Knisja kif xtaq u żgur li r-riżenja

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2013

tiegħu hija sagrifiċċju li huwa jagħmel bħala talba biex il-Mulej jibgħat ragħaj li kapaċi jfejjaq il-ġrieħi tal-Knisja. Tant jixtieq li l-Knisja jkollha ragħaj li jixir-qilha f’dawn il-mumenti diffiċli li huwa ddeċieda wkoll li jinħeba mid-dinja għax ma jridx ikun ta’ xkiel, ma jridx ikun toqol, ma jridx ikun xi ħaġa li torbot lill-Knisja bħal ankra, iżda jrid lill-Knisja tkompli miexja fil-maltemp. Vapur fil-maltemp ħafna drabi jkun jaqbillu jkompli fi triqtu ħa jfittex jasal fil-port milli jankra f’nofs maltempata. Żgur li l-Papa Benedittu ta-lab lil San Ġużepp biex ikun tmun għal dan il-bastiment . Żgur li talbu biex iħares lil din il-Knisja ta’ ibnu Ġesù.

Għeżież Kalkariżi, ħuti, nitolbu aħna wkoll lil San Ġużepp, aħna l-ulied tiegħu, iktar qrib tal-qalb safja tiegħu, nitolbuh għall-Papa Benedittu XVI sabiex San Ġużepp ikun miegħu f’dawn il-mumenti diffiċli ta’ saħħa. Nitolbuh għall-Papa l-ġdid sabiex ikun wieħed dinjituż għall-Knisja ta’ Kristu. Li jkun Papa dinjituż ifisser li jkun jixraq lill-Knisja, li jkun qrib tal-poplu, li jkun kapaċi jressaqna iktar lejn Kristu, li ma jkissirx knisja biex jibni oħra iżda jagħraf kif itaffi l-uġieħ, jimmedika l-mard, jgħinna fuq kollox niskopru mill-ġdid is-sejħa nisranija fiż-żmien li fih qed ngħixu. Nitolbuh lil San Ġużepp għeżież ħuti għax huwa dejjem magħna, anke fil-maltemp, anzi b’mod speċjali waqt il-maltemp. ĠR

Patri Deo Debono OSA

Il-QawlIl-qawl li għażilna għal din il-ħarġa huwa dan li ġej:

Ja għasfur tbaħbaħ u nfela; waslet għalik ir-rebbiegħa, la darba fl-art ix-xgħir mela.

Bħal diversi oħra, dan huwa meqjus bħala proverbju agrikolu. Fix-xahar t’April, xa-har fl-istaġun tar-rebbiegħa, l-għasfur ikollu fejn jinnamra u fl-istess ħin jibda’ jaħseb għall-bejta tiegħu. ĠR

Il-Papa Benedittu XVI.

Page 9: Gilju Rebbieh Marzu 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2013 Soċjetà 9

L-Intervista: Jessica EllulGħal din il-ħarġa ta’ il-Ġilju Rebbieħ ħsibna li nintervistaw lill-Assistent Sur-mast il-ġdida tal-Banda Sagra Familja, Jessica Ellul.

M: Min hi Jessica Ellul?T: Imwielda Ħal Għaxaq u għandi 21 sena. Nattendi l-Università ta’ Malta fejn bħalissa qiegħda fl-aħħar sena tal-istudji tiegħi tal-Baċċelerat fix-Xjenza tal-Computing u l-Business. Il-mużika dejjem kienet parti kbira mill-ħajja tiegħi infatti bdejt nistudja l-mużika fl-età ta’ 7 snin fl-iskola Johann Strauss tal-Belt Valletta, fejn għadni nat-tendi din l-istess skola sal-lum il-ġurnata. Is-sena l-oħra ksibt żewġ diplomi fil-clari-net performance, l-Associate (ALCM) u l-Li-centiate (LLCM) mill-kulleġġ tal-mużika ta’ Londra dejjem taħt it-tagħlim u d-direzzjo-ni ta’ Godfrey Mifsud. Illum il-ġurnata nif-forma parti mill-Orkestra Filarmonika Naz-zjonali ta’ Malta fuq bażi part-time.

M: Kif ħadtħa l-aħbar li ġejt magħżula bħala għalliema tas-sezzjoni tal-qasba fi ħdan is-Soċjetà?T: Bla dubju ta’ xejn kienet sorpriża li lqajt minnufih. Issa kien wasal iż-żmien li nibda ngħaddi lil ħaddieħor dak li tgħallimt tul dawn l-aħħar snin. Minn hawn nixtieq nir-ringrazzja lill-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà li wera fiduċja fija mill-bidu nett u kienu ta’ sapport kbir għalija. Ma nistax ma nir-ringrazzjax ukoll lis-Surmast Twanny Borg li kien ta’ appoġġ kbir għalija, u li nista’ ngħid li bis-saħħa tiegħu u tal-ħidma bla waqfien tiegħu, il-Banda Sagra Familja ħadet spinta ‘l quddiem.

M: X’jinvolvi it-tagħlim tal-mużika f’Soċjetà bħal din?T: It-tagħlim huwa l-bażi fundamentali ta’ banda b’saħħitha. Jien flimkien mas-Surmast ħdimna id f’id biex nagħtu ak-

tar importanża lit-tagħlim tal-allievi f’din is-Soċjetà. It-tagħlim m’għandux jikkon-sisti biss f’lezzjonijiet bejn l-istudent u l-għalliema iżda f’ensembles żgħar tal-al-lievi. Dawn jiffurmaw ruħhom bl-istudenti tas-sezzjoni tal-injam li ngħallem jien flim-kien mal-istudenti tar-ramm li jgħallem is-Surmast. Din tgħin lill-allievi biex mill-bidu jidraw jisimgħu lil ħaddieħor kif ukoll jaħdmu ma’ ħaddieħor bħala team kif fil-fatt se jkunu qed jagħmlu ‘l quddiem meta joħorġu jdoqqu mall-Banda.

M: Miż-żmien li ġejt afdata b’din il-kariga sal-llum x’esperjenzi sbieħ se tibqa’ ġġor miegħek tul is-snin?T: Nista’ ngħid li kemm-il darba li dħalt fil-każin tas-Sagra Familja kelli esperjenzi dif-ferenti li se nibqa’ nġorr għal dejjem. Però, ma nistax ninsa l-programm mużikali li tellajna fid-9 ta’ Diċembru fis-sala tal-Isko-

la Primarja. Kien programm uniku fil-Ka-lkara li għadu fuq fomm kulħadd sal-lum. Nista ngħid b’wiċċi minn quddiem li jien kburija li nifforma parti minn din il-banda żgħażugħa. Is-sodisfazzjon tat-tagħlim hu ukoll esperjenza li se nibqa’ ngħożż. Il-fatt li jkollok studenti li ġew il-każin ma jafux x’inhi mużika u ħarġu minn hemm bandisti tkompli timlini bil-kuraġġ biex inkompli naħdem biex inxerred l-arti tal-mużika.

M: Xi proġetti hemm għall-Banda Sagra Familja fil-futur, speċjalment fis-sezzjoni li inti tieħu ħsieb?T: Proġetti nista’ ngħid li hemm ħafna speċjalment fejn jidħol tagħlim fuq iż-żewġ sezzjonijiet. Illum il-ġurnata bis-saħħa tal-ħidma kontinwa tal-Kumitat Ċentrali, Kummissjoni Banda, u l-fondi li ngħatawlna mill-Aġenzija Żgħażaġħ qed ingawdu minn strumentatura ġdida fja-manta, kif ukoll minn metodi ta’ tagħlim ġodda. L-għan ewlieni kemm tal-Kumitat Ċentrali, kif ukoll tas-Surmast u tiegħi hu li jkollna aktar allievi biex b’hekk inkunu nistgħu inkabbru l-Banda Sagra Familja b’bandisti prodott tas-Soċjetà.

M: Fl-aħħar nett għaddi messaġġ lill-qar-rejja ta’ din ir-rivista kif ukoll lil dawk il-ġenituri li mħajjrin jibgħatu lit-tfal tagħhom għat-tagħlim tal-mużika.T: Il-messaġġ tiegħi lejn il-ġenituri ta’ din ir-rivista hu biex iħajjru lil uliedhom lejn l-arti tal-mużika. Il-mużika mhix biss żvog iżda ukoll dixxiplina li tgħin lill-individwi juru ħiliet oħra apparti mill-akkademja. Is-Soċjetà Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja joffri dan it-tagħlim b’xejn kif ukoll jagħti lill-allievi strumenti skont il-bżonn tal-individwu. Nappella biex kull min huwa interessat jista’ jagħmel kuntatt mall-Kummissjoni Banda. ĠR

Andrew Cilia

Jessica Ellul waqt li qed iddoqq il-klarinett mal-Banda Sagra Familja f’Diċembru 2012

Page 10: Gilju Rebbieh Marzu 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 201310 Tfal

Miraklu ieħor li seħħ, meqjus importanti mir-raħħala, sar sewwa sew fil-grotta tal-Madonna tal-kunvent tal-Patrijiet Dum-nikani ġewwa ir-Rabat.

Żewġt iħbieb kaċċaturi rħewla lejn il-masġar tal-Buskett biex jipprattikaw il-kaċċa, id-delizju tagħhom. Wara li qattgħu l-għodwa jduru, għajjiena, iddeċidew li jidħlu ġo għar biex jistrieħu u jieklu kisra ħobż li kienu ħadu magħhom. Hekk kif lestew, wieħed mill-ħbieb iddeċieda li jitlaq lura lejn daru fil-waqt li l-ieħor ried jibqa’ naqra oħra hemm għall-kwiet u ma damx wisq ma ntefa’ fl-art u ħa nagħsa. Xi jiem wara, s-sieħeb li kien telaq l-ewwel wieħed u li kien ilu xi ħmistax ma jisma b’aħbar sieħbu, iddeċieda li jistaqsi lill-familjari tiegħu dwaru. Dawn imnikkta qalulu li għeb jew inkella ħarab mil-pajjiż mingħajr ma kel-lhom ebda raġuni għala seħħ dan. Agħar minn hekk huma bdew jaħsbu li kien miet b’xi diżgrazzja u baqgħu ma sabux il-katavru tiegħu.

Leħqu għaddew ħmistax-il xahar u bħas-soltu dan ir-raħel niżel ġol-Buskett biex jipprattika l-kaċċa. Inzerta kien għaddej min dak l-istess għar li kien darba daħal fih ma’ sieħbu. Huwa intebah li kien għajjien u għalhekk iddeċieda li jidħol ġol-għar għal naqra mistrieħ. B’għaġeb kbir jilmaħ lil sieħbu ħiereġ jitmat-tar minn ġol-għar b’xagħru u d-daqna

ħafna itwal min kemm kien jiftakru hu. B’ġirja waħda ħarab jiġri għal fuqu u jgħanqu miegħu, filwaqt li staqsieh fejn kien għeb. L-ieħor kien pront qallu li ma kien għeb xejn, anzi kien baqa’ fl-istess post rieqed sagħtejn kollox. Qallu wkoll li ħolom ħolma verament mill-isbaħ fejn ra quddiem għajnejh mara sabiħa b’ħafna dija madwarha li kienet qed iżomm f’dirgħajha tarbija ċkejkna u ħelwa. Ma setax jiddiskrivi s-sbuħija ta’ dawn iż-żewġ figuri. Huma indunaw li dawn ma setgħux ikunu għajr il-Madonna u binha iċ-ċkejken Ġesù. Mibluh u mistgħaġeb l-ieħor qallu li hu kien sparixxa għal sena u tliet xhur sħaħ u li ħadd ma kien jaf fejn qiegħed. Dak il-ħin ħassew ferħ kbir, niżlu għarkubtejhom u bdew jitol-bu u jfaħħru lill-Madonna u wara marru jxandru din il-ġrajja mar-raħal kollu. L-Isqof ma damx wisq ma sema bl-istorja u għalhekk iddeċieda li jiddedika dak l-għar lill-Madonna u poġġa ġo fih stat-wa tal-istess żewġ figuri kif spjegahom dak li raqad ġol-għar.

Din il-grotta baqgħet tissejjah tal-Madonna tal-Grotta jew tal-Għar. Dan l-għar kellu devozzjoni kbira mal-Maltin iżda iktar kemm beda jgħaddi ż-żmien iktar bdiet tonqos. Dan sakemm f’Mejju 1999 waqt li replika tal-istess statwa kienet esposta fil-Knisja fi żmien il-festa biex tintuża għall-pellegrinaġġ annwali, xi nies raw bħal ħaġa sewdenija mal-

Leġġendi Maltin:Il-Madonna tal-Grotta

għajn leminija tal-istatwa tal-Madonna li kienet tidher forma ta’ demgħa tad-demm. Il-Pirjol flimkien mas-sagristan u nies oħra mesah din id-demgha u stqarr li jekk kien veru miraklu dan il-fenomenu jerġa’ jiġri. Fil-fatt l-għada stess, l-istess mara li rat id-demgħa reġgħet marret u rat iċċarċar demgħa oħra din id-darba fl-għajn ix-xellugija. Minn dakinhar id-de-vozzjoni u l-fidi lejn din il-Madonna ki-bret sew madwar il-gżejjer Maltin. ĠR

Etienne Camilleri

Xbieha meqjusa bħala mirakuluża tal-Madonna tal-Għar ġewwa r-Rabat.

Fi ħdan il-Kummissjoni Żgħażagħ jinsab klabb tat-tfal bl-isem Klabb Tfal tas-Sagra. Dan il-klabb qed isir għal tfal bejn 3 u 12-il sena, id-dħul fih huwa b’xejn, u jinvolvi diversi attivitajiet immirati għat-tfal. Għalhekk inħeġġukom timlgħu din il-formola, tagħmlu fotokopja tagħha, u tgħadduha lil xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ Sagra Familja.

Isem tat-Tifel/Tifla

Isem il-Ġenitur/i

Indirizz

Kodiċi Postali

Telefon tad-Dar

Numru tal-Mobile

Indirizz Elettroniku

Page 11: Gilju Rebbieh Marzu 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2013 Sports/Attwalità 11

Ħarsa lejn ix-xena kalċistika KalkariżaFl–aħħar artiklu rajna panorama tal-ewwel seba’ logħbiet li lagħbu l-Kalkara fejn min-nhom intrebħu tnejn u ġew mitlufa ħames logħbiet. Minn dak iż-żmien intlagħbu ħdax-il logħba oħra fejn filwaqt li għaddejna l-ewwel rawnd, kellna taħlita varjata oħra ta’ riżultati. Ħamsa mill-logħbiet kienu telfiet, tlieta kienu draw u tlieta rebħiet. It-telfiet, tlieta min-nhom kienu minimi u sfortunati, filwaqt li tnejn minnhom kienu ta’ skor kbir. Fost dawk minimi kien hemm dik ta’ 1-0 kontra l-Marsa, liema logħba kienet kontroversjali għall-aħħar. Kemm minħabba li d-deċiżjonijiet tar-referee dehru naqra nġusti u kif ukoll għax intweriet karta ħamra. F’dik il-logħba għarafna nrażżnu l-attakk sew, permezz ta’ difisa soda. Wara li l-avversarji spiċċaw b’għaxar plejers konna t’ assedju kontinwu għall-avversarji. Konna sfortunati li ma ħadna xejn minn din il- par-tita. Partita oħra li spiċċat f’telfa oħra ta’ 1-0 kienet dik ta’ kontra l-leaders Mdina Knights. F’din il-partita wieħed seta’ jara progress fil-Kalkara kkumparat mal-logħbiet ta‘ qabel għax kienu iktar avventurużi u perikolużi fl-attakki tagħhom. Wieħed ma setgħax ma jin-nutax kemm il-Kalkara taw pressjoni kontinwa lill-Imdina meta l-avversarji kellhom il-pussess tal-ballun. It-telfiet kbar kienu ta’ 6-1 kontra l-Qrendi u ta’ 4-0 kontra l-Isla. Ta’ kontra l-Isla kienet mistennija imma dik ta’ kontra l-Qrendi kienet ta’ sorpriża. Friski mir-rebħa kontra Ta’ Xbiex, kontra l-Qrendi l-Kalkara kienu kunfi-denti ż-żejjed u ta’ dan pattew qares. L-ewwel draw tal-istaġun wasal kontra Ħal Luqa. F’din il-logħba mingħajr gowls, konna spiċċajna nilgħabu b’għaxar plejers. Għalhekk għal tul ta’ ħin kellna nilgħabu b’ċerta kawtela. Żewġ draws oħra waslu kontra Ħ’Attard u Ħal Għaxaq. Id-draw ta’ 0-0 kontra Ħ’Attard kien wieħed prestiġġjuż ikkumparat mat-telfa 3-1 kontra l-istess tim fl-ewwel round. Trid tara wkoll li hemm differenza evidenti ta’ punti bejn

dawn iż-żewġ timijiet. F’din il-logħba kien pro-tagonist il-gowler li salva dawk li kienu gowls ċerti ta’ Ħ’Attard. Fl-aħħar logħba li lgħabna ġejna 2-2 kontra Ħal Għaxaq. Wara li fl-ewwel round irbaħna 4-0, konna nżilna għal-logħba b’moral għoli. Lgħabna futbol sabiħ iżda fall-ejna diversi ċansijiet faċli ta’ gowls biex konna sfortunati li ma ħadniex il-punti massimi. Jekk induru għal-logħbiet li minnhom ksibna t-tliet punti, hemm ħafna aspetti pożittivi li wieħed jista’ jinnota. Fir-rebħa ta’ 3-2 kontra Ta‘ Xbiex konna motivati. Lagħbna wirja qalbiena b’passes intelliġenti u perikolużi fejn il- mertu jmur ukoll għad-difiża li rnexxielha twaqqaf l-attakki veloċi tal-avversarji. F‘waħda mill- aqwa logħbiet li kellna tul l-istaġun, irbaħna lil Swie-qi bl-iskor ta’ 3-0. Il-wirja kienet kollettivament impekkabbli, bil-protagonist ikun Abdeljawad Musha li skurja t-tliet gowls. Logħba li spikkat ħafna kienet ir-rebħa ta’ 1-0 kontra l-ġirien Xgħajra Tornadoes. L-avversarji kienu wieħed

mis-sitt timijiet li kien qed jiġġieled għall-promozzjoni. F’din il-logħba l-Kalkara kienu determinati li jieħdu xi ħaġa mil-logħba għax fl-ewwel round kienu tilfu kontriehom. Dan urewh permezz ta’ logħob organizzat u veloċi mill-ewwel sekonda sal-aħħar minuta, biex tis-ta’ tgħid li l-Kalkara ma serqu l-ebda punt. Ta’ min isemmi żewġ punti pożittivi ta‘ statistika dwar il-Kalkara. Wieħed minnhom hu li bħalissa t-top scorer tal-istaġun hu Abdeljawad Musha ta’ Kalkara b‘ 14-il gowl. Il-punt l-ieħor ikun li minn dawn l-ahhar 7 logħbiet, f’4 minnhom ma qlajniex gowl wieħed. L-għan tal-Kalkara għal din is-sena hu li nispiċċaw l-istaġun qrib in-nofs tal-klassifika filwaqt li nilħqu t-tletin punt sa tmiem l-istaġun. Inħeġġu lir-residenti Kalkariżi jiġu jagħtu s-sapport tagħhom lit-tim issa li l-istaġun dieħel f’fażi importanti fejn kull logħba li fadal hi determinanti għal kull tim u l-ebda klabb ma jkun irid iwaqqa’ l-punti. ĠR

Karl Mallia

Bħala kompetizzjoni bi premju għal din il-ħarġa qegħdin nistaqsu din il-mistoqsija: Liema proġett maġġuri jinsab għaddej fuqu bħalissa l-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà?

Ibgħatu r-risposti tagħkom sa mhux ak-tar tard mill-aħħar ta’ April 2013, f’dan l-indirizz: Kompetizzjoni Ġilju Rebbieħ, Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara.

Ir-rebbieħ jirbaħ voucher ta’ Day Spa Visit għall-persuna waħda mingħand Ath-enaeum. ĠR

Ko m p e t i z z j o n i 2. Imla sa ⅔ ta tazza bis-soda water u żid il-ġelat tal-vanilla fil-wiċċ.

3. Żejjen b’straw jew kuċċarina.

Bon Apetit!

Għal iżjed informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq [email protected] ĠR

Filwaqt li nispera li din ir-rokna fuq din ir-rivista qed tintlaqa’ tajjeb, illum se nippreżentalkom riċetta oħra, din id-darba waħda b’differenza li nistgħu nsejħulha bħala parti mid-deżerta.

Fil-fatt għal din il-ħarġa ser nippreżentalkom ir-riċetta tal-Orange Ice Cream Soda, riċetta li barra li hija faċli biex issir, hija adattata ħafna għal meta jib-dew ix-xhur sħan ta’ tmiem ir-Rebbiegħa u dawk tas-Sajf.

Ingredjenti:Larinġ frisk2 kuċċarini zokkorTazza ġelat tal-Vanilla

Metodu:1. Qiegħed żewġ kuċċarini meraq tal-larinġ ma żewġ kuċċarini żokkor u ħawwad sakemm jinħall.

Ir-Riċetta:

Orange Ice Cream SodaKathleen Grima

Page 12: Gilju Rebbieh Marzu 2013

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 201312 Aħbarijiet/Kalendarju

Sehem l-Allievi tas-Soċjetàf’Kunċert tal-Aġenzija Żgħażagħ

Tibda t-tieni fażifil-Proġett tal-KażinFi stqarrija l-Kumitat Ċentrali tas-Soċjetà ħabbar li issa la darba li l-ewwel fażi tal-proġett tal-każin kienet prattikament mitmuma, u b’hekk il-bar area hija lesta, fil-jiem li ġejjin se tinbeda t-tieni fażi ta’ dan l-istess proġett. Din il-fażi tinkorpora fiha l-bini ta’ lecture room għat-tagħlim tal-mużika u kamra oħra bħala store room għall-bżonnijiet tas-Soċjetà. Dan se jwassal ukoll biex fl-istess ħin tinbeda wkoll it-tielet fażi li matulha se jsiru di-versi arranġamenti fil-faċċata tas-sede tas-Soċjetà. Il-Kumitat bħalissa jinsab għaddej fuq ħidma intensiva ta’ pjanti u permessi kollha neċessarji, kif ukoll il-ġbir ta’ fondi meħtieġa, fejn ftit tal-jiem ilu l-Kumitat ġie mgħarraf li rnexx-ielu jakkwista xi fondi mill-Good Causes Fund għal dan il-għan. L-istqarrija tem-met tgħid li l-membri se jiġu aġġornati dwar dawn l-iżviluppi permess ta’ laqgħa ġenerali aktar tard. ĠR

Stampat fuq karta riċiklata.

Il-Kalendarju tal-Attivitajiet: Marzu-ĠunjuHawn taħt se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi wħud mill-attivitajiet li ser jiġu organiz-zati matul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u Ġunju 2013. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi.

Il-Ħadd 17 ta’ Marzu, 9.30amL-Għaqda tan-Nar ser tagħmel ġabra fit-toroq b’risq il-ħarqa għall-festa ta’ din is-sena.

It-Tlieta 19 ta’ Marzu, 9.30amFi Pjazza Sagra Familja ser issir wirja ta’ xogħlijiet tal-armar, fosthom it-trufej il-ġodda, drapp ġdid u ħidma ta’ liedna. Il-Kummissjoni Żgħażagħ ser tkun qed tbiegħ sfineġ ta’ San Ġużepp kif ukoll figolli b’risq il-proġett tat-trufej. Aktar tard, il-Kumitat Ċentrali jniehdi l-iskema ta’ ġbir ta’ fondi għall-puġġaman ar-tistiku tat-taraġ, filwaqt li f’nofsinhar, l-Għaqda tal-Armar ser torganizza ikla bejn il-ħbieb fil-każin.

It-Tlieta 19 ta’ Marzu, 6.00pmKulħadd huwa mħeġġeġ jattendi għall-

Quddiesa Solenni fil-Knisja Parrokkjali konċelebrata mill-Eċċ. Mons. Ġużeppi Mecieca, Arċisqof Emeritus ta’ Malta.

Bejn il-Ġimgħa 22 u l-Ġimgħa 29 ta’ MarzuIl-Kumitat Ċentrali ser jorganizza l-wirja annwali marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem “il-Fidwa”. Din l-unika wirja ta’ każin tal-banda fil-Kalkara tkun miftuħa kuljum bejn is-6.00pm u t-8.00pm, fil-waqt li nhar Ħadd il-Palm u l-Ġimgħa l-Kbira bejn id-9.00am u nofsinhar.

Il-Ħamis 28 ta’ Marzu, 9.00pmIl-Banda Sagra Familja, mistiedna mis-So-cietà Filarmonica Nazionale La Valette, ser ittella’ programm mużikali ta’ marċi fune-bri ġewwa l-każin ta’ din is-Soċjetà fil-belt Valletta. Kulħadd mistieden jattendi.

It-Tlieta 30 t’ April, 8.30pmFireworks Festival Get Together fl-inħawi ta’ Bighi, organizzat mill-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda tan-Nar Sagra Familja.

Is-Sibt 18 ta’ Mejju, 8.00pmGet Together mill-Kummissjoni Żgħażagħ li matulha tintwera fuq big screen il-finali tal-Eurovision Song Contest. Divertiment garantit u ikel mill-aqwa.

L-Erbgħa 22 ta’ Mejju, 8.30pmGet Together fi Pjazza Sagra Familja mtella’ mill-Kummissjoni Żgħażagħ fl-okkażjoni tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Ġużepp. Kitba mingħand il-membri tal-Kummissjoni.

Is-Sibt 1 ta’ Ġunju, 6.00pmQuddiesa fil-Knisja Parrokkjali fl-okkażjoni tal-116-il sena anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà.

L-Erbgħa 7 ta’ Ġunju, 8.30pmBarbeque fi Pjazza Sagra Familja imtella’ mill-Kummissjoni Banda Sagra Familja.

Bejn l-Erbgħa 3 u t-Tnejn 15 ta’ Lulju Festa titulari ta’ Missierna San Ġużepp. Ak-tar dettalji fil-programm tal-festa. ĠR

Matul is-sena li għaddiet, is-Soċjetà kienet waħda minn 28 soċjetà mużikali Maltija li pparteċipaw fi proġett immi-rat għat-tagħlim mużikali taż-żgħażagħ fil-każini tal-banda mtella’ mill-Aġenzija Żgħażagħ bħala parti mill-Youth Em-powerment Programme fi ħdanha. Il-proġett tas-Soċjetà kien dak li jsaħħah it-tagħlim mużikali fl-istrumenti tar-ramm u għaldaqstant kisbet il-fondi meħtieġa biex jintxraw ħames kurunetti, ewfonju, altħorn, trumbun u flawt. Dan minbarra li permezz ta’ dawn l-istess fondi sar in-vestiment fit-tagħlim mużikali, kif ukoll inxtraw affarijiet oħra neċessarji għall-istess tagħlim. Dan wassal sabiex matul is-sena li għaddiet, l-allievi tal-banda kellhom l-opportunità mhux biss li juti-lizzaw strumenti ġodda, iżda anki jiksbu tagħlim aktar professjonali fl-istrumen-tatura tagħhom. Fi tmiem dan il-proġett, eżattament nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar

ittella’ kunċert mużikali individwali minn kull soċjetà mużikali li pparteċipat. Dan il-kunċert ittella’ ġewwa s-sala Sir Temi Zammit fl-Università ta’ Malta. Bħala allievi tas-Soċjetà tagħna ħadu sehem Sara Abela fuq il-flawt, Graziella Seguna fuq il-klarinett, Etienne Camilleri fuq is-sassofonu, u Daniel Seguna, Owen Fava u Ryan Fava fuq il-kurunetta. Huma daqqew Blue Danube u Summer Time taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Twanny Borg. ĠR

L-allievi tas-Soċjetà ġewwa l-Università.