gilju rebbieh marzu 2012

12
il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 23 Marzu 2012 Dehra ta’ xogħol ta’ karpenterija li qed isir matul dawn ix-xhur fuq il-bar counter bħala parti mill-final tal-proġett tal-bar area. » Aktar f’paġna 2 Sena ta’ ċelebrazzjonijiet importanti Is-sena 2012 hija waħda mimlija anniver - sarji għas-Soċjetà tagħna, tant li se jkunu bosta dawk l-avveniment u attivitajiet im- portanti li ser jittellgħu. Uħud minn dawn l-anniversarji huma direttament marbuta mas-Soċjetà, filwaqt li oħrajn huma marb- uta anki mar-raħal tagħna tal-Kalkara. L-ewwel anniversarju li ser jiġi ċċelebrat huwa dak tas-70 anniversarju minn meta ġġarfet kompletament l-ewwel Knisja Par - rokkjali tal-Kalkara matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Għal dan il-għan, is-Soċjetà ħasbet sabiex mhux biss tfakkar dan l-avveniment, iżda anki timla’ vojt ta’ tifkira xierqa li tant hija mistħoqqha. » 3 Ikompli l-ġbir għal diversi proġetti Minbarra l-proġett importanti li għaddej bħalissa, dak tal-bar area, is-Soċjetà tkun impenjata matul is-sena bit-tkomplija ta’ diversi proġetti oħra, b’mod speċjali dawk relatati mal-festa. Minn żmien għall-ieħor, l-għaqdiet u l-kummissjonijiet fi ħdan is-Soċjetà mhux biss jorganizzaw attivi- tajiet għal ġbir ta’ fondi, iżda joħolqu di- versi primustrati u ġbir ieħor bieb bieb bl-istess għan. Bħalissa l-Kummissjoni Nisa tinsab impenjata tiġbor mhux biss b’risq l-ispejjeż tal-baned fil-festa, iżda wkoll għal proġett ambizzjuż ieħor li ser ikun ta’ ġid għall-operat tas-Soċjetà ma- tul iż-żmien. Il-Kummissjoni Żgħażagħ, min-naħa l-oħra, bħalissa qed taħdem fuq proġett ferm ambizzjuż, dak tat-trufej ta’ Pjazza Sagra Familja. Għal dan il-proġett li mistenni jiġi jiswa’ eluf ta’ ewro qed isir ġbir bieb bieb, filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin ser tiġi inawgurata skema ta’ ġbir ta’ fondi. Il-Kummissjoni Banda din is-sena mistenn- ija tiffinalizza l-uniformi ġdida tal-bandisti, kif ukoll ser iżżanżan sett ġdid ta’ 40 leġiju. Għaldaqstant qed isir ġbir mill-istess Kum- missjoni propju bl-għan li jinġabru fondi għal dawn l-ispejjeż. ĠR

Upload: sagra-familja

Post on 20-Mar-2016

245 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, Kalkara

TRANSCRIPT

Page 1: Gilju Rebbieh Marzu 2012

il-gazzetta tal-Ġużeppini Maltin Numru 23 Marzu 2012

Dehra ta’ xogħol ta’ karpenterija li qed isir matul dawn ix-xhur fuq il-bar counter bħala parti mill-final tal-proġett tal-bar area. » Aktar f’paġna 2

Sena ta’ ċelebrazzjonijietimportantiIs-sena 2012 hija waħda mimlija anniver-sarji għas-Soċjetà tagħna, tant li se jkunu bosta dawk l-avveniment u attivitajiet im-portanti li ser jittellgħu. Uħud minn dawn l-anniversarji huma direttament marbuta mas-Soċjetà, filwaqt li oħrajn huma marb-uta anki mar-raħal tagħna tal-Kalkara.

L-ewwel anniversarju li ser jiġi ċċelebrat huwa dak tas-70 anniversarju minn meta ġġarfet kompletament l-ewwel Knisja Par-rokkjali tal-Kalkara matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Għal dan il-għan, is-Soċjetà ħasbet sabiex mhux biss tfakkar dan l-avveniment, iżda anki timla’ vojt ta’ tifkira xierqa li tant hija mistħoqqha. » 3

Ikompli l-ġbir għal diversi proġettiMinbarra l-proġett importanti li għaddej bħalissa, dak tal-bar area, is-Soċjetà tkun impenjata matul is-sena bit-tkomplija ta’ diversi proġetti oħra, b’mod speċjali dawk relatati mal-festa. Minn żmien għall-ieħor, l-għaqdiet u l-kummissjonijiet fi ħdan is-Soċjetà mhux biss jorganizzaw attivi-tajiet għal ġbir ta’ fondi, iżda joħolqu di-versi primustrati u ġbir ieħor bieb bieb

bl-istess għan. Bħalissa l-Kummissjoni Nisa tinsab impenjata tiġbor mhux biss b’risq l-ispejjeż tal-baned fil-festa, iżda wkoll għal proġett ambizzjuż ieħor li ser ikun ta’ ġid għall-operat tas-Soċjetà ma-tul iż-żmien. Il-Kummissjoni Żgħażagħ, min-naħa l-oħra, bħalissa qed taħdem fuq proġett ferm ambizzjuż, dak tat-trufej ta’ Pjazza Sagra Familja. Għal dan il-proġett

li mistenni jiġi jiswa’ eluf ta’ ewro qed isir ġbir bieb bieb, filwaqt li fil-ġimgħat li ġejjin ser tiġi inawgurata skema ta’ ġbir ta’ fondi. Il-Kummissjoni Banda din is-sena mistenn-ija tiffinalizza l-uniformi ġdida tal-bandisti, kif ukoll ser iżżanżan sett ġdid ta’ 40 leġiju. Għaldaqstant qed isir ġbir mill-istess Kum-missjoni propju bl-għan li jinġabru fondi għal dawn l-ispejjeż. ĠR

Page 2: Gilju Rebbieh Marzu 2012

beda jistudja l-kompożizzjoni għand Mro. Raymond Zammit u aktar ‘il qud-diem kompla bl-istudji tiegħu għand Mro. Ronnie Debattista fejn fl-2011 huwakiseb l-A.L.C.M. Diploma fil-kompożizzjoni mil-London College of Music.

Fost ir-repertorju ta’ kompożizzjonijiet tiegħu insibu xogħlijiet miktubin għall-orkestra, brass quintet u concert band, għadd ta’ marċi brijużi u marċi funebri, flimkien m’arranġamenti oħra fosthom għall-banda. Qalb dawn ix-xogħlijiet insibu l-Ave Maria li ndaqqet mill-AFM Euphonium Quartet ġewwa l-Knisja tal-Karmelitani tal-Imdina u mill-Banda Vit-torja tan-Naxxar, Fanfare for an Occasion li ndaqqet mill-Banda Nicolò Isouard tal-Mosta fl-Istitut Kattoliku u Fantasy for Band li ndaqqet mill-Banda Duke of Con-naught’s Own ta’ Birkirkara fl-Università ta’ Malta.

Twanny Borg jifforma parti mill-banda tal-Forzi Armati ta’ Malta li fiha huwa jdoqq il-baxx u ilu jokkupa dan il-post għal dawn l-aħħar għaxar snin. Filwaqt li huwa rinomat mal-baned Maltin bħala bandist, Twanny qed ikompli bl-istudji

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 20122 Aħbarijiet

B’enfasi sabiex tkompli tissaħħaħ il-Banda Sagra Familja, il-Kumitat Ċentrali flimkien mal-Kummissjoni Banda ħasbu sabiex jinħatar Assistent Surmast ġdid li jkun jista’ jagħti daqqa t’id siewja lis-Sur-mast Direttur Mro. Ugo Buhagiar kemm fit-tagħlim tal-allievi, kif ukoll fis-servizzi mużikali tal-banda.

L-għażla waqgħet fuq Mro. Twanny Borg A.L.C.M. A.(Mus) V.C.M., bandist u kompożitur magħruf, li huwa speċjalizzat l-iżjed fuq strumenti tar-ramm u l-kompożizzjoni mużikali. Huwa beda l-ħidma preliminari tiegħu propju lejn tmiem Frar 2012, sabiex fil-ġimgħat li ġejjin ikun jista’ jibda’ jwettaq id-dmiri-jiet kollha tiegħu. Twanny Borg twieled fl-20 ta’ Ottubru 1980. Huwa kien iħobb il-mużika minn ċkunitu u dan waslu biex fl-1994 joħroġ idoqq il-baxx mal-banda Nicolò Isouard tal-Mosta, raħal twelidu. Studja l-istess strument taħt idejn Mro. Mario Testa u Mro. Paul Borg. L-istudju mużikali tiegħu waslu wkoll biex jibda jistudja it-teorija taħt Mro. Joseph Vella fejn taħtu kiseb id-diploma A.(Mus.)V.C.M. fit-teorija mill-Victoria College of Music. Fl-istess waqt

Il-Proġett tal-Bar Area» 1 Kif ħabbarna fl-aħħar edizzjoni ta’ il-Ġilju Rebbieħ, il-proġett tal-bar area issa jinsab fil-fażi finali tiegħu. F’dawn l-aħħar xhur ġie installat id-dawl kollu tas-suffett, fosthom anki d-dawl LED li nġieb apposta minn barra minn Malta. Dan id-dawl ġie nstallat minn Jesmond Stivala, bil-għajnuna ta’ Noel Mallan u Michael Xuereb.

B’koordinazzjoni mad-designer is-Sur Mario Cassar, li għamel żjara fis-sede tas-Soċjetà matul Diċembru, ġew magħżula l-kulur taż-żebgħa għall-ħitan, u filfatt, matul Jannar u Frar tlestew l-ewwel ħitan miż-żebgħa minn Joseph Camenzuli u Noel Mallan. Matul il-ġimgħat li ġejjin se jitkomplew il-ħitan li għad fadal b’kulur ieħor, dejjem skont is-suġġerimenti tad-designer. Dan sabiex ċertu ħitan joħolqu kuntrast aktar attrajenti.

Kaxxier ġdid f i l - K u m i t a tIl-Kumitat Ċentrali jħabbar li s-Sur Ray-mond Cilia nħatar uffiċjalment bħala Aġent Kaxxier tas-Soċjetà mix-xahar ta’ Frar 2012. Dan minħabba li s-Sur Paul Persico b’dispjaċir kellu jagħti r-riżenja tiegħu minn din il-kariga wara pressjoni ta’ xogħol personali. Il-Kumitat Ċentrali fil-waqt li jawgura lis-Sur Cilia ħidma sfieqa b’risq is-Soċjetà, jawgura wkoll lis-Sur Per-sico fil-ħidma ġdida tiegħu. Sadanittant, il-Kaxxier ifakkar li għadha qegħdha tinġabar il-menswalità mingħand il-membri kollha u titqassam it-tessera 2012. Huma ħafna dawk il-membri li diġà ħallsu s-sħubija tagħhom, u għalhekk qed isir appell għal dawk l-aħħar ftit li fadal. Il-menswalità tista’ titħallas direttament għand il-Kaxxier jew fis-sede tas-Soċjetà. ĠR

tiegħu taħt Mro. Ronnie Debattista.

Propju matul dan ix-xahar ta’ Marzu, Mro. Twanny Borg flimkien ma’ Mro. Mario Testa għadhom kif ħarġu cd ta’ marċi funebri kollha kompożizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ mużiċisti. Is-cd bl-isem ta’ Iesus Hominum Salvator tinstab għall-bejgħ anki mis-sede tas-Soċjetà, fejn inħeġġukom sabiex takkwistaw kopja. ĠR

Sadanittant, matul ix-xahar ta’ Jannar, ġie ffinalizzat il-kuntratt li sar mal-mas-trudaxxa, is-Sur Eric Vella. Permezz ta’ dan il-kuntratt mistenni li sa Ġunju se jkun hemm lesti mix-xogħol ta’ karpenterija u twaħħil fil-post diversi affarijiet tal-injam, fosthom il-bar counter, bibien solidi għal ġewwa, skirting mad-dawra kollha tal-bar area, vetrina għall-bar, kisi tal-kolonna tan-nofs bl-injam u anki metre box pulita għall-metres tad-dawl u l-ilma. Qabel ma morna għall-istampar ta’ din il-ħarġa, waslitilna l-aħbar li l-bar counter issa huwa lest minn kollox u mistenni jitpoġġa fil-post fil-jiem li ġejjin.

Bħalissa qed isiru l-aħħar preparamenti biex jerġa’ jitqiegħed l-isnooker f’postu wkoll, sabiex b’hekk fil-ġimgħat li ġejjin naraw dan il-proġett massiċċ mitmum ukoll. ĠR

Mro. Twanny Borg, Assistent Surmast ġdid mall-Banda Sagra Familja.

Mro. Twanny Borg: Assistent Surmast ġdid

Page 3: Gilju Rebbieh Marzu 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2012 Aħbarijiet 3

Sena ta’ ċelebrazzjonijiet kbarMinħabba f’hekk ser tittella’ Serata Mużiko-Letterarja propju nhar it-Tlieta l-10 t’April 2012 ġewwa Triq San Mikiel mit-8pm ‘il quddiem. Id-data magħżula hija eżattament dik li matulaha 70 sena ilu ġġarfet il-Knisja. Matul din is-serata, minbarra li ser tieħu sehem il-Banda Sagra Familja permezz ta’ programm mużikali adattat, ser isiru diskorsi u features li jagħtu ħarsa lejn l-istorja ta’ din il-Knisja u l-ġrajja madwarna. Fit-tmiem tas-serata ser tiġi mikxufa irħama kommemorattiva propju fil-post fejn kienet tinsab din il-Knisja. Tifkira li tant hija meħtieġa, iżda ilha wisq nieqsa. Il-Kumitat Ċentrali qed jieħu din l-okkażjoni sabiex jistieden lill-Kalkariżi kollha għal dan l-avveniment importanti, għaliex finalment dan huwa tar-raħal kollu.

Żewġ anniversarji importanti oħra li ser tkun qed tiċċelebra is-Soċjetà huma dawk tal-115-il sena mit-twaqqif tas-Soċjetà fl-1 ta’ Ġunju 1897, u l-125 sena mit-twelid ta’ Mro. Lorenzo Gonzi fl-1887. Dawn iż-żewġ anniversarji ġew amalgamati wkoll sabiex jiġi ċċelebrat il-25 sena minn meta fl-1987 saret ir-rifondazzjoni tal-banda.

Il-Kumitat Ċentrali, flimkien mal-Kum-missjoni Banda ħadmu bi sħiħ biex iħejju programm dehen għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Filfatt fl-okkażjoni tal-115-il sena Soċjetà l-Kumitat ser ikun qed jorganizza Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Ġunju 2012, filwaqt li l-programm mużikali annwali tal-festa, li din is-sena ser jittella’ nhar it-Tlieta 3 ta’ Lulju se jkun qed jikkommemora dan l-avveniment b’mod speċjali. Dan minbarra li l-Kummissjoni Banda bħalissa qed taħdem fuq rekording ta’ double cd ta’ marċi brijużi (diversi minnhom oriġinali) mill-Banda Sa-gra Familja li mistenni joħroġ għall-bejgħ ftit ġimgħat qabel il-festa titulari.

Min-naħa l-oħra, fl-okkażjoni tal-125 sena mit-twelid ta’ Mro. Lorenzo Gonzi, li serva bħala President u anki Surmast f’din is-Soċjetà, ser tittella’ Akkademja Mużikali ġewwa l-Knisja Parrokkjali propju fl-Aħħar Erbgħa ta’ San Ġużepp, nhar l-Erbgħa 27 ta’ Ġunju 2012, mit-8.30pm ‘il quddiem, bis-sehem tal-Kor Parrokkjali San Ġużepp.

Ma’ dawn, wieħed ma jridx jinsa’ l-ħidma

kontinwa li għaddejja fi ħdan l-Għaqda tan-Nar u l-Għaqda tal-Armar, flimk-ien mal-Kummissjonijiet kollha, għal di-versi sorpriżi li ser ikunu qed jistennew lil kulħadd matul il-festa ta’ din is-sena.

Fi stqarrija, il-Kumitat Ċentrali appella lill-poplu kollu tal-Kalkara u lid-dilettanti tal-baned Maltin sabiex jattendu għal dawn l-avvenimenti speċjali li qegħdin isiru din is-sena fl-okkażjoni ta’ dawn l-anniversarji importanti. ĠR

Iż-żewġ logos li se jintużaw għaċ-ċelebazzjonijiet ta’ din is-sena: 125 sena

mit-twelid ta’ Mro. Lorenzo Gonzi, u 115-il sena mit-twaqqif tas-Soċjetà.

Page 4: Gilju Rebbieh Marzu 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 20124 Editorjal

L-AnniversarjiFil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda min-na hemm dati, snin, jew ġrajjiet li nħossuhom importanti f’ħajjitna. Dawn id-dati għalina jkunu tant importanti li nsejħulhom speċjali, tant li sena wara l-oħra niftakru fihom. B’mod popo-lari insejħulhom anniversarji, u żgur li kulħadd għandu xi data li għalih hija im-portanti jew speċjali.

Jeżistu tipi diversi ta’ anniversarji. Biss biss, jeżistu dawk li jġagħluna nħossu ferħ ġewwa fina, dawk li jqanqlu nostalġija, u anki dawk li forsi jqanqlu niket jew dwejjaq. Kull sena niċċelebraw għeluq żmienna fid-data tat-twelid tagħna, iżda niftakru wkoll f’dati ta’ mwiet ta’ persuni għeżież għalina. Di-versi oħra jiċċelebraw id-data taż-żwieġ jew għerusija tagħhom, iżda diversi oħra jiftakru b’nostalġija u anki forsi niket dati ta’ meta infirdu mill-imħabba, jew minn xi ħaġa tant għażiża.

B’mod universali, anki d-dinja tagħna tiċċelebra diversi anniversarji, kemm dawk sbieħ, u anki oħrajn li jfissru dwej-jaq u niket, bħal per eżempju traġedji jew gwerer. Kull bniedem jew komunità, iħoss il-bżonn li jiftakar f’dati importanti għalih, kemm jekk dawk ta’ ferħ u anki dawk ta’ niket.

Iżda qatt ħsibna naqra l-għaliex jeżisti dan il-bżonn fin-natura umana? Qatt

ħsibna kemm dawn id-dati huma xi kult-ant tant importanti li jittimbraw il-ħajja u l-personalità ta’ individwu? Forsi hawn min għalih ċerti anniversarji jagħmilhom l-iskop ta’ ħajtu, u hawn ukoll min ma jagħtix kashom. Iżda xi drabi jkollna nammettu li s-soċjetà in ġenerali kważi ġġegħlna napprezzaw dawn id-dati partikulari, tant li xi wħud minnhom jispiċċaw sa festi pubbliċi, u diversi jkunu qed jistennewhom għal xi ġurnata leave mix-xogħol!

Li nħarsu lejn il-passat tagħna jew tal-komunità li niffurmaw parti minnha, huwa aspett pożittiv mill-ħajja tal-bnie-dem. Dan għaliex l-interess prinċipali m’għandu jkun qatt dak li nieqfu fil-passat, iżda li għal ftit ħin nerġgħu nagħmlu tagħna dawk il-mumenti jew ġrajjiet li nkunu għaddejna minnhom, u b’hekk inkunu nistgħu nimxu ‘l quddiem f’ħajjitna b’aktar inteliġenza. Li qed ngħid hawn huwa li kull anniversarju għandu jservina sabiex inħarsu lura u minn hemm nitgħallmu mill-iżbalji li għamilna fil-passat, u fl-istess ħin nieħdu kuraġġ għat-tkomplija tal-ħajja li kultant tidher iebsa f’għajnejna. Għaliex meta niftakru f’diversi mumenti sbieħ li għaddejna minnhom, żgur li joħroġ il-pożittiv tal-ħajja tagħna li xi kultant ikun qed jinħeba wara xi pilastru jew problema.

Ħmistax-il sena ilu, is-Soċjetà tagħna kienet qed tiċċelebra l-ewwel ċentinarju mit-twaqqif tagħha, u b’dan l-iskop saru festi kbar. Din is-sena li ninsabu fiha qed infakkru l-115-il sena mit-twaqqif tas-Soċjetà, il-25 sena mir-rifondazzjoni tal-Banda Sagra Familja, u l-125 sena mit-twelid ta’ Mro. Lorenzo Gonzi. Dan barra s-70 sena mit-tiġrif tal-ewwel Knisja Par-rokkjali. Taqblu miegħi li dawn l-anni-versarji huma taħlita ta’ memorji sbieħ u anki koroh fl-istorja tagħna u ta’ raħalna. Irridu nagħmlu mezz sabiex mhux biss niċċelebrawhom b’mod dinjituż, iżda anki li nħarsu lura lejhom b’ċertu pass-joni u entużjażmu li jħallu fina esperjen-za sabiħa li tgħallimna nitgħallmu mill-iżbalji u fl-istess ħin nirrikonoxxu dak kollu li ksibna maż-żmien. ĠR

Duncan Brincat

Karikatura Andrew CiliaSan Ġużepp ħarries tal-familji Nsara.

Leħen l-Ewwel Soċjetà Mużikali Ġużeppina Kalkariża.

Pubblikazzjoni ta’Circolo San Giuseppe

Filarmonika Sagra FamiljaKalkara A.D. 1897

VO/0228

80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara KKR1233Tel: (+356) 27352789

Email: [email protected]: www.sagrafamilja.org

Bord EditorjaliDuncan Brincat

Andrew Cilia

RitrattiMill-Arkivji

ArtikolistiDuncan Brincat

Etienne CamilleriAndrew Cilia

Patri Deo DebonoRyan u Owen Fava

Kathleen Grima

Stampat fl-istamperijaBestprint Ltd., Qrendi

Setting, Produzzjoni u Dritt tal-KopjaIMI Publications

Page 5: Gilju Rebbieh Marzu 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2012 Storja 5

Is-Snin tal-Bidu tas-Soċjetà (2)

Fl-ewwel snin tas-Soċjetà, is-sħubija tal-membri ma kienetx titħallas darba fis-sena, iżda kull tliet xhur. Għal dan huma xhieda dokumenti li fihom ġew imniżżla l-ewwel membri li ġew miktuba sa mit-twaqqif, jiġifieri nhar l-1 ta’ Ġunju 1897. Eżatt bis-withom insibu d-data tal-1 ta’ Settembru 1897, jiġifieri l-ħlas ta’ tliet xhur wara. Fuq il-paġna ta’ wara jingħataw dettalji ta’ dawk il-persuni li daħlu membri ġodda fost is-sena jew matul is-sena ta’ wara. Irridu niftakru li dak iż-żmien il-popolazzjoni tal-Kalkara kienet għadha fil-bidu, bl-inħawi tax-xatt magħrufha aktar għall-villeġjatura milli għall-għajxien.

Jidher li s-Soċjetà kompliet tissaħħaħ ma-tul is-sena 1898, fejn insibu li nhar is-27 ta’ Diċembru ġew maqbula l-ewwel sett ta’ regolamenti. Dawn ir-regolamenti kienu kif ġej:

1. Il-każin m’għandux ikun frekwentat mit-tfal.

2. Min ikun irid jidħol soċju jrid jiġi pro-post minn soċju ieħor u ismu jħalluh im-dendel fis-sala għal tliet ijiem sa kemm issir il-ballottazjoni.

3. L-assoċjazzjoni hija obbligatorja għal

sena u titħallas tliet xhur għal tliet xhur quddiem. Kull min ikun irid iħalli minn soċju għandu javża tliet xhur qabel.

4. Kull soċju għandu dritt idaħħal ħabib għal tliet darbiet biss, basta ma jkunx mill-istess pajjiż.

5. Logħob tal-azzard m’għandux isir.

6. Ħadd ma jista’ jdaħħal klieb.

Jidher biċ-ċar li l-iskop ta’ dawn ir-re-golamenti mhux biss kienu li jirregolar-izzaw l-użu tal-każin, iżda wkoll biex is-ervi sabiex jiżdiedu aktar membri f’din is-Soċjetà l-ġdida.

Sadanittant, skont il-Ktieb tal-Kaxxier jid-her li s-Soċjetà kien qed ikollha ħruġ kull xahar ta’ £0.10.0 għal bidello, li nassumu li kien speċi ta’ kustodju tal-każin. Dan il-ħlas beda jsir mill-1 ta’ Lulju 1897, u żgur baqa’ għaddej bl-istess ritmu sal-1 ta’ Novembru 1898. Kull xahar jinsab imnizzel fuq dan il-ktieb tal-Kaxxier.

L-ispejjeż tas-Soċjetà l-ġdida bdew jiżdiedu kull xahar, minħabba diversi af-farijiet li riedu jinxtraw bħal xemgħat, gass u affarijiet oħra. Madankollu, kif ser naraw fil-ħarġa li jmiss, jidher li s-Soċjetà beda jkollha dħul tajjeb, mhux biss mill-men-swalità, iżda wkoll minn xi ġbir li kien qed isir kull xahar. ĠR

Duncan Brincat

Id-dokument (minn quddiem u minn wara) ta’ fejn ġew imniżżla l-ewwel mem-bri bis-sħubija mħallsa nhar l-1 ta’ Ġunju 1897 u l-1 ta’ Settembru 1897. Fil-paġna ta’ wara jidhru xi membri ġodda li bdew deħlin mix-xahar ta’ Lulju 1897 ‘il qud-diem.

L-ewwel sett ta’ regolamenti tal-Casino San Giuseppe, datati nhar is-27 ta’

Diċembru 1898.

Il-Ktieb tal-Kaxxier għas-sena 1897/1898.

AVVIŻNixtiequ nerġgħu nfakkru lill-qarre-jja kollha ta’ din ir-rivista li bħalissa qed jinġabru ritratti jew dokumen-ti assoċjati mas-Soċjetà. Kull min għandu din it-tip ta’ informazzjoni mitlub jikkuntattja lil xi membru tal-Kumitat Ċentrali. Grazzi ħafna.

Page 6: Gilju Rebbieh Marzu 2012

Il-Kompożitur ta’ din il-ħarġa:

Ludwig van Beethoven ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 20126 Mużika

Ryan u Owen Fava

Ludwig Van Beethoven twieled fis-17 ta’ Diċembru 1770 f’Bonn il-Ġermanja u miet fis-26 ta’ Marzu 1827. Missieru Johann Van Beethoven kien tenur fil-kor tal-kappella ta’ Bonn. Meta Ludwig kellu ħames snin, missieru beda jgħallmu jdoqq il-vjolin. Ta’ ħdax-il sena, Christian Gortlob Neefe beda jgħallmu l-mużika. Fl-1787, Ludwig għamel l-ewwel vjaġġ tiegħu lejn Vjenna fejn ġie spirat mill-kompożitur Wolfgang Amadeus Mozart.

Fl-1787 mietet ommu u reġa’ mar f’Bonn biex jgħin lill-familja tiegħu. Ludwig kellu

talent kbir kif idoqq il-pjanu u strumenti oħrajn tant li rebaħ it-titlu ta’ “Bonn Mu-sic Lover”.

Fl-1792 Ludwig van Beethoven ġie mibgħut li jmur jgħix u jistudja ġewwa Vjenna. F’dik is-sena meta miet missieru bagħat għall-ħutu biex jgħixu miegħu ġewwa Vjenna. Ma-

tul l-ewwel sena studja dwar it-teorija tal-mużika flimkien ma’ Joseph Haydn. Fl-1793 beda jistudja mal-għalliem Aw-strijak Johann Georg Albrechtsberg.

Fl-1798 beda jinduna li qed jonqos mis-smiegħ u fl-1819 ġie trux għal kollox. Ludwig kien ġa akkwista l-fama bħala pjanista aktar minn kompożitur. Huwa baqa’ ddedikat għall-mużika. Ludwig xorta baqa’ jdoqq il-pjanu u jikkomponi sakemm miet, avolja għal xi snin kien

jimmaġinah biss il-ħoss tal-mużika.

Beethoven kien ippropona biex jiżżewweġ lil ħafna nisa differenti, imma baqa’ qatt ma żżewweġ.

Fost ix-xogħlijiet tiegħu Ludwig van Beethoven ikkompona sonati għall-pjanu, sinfoniji, kunċerti għall-pjanu u għall-vjolin, u ħafna aktar xogħlijiet. Huwa jibqa’ magħruf bħala wieħed mill-aqwa kompożituri li qatt rat id-dinja. ĠR

Ludwig van Beethoven (1770-1827)

Monument lil Ludwig van Beethoven ġewwa Bonn, Muensterplatz.

Page 7: Gilju Rebbieh Marzu 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2012 Josefoloġija 7

Ir-rigal tal-Immakulat Konċepiment

Kienu tgħarrsu, li skont il-liġi Lhudi-ja, kien ekwivalenti għal kuntratt taż-żwieġ, tant li l-għarusa kienet tkun im-sejjha “l-miżżewġa”. Ma kienetx għadha toqgħod taħt is-saqaf ta’ żewġha, iżda baqgħet sena oħra mal-ġenituri tagħha.

X’kienet tfisser imħabba bejn żewġ miżżewġin li kienet miżgħuda b’silenzju, solitudni u separazzjoni? Kienet tfiss-er għajxien flimkien f’unità, kopja tal-misteru Trinitarju. Huwa kien jgħix fiha, u hi fih, kuljum u mingħajr waqfien. Il-preżenza ta’ Marija kienet qawwija ħafna. San Ġużepp ukoll, mingħajr ma rrealizza, kellu fuqu l-istess influwenza. “Kemm iħobb lil Alla! Kemm jaqdih! Kemm hu onest, ġust u twajjeb! X’devozzjoni ta’ ġieh! X’qaddis!” Il-Verġni Marija qatt ma waqfet tgħid dawn il-litaniji ta’ am-mirazzjoni u mħabba minn taħt l-ilsien, mingħajr l-ebda ħsieb jew għemil li seta’ jibdel din ix-xbieha li hija kellha tiegħu f’qalbha. Min-naħa tiegħu, it-tajjeb kol-lu li ħaseb, dak kollu li xtaq, kien per-fett magħha; kien daqs li kieku qalbha kienet tinsab ġewwa fih tħabbat ħdejn tiegħu. Kien jidher li li kienu perfetti għal xulxin. Kien hemm, mistura, litaniji oħra li kienu jfaħħru l-virtuwijiet tiegħu. Hija kienet tqaddsu bil-preżenza tagħha, u hu kien jistgħana fih innifsu l-imħabba mgħoddija mingħandha, li kienet twas-sal lilu u l-ħsieb tiegħu lejn Alla.” (Ittra lill-Ħbiebi, no. 98, 8 ta’ Diċembru 1961).

Fl-għotja tagħhom lil xulxin, kien Alla stess li kienu qed jingħataw lil xulx-in, għaliex kien fil-fidi li huma kienu miżżewġa. Daqshekk kien il-perfezzjoni tal-kuntratt tagħhom, u daqshekk kienet l-marka tal-kunfidenza lejn xulxin. Il-qalb ta’ Ġużeppi l-ġust irċeviet rivelazzjoni: bl-imħabba lejn il-Verġni Marija bħala l-inkarnazzjoni tal-liġi, tal-għerf divin tant mixtieq, huwa daħal f’imħabba ġenwina, tant li Alla l-Missier kellu għal dan il-wild imbierek, li allura huwa perfett, il-grazzja tal-“konċepiment immakulat”.

Dan kien l-ewwel għotja mistika li ġiet mgħotija lil Ġużeppi, għaliex Alla ried jagħmlu x-xbieha tiegħu fuq din l-art.

Bħad-deheb li jiġi msaffi fl-għarbiel, hekk ukoll Ġużeppi kellu jgħaddi mill-għarbiel.

L-Għarbiel ta’ San Ġużepp

Il-misteru tal-inkarnazzjoni tal-Kelma fil-ġuf tal-għarusa safja tiegħu, seħħ fil-mistur ġewwa d-dar fejn kienet tgħix il-Verġni Marija, fl-istess post fejn illum insibu l-Bażilika tal-Annunzjata. Parti minnha hija għar (meqjum fil-kripta tal-Bażilika) u parti oħra hija dar tal-ġebel, magħrufa bħala s-“Santa Casa”, li skont Fra Bruno, din ġiet mirakolożament trasportata minn Loreto. (From Nazareth to Loreto, the House of Mary pp. 1-20, jew Bible, archéologie, histoire t.2, pp. 67-86).

San Ġużepp ma kien jaf xejn dwar din il-ġrajja, iżda meta l-għarusa tiegħu ġiet lura miż-żjara tagħha lil Eliżabetta f’Għajn Karim, huwa induna, minn ċertu sinjali, li hi kienet qed tistenna tarbija. Fl-ebda ħin huwa iżda ma ddubita fuq il-virtù tal-għarusa tiegħu. Ladarba hija ġiet lura għandu, kien jidher li din il-ġrajja kienet se tkun waħda qaddisa. Jikteb San Mat-tew li, “ma riedx ixandarha fil-pubbliku”, u b’hekk iddeċieda li, “jibgħatha bil-moħbi.” (1, 19). Kbir Missier Alla, għaliex dan imma? Il-liġi ma setgħetx tiġi app-likata fuqha għax hija kienet innoċenti.

“Dawl wieħed rajt quddiem għajnejk Ġużeppi, liema dawl ma stajtx taċċettah ħlief b’sens ta’ rigal kbir, qaddis u ta’ ferħ messjaniku li daħal ġewwa fik. Iva, dan il-ħsieb kien qaddis, għex fik u im-

tela’ ġewwa fik, tant li far minn qalbek, u ngħaqad mas-serenità ta’ Marija, tant li ta ċ-ċertezza ħelwa tiegħek fl-għaqda ta’ dan il-misteru tas-sema. Inti smajt minn ġewwa fik l-Aħbar it-Tajba li fiha l-profeziji qodma, li qatt ma kienu mifhu-ma, ġew illuminati, ‘Araw ix-Xebba titqal u tiled Iben, u Ismu jkun Emmanuel.’ Qalbek ħabbret l-almâh, iż-żgħażugħa, l-innoċenti u l-verġni Immakulata, qabel int ma smajtha mingħand Alla nnifsu: kienet hi!” (Page Mystique Nru. 20).

Għalkemm maħkum minn dan il-ferħ, San Ġużepp kien iħossu mhux dehen għal dan ir-rigal. Anġlu tal-Mulej ġie biex isabbru, u tefa’ d-dawl tiegħu fuqu. De-hrlu f’ħolma, u qallu dak li ħaseb li ma kienx dehen għalih, “Ġużeppi, bin David, xejn la tibża’ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-Ispirtu s-Santu.” (Mt. 1, 20)

Il-Qalb Paterna ta’ San Ġużepp

“Ġużeppi, meta qam, għamel kif ordnalu l-anġlu tal-Mulej, u ħa lil martu għandu.” (Mt. 1, 24). L-anġlu kien qal ukoll, “Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-poplu tiegħu minn dnubiethom.” (Mt. 1, 21). Il-fatt li hu kellu jagħti l-isem lit-tarbija kienet turija ċara tal-paternità. Kienet iktar minn paternità legali, kienet paternità tal-qalb u l-moħħ. Alla ta lil San Ġużepp grazzja kbira: tah ir-rigal li jkollu qalb ta’ Missier. ĠR

Ikompli fil-ħarġa li jmiss.

Duncan Brincat

Rokna LetterarjaIl-ktieb li għażilna g ħ a r- r i ċ e n s j o n i għal din il-ħarġa jġib l-isem “The Life of Saint Joseph”, miktub minn Swor Marija Cecilia Baij, O.S.B.

San Ġużepp għex ħajja mistura fid-

dawl Divin tal-misteri mqaddsa. Ħajtu kienet talba sħiħa u ħajja, mimlija fidi, tama u dedikazzjoni. B’hekk għex ħajtu skont ir-rieda ta’ Alla. Dan il-ktieb jagħti deskrizzjoni mill-isbaħ ta’ ħajjet San Ġużepp, hekk kif ġie rivelat minn Swor Marija Baij fl-1736.

Nirrikmandaw lil kulħadd sabiex jakkwis-ta kopja. (418 paġna; 101 Foundation, ISBN 1890137014). ĠR

San Ġużepp: il-Protettur Qawwi Tagħna

Page 8: Gilju Rebbieh Marzu 2012

8 Spiritwalità

Għaliex il-ġilju huwa dejjem rebbieħ?F’dan ix-xahar ta’ Marzu, il-ġilju huwa simbolu importanti ħafna. Fin-natura madwarna naraw li f’dan ix-xahar jikber il-bastun twil bil-ġilju li jiftaħ b’tali mod li l-ponot ta’ kull petala tmiss il-qalba tal-fjura. Xi ġmiel ta’ simbolu! Ħafna jgħidu li s-sitt petali li jkollu l-ġilju jirreferu għall-istilla ta’ David li għandha wkoll sitt ponot. Din l-istilla saret simbolu uffiċjali tal-Lhud. Illum Iżrael poġġieha anke fil-bandiera uffiċjali tal-pajjiż. Is-simbolu warajha hi li l-qalba tal-fjura ħarġet mill-istilla ta’ David u allura Kristu li joħroġ mill-poplu Lhudi. Il-fatt li l-petali jduru lura lejn il-qalba tal-fjura tissimboleġġa lil dawk il-Lhud li tgħammdu u allura daru lejn il-qalba li hu Kristu.

F’dan ix-xahar ta’ M a r z u , i l - ġ i l j u narawh fi tliet mu-m e n t i i m p o r -tanti fil-L i t u rġ i j a t a g ħ n a w k o l l . F’dan iż-żmien tar-R a n d a n , K r i s t u

huwa ppreżentat diversi drabi bħala l-fjur tal-ġilju speċjalment f’omeliji antiki u fit-tagħlim tas-Santi Padri meta jitkellmu fuq dan iż-żmien tar-Randan. Barra minn hekk il-ġilju narawh fil-25 ta’ Marzu meta Marija fil-fjur ta’ xbubitha (għalhekk ipinġuha bil-ġilju) tilqa’ t-tislima tal-anġlu Gabrijel u hi ssir omm Alla. L-anġlu wkoll narawh b’ġilju f’idejh għax huwa simbolu tal-purità. Ovvjament ġurnata oħra li fiha jidher prominenti l-ġilju u li għalina din il-ġurnata hija tant importan-ti, id-19 ta’ Marzu, il-jum li fih il-Knisja tifraħ bil-Patrijarka San Ġużepp, li dejjem narawh iħaddan il-ġilju ma’ qalbu.

Il-ġilju f’idejn San Ġużepp jirrifletti s-sa-fa’ tiegħu. Importanti iżda li meta nitkell-mu fuq safa’ ma mmorrux mall-ewwel

b’moħħna fuq kellux mara oħra qabel Marija u jekk kellux tfal qabel jew le. Is-safa’ ta’ Ġużeppi hija safa’ partikolari. Is-safa’ ta’ Ġużeppi hija fil-ħsieb. Kien safi fil-mentalità għax moħħu kien, biex ngħidu hekk, fil-frekwenza tal-ħsieb ta’ Alla. Ġużeppi kien bniedem li jilqa’ kollox mingħand Alla u jagħti kollox lura lil Alla. Kien bniedem mhedi jagħmel ħajtu talba waħda u sħiħa lil Alla. Dan narawh ċar meta jsib li Marija kienet tqila. Dak il-ħin żgur li rrabja għax kien bniedem bħalna. Żgur li ddubita għax kien bniedem bħalna imma tant kellu qalbu ma’ Alla li xorta waħda ma riedx iħaġġarha. Ried jibgħatha bil-moħbi. Raqad xorta waħda bir-rabja u d-dubju iżda fil-ħolm il-Mulej kellmu u Ġużeppi mingħajr ma qagħad isaqsi, jobdi. Nażżarda ngħid li Ġużeppi kien l-iktar wieħed li jobdi għax meta l-anġlu mar għand Marija, għalkemm nimmaġina li kienet maħsuda għax rat xena li qatt ma ħolmot meta sabet qud-diem wiċċha anġlu, hija wkoll saqsietu kif seta’ jsir dak li kien qal. Ġużeppi ma staqsa xejn. Qam u mar għal Marija biex jeħodha għandu bit-tarbija b’kollox. Narawh lil Ġużeppi jqum f’nofs ta’ lejl u jaħrab b’familtu. Jaqsam minn pajjiż għall-ieħor bid-direzzjoni waħdanija li

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2012

tah il-Mulej għax qalbu u moħħu kienu mwaħħdin ma’ dak tal-Mulej Alla.

Alla għalhekk għażel lil Ġużeppi. Alla ried bniedem li miegħu jieħu ħsieb is-Sagra Familja. Ġużeppi kien preżenti daqs li kieku Alla l-Missier kien preżenti Hu stess ma’ Marija u Ġesù. Hemm ukoll l-is-torja li tgħid li meta missier Ġużeppi ried iżewweġ lil xi ħadd minn uliedu s-subien ma’ Marija, Ġwakkin kien qal lis-subien kollha biex iġibu bastun u jpoġġuh fuq l-artal biex dak li jwarrad ikun ir-raġel ta’ Marija. Meta missier Ġużeppi ġie b’uliedu s-subien, kollha għamlu kif kien mitlub iżda l-ebda bastun ma warrad. Ġużeppi mbagħad ġie msejjah l-aħħar wieħed ghax kien l-inqas wieħed li skont missieru kellu ċans. Dan malli poġġa l-bastun, warrad u allura kien sinjal li hu kellu jiżżewweġ lil Marija. Hija leġġenda ħelwa imma simbolika wkoll. Forsi xi dar-ba jkollna ċans nitkellmu fuqha.

Ġużeppi huwa l-ġilju tal-Knisja. Huwa l-bastun li fuqu l-Knisja serrħet f’tant mu-menti diffiċli. Huwa l-fjur tal-ġilju li war-rad fil-Knisja biex fewwaħha bil-qdusija tant li minkejja li x-xitan ideffes denbu f’mitt elf każ, il-Knisja dejjem għarfet timxi ‘l quddiem u dejjem tgħallmet maż-żminijiet r-realtà tagħha. San Ġużepp huwa ġilju li qatt ma jintilef, qatt ma jitlef, qatt ma jmut, għax huwa ġilju dejjem rebbieħ! ĠR

Patri Deo Debono OSA

Il-QawlIl-qawl li għażilna għal din il-ħarġa huwa dan li ġej:

Stenna, ja ħmar, ħa tiġi r-rebbiegħa.

Dan il-qawl jispjega l-atteġjament tal-individwu. Fid-dinja kulħadd għandu l-waqtiet diffiċli tiegħu u għalhekk ħażin jekk xi ħadd jidħaq b’ħaddieħor għaliex jiġi ż-żmien u l-folja tinqaleb u dik il-per-suna tispiċċa li tkun għaddejja mill-istess kalvarju li tkun għaddiet l-oħra. ĠR

San Ġużepp iżomm il-ġilju f’idu.

Page 9: Gilju Rebbieh Marzu 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2012 Soċjetà 9

L-Intervista: Michael CohenGħal din il-ħarġa ta’ il-Ġilju Rebbieħ ħsibna li nintervistaw lis-Sindku preżenti s-Sur Michael Cohen, li ġie elett f’din il-kariga fis-sena 2000.

M: Min hu Michael Cohen?T: Jiena twelidt fil-15 ta’ Marzu 1957 ġewwa l-isptar ta’ Bighi li dak iż-żmien kien jintuża ferm minġabba l-preżenza militari ta’ l-Ingliżi. Trabbejt ġo familja kbira ta’ 11-il tifel u tifla. Missieri u ommi ħabbewna u tawna l-opportunità li nieħdu l-aħjar edu-kazzjoni. Sa minn ċkuniti kelli ammirazzjo-ni lejn dan ir-raħal u kont nemmen fil-ħiliet u l-kapaċitajiet ta’ sħabi l-Kalkariżi. Konna attivi ħafna, nieħdu sehem f’kull għaqda li kien hawn, taż-żgħażagħ, tal-futbol, eċċ. Jiena kuntent li nista’ ngħid li kont parti minn kull kumitat li kien hawn fir-raħal tagħna.

Lejn nofs is-snin 70 dħalt inkanta ma’ grupp li kien għadu kemm biddel xi mem-bri min tiegħu minħabba li dawn kellhom impenji oħra. Fil-fatt jiena dħalt minflok ħija Tony li kien il-kantant tal-grupp Three Hills. Meta ltqajna riedna nagħtu dehra ġdida lil dan il-grupp u wara ħafna dis-kussjoni iddeċidejna li nsemmuh Shazam. Kien fl-1978 li wara ħafna suċċessi li bde-jna niksbu, ħriġna d-diska “Aħseb fit-Tifel” li mhux biss kienet popolari dak iż-żmien imma għadha popolari sal-ġurnata tal-lum!

Fl-1981 iżżewwiġt lill-mara tiegħi Doris u ftit wara kellna żewġt itfal, Charlene miżżewġa lil Jonathan u Sean għarus lil Tessa. Maż-żwieġ kelli nnaqqas mill-attiv-itajiet li kelli u dan sabiex niddedika aktar ħin mal-familja, almenu sakemm bdew jikbru t-tfal. Kien għalhekk li erġajt bdejt nimpenja ruħi fl-attivitajiet lokali fis-snin 90 fejn bdejt ukoll naħdem fil-kamp poli-tiku. Fl-2000 ħriġt għall-ewwel darba bħala kandidat Laburista għall-elezzjoni tal-Kun-silli Lokali. Kienet esperjenza ġdida imma sabiħa. Fl-1 t’April tas-sena 2000 sirt Sind-ku ta’ dan ir-raħal ċkejken imma li huwa wieħed mill-isbaħ li għandna f’dan il-pajjiż.

M: Xi jfisser għalik li wieħed ikun Sindku speċjalment li jkun sindku ta’ dan ir-raħal partikolari? T: Għalija li tkun Sindku jfisser sodisfazzjon

u unur li tista’ tagħmel xi ħaġa għal ġid fir-raħal li tkun tħobb. Mill-banda l-oħra għandek responsabilità kbira u trid iċċedi parti kbira mill-ħin liberu tiegħek, għax trid tiddedika ħafna ħin għall-ħaddieħor. Trid tkun disponibbli man-nies kontin-wament. Imma meta tkun qed twettaq ħidma li minnha jibbenefika r-raħal li inti tkun tħobb, allura s-sodisfazzjon ikun ikbar mis-sagrifiċċju. Il-Kalkara huwa raħal żgħir u n-nies huma magħrufa, għalhekk dan jagħmilha ftit aktar faċli sabiex jinżamm kuntatt mar-residenti.

M: Xi proġetti interessanti hemm ippjanati għall-Kalkara fil-futur kemm qarib u kemm imbiegħed?T: Bħalissa resqin lejn l-aħħar xogħolijiet fuq il-mafkar tal-Gwerra. Dan huwa proġett li l-Kalkariżi ilhom jistennew, fejn it-tqegħid beda ftit ġimgħat ilu fi Pjazza Sagra Familja, faċċata ta’ Triq Patist Borda fejn propju ġrat id-diżgrazzja. Għandna wkoll xogħolijiet għaddejjin fl-inħawi ta’ Bighi fejn qegħdin nagħtu dehra ġdida lil dawn l-inħawi għax mhux sewwa li dawn jitħallew fi stat ta’ abbandun.

Qegħdin ukoll nippreparaw il-pjanti sabiex nibdew il-proċess għall-bini ta’ Ċentru Ċiviku li huwa maħsub li jsir fi Triq Ġanni Raimondo, f’parti mill-Iskola Primarja tal-

Kalkara. Se nibdew ukoll nagħmlu pavi-mentar ġdid fl-isqaqien 1, 2 u 3. L-ewwel se nibdew bi Sqaq numru 3.

M: X’memorji u xi proġetti illi saru ma tinsa’ qatt mill-ħajja Kalkariża?T: L-isbaħ memorji li għandi tal-Kalkara huwa l-ħajja li konna ngħixu meta konna tfal. Ħajja sempliċi imma li kienet paċifika u b’sens kbir ta’ komunità, li fiha tidher l-għaqda bejn il-familji u bejn il-ħbieb. It-toroq kienu l-post tar-rikreazzjoni, il-pjazz-ez kienu l-ħarġa tagħna. Kienu żminijiet differenti minn dawk tal-lum. Ma rridx ngħid li ż-żminijiet tal-lum huma koroh għax wieħed irid jimxi mal-mument, imma llum sirna wisq individwalisti. Meta konna żgħar konna dilettanti ħafna tar-Regatta, din kienet okkażjoni li ma tintilifx. Kellna passat li tagħna suċċessi kbar imma maż-żmien ħassejna dan in-nuqqas, għalkemm qegħdin nerġgħu naraw li qiegħed isir progress.

M: X’taħseb dwar din ir-rivista?T: Kull informazzjoni li tinġabar hija parti mill-istorja u parti minn ħajjitna, għalhekk huwa importanti li jkollna rivisti bħal din sabiex tinġabar informazzjoni li permezz tagħha nkunu nistgħu ngħaddu l-espe-rjenzi tagħna lill-ġenerazzjoni preżenti u futura.

M: Għaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din ir-rivista.T: Jiena nappella sabiex kull min jifforma parti minn din il-komunità tal-Kalkara għandu jħoss li huwa wkoll jifforma parti minn din is-soċjetà u għalhekk ikun tajjeb li jintwera l-interess f’dak kollu li jkun qiegħed isir.

Permezz ta’ rivisti bħal dawn wieħed jis-ta’ jkun jaf x’inhu għaddej mill-kumdità ta’ daru, imma dan ma jfissirx li għandna nieqfu hawn. Jekk wieħed jifhem li dak kollu li għaddejna minnu matul is-snin speċjalment fil-qasam tal-volontarjat sar għax kien hemm min offra l-ħin, il-kapaċitajiet u l-ħiliet tiegħu, allura għandu jieħu l-eżempju u joffri huwa wkoll ftit mill-esperjenza li akkwista matul il-ħajja. Ħidma kollettiva teħtieġ sforz kollettiv. ĠR

Andrew Cilia

Is-Sindku Michael Cohen jirrapreżenta l-Kumitat tar-Reġjuni.

Page 10: Gilju Rebbieh Marzu 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 201210 Tfal

Sewwa sew ġo għar taħt il pont ta’ Wied il-Għasel, wara l-Knisja tal-Mosta, kien jgħix eremit, aktarx qaddis li kien ħsiebu biss fit-talb bħala tpattija tad-dnubiet li kienu jagħmlu r-raħħala. Huwa kien jip-prova jżomm il-paċi bejn dawn l-istess nies. Kien ta’ sikwit jgħidilhom li għad jiġi fuqhom kastig kbir tad-dnubiet u l-għira li kellhom għal xulxin.

Dan l-għemil tal-eremit ma damx ma dejjaq lin-nies u ppruvaw jagħmlu minn kollox biex ikeċċuh darba għal dejjem minn ġol-għar. Għalhekk iddeċidew li jiv-vintaw xi ħaġa bejniethom.

Ftehmu ma’ mara biex tinżel tonxor

ħwejjiġha viċin ħafna tal-għar, u kif tkun hemm tagħmel ta’ bir-ruħha li jinqatalha l-ħabel u l-ħwejjeġ jitkaxkrulha mal-art. Ta’ eremit twajjeb huma ħasbuha li kellu jmur jgħina u kif jersaq lejha hi tinfexx tgħajjat u tixher li qed jipprova jagħtieha fastidju. Min-naħa l-oħra jekk jibqa’ ma jmurx jgħinha jakkużawh li huwa bnie-dem ħażin tant li ma marx jagħtieha

l-għajnuna.

Mehdi fit-talb tiegħu bħal dejjem, l-eremit sema’ l-biki tal-mara, u bħala bniedem ħanin u tajjeb, hu ma ħasibiex darbtejn sabiex jagħtieha l-għajnuna.

Kif mistenni, hu re-saq lejha u r-raħħala ħarġu minn fejn kienu mistoħbija u bdew iga-rawlu l-ġebel. Il-povru eremit ħarab jiġri u lebbet sakemm ma wasal sax-xtajta.

Ir-raħħala kienu għadhom ma’ djulu jgħajtu u jwerżqu. L-eremit qabad u qala’ il-mant minn fuq dahru, xeħtu miftuħ fuq il-baħar u bil-bastun f’idu qabeż għal fuqu. Dan baqa’ fil-wiċċ u beda jittajjar ‘il barra mix-xtajta. In-nies li issa tgħaġġbu u nfixlu b’li raw, intefgħu għarkubbtejhom

Leġġendi Maltin:L-Eremit li xeħet il-mantell fil-baħar

fl-art u mbikkija bdew jitolbu. Ħadd ma jaf eżatt fejn l-eremit mar iżda hawn min jgħid li mar Għawdex fejn għex u ndifen, u għadna nsibu l-fdalijiet tiegħu.

Hawn min jgħid li l-eremit kien l-istess San Korradu li baqa’ sejjer lejn Noto ġewwa Sqallija minn fejn kien propja. Illum il-ġurnata nsibu kappella mibnija ġol-għar li hija ddedikata lil San Pawl l-ewwel eremita. ĠR

Etienne Camilleri

Dehra minn ġewwa tal-Kappella f’Wied il-Għasel, il-Mosta.

Il-Kappella ta’ San Pawl Eremita f’Wied il-Għasel fil-Mosta.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ qegħdha tniehdi għall-ewwel darba klabb tat-tfal bl-isem Klabb Tfal tas-Sagra. Dan il-klabb qed isir għal tfal bejn 3 u 12-il sena, id-dħul fih huwa b’xejn, u jinvolvi diversi attivitajiet immirati għat-tfal. Għalhekk inħeġġukom timlgħu din il-formola, tagħmlu fotokopja tagħha, u tgħadduha lil xi membru tal-Kummissjoni Żgħażagħ.

Isem tat-Tifel/Tifla

Isem il-Ġenitur/i

Indirizz

Kodiċi Postali

Telefon tad-Dar

Numru tal-Mobile

Indirizz Elettroniku

Page 11: Gilju Rebbieh Marzu 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 2012 Sports/Attwalità 11

Ħarsa lejn ix-xena Sportiva KalkariżaNibdew nagħtu ħarsa lejn ix-xena sporti-va Kalkariża permezz tal-isport tal-futbol, fejn b’dispjaċir ngħidu li r-riżultati f’dan il-qasam m’humiex pjaċevoli. Sakemm ġejna għall-istampa, il-Kalkara kienet tinsab fl-aħħar post tat-tielet diviżjoni, b’4 punti, eżattament taħt l-Imtarfa li għandhom 8 punti. Fil-każ tal-Kalkara, s’issa intlagħbu 17-il logħba li minnhom intrebħet waħda, intilfu 15, u ġew draw waħda wkoll.

Ħarsa ħafifa lejn ir-riżultati li nkisbu minn Diċembru ‘l hawn turi kif ġej: rebħa mal-Marsa 1-0 fl-4 ta’ Diċembru, telfa max-Xgħajra 1-2 fl-10 ta’ Diċembru, telfa ma’ Pembroke 0-1 fit-8 ta’ Jannar, telfa ma’ Marsaskala 1-0 fl-14 ta’ Jannar, telfa mal-Imtarfa 1-2 fid-29 ta’ Jannar, telfa mal-Imdina 1-3 fl-4 ta’ Frar, telfa mal-Qrendi 3-2 fit-12 ta’ Frar, draw ma’ Sirens 2-2 fit-

18 ta’ Frar, telfa mal-Fgura 5-2 fid-6 ta’ Marzu, u telfa ma’ Ħal Għaxaq 1-3 fit-12 ta’ Marzu.

Sadanittant, il-Kalkara jonqosha 8 logħbiet oħra li matulhom tista’ forsi tirkupra xi ftit: fit-18 ta’ Marzu kontra Santa Luċija, fl-24 ta’ Marzu kontra s-Swieqi, fl-1 t’April kontra l-Imġarr, fl-14 t’April kontra l-Marsa, fit-22 t’April kontra x-Xgħajra, fit-28 t’April kontra Pembroke, fis-6 ta’ Mejju kontra Marsaskala, u fit-12 ta’ Mejju kontra l-Imtarfa.

Minn din il-paġna nawguraw kull suċċess lill-iskwadra Kalkariża filwaqt li nappel-law lil kulħadd sabiex jattendi bħala tu-rija ta’ sapport għal dawn il-logħbiet.

Ix-xahar ta’ Marzu jġib miegħu r-Regatta Nazzjonali ta’ Jum il-Ħelsien propju fil-31 ta’ Marzu. Il-klabb tar-Regatta Kalkariż bħal kull sena ser jieħu sehem f’din ir-regatta, fejn għal dawn l-aħħar xhur u ġimgħat kienu bosta dawk il-qaddiefa li tħarrġu fil-baħar tal-Port il-Kbir sabiex jiġu akkwistati unuri f’dan il-qasam.

Ma nistgħux ħlief ma nawgurawx suċċess lil dawn il-qaddiefa li jġorru magħhom il-kulur tal-Kalkara. Żgur li hija x-xewqa ta’ kulħadd li s-sagrifiċċji li jagħmlu dawn il-qaddiefa jissarraf f’riżultati pożittivi għall-Klabb tar-Regatta tal-Kalkara. Nis-tennew u naraw dak li ser joffru t-tiġrijiet tal-31 ta’ Marzu. ĠR

Bord Editorjali

Bħala kompetizzjoni bi premju għal din il-ħarġa qegħdin nistaqsu din il-mis-toqsija: X’jismu l-Assistent Surmast il-ġdid li ġie maħtur mall-Banda Sagra Familja?

Ibgħatu r-risposti tagħkom sa mhux ak-tar tard mill-aħħar ta’ April 2012, f’dan l-indirizz: Kompetizzjoni Ġilju Rebbieħ, Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja, 80/82, Triq ir-Rnella, Kalkara.

Ir-rebbieħ jirbaħ voucher ta’ Day Spa Visit għall-persuna waħda mingħand Ath-enaeum. ĠR

Ko m p e t i z z j o n i2. F’taġen itfa’ ż-żejt, ħoll il-marġerina u itfa’ t-tewm, il-basla mqatta’, it-tursin u l-prawns friski.

3. Meta jsiru żid il-faqqiegħ imbagħad itfa’ l-għaġin li tkun sajjart mat-taħlita, kif ukoll il-krema friska u ħawwad sew.

L-ikla t-tajba!

Għal iżjed informazzjoni tistgħu tibgħatu email fuq [email protected] ĠR

Filwaqt li nispera li din ir-rokna fuq din ir-rivista qed tintlaqa’ tajjeb, illum se nippreżentalkom riċetta oħra, din id-dar-ba Lingwine bil-prawns u l-faqqiegħ. Din ir-riċetta, filwaqt li hija nnovattiva, hija wkoll faċli biex issir u ħafifa għal dan iż-żmien tar-Rebbiegħa.

Ingredjenti:800gr Lingwine (għaġin);180ml krema friska;1 sinna tewm;2 kuċċarini marġerina;1 kuċċarina żejt taż-żebbuġa;Nofs basla, imqatta’ f’biċċiet żgħar;200gr faqqiegħ;250gr prawns friski;Tursin.

Metodu:1. Għalli l-għaġin u x’ħin jkun lest qattru mill-ilma.

Ir-Riċetta:

Lingwine bil-prawns u l-faqqiegħKathleen Grima

Page 12: Gilju Rebbieh Marzu 2012

ILĠILJUREBBIEĦ Marzu 201212 Aħbarijiet/Kalendarju

Il-Festa ta’ San Ġużepp 2012 magħna...

Appell għal iżjed maturità Erġajna għal fuq il-Fosos!L-Għaqda tan-Nar Sagra Familja ħabbret li għat-tielet darba ser tkun qed tipparteċipa fil-Festival tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat li ser isir fil-Furjana nhar is-Sibt 21 t’April 2012. Dan il-festival din is-sena daħal fis-sitt ediz-zjoni tiegħu, u ser jara numru sabiħ ta’ 14-il għaqda li ser jipparteċipaw b’biċċa nar tal-art mekkanizzata. L-iskop wara l-festival ta’ din is-sena ser ikun wieħed doppju, peress li ser iservi wkoll ta’ vet-rina tan-nar tal-art Malti fl-okkażjoni tas-Simposju Internazzjonali tan-Nar li ser isir Malta matul tmiem April ta’ din is-se-na. L-Għaqda tan-Nar Sagra Familja ser tkun qed tipparteċipa permezz ta’ biċċa nar tal-art li ġiet imżanżna fil-festa tas-sena li għaddiet. Minn qalbna nawguraw suċċess f’dan l-avveniment, u nappellaw lill-partitarji kollha sabiex jiġu jagħtu s-sapport meħtieġ fil-Furjana lill-ambaxxa-turi tal-Kalkara. ĠR

Stampat fuq karta riċiklata.

Il-Kalendarju tal-Attivitajiet: Marzu-ĠunjuHawn taħt se nagħtu ħarsa ħafifa lejn xi wħud mill-attivitajiet li ser jiġu organiz-zati matul ix-xhur ta’ Marzu, April, Mejju u Ġunju 2012. Inħeġġu lil kulħadd sabiex jattendi.

Is-Sibt 17 ta’ Marzu, 8.30pmIl-Kumitat Ċentrali ser jorganizza Get Together ġewwa s-sede tas-Soċjetà fl-okkażjoni tal-festa liturġika ta’ San Ġużepp. Matul din is-serata se jkun hemm varjetà ta’ mużika, finger food, kif ukoll tifki-riet tal-festa 2011. Biljetti jinkisbu fuq bażi first come first served mill-bar tal-każin jew mingħand il-membri tal-Kumitat.

It-Tnejn 19 ta’ Marzu, 6.00pmKulħadd huwa mħeġġeġ jattendi għall-Quddiesa Solenni fil-Knisja Parrokkjali konċelebrata minn Mons. Salv Debrin-cat li din is-sena qed jiċċelebra 50 sena Saċerdozju.

Bejn il-Ġimgħa 30 ta’ Marzu u l-Ġimgħa 6 ta’ AprilIl-Kumitat Ċentrali ser jorganizza l-wirja

annwali marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa bl-isem “il-Fidwa”. Din l-unika wirja ta’ każin tal-banda fil-Kalkara tkun miftuħa kuljum bejn is-6.00pm u t-8.00pm, fil-waqt li nhar Ħadd il-Palm u l-Ġimgħa l-Kbira bejn id-9.00am u nofsinhar.

It-Tlieta 10 t’April, 8.00pmSerata Mużiko-Letterarja bis-sehem tal-Banda Sagra Familja u diversi kontributuri ġewwa Triq San Mikiel fl-okkażjoni tas-70 anniversarju mit-tiġrif tal-ewwel Knisja Par-rokkjali. Wara tinkixef irħama tal-okkażjoni. Kulħadd mistieden jattendi.

Il-Ħadd 29 u t-Tnejn 30 t’ April, 8.30pmFireworks Festival Get Together fl-inħawi ta’ Bighi, organizzat mill-Kummissjoni Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda tan-Nar Sagra Familja.

L-Erbgħa 16 ta’ Mejju, 8.30pmGet Together fi Pjazza Sagra Familja mtella’ mill-Kummissjoni Żgħażagħ fl-okkażjoni tal-Ewwel Erbgħa ta’ San Ġużepp. Kitba mingħand il-membri tal-Kummissjoni.

Is-Sibt 26 ta’ Mejju, 8.00pmGet Together mill-Kummissjoni Żgħażagħ li matulha tintwera fuq big screen il-finali tal-Eurovision Song Contest. Divertiment garantit u ikel mill-aqwa.

Il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju, 6.00pmQuddiesa fil-Knisja Parrokkjali fl-okkażjoni tal-115-il sena anniversarju mit-twaqqif tas-Soċjetà.

L-Erbgħa 6 ta’ Ġunju, 8.30pmBarbeque fi Pjazza Sagra Familja imtella’ mill-Kummissjoni Banda Sagra Familja.

L-Erbgħa 27 ta’ Ġunju, 8.30pmAkkademja Mużikali ġewwa l-Knisja Par-rokkjali fl-okkażjoni tal-125 sena mit-twel-id ta’ Mro. Lorenzo Gonzi.

Attivitajiet oħraL-Għaqda tal-Armar se tkun qed ittella’ Carwash kull xahar fl-inħawi ta’ Bighi. Ak-tar attivitajiet fuq in-noticeboard. ĠR

Il-Kalkara tinsab fl-għatba tal-festa għal din is-sena, festa li, bħal kull sena, mistennija tkun imżewqa b’kollox u li tirriżulta f’sodisfazzjon għal kull min ħadem b’risq dawn iċ-ċelebrazzjonijiet.Il-Kumitat Ċentrali qiegħed jappella għal iżjed maturità fost il-Kalkariżi kollha, iżda b’mod speċjali fost il-partitarji u l-membri tas-Soċjetà. Il-maturità b’mod speċjali tintwera meta kulħadd jagħraf jirrispetta l-opinjoni ta’ xulxin, anke meta

din tkun diverġenti. Għalhekk fi stqar-rija, il-Kumitat qiegħed jappella biex ma jsirux kummenti ta’ disprezz jew tgħajjir fuq Facebook jew paġni oħra tal-inter-net. Il-Kumitat mhux se jkun lest li jidħol responsabbli għall-ebda diskors jew kliem li jintqal. Il-kompetizzjoni u l-pika għandhom dejjem jissarfu f’ħidma lejn is-Soċjetà u l-festa u mhux f’mibgħeda lejn ħaddieħor, temmet tgħid l-istqarrija maħruġa mill-Kumitat. ĠR