program festa tal-gilju 2014

95
Madonna tal-Ġilju, Mqabba - Festa 2014

Upload: socjeta-muzikali-madonna-tal-gilju

Post on 19-Feb-2016

361 views

Category:

Documents


3 download

DESCRIPTION

Program Festa Socjeta Muzikali Madonna Tal-Gilju 2014

TRANSCRIPT

Page 1: Program Festa Tal-Gilju 2014

So

Ċje

tà M

ika

li Ma

do

nn

a ta

l-Ġil

ju, M

qa

bb

a - M

alta

Festa tal-M

ado

nn

a tal-Ġilju

20

14 Madonna tal-Ġilju, Mqabba - Festa 2014

Page 2: Program Festa Tal-Gilju 2014

Prepress & Printing - Best Print Co. Ltd., Qrendi . Tel: 21680789, 21649012 . [email protected]

© Copyright, Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju - Mqabba 2014‘Palazz il-Ġilju’, Pjazza tal-Knisja, Mqabba - Malta MQB 1012 . [email protected] . www.talgilju.com

Il-kontenut f’din il-pubblikazzjoni mhux neċessarjament jirrifletti l-fehma tal-Bord Editorjali

Bord EditorjaliTeddy FarrugiaMichael GhigoFernando Dingli

RiklamarBenny BriffaStephania BusuttilTonio Facciol

Qari tal-ProviDoreen Farrugia

Disinn u IssettjarFernando Dingli

Il-faċċata ta’ quddiem:Arranġament minn Joseph Zammit li juri l-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju

Padruna tas-Soċjetà.

WERREJ3-15 Messaġġi - Festa 201417 Kumitat Amministrattiv 2013-201519 Poeżija: Ħamsin Sena Post tan-Nar20 Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju23 Attività Piroteknika25-37 Ħamsin Sena mill-Inawgurazzjoni tal-Post tan-Nar39 30 sena President u Ringrazzjament lil Benny Briffa41-57 Kummissjoni Banda Madonna tal-Ġilju59-61 Jimmy Tanti u Vince Tonna63 Kunċert Mużikali – It-Tlieta 10 ta’ Ġunju65-67 Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni69 Inħarsu ‘l quddeim lejn Każin aħjar71-75 Grupp Nisa Madonna tal-Ġilju77-83 Is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju85 Paġna Sportiva86-87 Tal-Ġilju Junior Club88-89 Eva u Marija91-93 Għaqda tal-Armar Madonna tal-Ġilju95-97 Il-Ħolma qed issir realtà98-101 Programm ta’ Ċelebrazzjonijiet102-105 It-Tnissil bla tebgħa tal-verġni Marija107-019 Preżentazzjonijiet mis-Soċjetà111 Preżentazzjoniet lis-Soċjetà113 Rendikont Ċelebrazzjonijiet fil-Knisja u Ringrazzjamenti115-117 L-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-Każin119-131 Paniġierku tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2013133 Poeżija: Ħsieb u Talba Lill-Madonna tal-Ġilju135 Esperanza Macarena Nkurunata - Sevilja139 Marija Immakulata f’Bengħajsa143 Il-Papa Sarto145 It-tmexxija ċivili tal-Imqabba (1773 - 1798)151 L-Istasija153-155 Min Kienet il-Verġni Marija għal San Ġwanni Pawlu II157 Anniversarji tul is-sena 2014159 Il-Vista Pastorali tal-1967161 Il-Vista Pastorali tal-2014163 Żjara minn Delegazzjoni Taljana minn Anticoli Corrado169 Il-Ġemellaġġ bejn Ascoli Piceno u l-Imqabba171 Premju Prestiġjuż għall-Ktieb ‘Sicut Lilium’175 Apprezzament - Ġorġ Bianchi176 Poeżija - Iż-żewġ Ġorġijiet179 Apprezzament - Carmel Ciantar181 Poeżija - Lil Ommna Marija: Il-Ġilju tal-Foqra183 Federica Falzon

Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju - Mqabba

50SENA MILL-INAWGURAZZJONITAL-POST TAN-NAR TAL-ĠILJU

1964 - 2014

Page 3: Program Festa Tal-Gilju 2014

3

MAT

TIA

PRET

I SQ

UARE

, ZU

RRIE

Q

Tel:

2164

9150

/216

4739

1 em

ail:

krists

outh

@on

vol.n

et

SMAR

T CA

RD

ACC

EPTE

D Fo

r all y

our

stat

ione

ry n

eeds

, bo

oks,

gifts

, gr

eetin

g ca

rds,

…..

Ph

otoc

opying

- B

inding

- L

aminat

ion

- Bo

ok C

over

ing Għeżież membri u ammiraturi tas-Soċjetà Mużikali

Madonna tal-Ġilju, erġajt ninsab quddiemkom permezz ta’ din l-introduzzjoni tiegħi f’dan il-ktieb, fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. Sena ttir u rġajna ninsabu ftit jiem biss qabel il-Festa wisq għażiża għalina.

F’Awwissu 2013 reġa’ kellna sejħa għall-Kumitat ġdid li jrid imexxi is-Soċjetà għas-sentejn li ġejjin, jiġifieri sa Settembru 2015. Peress li applikaw 13-il membru ma kienx hemm il-ħtieġa li ssir elezzjoni. Fl-ewwel laqgħat tal-Kumitat il-ġdid ġew maħtura l-uffiċjali. Grazzi għal fiduċja li reġgħet intweriet fiha, ser nerġa mmexxi din s-Soċjetà għas-sentejn li ġejjin. Din hija t-tletin sena li jiena qed inservi f’din il-kariga. Kariga li fiha l-piż tagħha wkoll fejn f’ċerti mumenti tibda taqta’ qalbek, iżda bl-għajnuna t’Alla u tal-Madonna kif ukoll ta’ sħabi tal-Kumitat nerġa nara d-dawl wara d-dlam. Grazzi mill-ġdid tas-sapport. Bħala segretarju reġa’ ngħata l-fiduċja s-Sur Michael Ghigo filwaqt li l-kariga ta’ Teżorier ġiet fdata f’idejn s-Sinjorina Gigliola Briffa. Din hija l-ewwel uffiċjal mara fi ħdan s-Soċjetà tagħna sa mit-twaqqif tagħha. Hawnhekk irrid nirringrazzja lis-Sur Benny Briffa li okkupa diversi karigi għal dawn l-aħħar 35 sena. Grazzi mill-qalb Ben, u jalla nkomplu nsibu nies bħalek ħalli s-Soċjetà tibqa’ mixja ’l quddiem.

Il-ktieb Sicut Lilium – Ritwal tul is-Sekli, li kien editjat mis-Sur Charles Farrugia bil-kontribuzzjonijiet ta’ diversi kittieba u storiċi professjonali, kien ġie llonċjat mis-Soċjetà fi Frar 2012. Dan kien rigal li s-Soċjetà tagħna tat lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom l-istorja. F’Novembru 2013 dan il-ktieb ġie kklassifikat fit-tieni post fost erbatax il-ktieb fil-Kategorija Riċerka Bijografika u Storika bil-Malti jew b’lingwa oħra li hija meqjusa bħala l-kategorija prinċipali. Is-serata tal-premjazzjonijiet saret fis-sala tal-Ambaxxaturi ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru Dr Joseph Muscat.

F’Jannar 1964, kien ġie inawgurat uffiċjalment il-Post tan-Nar tas-Soċjetà. Għalhekk din is-sena qegħdin infakkru l-ħamsin (50) anniversarju ta’ dan l-avveniment. Matul dan iż-żmien għaddejna minn mumenti glorjużi kif ukoll minn dawk ta’ swied ta’ qalb. Però għandna dejjem nirringrazzjaw lil Ommna Marija għaliex dejjem kienet hemm għalina. F’Jannar saret quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokkjali tal-okkażjoni, kif ukoll ċerimonja simbolika fil-kumpless tan-nar. Mexxa din iċ-ċerimonja l-W. R. Kappillan tal-

parroċċa kif ukoll id-Direttur Spiritwali tas-Soċjetà. Dan l-anniversarju ser jiġi mfakkar kif jixraq ukoll nhar it-Tlieta 10 ta’ Ġunju 2014 waqt il-Kunċert Annwali li jsir fl-okkażjoni tal-Festa. Hemm ippjanati diversi attivitajiet oħrajn għal matul din is-sena.

Fi Frar ta’ din is-sena, ospitajna fostna delegazzjoni mmexxija mill-Kappillan Don Anacleto Giagnori miċ-ċittadina ta’ Anticolo Corrado li tinsab viċin Ruma fl-Italja. F’din iċ-ċittadina jiċċelebraw ukoll il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. Ta’ min jgħid li wasalna sa hawn bil-kuntatti li għamel is-Sur Charles Farrugia, li f’Novembru 2012 meta kien għamel żjara f’Anticolo Corrado. Il-qofol ta’ din iż-żjara kienu laqgħat mal-Kumitat Amministrattiv, kif ukoll mar-Rettur tal-Fratellanza fejn ġew diskussi diversi temi ħalli nkomplu nsaħħu din d-devozzjoni. Laqgħat oħra saru mal-Kappillan u l-Viċi Kappillan kif ukoll mas-Sindku u l-Kunsilliera tal-Kunsill-Lokali.

F’Marzu ta’ din is-sena s-Soċjetà tagħna rebħet ukoll Waste Reduction Award 2013 minn fost sittin (60) parteċipant. Din l-Award intrebħet bil-ħila u l-inizjattiva tal-ħabrieka Kummissjoni Nisa tal-Ġilju.

Din is-sena hija waħda speċjali għalina wkoll għaliex wieħed mill-papiet li sar Qaddis f’April li għadda hu San Gwanni Pawlu II, li b’xorti tajba għandna karlotta tiegħu u kien bierek il-kwadru tal-Madonna. Dawn iż-żewġ tifkiriet qed jinżammu b’għożża kbira ġewwa l-każin tagħna. Kien propju nhar l-Erbgħa 6 ta’ Diċembru tas-sena 2000 li kellna udjenza miegħu fil-Vatikan. Memorji li mhu ser ninsa qatt.

Nagħlaq dan il-messaġġ tiegħi billi nawgura l-Festa t-tajba lil Imqabbin kollha u lil dawk kollha li jiġu jżuruna matul il-ġimgħa tal-Festa. L-appell tiegħi bħal dejjem huwa li nattendu għall-Funzjonijiet reliġjużi li jsiru fil-Knisja kif ukoll għall-manifestazzjonijiet esterni. Nitlob lil kulħadd ħalli jagħti daqqa t’id fejn ikun hemm bżonn ħalli l-piż jinqasam bejn kulħadd. Nieħdu gost iżda ma nweġgħu lil ħadd ħalli dak li nagħmlu jogħġob lil Ommna Bla Tebgħa ħalli tberikna lkoll.

Ritratt Storiku: Il-President is-Sur Teddy Farrugia flimkien mad-Direttur Spiritwali Patri Adrijanu Cachia waqt udjenza mal-Papa Ġwanni Pawlu II fis-Sena tal-Ġublew. Nhar il-Ħadd 27 ta’ April 2014 il-Papa Ġwanni Pawlu II ġie ddikjarat Qaddis mill-Papa Franġisku. Is-Soċjetà tgħożż b’qima l-karlotta li San Ġwanni Pawlu II għoġbu jirregala lis-Soċjetà kif ukoll il-kwadru li jfakkar il-bidu tal-festi speċjali fl-okkzjoni tal-125 sena mill-miġja tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba.

Messagg. .Mill-President tas-SoċjetàTeddy Farrugia

Page 4: Program Festa Tal-Gilju 2014

5

Is-Sur Nicholas Briffa, Sindku tal-Imqabba waqt il-konċelebrazzjoni tal-Quddiesa Solenni ta’ Jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju flimkien mal-President, is-Segretarju u n-nisa tagħhom.

Julio: 9984 9299 • Charlie 9989 5112

Kevin CamilleriBartender tal-Każin tal-Ġilju

Jirringrazzja lill-klijenti kollha u jawgura

Il-Festa t-tajba lil kulħadd

Messagg. .Mis-Sindku tal-ImqabbaNicholas Briffa

Għaddiet sena minn meta nħtart Sindku ta’ dan ir-raħal sabiħ tal-Imqabba u waslet ukoll festa oħra ad unur il-Madonna tal-Ġilju, u għaldaqstant ġejt mitlub mill-Kumitat biex inwassal il-messaġġ tiegħi lilkom l-Imqabbin fl-okkażjoni ta’ din il-festa.

Għalkemm il-festa tiġi darba fis-sena, jiena naf li l-impenn ta’ dawk kollha li huma nvoluti fix-xogħol ta’ preparazzjoni biex tiġi ċċelebrata festa mill-aqwa għall-Imqabbin u għal dawk kollha li jiġu jżuruna fil-ġranet tal-festa huwa kbir. L-involviment ta’ dawn il-persuni huwa enormi u kollox isir b’mod volontarju. Fl-Imqabba għandna artisti li huma moħbija u hemm bżonn li lil dawn noħorġuhom fil-beraħ.

Hemm nies li bil-kapacità tagħhom jagħmlu opri artistiċi li ftit tara f’pajjiżi oħra barra minn Malta. Insemmi l-armar trijonfali li jiġi armat fil-pjazza ewlenija tar-raħal u t-toroq tal-madwar. Dan kollu xogħol ta’ skultura mill-isbaħ, induratura u żebgħa mill-aqwa. Ma nistax ma nsemmix lill-artist bravu membru tas-soċjetà s-Sur John Barbara li taħtu jaqa’ d-dipartiment tal-armar. Kelli x-xorti li narah jimmudella biex wara joħroġ xogħol verament mill-isbaħ fl-iskultura. Ix-xogħlijiet tiegħu żgur li ser ikunu ferm apprezzati fil-ġranet tal-festa.

Għandna napprezzaw ix-xogħol kbir li jsir mill-Kumitat u l-membri ta’ din is-Soċjetà. Iż-żgħażagħ li huma l-mutur tas-Soċjetà, jien nammirahom kif iżommu l-attivitajiet ħajjin għaddejjin is-sena kollha. Jien inkun naf bil-ħidma ta’dawn iż-żgħażagħ għax kważi kull ġimgħa jġibu l-Kunsill posters tal-attivitajiet li jkunu qed jorganizzaw. Prosit żgħażagħ, komplu żommu ruħkom attivi, għax dak hu s-sigriet. Iż-żgħażagħ li ma jsibux x’jagħmlu u ma jkunux attivi, jispiċċaw vittmi tal-vizzji b’detriment għal saħħithom u ħajjithom.

L-aħħar attività li kellu l-Kunsill Lokali kienet l-attività tal-Ġimgħa l-Kbira ‘L-Imsallab Fi Triqatna’ fejn sibna koperazzjoni sħiħa min-naħa tal-każini tal-baned biex stajna nużaw il-faċċati tagħhom bħala xenarju għall-istess dramm. Grazzi mill-qalb.

Il-festa tal-Madonna tal-Ġilju hija festa unika u għaldaqstant għandna niċċelebraw din il-festa qaddisa kif jixraq b’imħabba lejn xulxin u għaqda bejnietna. Il-Madonna għandha tkun iċ-ċentru ta’ kull azzjoni u deċiżjoni li nieħdu f’ħajjitna. Jekk inpoġġu lilha l-ewwel, kollox għandu jmur tajjeb biex nimxu ’l quddiem flimkien.

Inħeġġeġ lill-Imqabbin kollha biex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi tal-festa u nitolbu, biex il-Madonna tal-Ġilju tidħol għalina f’dak kollu li jkun ta’ ġid għalina. Intenni dik it-talba li jħobb jgħid il-President is-Sur Teddy Farrugia, “GRAZZI MADONNA TA’ MĦABBTEK GĦALINA”

Nikkonkludi billi f’ismi u f’isem il-familja tiegħi, flimkien ma’ sħabi l-kunsillieri kollha, nawgura festa mill-aqwa lill-President, Kumitat u Soċi tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u lill-Imqabbin kollha u biex inkomplu nkattru l-għaqda ta’ bejnietna f’dan ir-raħal li tant inħobbu. Grazzi.

Page 5: Program Festa Tal-Gilju 2014

7

Prop: Christian Caruana

For All Types oF FrAmes27, Saint Catherine Street, Mqabba Tel: 2168 3308

akerMFra e

Għeżież devoti tal-Madonna tal-Ġilju. Bil-għajnuna tal-Mulej wasalna biex niċċelebraw festa oħra ad unur il-Madonna Sultana tas-sema u l-art. Għalija din ser tkun it-tieni festa tiegħi bħala kappillan ta’ din il-parroċċa.

Bħalma l-ulied kemm jekk jgħixu tajjeb kemm jekk jgħixu ħażin xorta jkollhom dik ix-xrara ta’ mħabba lejn ommhom li welldithom u rabbiethom. Hekk wkoll l-omm ikunu xi jkunu wliedha dejjem tibqa’ tħobbhom u taqbeż għalihom. L-ulied jibqgħu wlied anke meta jikbru u jiżżewġu. Dan wkoll nistgħu ngħiduh għal Ommna Marija li hija l-vera omm li tħobbna u tifhimna. Bħal dik l-omm naturali li dejjem taqbeż u tiddefendi l-uliedha f ’ħafna ċirkustanzi tal-ħajja hekk ukoll tagħmel din l-omm tas-sema. Il-Verġni mbierka hija l-mezz jew it-triq li twassalna għand binha. Hija dik li takkumpanjana li titlob magħna fil-ħajja mimlija sfidi u kumplikazzjonijiet. Hekk kif qabżet għal dawk iż-żewġ povri għarajjes ta’ Kana hekk ukoll għadha tagħmel għalina ma’ binha Ġesù.

Il-post speċjali li għandu jkollna għal Marija m’għandux ikun superfiċjali jiġifieri devozzjoni tal-qoxra u din tkun fil-ftit jiem tal-festa li tgħaddi. L-imħabba tagħna lejn Ommna Marija għandha tkun imħawla fil-qalb ta’ qalbna.

Hija ħasra li aħna l-Maltin ftit li xejn naqraw, naħlu ħafna ħin ngħidu fuq xulxin jew inkella nitkellmu fuq suġġetti bla valur. Kemm hi ħaġa

tajba jekk irridu nkunu tassew Marjani nibdew naqraw aktar il-kelma ta’ Alla. Fit-Testment il-Ġdid insibu paġni sbieħ ħafna fejn tissemma Ommna Marija. L-evanġelisti jagħtuha importanza kbira speċjalment San Luqa.

Tajjeb li naqraw il-passaġġi fejn tissemma Ommna Marija hekk ngħidu aħna meta ltaqgħet mal-anġlu Gabrijel li mar isejħilha mfawra bil-grazzja u din il-laqgħa spiċċat billi qalet hawn jien l-iskjava tal-Mulej ħa jsir minni skont kelmtek. Jekk tassew irridu nidħlu fil-fond u nifhmu lil Ommna Marija nħalluha tispirana mill-kelma tal-vanġelu altrimenti d-devozzjoni tagħna tkun vojta u tal-qoxra biss.

B’din l-aħħar sentenza nixtieq il-festa t-tajba lil kulħadd u jalla dak li ser niċċelebraw ikun jirrifletti tassew l-imħabba tagħna lejn il-Madonna.

VIVA L-MADONNA TAL-ĠILJU

Il-Kappillan il-W.R. Kanonku Dun George Spiteri, li mexxa l-Festa tal-Madonna tal-Ġilju għall-ewwel darba fis-sena 2013, waqt ir-ringrazzjamenti li jsiru fil-Knisja Parrokkjali tagħna fi tmiem il-Festa.

Messagg. .Mill-Kappillan tal-ImqabbaW.R. Kanonku Dun George Spiteri

Page 6: Program Festa Tal-Gilju 2014

9

DELIVERINGLANDMARK DEVELOPMENTS

AND CRITICAL INFRASTRUCTUREFOR OVER 30 YEARS

[email protected]

Is-Sur Michael Ghigo, Segretarju tal-Kumitat Amministrattiv fi tmiem il-Quddiesa li tmexxiet minn Monsinjur Arċisqof Pawl Cremona s-Sibt 22 ta’ Frar 2014 li tat bidu għaż-Żjara Pastorali fil-Parroċċa tal-Imqabba.

Messagg. .Mis-Segretarju tas-SoċjetàMichael Ghigo B. Ed (Hons)

Filwaqt li nsellmilkom, nixtieq li permezz ta’ din il-pubblikazzjoni annwali ta’ dan il-manifest tal-Festa 2014, naqsam magħkom ftit ħsibijet dwar l-andament amministrattiv tas-Soċjetà tagħna tul l-aħħar tnax-il xahar. Dan il-messaġġ tiegħi hu t-tielet wieħed bħala Segretarju tal-Kumitat Amministrattiv, u dan wara li erġajt aċċettajt li nġorr din ir-responsabbiltà fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv il-ġdid li ġie ffurmat fil-bidu ta’ Settembru 2013. Sa mill-ewwel laqgħat ta’ dan il-Kumitat, fuq nett tal-aġenda kellna pjan ta’ ħidma fejn elenkajna l-prijoritajiet ewlenin fi ħdan is-Soċjetà tagħna. Dan fid-dawl ta’ diversi ċirkostanzi li evolvew matul is-snin, fosthom l-impenn dejjem jikber fit-tmexxija amministrattiva u s-sitwazzjoni preżenti li għaddejjin minnha minħabba l-proġett tar-rikostruzzjoni tal-Każin. Hawn nixtieq nirringrazzja lill-membri kollha tal-Kumitat preċedenti li din id-darba ma reġgħux ikkontestaw filwaqt li nagħti merħba lill-membri l-ġodda li għażlu li jiffurmaw parti mill-Kumitat għal dan it-terminu.

Li tmexxi Soċjetà komplessa bħalma hi tagħna mhix faċli! Dan hekk kif kull aspett marbut mal-organizzazzjoni tal-Festa jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Amministrattiv. Mhux ta’ b’xejn għalhekk li l-aġenda ta’ kull laqgħa tkun dejjem imballata b’diversi punti għad-diskussjoni u l-laqgħat tagħna, li jsiru b’mod regolari darba fil-ġimgħa, itawlu qatieh ukoll! Ir-rwol prinċipali tal-Kumitat Amministrattiv hu li jikkordina l-ħidma kollettiva tad-diversi fergħat u sottokumitati fi ħdanu u minħabba li bosta huma l-attivitajiet li jiġu organizzati tul is-sena, dan hu proċess li jieħu ħafna ħin u jrid il-ħsieb ukoll. Apparti dan il-Kumitat ikun iffaċċjat minn żmien għal żmien bi sfidi li forsi ma jkunx qed jistenna, u konsegwentement ikollu jwarrab l-aġenda tiegħu sabiex jiffoka fuq dak li jinqala minn żmien għal żmien, u li sfortunatament, taħditiet bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet, jirrikjedu ħafna ħin ukoll! Imma għall-grazzja t’Alla u bl-għajnuna tal-Madonna, dejjem ippruvajna naslu għal soluzzjonijiet b’mod amikevoli mal-partijiet kollha nvoluti!

Fl-istess waqt bħala Kumitat irid gradwalment jippjana u jipprepara dak kollu marbut maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju u preżentement, iħabbel moħħu kif se jissokta l-ħidma tant fejjieda b’risq il-proġett varat fis-Sena Ċentinarja: dak li jkollna Sede adegwata u li taqdi l-ħtiġijiet tas-Soċjetà tagħna mhux biss fil-ħajja tal-lum, imma jekk jista’ jkun, inkunu proattivi u nħarsu lejn dak li naħsbu li se jkunu l-ħtiġijiet futuri! Hu sta għall-Kumitat Amministrattiv għalhekk li jlaqqa u jikkordina dak kollu li minn żmien għal żmien jiġi ppjanata bl-għan aħħari tiegħu dejjem ikun li filwaqt li jagħti l-opportunità l-kulħadd, iżomm

din is-Soċjetà ħajja u attiva s-sena kollha. Ħarsa ħafifa lejn id-diversi rapporti ta’ ħidma tad-diversi fergħat fi ħdan is-Soċjetà ippublikati f’dan il-ktieb tal-Festa; jikkonferma d-dinamiżmu ta’ din is-Soċjetà. Dan kollu wkoll jiġi kkomunikat fiż-żewġ laqgħat ġenerali li jsiru matul is-sena, fejn ta’ kull sitt xhur, fi Frar u f’Awwissu, ta’ kull sena, nagħtu rendikont dettaljat tal-operat tad-diversi fergħat fi ħdan is-Soċjetà, inkluż ukoll ir-rapporti finanzjarji għas-sodisfazzjoni tas-soċji u l-partitarji kollha li pubblikament ikunu mhux biss mistiedna jattendu imma inkoraġġiti li jipparteċipaw b’mod attiv tul il-laqgħat imsemmija. Dan iwassal sabiex is-Soċjetà tagħna tkompli tissaħħaħ u ssaħħaħ l-istruttura tagħha hekk kif grazzi għas-suġġerimenti tal-membri u l-partitarji nkunu nistgħu nirrikonoxxu l-punti debboli tagħna, naġġustaw fejn meħtieġ u fejn hu possibbli nimplimentaw l-ideat u s-suġġerimenti tal-proposti li jsirulna. Dan il-proċess wassal sabiex tul l-aħħar sena ħafna mid-deċiżjonijiet u l-inizjattivi li ttieħdu kienu frott tad-diversi proposti u suġġerimenti li saru minnkom soċji u partitarji li għandkom għal qalbkom il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. Ta’ dan minn qalbi nirringrazzjakom għax bl-involviment tagħkom tagħtuna l-kuraġġ u s-sapport li nissoktaw il-ħidma amministrattiva tagħna. Bis-saħħa tal-kontribut tagħkom kontu protagonisti sabiex is-Soċjetà tagħna tkompli tkun dinamika u b’hekk inkomplu naqdu dmirna u nkabbru ż-żerriegħa li żergħu fina ta’ qabilna, dik li xejn ħlief l-aħjar ma jkun organizzat fil-Festa tant mnaqqxa f’qalbna ad unur il-Madonna tal-Ġilju!

Nagħlaq dan il-messaġġ tiegħi billi nawgura l-Festa t-Tajba lil kulħadd. Għal darba oħra nroddilkom ħajr u nirringrazzjakom għar-rispett reċiproku tagħkom u nibqa’ ntenni dak li dejjem tennejt; li kulma jsir hu dejjem riżultat tal-ħidma fejjieda ta’ kull wieħed u waħda minna, tfal, żgħażagħ u kbar, li b’mod jew ieħor, nagħtu l-kontribut tagħna mill-qalb u b’dedikazzjoni ħalli nkomplu nibnu għall-ġejjieni billi lkoll flimkien niġbdu l-istess ħabel fl-istess direzzjoni. Jalla l-Madonna tal-Ġilju tkompli tħarisna u tintervjeni sabiex issaħħaħ l-għaqda ta’ bejnietna u flimkien ilkoll intennu:

GRAZZI MADONNA TA’ MĦABBTEK GHALINA!

Page 7: Program Festa Tal-Gilju 2014

11

Is-Sinjorina Gigliola Briffa, it-Teżoriera tas-Soċjetà, waqt l-inawgurazzjoni tal-Proġett ta’ armar ġdid fil-Bypass tal-Imqabba bħala parti mill-ħidma mwettqa mis-Sezzjoni Żgħażagħ is-sena l-oħra fl-okkażjoni tal-20 sena anniversarju mill-fondazzjoni tagħhom.

• Ìarr tal-Konkos • Torba• Blokki tal-Franka • Bricks• Blokki tas-Sejjie˙

Tar-Robba l/o Kirkop KKP 9090, MaltaTel: 2168 3558, 2168 5332 Fax: 2164 2834John Ghigo : 9949 3311Jurtin Ghigo : 9945 7162E-mail: [email protected]: www.tarrobbarecycling.com

For all types of original, second

hand and imitation autoparts with the best prices found

locally!!!

Messagg. .Mit-Teżoriera tas-SoċjetàGigliola Briffa

Ma nistax nibda dan l-ewwel l-artiklu tiegħi bħala Teżoriera tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, jekk ma nirringrazzjax lil sħabi tal-Kumitat li urew fiduċja fiha biex nieħu din il-kariga hekk importanti. Ma kinetx għażla faċli għalija, speċjalment meta din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi fil-Kumitat Amministrattiv. Din l-għażla kienet iffaċilitata aktar meta l-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat Amministrattiv xi darba jew oħra għamlu parti mill-Kumitat tas-Sezzjoni Żgħażagħ tas-Soċjetà u ħdimna flimkien biex din is-Sezzjoni tkun l-aqwa għaqda taż-żgħażagħ ġewwa l-Imqabba.

Matul is-sena ssir ħidma kontinwa b’numru ta’ attivitajiet li minnhom il-qliegħ imur biex ikopru l-ispejjeż kemm tal-Festa kif ukoll tal-proġett tar-Rikostruzzjoni tas-sede tas-Soċjetà. Kif jaf kulħadd mhux li tgħid li twaqqa’ l-każin u tibnih mill-ġdid. Nistgħu ngħidu li dan il-proġett żgur li kien l-ikbar wieħed tax-xorta tiegħu fl-Imqabba u li aktar li qam flus biex reġa’ nbena. Issa li l-bini tiegħu tlesta, matul din is-sena nbeda x-xogħol ta’ finishes. L-ewwel post li l-Kumitat ħass li għandu ssir huwa l-basement u bil-ħidma tal-Kummissjoni Rikostruzzjoni tal-Każin, ix-xogħol ta tikħil, elettriku, ilma eċċ. huwa kważi mitmum.

Proġett ieħor li ngħata spinta kienu l-istudios tal-Radju tas-Soċjetà. Biex jitwettaq il-proġett tal-Basement kellna bilfors immexxu l-istudio tar-radju mill-basement. Għalhekk bix-xogħol volontarju tal-membri tal-Kummissjoni Radju taħt id-direzzjoni tas-Sur Claudio Farrugia, Viċi President, irnexxielna naslu biex mill-festa ta’ din is-sena nxandru minn dawn l-istudios. Dan il-proġett ġie ffinanzjat mill-fondi li l-Kummissjoni irnexxielha tfaddal tul is-snin kif ukoll b’għajnuna minn fondi Ewropej.

Irnexxielna wkoll inġiebu fondi Ewropej sabiex sal-Festa tas-sena d-dieħla, jekk ma jinqala xejn, niżvillupaw is-sala ta’ barra tat-tieni sular bħall-skola mużikali. B’hekk il-Banda tas-Soċjetà tkun tista’ tiżvillupa aktar u jkollha post xieraq minn fejn twettaq il-vokazzjoni tagħha, jiġifieri, it-tagħlim tal-arti mużikali. Dan huwa parti mill-proġett sħiħ biex it-tieni sular ikun lest minn kollox għas-sena d-dieħla.

Ħafna minn dan ix-xogħol ma jistax isir b’mod volontarju bħalma kien isir fi snin l-imgħoddija. Dan huwa għal fatt li l-ammont ta’ nies li jagħtu għajnuna volontarja qiegħda dejjem tonqos u għalhekk trid tirrikorri għal xogħol li tiegħu trid tħallas u li tiegħu tħallas sew.

Hawn nixtieq nirringrazzja lil dawk il-Kummissjonijiet kollha fi ħdan is-Soċjetà għan-numru ta’ attivitajiet li jagħmlu biex jinġabru fondi meħtieġa. Ħafna drabi biex jinġabru dawn il-fondi l-Kummissjonijiet verament ikunu immaġinattivi.

Huwa tedjanti li kull sena noqogħdu ntennu li l-ispejjeż għall-Festa minn sena għall-oħra dejjem jogħlew, iżda dik hija l-verità. Għalhekk tonqsux li tkun ġenerużi fil-ġabra li nagħmlu bl-envelops. Dawk li għal xi raġuni jew oħra ma nsibuhomx fid-djarhom fil-ġranet tal-ġbir ikunu jistgħu jwasslu l-envelops il-Każin u jingħataw irċevuta tad-donazzjoni tagħhom. Kunu ġenerużi wkoll fl-albural li jsir fil-jiem tal-Festa minn membri tal-Kumitat.

Din is-sena qegħdin infakkru wkoll il-Ħamsin sena mill-ftuħ tal-Post tan-Nar ġewwa ta’ Kandja. Post li llum bil-ħidma tal-Licencee s-Sur Kevin Saliba u sħabu għandna Karma tan-Nar verament spazjuża u fl-istess ħin sigura għal dawk li jaħdmu n-nar. L-appell tiegħi għal Festa ta’ din is-sena, huwa li l-Festa tkun iddedikata lil Għaqda tan-Nar tas-Soċjetà tagħna li matul dawn l-aħħar ħamsin sena stinkaw kemm setgħu biex iġibu ’l quddiem l-isem tas-Soċjetà u isem il-Patruna tagħna l-Madonna tal-Ġilju.

Festa li għandha tkun ukoll aktar devozzjonali mis-soltu, biex bil-ferħ ta’ attivitajiet esterni nkomplu nagħtu qima lil dik OMMNA taħt it-titlu sabiħ tal-MADONNA tal-ĠILJU.

Qabel nagħlaq dan l-artiklu nixtieq nirringrazzja lill-sħabi membri tal-Kumitat Amministrattiv, speċjalment lill-missieri, tal-għajnuna li dejjem sibt mingħandhom.

Nixtieq il-Festa t-tajba lill-Imqabbin kollha u lill-barranin li jiġu l-Imqabba biex magħna jgawdu din il-Festa hekk kbira.

VIVA l-MADONNA TAl-ĠILJU

Page 8: Program Festa Tal-Gilju 2014

13

FREE DELIVERY Id-Direttur Spiritwali tas-Soċjetà; Patri Adrijanu J. Cachia, iwassal messaġġ tal-okkażjoni waqt l-inawgurazzjoni tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju li reġgħet tpoġġiet fil-post oriġinali tagħha fis-sede l-ġdida tas-Soċjetà wara restawr estensiv li sar fuqha.

8, Church Square,

Mqabba

Tel: 79050724

Opening Hours:Monday to Thursday6.00pm till 11.00pm

Weekends from 6.00pm till late

& Sunday from 5.00pmtill late

GrillsSnacksPizzaHouse Specialities

Meta nikteb dan il-messaġġ ikun dejjem żmien il-Għid. Għalija għalkemm ir-Randan kif jissejjaħ fil-Liturġija huwa żmien qawwi, però żmien il-Għid inqisu ħafna iżjed. Dan il-għaliex waqt li fir-Randan l-enfasi tkun li nidħol fiha nnifsi, bil-maqlub, l-Għid iġegħelni ngħajjat “Iva Ġesù Kristu qam mill-mewt Halleluja”. Il-mirakli Ġesù wettaqhom biex juri li l-era jew iż-żmien Messaniku wasal. Dan imma ma seta’ qatt ikun li kieku Kristu Ġesù ma rebaħx il-mewt. Hekk mela nistgħu ngħidu li l-qawmien tiegħu l-akbar sinjal fost is-sinjali kollha li huwa wettaq. Hawn nara l-forza u l-kobor tar-Rivelazzjonijiet li ksibna. Li jirrivela jfisser xi ħaġa mistura tagħmilha magħrufa. Fuq kollox Ġesù kellu l-missjoni li jgħarrafna fuq it-Trinità l-aktar qaddisa. Il-qari li jintuża waqt il-Liturġija tal-Quddiesa matul żmien il-Għid propju jikkonsisti kollu f’dan. Ġesù jagħti xbieha tal-missier, fuqu nnifsu bħala l-Iben u l-Ispirtu s-Santu. Kemm nieħu gost naqra jew nisma’ versi bħal “Huwa l-Missier li bagħtni” jew “Jiena u l-Missier ħaġa waħda”.

“Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija”. Ħafna huma l-istqarrijiet ta’ Ġesù fuq dan. Ngħid għalija li jekk qed tfittex il-verità u tgħid li għandek il-fidi ma tistax ma tifraħx f’din ix-xhieda jew aħjar; ir-Rivelazzjoni li Ġesù jagħtina.

Imma l-munita fiha żewġ uċuħ. Mingħajr ma nġebbidha żżejjed ngħid li fuq naħa waħda nara dak li ġie mgħarraf lilna fuq il-Verġni Marija. Apparti dak il-kliem profetiku li ħabbar il-missjoni tagħha fil-pjan tar-rivelazzjoni. Hemm ukoll ħafna personaġġi li l-Knisja tqishom bħala referenza għal Madonna imma l-iżjed it-tħabbira tal-Arkanġlu; il-mimlija bil-grazzja. Mela

s-safja, bla tebgħa tad-dnub. Kif stajna qatt ngħarfu l-kobor ta’ dan il-privileġġ kbir ta’ Marija li ma kienx rivelat lilna? Il-kelma t’Alla hija xhud ta’ dan. Alla ried jurina l-imħabba numeruża tiegħu għalina. Ma setax ma juriniex il-post l-aktar speċjali f’din l-imħabba tiegħu lejn Marija. Kif jista’ jkun li veru tilqa’ ’l Ġesù f’ħajtek u ma jkollokx lil Marija? Fl-istorja tagħha mhijiex imfakkra biss sakemm ġabitu fid-dinja bħalma jistqarru ħafna li ma jagħrfuhiex. Hija qagħdet mal-Knisja tal-bidu bħalma Kristu qagħad ukoll wara li qam mill-mewt mal-Appostli. Hija żgur li għandha għal qalba dak kollu li hu ta’ Binha; ċioè l-Knisja. Aħna l-Knisja ħajja, nittamaw li niltaqgħu lkoll fil-knisja t-tempju.

Il-Festa t-Tajba lil Kulħadd

Messagg. .Mid-Direttur SpiritwaliPatri Adrijanu J. Cachia OFM

Page 9: Program Festa Tal-Gilju 2014

15

Is-Surmast Direttur, Mro. Andrew Calleja, din id-darba f’rwol differenti hekk kif waqt il-Programm Annwali tal-Festa 2013 interpreta s-silta “Trombone Polka” taħt id-direzzjoni tas-surmast Edwin Pace.

Hu ta’ pjaċir għalija li bħala Surmast Direttur tal-Banda Madonna tal-Ġilju nwassal dan il-messaġġ fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. Għaddiet sena oħra u din tiegħi għalhekk hija t-tnejn u għoxrin waħda. Nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem li llum inħossni parti minn din is-Soċjetà tant li nikkonsidra bħala parti mill-familja tiegħi. Dan grazzi għal mod kif intom l-Imqabbin partitarji tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju sa mill-bidu nett ilqajtuni fostkom. Illum, meta nħares lura, filwaqt li ngħożż il-memorji tant sbieħ fi ħdan din il-Banda, nitkebbes aktar li nkompli naħdem sabiex flimkien magħkom inkomplu nibnu l-Banda tagħna b’kull mod possibbli.

Wara li għaddiet il-festa, tul Lulju, Awwissu u Settembru għamilna l-programmi tas-soltu f’Ħal Luqa, Ħal Kirkop u Ħaż-Żabbar rispettivament. F’Ottubru ħadna sehem fl-attività organizza l-Kunsill Lokali filwaqt li f’Novembru ffokajna fuq il-Kunċert Annwali ta’ żmien il-Milied. F’Diċembru, apparti dan il-Kunċert, daqqejna fil-Festa tal-Kunċizzjoni kif ukoll fil-Party tal-Milied tat-tfal bl-Ensamble. Din kienet attività ġdida għall-Banda tagħna.

Immedjatament wara l-Festi tal-Milied, issoktajna l-kunċerti kull nhar ta’ Erbgħa b’Ensamble magħmulha minn studenti żgħażagħ u bandisti oħra. Nieħdu gost ħafna bejnietna, ħadd ma jfalli u meta xi ħadd ma jkunx jista’ dejjem javżawni. Issa sirna tista’ tgħid familja! Xi ħaġa li xtaqt li nsemmi hija li b’inizjattiva ta’ xi bandisti u l-ġenituri tagħhom, daħlet id-drawwa li kull min ikollu l-birthday qed iġib kejk waqt il-kunċert biex niċċelebrawh flimkien kif ukoll ħloqna paġna bejnietna fuq facebook biex naqsmu dawn l-esperjenzi flimkien u fl-istess ħin inżommu l-komunikazzjoni ħajja f’dinja mgħaġġla tal-lum!

Intant, f’Marzu, il-banda taż-żgħażagħ ħadet sehem fis-serata li ġiet organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ fejn kien hemm kummenti ta’ inkoraġġiment minn dawk preżenti li huma għalliema u anki xi surmastrijiet għax aħna konna ġenwini fil-parteċipazzjoni tagħna. Dan jimliena b’kuraġġ inkomplu naħdmu fuq dan il-qasam; fejn qed nagħtu l-importanza meħtieġa sabiex inżidu l-livell tal-bandisti tagħna filwaqt li nippruvaw kemm jista’ jkun nagħtu aktar responsabiltà lill-bandisti fid-diversi avvenimenti li l-Banda tagħna jkollha minn żmien għal żmien. F’April għal darba oħra rġajna organizzajna l-Kunċert tal-Għid; li hu vetrina tat-talent varju tad-diversi bandisti u allievi tagħna, speċjalment dawk ta’ età żgħażugħa. Immedjatament wara bdejna

l-kunċerti fuq il-mużika li se tindaqq fil-programm Annwali tal-Festa.

Għal dan il-programm tal-festa, li din is-sena se jaħbat it-Tlieta 10 ta’ Ġunju, għażilna programm daqsxejn differenti minn tas-soltu li jien żgur ħa jintlaqa’ tajjeb u li mhux se jkun twil. Hemm mużika mill-films, mużika klassika, polka b’sorpriża, xi kanzunetti, fosthom ta’ kompożituri u awturi Maltin, li ħa jitkantaw minn talent Imqabbi u ħa tiżżanżan silta mużikali miktuba minni li hi ddedikata lill-Għaqda tan-Nar fl-okkażjoni tal-50 sena mill-inawgurazzjoni tal-post tan-nar. Ta’ sodisfazzjon kbir hu l-fatt li se jkollna x-xorti li mal-banda tagħna tkanta l-Mezzo Soprano Federica Falzon; li tant għamlet suċċess meta f’April li għadda rnexxielha tirbaħ l-edizzjoni tal-programm imxandar fuq ir-Rai Uno “Ti Lascio Una Canzone”....programm li laħaq udjenza kbira, tant li kien stmat li kien hemm serati fejn ġew segwiti ’l fuq minn 25 miljun ruħ! Għalhekk, nappella lilkom soċi u partitarji sabiex tattendu għal dan il-programm u taħsbu kmieni sabiex intom tkunu tistgħu ssegwu sew dak li aħna ħejjejna għalikom!

Ngħalaq dan l-artiklu billi nħajjar aktar ġenituri jippuxjaw lil uliedhom sabiex jibdew jitgħallmu strument mużikali. It-tagħlim tal-mużika għall-allievi ssir is-Sibt filgħodu mit-tmienja u nofs sas-siegħa sew minni kif ukoll mis-Surmast Edwin Pace. Min jixtieq jibgħat lit-tfal biex jitgħallmu jista’ jiġi s-Sibt filgħodu u jitkellem magħna.

Finalment, nixtieq nirringrazzja lill-Kumitat Amministrattiv, lill-bandisti tas-servizz li taw lis-soċjetà u tal-koperazzjoni li dejjem sibt minn għandhom, lill-kummissjoni banda, lil sieħbi Mro. Edwin Pace tal-paċenzja li qed jieħu mal-allievi biex ikollna bandisti ta’ kwalità u ngħallmu strumenti li ma tantx huma popolari fil-banda. Ċert li jekk inkomplu fuq din il-linja nkunu qed nissoktaw insaħħu l-Banda Madonna tal-Ġilju li ġġib isem is-Soċjetà u l-Festa tant għażiża għalina lkoll!

Nawgura l-festa t-tajba lill-kulħadd

Messagg. .Mis-Surmast tas-Soċjetà Mro. Andrew Calleja F.V.C.M.

Page 10: Program Festa Tal-Gilju 2014

Quddiem mix-xellug: P. Adrijano J. Cachia OPM, Gigliola Briffa, Teddy Farrugia, Michael Ghigo, Marvin Sciberrs, Claudio Farrugia.Wara mix-xellug: Alan Barbara, Benny Briffa, Keith Buhagiar, Ferando Dingli, John Barbara, Charlie Grech,

Tonio Facciol, Robert Aquilina.

Surmastrijiet Onorarji Presidenti Onorarji Membri Onorarji Julio Tanti A. Mus. L.C.M. Salvu Magro Julio Barbara Joseph Tonna A. Mus. L.C.M. Joseph Tanti Joseph Farrugia Charles Polidano John Mary Ciantar Charles Farrugia Annunziato Mifsud Benny Baldacchino

Segretarju President Teżoriera Michael Ghigo Teddy Farrugia Gigliola Briffa

Assistent Segretarju Viċi President Assistent Kaxxier Fernando Dingli Claudio Farrugia Benny Briffa

Direttur tal-Każin Membri Relazzjonijiet Pubbliċi Tonio Facciol Robert Aquilina, Alan Barbara Marvin Sciberras Keith Buhagiar, John Barbara, Charles Grech

Rettur tal-Fratellanza Direttur Spiritwali Joe Gauci P. Adrijano J. Cachia OFM

Surmast Direttur Delegati Għaqda Każini tal-Banda Għalliem tal-Allievi Mro. Andrew Calleja Christopher Briffa, Antoine Pace Mro. Edwin Pace

Chairperson Kumm. Nisa Chairperson Kumm. Banda Chairperson Għaqda tal-Armar Julie Abdilla Walter Farrugia John Barbara

Chairperson Sezzjoni Żgħażagħ Licencee Għaqda tan-Nar Chairman Kummissjoni Radju Jeffrey Briffa Kevin Saliba Julian Falzon

Delegata Junior Club Delegat Kummissjoni Sport Anna Grech Joe Farrugia

Konsulent Legali Konsulent Finanzjarju Dr. Michael Sciriha B.A. (Hons.) (Econ.), M.A. (Econ.), LL.D. Malcolm Bondin B. Com., B. Accty. (Hons.), F.I.A., C.P.A.

Prop. Joseph Farrugia

• ElectricalFittings • PlumbingFittings• DrainPipesandFittings • Cement• TileAdhesiveandGrouting • Membrane• Plasteringmaterials • Geysers• PlasticandFibreTanks • LEDBulbs• RangeofPowerandHandTools• CrystalliteandStainlessSteelSinksandMixers• VarioustypesofLadders• EnergySaverLamps(SPECIALOFFER)• KeyCuttingincludingSecurityKeys• SafetyWearandSafetyShoes• 5000coloursofINDOORANDOUTDOORPAINTS MIxEDRIGHTAWAY

FREE DElivERyOpening Hours: Monday to Friday: 7.00 a.m. - 7.00 p.m.

Saturday: 7.00 a.m. - 1.00 p.m.

Kumitat Amministrattiv2013-2015

17

Page 11: Program Festa Tal-Gilju 2014

F’Jannar xahar kiesaħ, ħamsin sena iluDun Bianco bierek, il-post tan-nar

Li kien inbena, b’regolamenti;B’sigurtà kbira dal-proġett sar.

Ma nistgħux ngħidu kollox mar tajjeb.

Mumenti sbieħ u koroh ġraw.Il-partitarji, tan-nar b’delizzju,Bis-sagrifiċċju, dejjem stinkaw.

Tal-piroteknika, id-dilettanti

Jaħdmu f’periklu, u b’attenzjoni.Xogħol delikat, li jiswa l-ħajja.Ilkoll ħabrieka kulħadd unjoni.

Diżgrazzji ġraw tul dal-perjodu,

Li tappnu l-ferħ tas-soċjetà.L-imsejkna vittmi ħallewna b’dieqa,

U qegħdin m’ommna fl-eternità.

F’nofs xahar Diċembru, disgħa u sittin,Diżgrazzja feġġet ġewwa d-dwejriet.

Meta Zaren, anzjan ħabriekiBin-nar kien sploda, fejn huwa miet.

Fl-elf disgħa mija sebgħa u disgħin,Diżgrazzja oħra mhux mistennija.

Laqtet lil Kola waqt li kien jaħdem.Bin-nar kien tar u miet bla ħtija.

F’Marzu tas-sena, elfejn u tnejn,Splużjoni faqqgħet fil-post tan-nar;

Fejn weġġgħu tlieta waqt dit-traġedja.Tiġrif ta’ ġebel fil-post kien sar.

Bl-għajnuna t’Alla, it-tlieta fiequ.Il-post mill-ġdid, reġa’ nbena.

B’ħidma fejjieda u b’entużjażmuMill-partitarji, itella’ b’sengħa.

Matul iż-żmien, suċċessi nkisbu.Fl-elfejn u sebgħa, fl-esebizzjoni

Tan-nar tal-art dik nazzjonali.Ivvota l-pubbliku, skont l-opinjoni.

Suċċess kbir ieħor, fl-elfejn u tmienja

Reġgħet intrebħet din l-edizzjoni.It-tieni waħda ġewwa pajjiżna,

Bil-logħob mekkaniku, u b’invenzjoni.

Fl-elfejn u ħdax, bl-akbar raddiena,Suċċess inkiseb fir-raħal tagħna;

Fil-’Book of Guinness’, b’rekord mondjaliUnur miksub, li għadu magħna.

L-aħħar suċċess li s’issa ntlaħaq,Fl’annu tlettax, tas-sena ‘lfejn.Fil-piroteknika, tapit inħadem

B’kuluri mħallta, ipaxxu l-għajnejn.

F’dal ħamsin sena, murtali nħadmu,B’livell hekk għoli speċjalizzat.

Il-Ġigġifogu bil-wisq mhux b’inqas;Xogħol b’professjoni u onorat.

Madonna ommna, idħol għalihom,Lil vittmi kollha, tan-nar bla ħtijaNitolbok tgħin, lil min nar jaħdem

Biex f’qalbhom int ma tkunx minsija!

28 ta’ Marzu, 2014Michael Dingli

ĦAMSIN SENA POST TAN-NAR

RepaiRs on all tYpes of caRs • tuRbo fitting• full caR seRvicing • pRe test foR vRt

• Replacement of petRol engine to diesel • batteRies

1, Sejba Road, Mqabba ZRQ 09Tel: 21 640684 • Mob: 79 444 420

Christian MifsudOwner

Offering all the professional service for your hairstyles

Opening hours

Monday Closed

Tuesday To Friday 9.00am-2.00pm 3.00pm-6.00pm

saTurday Openalldaytill7pm

For an appointmentcall on 7920 1390

Joanne’s Unisex HairstylistHair by Joanne

Triq il-Mit˙na exactly corner with Triq ix-Xriek

19

Page 12: Program Festa Tal-Gilju 2014

20 21

tan-Nar kienet waħda milli affrontat sidirha biex fi snin sebgħinijiet ma jispiċċax in-nar minn pajjiżna. Inħoss li hemm bżonn li d-dilettanti tan-nar kollha jiġbdu ħabel wieħed jekk irridu li dan id-delizzju jibqa’ jiġi pprattikat. B’dispjaċir qed ninnutaw li f’pajjiżna qed iqumu forzi li għax huma fil-maġġoranza jridu jimponu fuq il-minoranza.

Fil-fehma tiegħi l-aqwa żmien li esperjenzat din l-Għaqda kien lejn nofs is-snin tmenin u snin disgħin meta kienet bdiet għall-ewwel darba l-magħrufin prexex kif konna nsibuhom dak iż-żmien, flimkien mal-kwantità tan-nar li kien jinħaraq, speċjalment murtali tal-kulur, li din l-Għaqda dejjem kienet rinomata għalihom. Din l-għaqda evolviet maż-żminijiet tal-lum permezz ta’ sistema kompjuterizzata li tispara n-nar sinkronizzat mal-mużika msejħa Merlin Fire. B’din is-sistema stajna nagħmlu spettakli kbar u oriġinali.

Inkun qed nonqos jekk ma nsemmix il-ħarqiet kbar li l-Għaqda tagħmel rigward in-nar tal-art, b’xogħol innovattiv u oriġinali. Hawn ta’ min jgħid li l-Għaqda tan-Nar tal-Art iżżomm ir-rekord mondjali tal-akbar raddiena fid-dinja. Barra minn hekk rebħet ukoll il-Festival nazzjonali tan-Nar tal-Art li jkun organizzat darba fis-sena ġewwa pajjiżna.

Waqt li qed nikteb dan l-artiklu ninsabu qrib sew tal-Festa. Bħalissa x-xogħol jinsab għaddej b’ritmu tajjeb u ninsabu lejn l-aħħar fażi tiegħu. Din għalija hija t-tielet sena li ninsab immexxi l-Post tan-Nar fejn

Dettall tal-arma tal-Madonna li l-Artist Imqabbi u Partitarju s-Sur Antoine Farrugia naqax għal taħt l-istatwa tal-Madonna tal-

Ġilju li tinsab f’post prominenti fil-Kumpless tan-Nar tal-Ġilju. Din l-istatwa kienet rigal tal-Partitarju s-Sur Innocent Farrugia fl-1997,

u kien bix-xieraq li din tkompli tissebbaħ sabiex tibqa’ tifkira dejjiema ta’ din is-sena anniversarja li nisabu fiha.

Uħud mill-Membri fi ħdan l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju f’ritratt tal-okkażjoni flimkien mal-Kappillan tal-Parroċċa l-W.R. Kanonku Dun George Spiteri wara ċerimonja li saret fil-Kumpless tan-Nar nhar is-6 ta’ Jannar 2014, bil-għan li tfakkar il-50 sena

Anniversarju mit-tberik u l-inawgurazzjoni tal-istess Kumpless.

GĦAQDA TAN-NAR MADONNA TAL-ĠILJUKevin Saliba - Licencee

Fest

a 20

13

Dehra ġenerali ta’ dawk li attendew għall-Barbecue kbir li sar biswit il-Kumpless tan-Nar fi tmiem is-Sajf 2013. Mistieden għal din l-attività kien hemm il-komiku Joe Demicoli.

Ritratt tal-okkażjoni fejn tidher id-delegazzjoni mill-Fratellanza “Madonna del Giglio” ta’ Anticoli Corrado fl-Italia, waqt żjara

li kellhom ġewwa l-Kumpless tan-Nar tul iż-żjara tagħhom fl-Imqabba fi Frar li għadda.

Grazzi mill-Qalb lil Dawk Kollha li Ħadmu biex Wasalna s’Hawn

Bħalma tafu ż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd u hekk huwa għax propju din is-sena qegħdin infakkru l-Ħamsin sena mill-ftuħ uffiċċjali u tberik tal-Post tan-nar tas-Soċjetà li jinsab f’Ta Kandja. Tistgħu timmaginaw x’ferħ ħassew id-dilettanti tan-nar meta akkwistaw biċċa art biex fuqha bnew il-post fejn setgħu jipprattikaw id-delizzju tagħhom b’aktar kumdità u f’post adegwat. Post fejn għalihom din kienet bla dubju t-tieni dar tagħhom.

Dawk li ġew qabilna ħadmu kemm felħu biex bnew dan il-post li bis-saħħa tagħhom għadna ngawduh sal-lum. Ta’ min jgħid li l-Għaqda tan-Nar tagħna matul dawn il-Ħamsin sena kellha dawk il-mumenti sbieħ kif ukoll dawk il-mumenti xejn pjaċevoli. Kienet biss id-determinazzjoni li kellhom dawn in-nies biex jegħlbu l-mumenti koroh u baqgħu sodi biex wasalna s’hawn.

Biżżejjed infakkru t-traġedji li l-Għaqda tan-Nar kellha tiffaċċja, fosthom l-aċċident meta tlifna lis-Sur Nazzarenu Buhagiar u ndarab serjament Benny Farrugia, il-mewt ta’ seħibna Nicholas Cassar u l-isplużjoni li kważi qerdet għal kollox il-kmamar tan-nar, meta d-diżgrazzja nbidlet fi grazzja meta tlieta minn sħabna ħelsuha minn ħalq il-mewt u għadhom magħna sal-lum. Ta’ min ifakkar ukoll lil dak ħuna s-Sur Antoine Mifsud li għalkemm ma mietx f’dan il-post tan-nar, ħalla ħajtu għal dan id-delizzju. Nixtieq infakkar ukoll lil dawk sħabna li ħadmu n-nar matul is-snin iżda llum m’għadhomx magħna.

Hawn ta’ min jirringrazzja wkoll lil dawk kollha li matul dawn il-Ħamsin sena kellhom f’idejhom t-tmexxija tal-Post tan-Nar. Dan l-anniversarju hekk importanti bdejnieh fl-ewwel tas-sena meta organizzajna ċerimonja ħelwa fll-Post tan-Nar u wara saret bibita għal dawk li attendew. Dan l-anniversarju ser ikun imfakkar kif jixraq b’importanza mill-Kumitat Amministrattiv waqt il-Kunċert Annwali nhar it-Tlieta 10 ta’ Ġunju 2014 fuq il-Planċier Meravilja tas-Soċjetà. Barra minn hekk hemm ippjanati aktar attivitajiet biex jitfakkar dan l-anniversarju, li jitħabbru aktar ’il quddiem, permezz tal-koperazzjoni sħiħa li hemm bejn il-Kummissjoni tan-Nar u l-Kumitat Amministrattiv.

Però din l-Għaqda bħalma kellha l-mumenti diffiċli, kellha wkoll mumenti sbieħ li sawruha matul is-snin. Ta’ min issemmi l-wirjiet spettakolari li ssiru ta’ kull sena matul il-Festa f’ġieħ il-Madonna tal-Ġilju u li għalihom tiġbed eluf kbar ta’ Maltin u turisti lejn ir-raħal sabiħ tagħna. Hawn ta’ min jgħid, li l-Għaqda

Page 13: Program Festa Tal-Gilju 2014

fl-aħħar sentejn organizzjana festi b’ammont kbir ta’ nar. Ngħid ukoll li f’ċertu xogħol il-kwalità segħtet kienet aħjar imma kif tafu għalkemm kull wieħed minna jagħmel l-almu tiegħu fin-nar dejjem issib dik ix-xi ħaġa li ma tkunx qed tistenna.

Però jekk forsi fin-nar ma lħaqniex l-aspettattivi li ħdimna għalihom, fejn jidħol il-Post tan-nar bħala żvilupp u manutenzjoni tiegħu żgur li għamilna qabża kbira ’l quddiem, fejn tajnieh dehra ġdida biex inġibuh wieħed mill-aqwa ta’ Malta. Dan ix-xogħol ta’ żvilupp u tiġdid ma stajtx nagħmlu waħdi però ma nixtieqx li nsemmi ismijiet għax inkella nibża’ li ninsa li xi ħadd minn sħabi. Inħoss li l-kbir għadda u li jonqos huwa li nibqgħu niffinixjaw xi affarijiet u ntuh il-manutenzjoni li kull post tan-nar ikollu bżonn biex b’hekk inżommuh aġġornat maż-żminijiet tal-lum.

Il-Kummissjoni tan-Nar flimkien mal-membri tal-Għaqda qbilna li peress li l-proviżjon u l-ispejjeż dejjem qed jogħlew filwaqt li l-ġbir qed dejjem jonqos iddeċidejna li naħdmu nar kemm hemm bżonn għall-festa mingħajr esegerazzjonijiet. L-importanti huwa li dak li jsir ikun ta’ kwalità u b’hekk forsi bil-mod il-mod nibdew nibdlu l-mentalità għax naħdmu iktar komdi matul is-sena mingħajr tensjoni żejda. Minn dak li rajt din l-idea tidher li rnexxiet għaliex s’issa mexjin bil-galbu. Forsi xi ħadd irid jibda imma kif jgħid il-Malti “Aħjar uff milli aħħ” u ma jkunx vijabbli li nibqaw nissograw ħajjitna b’dik it-tensjoni żejda. Qed nipprova ndaħħal kultura li min jitla’ l-Post tan-Nar jagħmel hekk b’delizzju u mhux b’xogħol stressanti. Illum il-ħin sar prezzjuż u l-ħajja mgħaġġla wisq u li titla’ l-Post tan-nar u minkejja dan xorta għad hemm numru kbir ta’ dilettanti li jipprattikaw din l-arti b’sodisfazzjon. Nistqarr magħkom li din is-sena, jekk il-Bambin irid li naslu sal-festa b’wiċċ il-ġid, ħa tkun waħda mis-snin li ħadna pjaċir naħdmu flimkien.

VIVA L-MADONNA TAL-ĠILJU

Il-Komiku magħruf Joe Demicoli jallegra lil dawk preżenti waqt waħda mill-ikliet li saru ġewwa l-Każin matul is-sena b’risq l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju.

Ikla għall-ħaddiema tan-Nar ġewwa l-Post fi żmien il-Milied.

Il-Licensee, is-Sur Kevin Saliba flimkien ma’ sħabu tan-Nar waqt Quddiesa ta’ ringrazzjament li saret nhar is-Sibt 5 ta’ Jannar 2014 fil-Knisja Parrokjali tal-Imqabba bil-għan li tiftaħ is-sena anniversarja tal-50 sena mill-inawgurazzjoni tal-Post tan-Nar.

Il-Ħadd 8 ta’ Ġunju 2014 - Ħruġ tal-Istatwa min Niċċa 8.00am Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 12.00pm Fit-tmiem iċ-ċelebrazzjoni ġewwa l-Knisja fejn bi ħġarna nassistu għall-ħruġ tal-Istatwa min-Niċċa,

mat-tokki ta’ nofsinhar, bħala tislima lill-Patruna tagħna l-Madonna tal-Ġilju, jkun hemm ħruq ta’ musketterija, salut, kaxxa nfernali u murtaletti.

9.30pm Murtali, murtaletti, beraq pront, murtali tal-kulur.

L-Erbgha 11 ta’ Ġunju 2014 - Jum tat-Tħejjija 8.00am Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 12.00pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 7.45pm Isir ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti. 9.30pm Waqt il-Marċ ikun hemm ħruq ta’ murtali, murtaletti, beraq pront, murtali tal-kulur. 11.30pm Mat-tmiem tal-Marċ ikun hemm ħruq ta’ nar tal-art fi Triq Karmenu Ciantar.

Il-Ħamis 12 ta’ Ġunju 2014 - Jum tat-Tridu 8.00am Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 12.00pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 7.45pm Mal-barka sagramentali, isir ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti. 9.00pm Waqt il-Marċ ikun hemm ħruq ta’ murtali, murtaletti, beraq pront, murtali tal-kulur. 11.30pm Mat-tmiem tal-Marċ ikun hemm ħruq ta’ nar tal-art fi Triq Karmenu Ciantar.

Il-Ġimgħa 13 ta’ Ġunju 2014 - Jum tat-Tridu 8.00am Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 12.00pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 7.45pm Mal-Barka Sagramentali, isir ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti. 9.00pm Mal-bidu tal-Marċ ikun hemm ħruq ta’ murtali, murtaletti, beraq pront, murtali tal-kulur u kaxxa nfernali. 11.45pm Waqt it-tlugħ tal-istatwa ta’ Marija Immakulata fuq il-pedestall ikun hemm ħruq ta’ Musketterija u

tapit fi Triq il-Madonna tal-Ġilju. Immedjatament wara li jintemm l-ispettaklu mħejji mis-Sezzjoni Żgħażagħ, is-serata tintemm b’ħruq ta’ nar tal-art fi Triq Karmenu Ciantar.

Is-Sibt 14 ta’ Ġunju 2014 - Lejliet il-Festa tal-MADONNA tal-ĠILJU 8.00am Ħruq ta’ murtali, kaxxa infernali u murtaletti. 12.00pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti. 7.15pm Mad-daqq tal-Ave Marija isir ħruq ta’ musketterija, salut, murtali bil-loghob u murtaletti. 9.30pm Wirja spettakolari b’diversi murtali tal-beraq bil-logħob, murtali tradizzjonali ta’ beraq pront u beraq

tal-kuluri, flimkien ma’ diversi settijiet ta’ murtali tal-kulur. 10.45pm Nassistu għal spettaklu ieħor ta’ nar tal-art oriġinali u mekkaniżżat fi Triq Karmenu Ciantar.

Il-Ħadd 15 ta’ Ġunju 2014 - Jum il-Festa tal-MADONNA tal-ĠILJU 8.00am Ħruq ta’ murtali, kaxxa infernali u murtaletti. 12.00pm Ħruq ta’ kaxxa nfernali, murtali u murtaletti. 7.00pm Nassistu għall-ħruġ tal-purċissjoni bl-istatwa artistika tal-MADONNA tal-ĠILJU li jkun akkumpanjat

minn ħruq ta’ salut. Wara li tindaqq l-Ave Maria, tinħaraq kaxxa nfernali segwità minn murtali bil-logħob. 9.00pm Wara l-waqfa sabiex jindaqq l-Innu l-Kbir lil Ommna u Patruna tagħna il-MADONNA tal-ĠILJU

nassistu għall-ħruq ta’ musketterija, murtali tal-beraq pront u murtali tal-kulur. Mad-dħul tal-Istatwa tinħaraq kaxxa nfernali tal-kulur, li tagħlaq il-Festi ta’ din is-sena.

10.00pm Id-Dilettanti tan-Nar u qrabathom, flimkien mas-soċi u l-partitarji, niltaqgħu fil-knisja biex nirringrazzjaw ’l Alla l-Imbierek u Ommna tal-Ġilju tal-għajnuna li tawna matul is-sena kollha biex inwettqu dan il-programm kollu.

ATTIVITÀ PIROTEKNIKA

23

Filwaqt li nistiednukom biex tiġu żżuru l-Imqabba fil-jiem tal-festa biex taraw ix-xogħol li ħejjejna fl-okkażjoni tal-Ħamsin anniversarju mill-ftuħ tal-Post tan-nar, l-Għaqda tan-Nar tirringrazzja

Lil Alla tal-għajnuna li jagħtina u lill-Madonna tal-Ġilju li tħarisna matul is-sena kollha mill-perikli kbar li jġorr miegħu dan id-delizzju.

Nieħdu din l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lil familjari u qrabatna tal-paċenzja li jieħdu bina li minħabba d-delizzju tagħna jiċċaħdu għal żmien twil mill-ħin liberu tagħna flimkien.Nirringrazzjaw lil dawk il-benefatturi kollha li joffru xi forma ta’ għajnuna matul is-sena,

speċjalment dawk li jipprovdu t-trasport, l-għelieqi eċċ.Lill-Kumitat Amminstrattiv, il-fergħat kollha tas-Soċjetà, lill-membri tal-Korp tal-Pulizija

u lill-Kleru tal-parroċċa, lilkom is-Soċi, Partitarji u l-Benefatturi.Fl-aħħar iżda mhux lanqas, nirringrazzja lis-Sur Joseph Camilleri tal-Għaqda tan-Nar Sta Marija

tar-raħal tagħna, tal-koperazzjoni sħiħa li teżisti bejnietna bħala Licencees.Nixtieq il-Festa t-tajba lill-Imqabbin kollha u lil dawk il-Maltin u turisti li jiġu jżuruna.

OMMNA MARIJA TAL-ĠILJU ĦARISNA U BGĦEDNA MINN KULL PERIKLU

22

Page 14: Program Festa Tal-Gilju 2014

Mummy and Daddy found our new home at

Quality homes direct from ownerVisit us online or Call us on 7933 3325

www.e-property.com.mt

Pr ince Alber t Street , Alber t Town, Marsa MRS 1045Tel : 2122 7342, 2122 7344 • Fax : 2122 7345 • Mob: 7947 8222

e -mai l : [email protected] • w w w.diroccoltd.com

Packaging Materials and Machines

Disposable Articles for Food Service

Hygienic and Protective Wear

DICK Professional Knives

Ir-rabta tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju man-nar hi twila peress li l-Imqabba hu raħal antik, u li dejjem ħabb il-festi u doża qawwija ta’ nar fihom. Deskrizzjoni antika ta’ xogħol tan-nar mid-dilettanti tal-Ġilju nsibuha f’ittra bl-isem ‘Festa Devota’ ppublikata fil-Malta Tagħna tat-23 ta’ Mejju 1914 li kienet tgħid hekk: ‘Is-Sibt, lejliet il-festa filgħaxija, kien hemm kwantita ta’ murtali famużi tal-kulur u varjabili, magħmulin mill-ġuvni Baskal Xuereb. Wara li spiċċaw dawn, inħaraq ġigġifogu wisq sabiħ u xi nar ieħor, li dan huwa maħdum mill-aħwa Amabile u Antonio Barbara u minn Gio Maria Briffa’. Din l-ittra hi prova mhux biss li fl-1914 diġà kellek id-dilettanti tal-Ġilju jaħdmu n-nar, iżda li diġà kienu laħqu livell ta’ professjonalità u speċjalizzazzjoni.

Minkejja dan, ma kienx hemm post ċentralizzat u bil-permess fejn jinħadem in-nar, u x-xogħol kien isir f’diversi kmamar imxerrda f’Ta’ Kandja, is-Sejba u għelieqi oħrajn. Il-Kumitat jidher li kien imħasseb dwar din is-sitwazzjoni. Waqt seduta ġenerali li saret fis-17 ta’ Awwissu 1947 ittieħdet id-deċiżjoni li jinbena post tan-nar. Jidher iżda li dan il-pass ma setax isir malajr minħabba bżonn ta’ flus, propjetà u permessi tal-pulizija.

Wara li saru xi riċerki fuq fejn seta’ jinbena l-post il-ġdid, instabet biċċa art li kienet f’idejn Salvu Bondin (ta’ Ganga), limiti ta’ Wied Musa, qrib is-Siġġiewi. Kien bil-ħeġġa tad-dilettanti tan-nar ta’ dak iż-żmien li stinkaw kemm felħu sabiex jinbena dan il-post tan-nar ġdid, li dan il-proġett seħħ.

Il-post tan-nar tlesta fl-aħħar tal-1963. Tbierek nhar il-Ħadd 6 ta’ Jannar 1964 mill-kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Karm Bianco. L-ewwel liċenzja ta’ dan il-post tan-nar kienet f’isem Joseph Farrugia u

matul is-snin kien hemm diversi dilettanti tan-nar li mexxew il-Grupp tan-Nar li kienu Peter Farrugia, Toni Camilleri, Gakbu Barbara, Benny Dingli, Lawrence Mangion u Kevin Saliba li huwa l-licensee attwali.

Matul is-snin l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju għaddiet minn mumenti xejn sbieħ u mumenti tad-deheb u dan kollu xtaqna nfakkruh permezz ta’ sensiela ta’ ritratti tal-okkażjoni li qed nippubblikaw f’dan il-ktejjeb. Ilkoll kemm aħna nafu kemm huwa importanti għalina l-Imqabbin li jkollna Festa imżewwqa b’nar mill-isbaħ. Dan jista’ jseħħ biss permezz ta’ ħidma volontarja b’passjoni u dedikazzjoni kbira. Għaldaqstant ma jonqos xejn ħlief li nirringrazzjaw lil kull min tul dawn is-snin kollha ta l-kontribut tiegħu b’risq l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju. Il-poplu Mqabbi huwa kburi u jibqa’ kburi bihom.

Nikkonkludu dan il-messaġġ billi dejjem niftakru f’dawk li ħallew din id-dinja waqt li kienu qed jagħmlu x-xogħol pirotekniku tagħhom u nitolbu lill-Ommna Marija sabiex iżżomm ħarsitHa dejjem fuq id-dilettanti tan-Nar tas-Soċjetà tagħna u kif ukoll id-dilettanti tan-nar kollha tal-pajjiż.

GRAZZI MADONNA T’ MĦABBTEK GĦALINA

Nota Editorjali:Il-bord editorjali għamel minn kollox sabiex fir-ritratti

ppubblikati jiġu nklużi l-parti l-kbira tad-dilettanti tan-nar li taw il-kontribut tagħhom b’risq l-Għaqda tan-Nar tul dawn is-snin. Madanakollu niskużaw ruħna jekk kemm il-darba ħallejna xi nies barra.

25

50SENA MILL-INAWGURAZZJONITAL-POST TAN-NAR TAL-ĠILJU

1964 - 2014

Page 15: Program Festa Tal-Gilju 2014

27

Page 16: Program Festa Tal-Gilju 2014
Page 17: Program Festa Tal-Gilju 2014
Page 18: Program Festa Tal-Gilju 2014

Ìarr ta’ ©ebel, ramel u torba,

Ωrar u xog˙ol bil-gafef u tractor, ˙sad u ˙art

12, Warda tal-Ìilju, Triq in-Nazzarenu, Mqabba

mob: 9988 7021mob: 9987 7175tel: 2168 3409

Tal-BazziJoseph & Julian Farrugia

Page 19: Program Festa Tal-Gilju 2014

Triq il-Biżantini, Qrendi(Ex Benny l-Beach)

Tel: 2761 7727Mob: 9910 0308

Free Delivery

on orders over €10

Buy 2 Pizza and get1 Pizza Margherita Free

We accept bookingsfor Fenkata or horse Meat

Opening HoursTue - Sun : 6.00pm - 11.00pm

C.I.B.T.A.C.Diploma B.A.B.T.A.C.

10, Triq il-Mit˙na, MqabbaTel: 2168 3214 • Mob: 9942 6054

Treatments AvailableSkin Rejuvenating Facials

Essential Care FacialsDeep Cleansing FacialsEyelash - Brow Tinting

Electrolysis, Waxing and Make-up

Liliana CamilleriBeauty Therapist

Page 20: Program Festa Tal-Gilju 2014

facebook.com/apsbank

APS Bank Ltd. is licensed by the Malta Financial Services Authority. Any loan application is subject to lending criteria and final approval by the respective branch.

2122 6644 apsbank.com.mt values you can bank on

HOMEFINANCINGSOLUTIONS

MAKING LIFE SIMPLE FOR YOU

We make your home loan selection simple by providing clear terms for all of our products. Call us today to find out more.

We think you’ll be pleasantly surprised.

Visit yourhome.apsbank.com.mt for advice, tips and updates about

choosing and buying property.

Page 21: Program Festa Tal-Gilju 2014

Live sports showing on big screen, appetizers everyday.

We also accept birthday parties, hens and bachelor parties, etc. We can make your party for just €5 per person.

With over 20 persons booked for a party, you’ll have a free cake.

For more infor or bookings please cal 77270233.

Issibulna ˙wejje© minn trabi sa kbar b’ditti rinomati b˙al blue

sand, sottotono, Koalarao, Alph Adventure, Pink Shadow u ˙afna

o˙rajn. Issibulna wkoll Ωraben, ˙wejje© ta’ ta˙t b˙al abanderado,

nottingham, pompea mami u ˙afna o˙rajn.

Cutie Boutique

Cutie Boutique jinsab Triq il-Pal Mqabba.Tel: 2164 1209

Prezzijiet fenomenali

Bar Każin tal-Football L-ImqabbaGħal xorb ġenwin u appetizers f’atmosfera mill-isbaħ

Mobile: 9926 1302Issib ukoll Pizza u bosta ikel għal Take-Away

Norganizzaw ukoll ikel bil-booking

39

BENNY BRIFFAPermezz ta’ din il-paġna il-Kumitat Amministrattiv

jixtieq juri l-apprezzament tiegħu ukoll lejn il-ħidma twila ta’ l-fuq minn 30 sena tas-Sur Benny Briffa fil-kumitat

bħala uffiċċjal tal-Kumitat Amministrattiv. Benny Briffa minn dejjem kien disponibbli jerfà

r-responsabbiltajiet li jġibu magħhom il-karigi ta’ Segretarju u Kaxxier għal diversi snin u dejjem wettaq

il-ħidma tiegħu b’tant dedikazzjoni, impenn, sagrifiċċju u entużjazmu.

GRAZZI MILL-QALB BENNY

TEDDY FARRUGIA - 30 SENA PRESIDENTDin is-Sena qegħdin infakkru it-30 sena minn meta

Teddy Farrugia nħatar President tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju.

Il-Kumitat Amministrattiv f’isem is-Soċi u l-Partitarji kollha jixtieq ifakkar dan l-anniversarju

b’messaġġ lill-President. . . . .

GRAZZI TEDDY TAT-TMEXXIJA TIEGĦEKLI B’TANT UMILTÀ, SERJETÀ U SAGRIFIĊĊJU

WASSALTNA GĦAL DIVERSI SUĊĊESSI AĦNA KBURIN BIK

Il-President is-Sur Teddy Farrugia jippreżenta kopja tal-manifest tal-Festa 2013 lill-Eċċ. Tiegħu Monsinjur Isqof Emeritus Ġużeppi Mercieca li għoġbu jżur il-Parroċċa tagħna f’Jum

il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2013.

Is-Sur Benny Briffa jassisti lill-Kappillan tal-Parroċċa jagħti l-messaġġ tiegħu wara l-programm annwali tal-Festa

2013 fuq il-Planċier.

Page 22: Program Festa Tal-Gilju 2014

KUMMISSJONI BANDA MADONNA TAL-ĠILJU

Is-Surmast Direttur, Mro. Andrew Calleja flimkien ma’ l-Għalliem Mro. Edwin Pace mat-tlett bandisti ġodda li din is-sena se jingħaqdu mall-Banda Madonna tal-Ġilju: Jacob Azzopardi u Andre’ Cassar (Trumpets) u Luke Camilleri (Althorn).

41

Qormi Fgura Iklin Buġibba Żabbar Ħamrun Swatar San Ġwann Żurrieq Attard

tel: 22 581 581 www.maypole.com.mt

ÛurrieqBronja Str

9, Blue Grotto Avenue, ÛurrieqTel: 21642986 • Mob: 99171435, 79473207

delivery conditionsÛURRIEQ, MQABBA, QRENDI, KIRKOP & SAFI

FREE DELIVERY

FGURA, PAOLA, GUDJA, GÓAXAQ, QORMI, ÛEBBUÌ, ÛEJTUN, ÛABBAR, BIRÛEBBUÌA, siÌÌieWi

Minimum Order 315 + 31.50 (Charge) • Over 320 spent FREE DELIVERY

lUQA Minimum Order of 315 and over are FREE DELIVERY

On Mondayswe are closed

Tuesday to Fridayfrom 5pm to 11pm

Saturday and Sundayfrom 5pm to midnight

Hekk kif toqrob il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju l-obbligu tagħna bħala Kummissjoni Banda jibda jsejħilna sabiex madwar mejda nfasslu l-punti li fuqhom inkunu se nibbażaw dan ir-rapport tagħna dwar ħidmet il-Banda tagħna tul it-tnax-il xahar li jkunu għaddew ... u kif igerbu x-xhur qegħdin! Kultant lanqas nindunaw li l-Festa tant għażiża għalina tinsab tant u tant fil-qrib! Bħalma nagħmlu s-soltu, nibdew billi nfakkru sehem il-Banda tul il-Festa tas-sena preċedenti u wara nagħtu ħarsa kronoloġiku lejn id-diversi impenji u attivitajiet li kellhom it-timbru ta’ din il-Kummissjoni jew li fihom ipparteċipat il-Banda Madonna tal-Ġilju.

Għall-Banda tagħna, il-Festa tas-sena 2013 fetħet b’servizz partikolari s-Sibt 8 ta’ Ġunju waqt l-attività memorabbli organizzata mis-Sezzjoni Żgħażagħ, meta bħala parti mill-komemorazzjonijiet tagħhom fl-okkażjoni tal-20 Sena mill-fondazzjoni tagħhom, sar l-inawgurazzjoni ta’ armar ġdid għal Bypass. Kienet attività sinifikattiva li saret f’riġlejn il-Monument tal-Madonna tal-Ġilju fil-ġnien biswit il-ġibjun, li propju ġie inawgurat sena qabel. Mużikalment il-Banda tagħna ħadet sehem ukoll fis-solitu marċ tat-Tnejn. L-għada t-Tlieta 11 ta’ Ġunju kien ipprogrammat il-Kunċert Annwali fuq il-Planċier però minħabba previżjoni ta’ riħ qawwi, bil-kollaborazzjoni ta’ kull min kien involut, dan ġie trasferit għall-Ħamis 13 ta’ Ġunju 2013. Hawnhekk nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor kienu strumentali sabiex din il-bidla setgħat issir, b’mod partikolari lill-membri tal-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju li wrew kollaborazzjoni kbira f’dan ir-rigward u għamlu dak

kollu possibbli sabiex is-serata ddedikata lill-Banda tibqa’ jkun osservata bħala serata mingħajr ħruq ta’ nar sabiex ma jtellef xejn mill-andament tal-Programm Mużikali mħejji. Ta’ dan il-ġest minn qalbna ntennu l-apprezzament tagħna! Pubblikament ukoll nixtiequ li nuru l-gratitudni tagħna lejn il-Kumitat Amministrattiv tal-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien li kkoperaw minnufih u bis-sħiħ sabiex setgħat tipprovdi

Michael Ghigo B.Ed. (Hons) - Arkivista

Page 23: Program Festa Tal-Gilju 2014

43

s-servizz tagħha fil-jum tat-Tlieta sabiex permezz ta’ dan “it-tpartit”, il-Programm Mużikali mill-Banda tagħna seta’ jitellgħa fil-jum tal-Ħamis.

Għall-programm mużikali, għal grazzja t’Alla u bl-għajnuna tal-Madonna nistgħu ngħidu li t-temp inbidel f’daqqa u kontrarjament għal jiem ta’ qabel, li kienu kkateriżati minn irjieħat qawwija u pjuttost kiesħa wkoll, il-jum tal-Ħamis sebaħ kalm u xemxi wkoll! Dan għinna ħafna fl-andament tas-serata li għaliha reġa’ kellna attendenza kbira. Is-serata kienet waħda varja u mexxejja. It-tema prinċipali tal-Programm tas-sena l-oħra kienet l-20 Sena Anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ u għal din l-okkażjoni l-Banda interpretat id-diska uffiċjali mnedija mis-Sezzjoni, fejn apparti l-Kantanti stabbiliti Debbie Scerri u Ludwig Galea, ipparteċipa mal-Banda Jonas Simbeye, membru fi ħdan l-istess Sezzjoni u li b’mod ħaj irrappreżenta l-sħabu ż-żgħażagħ fuq il-Planċier Meravilja. Ma setgħax jonqos ukoll il-parteċipazzjoni tal-kantanta Mqabbija Chyrstal Bugeja, li ta’ kull sena tiġi mistiedna taqsam t-talenti tagħha waqt dan il-programm kif ukoll kellna l-opportunità li napprezzaw il-vuċi tas-Soprano Catherine Portelli, li tajjeb li ngħidu wkoll li għandha dixxendenza Mqabbija. Xi ħaġa partikolari li żgur niżlet tajjeb mal-udjenza numeruża li mliet il-pjazza ta’ quddiem l-Każin kienet is-silta “Trombone’s Polka” fejn il-Mro. Andrew Calleja biddel ir-rwol tiegħu minn surmast direttur għall-bandist, fejn, taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Edwin Pace, is-Surmast Calleja flimkien maż-żewġ Trumbunisti oħra, Mro. Michael Bugeja u s-sur Manuel Fenech, esegwew din is-silta fost l-applaws ta’ dawk kollha preżenti! Sorpriża ħelwa fl-aħħar tas-serata kienet l-interpretazzjoni strumentali tad-diska “Tomorrow” tal-Kantant Gianluca Bezzina, mir-raħal ġar tagħna tal-Qrendi....deskritt bħala “the Doctor from Malta”.... li kisbet it-tminn post fl-edizzjoni tal Eurovision tas-sena l-oħra. Kif kien xieraq dan il-programm sar taħt il-patroċinju tal-Kappillan tal-Parroċċa tal-Imqabba, Il-W.R. Kanonku Dun Ġorġ Spiteri, li l-Festa tas-sena 2013 għalih kienet l-ewwel waħda tiegħu f’dan il-parrokkat. Għal din l-okkażjoni wkoll il-mibki iżda żgur qatt minsi l-Kav. Ġorġ Bianchi, kien niseġ poeżija ddedikata mhux biss lill-Kappillan, iżda wkoll lill-viċi tiegħu, l-W.R. Dun George Schembri ... versi li nislu tbissima ħelwa fuq fomm kull minn kien preżenti kif kien kapaċi joħloq biss l-ħabib tagħna Ġorġ! Minn kellu jgħidilna li propju ftit ġimgħat biss wara Ġorġ se jħallina daqshekk ħabta u sabta! Minn hawn insellmu l-memorja ta’ Ġorġ u nistednukom tirreferu għall-apprezzament qsajjar iżda mill-qalb ippublikat f’paġna 175. Għall-kronika tajjeb li nsemmu li dakinhar ħabat mal-attività tal-Aġenzija Żgħażagħ fejn saret iċ-ċerimonja tat-tħabbir tal-proġetti magħżula ġewwa l-lukanda Excelsior li kienet

preseduta mill-Onor. Stefan Buontempo, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport. Għan-nom tal-Banda tagħna, attenda għal din il-preżentazzjoni s-Sur Mario Micallef, eks assistent segretarju fi ħdan il-kumitat amministrattiv.

Intant, il-Banda tagħna l-għada l-Ġimgħa ħadet sehem fil-marċ grandjuż tal-aħħar tridu; fejn bħal kull sena takkumpanja l-Istatwa tal-Madonna li titellgħa fuq il-pedestall magħruf minna bħala tal-“vara l-kbira” filwaqt li f’Jum il-Festa, li ħabat il-Ħadd 16 ta’ Ġunju l-Banda kienet il-protagonista fil-marċ tradizzjonali ta’ “nofsinhar” filwaqt li finalment għalqet il-Festa bil-marċ tal-aħħar!

Bħal kull sena, ftit jiem wara l-Festa tagħna jkun imiss is-servizz fl-ewwel Ħadd ta’ Lulju f’nhar Sant’Andrija f’Ħal Luqa, mistiedna tal-Banda Sant’Andrija fejn wara marċ qasir nesegwixxu programm mużikali fuq il-planċier artistiku. Tul l-istaġun tas-sajf imbagħad f’Awwissu kellna s-servizz ta’ marċ u programm fl-

Triq il-Parroçça, Mqabba Tel: 2168 3292

Óinijiet tal-ftu˙:

Mit-Tnejn sas-Sibt:6.30am - 12.00pm5.00pm - 8.00pm

Ódud u Festi:6.30am - 12.00pm

Issibu dak kollu li te˙tie©u:Kartolini, affarijiet tal-iskola, rigali,

Ωraben u ˙wejje© g˙al kull età,kif ukoll videos, CDs, cassettes, films,

affarijiet ta’ Hi-Fi u ©ugarelli

Alessio’s Old Cottage

Beauty Therapies• Facials(pigmentation,wrinkles,acne…)• Bodymassages(aromatherapy,stonetherapy,indianhead…)• Gymmassageforface(lifting)• Reflexologytreatment• Manicure/Pedicure(removingofcorns&calluses)• Waxing• Electrolysis• Nailextensions(acrylic,gels&wraps)• Nailart• Eyelash/Eyebrowtinting• Diettreatments&consultations• Professionalmakeupforalloccasions(weddings,theatre…)• StTropezSprayTanningalsoavailable

BeautyLab Ritienne Agius N.S.B.TH.I.T.E.C. Beauty Therapist

O.P.I. Nail Technician

12, Triq il-Pal, MqabbaTel: 2164 2553 / 7909 1799

Attività soċjali organizzata għall-bandisti u l-qraba tagħhom b’turija ta’ apprezzament lejn is-servizz kontinwu tagħhom b’risq il-Banda tagħna.

L-Ensamble fi ħdan l-Iskola tal-Mużika Madonna tal-Ġilju waqt is-serata mtellgħa fis-sala ta’ l-Iskola Primarja ta’ Pembroke li saret il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu 2014 bħala l-attività finali li esibit il-prattiċi t-tajba tat-tieni skema imnedija mill-Aġenzija Żgħażagħ b’risq it-tagħlim mużikali fi ħdan il-Każini tal-Baned Maltin u Għawdxin.

BALDACCHINO BROS.Għal kull tip ta’ bini irrikorru għand

Ġilju u Dennis Baldacchino jew ċemplu fuq 99865128

L-aħwa Baldacchino jixtiequ jawguraw

il-Festa t-Tajba lill-Imqabbin kollha

Page 24: Program Festa Tal-Gilju 2014

Address: Fitness Planet, Kirkop Sports Complex, Kirkop Email: [email protected]

Opening hours at Fitness Planet, Kirkop: Mon - Fri: 7.00am - 9.00pm Sat: 9.00am - 4.00pm Sun: 9.00am - 12.00pm

Opening hours at Fitness Planet, Żebbuġ: Mon - Fri: 5.00am - 10.00pm Sat: 9.00am - 4.00pm Sun: 9.00am - 12.00pm

Facebook: www.facebook.com/fitnessplanetmalta Telephone: +356 21462492

Il-kantanta Mqabbija Chyrstal Bugeja li għal dawn l-aħħar snin b’mod regolari tinterpreta silta mal-Banda Madonna tal-Ġilju waqt il-Programm Annwali.

Is-Soprano Catherine Portelli, li fost l-oħrajn interpretat it-Talba “Ave Maria” kompożizzjoni ta’ Carlo Diacono, b’dedika lil-W.R. Kappillan Dun George Spiteri li hu Żejtuni bħal kompożitur u li taħt il-Patroċinju tiegħu inżamm il-Programm Annwali tas-sena l-oħra.

Is-Sur Charles Farrugia flimkien mas-Sinjura Marouska Cauchi Debattista li ta’ kull sena jippreżentaw il-Programm Mużikali li jsir it-Tlieta tal-Festa. Is-sena li għaddiet dan ġie trasferit għal jum tal-Ħamis minħabba r-riħ qawwi li ħakem li Gżirietna!Trofew “Pacifico Ghigo”: Is-Surmast Direttur flimkien mal-

President tal-Kumitat Amministrattiv wara l-preżentazzjoni tat-Trofew “Pacifico Ghigo” lill-Bandisti li b’mod regolari jattendu għas-servizzi tal-Banda matul is-sena.

Bandisti Ġodda: B’sodisfazzjon is-sena l-oħra kellna l-opportunità li nilqgħu fostna tmien bandisti ġodda li komplew ħawru l-banda tagħna bit-talenti diversi tagħhom fuq varji strumenti. Filwaqt li nifirħulhom, nawgurawlhom kull suċċess għall-futur, u fuq kollox snin twal ta’ lealtà lejn il-banda li ħeġġithom jibdew

jitgħallmu l-arti mużikali.

Il-kantanti Debbie Scerri u Ludwig Galea li għal sena oħra kienu l-mistiedna speċjali waqt il-Programm tal-Banda Madonna tal-Ġilju. Waqt il-kunċert tas-sena l-oħra semmgħu d-diska uffiċjali mnedija mis-Sezzjoni Żgħażagħ; “Tal-Ġilju għal Dejjem” b’lirika tal-membru Johan Debattista u mużika tas-surmast Direttur Andrew Calleja. L-istess Sezzjoni kienet irrapreżentata minn Jonas Simbeye li bi stil “rap” wassal il-messaġġ taż-żgħażagħ imtenni fil-versi ta’ din il-kanzunetta.

Uħud mill-mistednin distinti u l-udjenza li għoġobhom jonorawna bil-preżenza tagħhom għall-Kunċert Mużikali fl-okkażjoni tal-Festa 2013.

45

Page 25: Program Festa Tal-Gilju 2014

47

lejliet il-Festa ta’ San Leonardu f’Ħal Kirkop filwaqt li Ħadd fuq il-Vitorja temmejna s-servizzi tagħna barra r-raħal bis-servizz f’jum il-Festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar fuq stedina mis-Soċjetà Filarmonika Maria Mater Gratiae.

Tul l-istaġun tas-sajf il-Kummissjoni Banda tkun għaddejja “full swing” hekk kif isiru bosta preparamenti għax-xhur tas-sajf, fejn apparti d-diversi laqgħat ta’ preparazzjoni fuq diversi impenji futuri, niffokaw aktar fuq il-proċess tat-tagħlim mużikali, li hu prijorità għal din il-Kummissjoni. Minkejja dan kollu, ta’ kull sena nsibu ħin norganizzaw dik l-attività sajfija li nistgħu ngħidu issa qisha daħlet

sew fil-kalendarju tagħna, u s-sena l-oħra ma kinetx eċċezzjoni għax irnexxiet bil-kbir! F’Awwissu wkoll, jien flimkien mas-Sur Christopher Briffa attendejna għal-laqgħa mal-Ewroparlamentari s-Sinjura Claudette Abela Baldacchino fejn, flimkien ma’ delegazzjoni mill-Banda Re Ġorġ V iddiskutejna diversi temi ta’ interess komuni għalina bħala banda. Fi tmiem din il-laqgħa ġejna ppreżentati bi Quartino, l-istrument li s-sinjura Claudette Abela Baldacchino kienet idoqq meta kienet bandista fi ħdan il-Banda tagħna, flimkien ma’ missierha Carmelo li kien ukoll bandist tal-post u kien idoqq l-Euphonium.

F’Ottubru mbagħad il-Bandisti tal-Post tagħna ngħaqdu mal-bandisti tal-post tal-Banda Re Ġorġ V u ż-żewġ Baned Imqabbin iffurmaw “massed band” fl-attività organizzata mill-Kunsill Lokali ntitolata “Biss bil-Ħila” li din id-darba kienet ippjanata għall-Ħadd 6 ta’ Ottubru, filgħodu. Minħabba previżjonijiet ta’ temp xejn favorevoli, din ġiet trasferita għall-Ħadd ta’ wara, it-13 ta’ Ottubru, fejn nistgħu ngħidu li minkejja li kienet attività esperimentali, irnexxiet ħafna wkoll!

Il-Bord imħejji mill-Kummissjoni Banda waqt l-attività organizzata mill-Aġenzija Żgħażagħ li b’mod kronoloġiku tat rapport viżiv u miktub tal-inizjattivi implimentati fil-proġett propost fit-tieni skema mnedija mill-Aġenzija Żgħażagħ “It-Taħriġ Mużikali

taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda”.

Mro. Edwin Pace jidderieġi l-Banda Madonna tal-Ġilju waqt il-Kunċert tal-Milied.

Il-Banda Madonna tal-Ġilju fil-Kunċert tal-Milied li għar-raba’ sena reġa’ ġie mtella’ ġewwa l-Kappella ta’ San Bażilju.

Il-Banda tagħti s-sehem tagħha ukoll waqt il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fit-8 ta’ Diċembru tal-2013.

Covers forcars, boats, trucks,

jeeps & dutch canopies, awnings, umbrellas, hasira, etc.

Page 26: Program Festa Tal-Gilju 2014

49

Hawn intennu l-apprezzament lis-Sindku tal-Imqabba, is-Sur Nicholas Briffa li flimkien mal-viċi Sindku, is-Sinjorina Charlene Zammit u l-kumplament tal-Kunsilliera kollha l-oħra, jaħdmu qatigħ sabiex isaħħu l-komunikazzjoni bejn iż-żewġ Soċjetajiet Mużikali li twassal għal aktar armonija li żgur issarraf għal aktar kollaborazzjoni futura u dan, fuq kollox għal benefiċċju u l-ġid komuni ta’ raħal twelidna. Bl-istess mod nixtieq li formalment intenni l-apprezzament tiegħi lis-sur Christopher Spiteri, membru tal-Kummissjoni Banda Re Ġorġ V, li bejnietna nikkoordinaw il-“massed band” għal din l-okkażjoni. Jalla fil-futur din ir-relazzjoni mhux biss tissokta, iżda jkollna l-opportunità li nsaħħuha permezz ta’ aktar attivitajiet konġunti!

Intant, f’nofs Ottubru rġajna tajna bidu għall-Kunċerti bejnietna l-bandisti tal-post, fejn it-tragward tagħna kien il-kunċert tal-Milied, li minkejja li kien jidher li għadu ’l bogħod, minħabba d-diversità mużikali mħejjija, is-Surmast Direttur xtaq li jrawwam sew il-bandisti tagħna, hekk kif kienet ix-xewqa prinċipali tiegħu li jillimita l-bandisti barranin ħalli jagħti aktar responsabiltà lill-bandisti tal-post. Tul l-istess kunċerti bdejna wkoll ngħaddu xi siltiet oħra qosra bl-intenzjoni li dawn jiġu esegwiti fid-diversi programm li l-Banda tagħna tkun mistiedna tagħmel barra r-raħal tul l-istaġun 2014.

F’Novembru kellna s-solitu Sunday Lunch annwali li tkun attività mifruxa fuq jum sħiħ għall-bandisti tal-post u l-helpers li għaliha jkunu wkoll mistiedna jattendu l-familjari tagħhom. Din l-attività qarbitna lejn ix-xahar ta’ Diċembru fejn matulu niċċelebraw il-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni, hekk kif fi tmiem il-Purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju u wara ċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika, il-Banda Madonna tal-Ġilju tesegwixxi programm mużikali qasir fil-pjazza ta’ quddiem il-Kazin. Il-Ġimgħa 13 ta’

Viri’sPizza •Pasta

Grills • SaladsOpening HOurs

Tuesday to Thursday6.30pm - 10.30pmFriday to sunday

6.30pm - 11.00pm

Free deliveries from Tuesday to Sunday • Min order €8.00

28, The strand, KalkaraTel: 2180 2993 • Mob: 9961 8728 / 9980 2763

Parti mill-udjenza li attendiet għall-Kunċert tal-Milied li sar il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru 2013 ġewwa l-Kappella ta’ San Bażilju.

Is-Surmast Direttur isegwi l-andament ta’ l-allievi u l-bandisti waqt l-interpretazzjoni individwali tagħhom tul l-Easter Concert 2014.

Diċembru mbagħad organizzajna l-Christmas Concert ġewwa l-Kappella ta’ San Bażilju, li b’sodisfazzjon ninnotaw li ta’ kull sena qed jikber u jattira lejh udjenza akbar, tant li l-post sar żgħir għal din l-attività annwali. Tul l-istess xahar, selezzjoni ta’ bandisti żgħar ħadu sehem waqt il-Party tal-Milied organizzat ġewwa l-Kazin għat-tfal tal-membru u l-partitarji. B’rabta mal-Festa Liturġika tal-Kunċizzjoni Immakulata, bħala Kummissjoni Banda ħadna sehem fit-tnax-il skeda tar-radju komunitarju “Tal-Ġilju FM” fejn telgħajna sensiela ta’ programmi marbuta mal-Banda u l-Bandisti fi ħdanha. Matul Diċembru wkoll, delegazzjoni mill-Kumitat attendiet għal-laqgħa organizzata mill-Iskola Sekondarja Subien ta’ Ħal Kirkop fejn flimkien ma’ delegazzjonijiet minn diversi baned oħra tar-reġjun, fost punti oħra, iddiskutejna diversi temi marbuta mat-

Ic-Chairperson tal-Kummissjoni Banda, S-Sur Walter Farrugia (it-tielet mix-xellug) akkumpanjat mill-membru tal-Kummissjoni s-Sur John Cassar (il-ħames mix-xellug ) flimkien mas-Surmast Direttur Andrew Calleja u s-Surmast Onorarju Giulio Tanti waqt preżentazzjoni fi tmiem il-Kunċert tal-Għid lid-Direttur Spiritwali Patri Adrijanu Cachia u l-Presidenti Onorarji s-Sur Benny Baldacchino (l-ewwel fuq ix-xellug) u s-Sur Joseph Tanti (l-ewwel fuq il-lemin).

Approvat u maħruġ mill-HSBC Bank Malta p.l.c. 116, Triq l-Arċisqof, Valletta VLT1444.

Ċempel 2380 2380Żur hsbc.com.mtMur fl-eqreb fergħa

Il-bank tiegħek fil-qalb tal-komunitàL-HSBC huwa l-bank li jinsab fil-qalba tal-komunità tiegħek.

B’għarfien internazzjonali u esperjenza lokali, aħna nistgħu

ngħinuk tieħu ħsieb aħjar il-finanzi tiegħek. Il-fergħat

tagħna huma miftuħin kuljum f’diversi lokalitajiet madwar

Malta u Għawdex, b’xi wħud mill-fergħat joffru wkoll

servizz ta’ filgħaxija.

Għalhekk ejja żurna u flimkien niddiskutu l-bżonnijiet

bankarji tiegħek. L-impjegati tagħna, kollha mħarrġa

fil-customer service u mmexxija minn branch manager

b’esperjenza kbira fil-qasam bankarju jinsabu ħerqana biex

ikunu ta’ servizz għalik.

Page 27: Program Festa Tal-Gilju 2014

51

tagħlim mużikali. B’riżultat ta’ din il-laqgħa, ittieħdet l-inizjattiva li jsir Forum bejn il-Baned tal-irħula li minnhom jiġu li studenti fil-Kulleġġ San Benedittu, Skola Sekondarja Subien, Kirkop. Dan sar il-Ħamis 6 ta’ Frar 2014 fejn iddiskutejna r-relazzjoni dwar il-possibilità ta’ ħidma konġunta bejn id-Dipartiment tal-Mużika fid-Direttorat tal-Edukazzjoni u s-Soċjetajiet Mużikali. Bħala mistiedna speċjali attendew l-EO tal-Music Dr. Mariella Cassar u l-HOD Dr. Marcel Degabriele. Kien hemm ukoll rappreżentanza mill-Għaqda Każini tal-banda. Is-Soċjetà tagħna kienet ir-rappreżentata mis-Sur Benny Briffa, membru tal-Kumitat flimkien mas-surmast direttur Mro. Andrew Calleja u l-għalliem Mro. Edwin Pace. Ħajr speċjali jmur għal Kap tal-Iskola, s-sur Raymond Portelli, li bl-inizjattivi tiegħu qed jikkontribwixxi sabiex mhux biss tissaħħaħ l-armonija bejn il-Baned tar-reġjun, iżda jikontribwixxi sabiex isaħħaħ it-tagħlim mużikali provdut lill-istudenti żgħażagħ.

Matul Frar kellna s-sodisfazzjon li s-Soċjetà tagħna terġa tkun rappreżentata minn żewġ membri fi ħdanha fl-Eżekuttiv tal-Għada Każini tal-Banda. Matul il-laqgħa ġenerali tal-istess Għaqda li nżammet il-Ġimgħa 21 ta’ Frar 2014, is-Sur Christopher Briffa reġa’ ġie konfermat bħala Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi filwaqt li matul il-laqgħa organizzata ġimgħa wara għal rappreżentanti mis-sezzjonijiet taż-żgħażagħ fi ħdan il-baned Maltin, is-Sur Antoine Pace għal darba oħra ġie maħtur bħala rappreżentant tal-Banda tagħna fl-istess Eźekuttiv. Minn dawn il-paġni, filwaqt li nifirħulhom għal ħatriet tagħhom, nawgurawlhom aktar ħidma fejjieda b’risq il-Baned Maltin u Għawdxin. Nirringrazzjawhom ukoll għas-sehem tagħhom fil-Kummissjoni Banda. Hawn ippermettuli li nirreferi għar-rapport tiegħi tas-sena l-oħra, fejn nixtieq niklarifika xi informazzjoni ppubblikata f’paġna 42. Dan rigward is-Sur Joe Abdilla. Nixtieq nikkoreġi u ngħid li s-Sur Joe Abdilla fil-laqgħa Ġenerali tal-Għaqda Każini tal-Banda li nżammet fi Frar 2013 ġie maħtur bħala President Onorarju (u mhux Membru Onorarju). Tajjeb li jiġi klarifikat ukoll li s-sur Joe Abdilla kien irtira n-nomina tiegħu għall-kaxxier għall-elezzjoni tal-Eżekuttiv tal-Għaqda Każini tal-Banda li saret f’Ottubru 2012 u mhux ma kkontestax. Pubblikament niskuża ruħi għal kull inkonvenjent.

Intant, wara waqfa qasira għall-vaganzi tal-Milied, is-surmast Direttur issokta bil-Kunċerti regolari ta’ kull nhar ta’ Erbgħa filwaqt li flimkien mas-Surmast Edwin Pace, issoktaw bit-tagħlim fi ħdan l-Iskola tal-Mużika provdut kull nhar ta’ Sibt filgħodu. L-attività li kellna ppjanata fil-kalendarju kienet dik annwali marbuta mal-iskema mnedija mill-Aġenzija Żgħażagħ intitolata “It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini

Garage No.8Triq L-ImqabbaSqaq il-Mitħna

Qrendi

Attività sajfija fil-Bajja ta’ San Tumas organizzata għall-bandisti u l-allievi tal-Banda Madonna tal-Ġilju.

Sehem il-Banda Madonna tal-Ġilju fir-raba’ edizzjoni tal-Festa Komunita 2014 fl-Iskola Sekondarja Subien, Kulleġġ San Benedittu, Kirkop.

Is-Sur Bjorn Farrugia (xellug), Segretarju fi ħdan il-Kummissjoni Banda jagħmel l-introduzzjoni waqt il-Kunċert ta’ l-Għid il-Kbir filwaqt li s-Sur John Cassar (lemin), membru ta’ l-istess Kummissjoni iwassal il-messaġġ ta’ l-okkażjoni.

J e w e l l e r s

Silverware

Jewellery

Fine Crystal

Engraving

Repairs

Watch Batteries

Occasional Gifts

and more …

Nixtru Deheb Antik

Prezzijiet Tajbin

Triq San Bażilju, Mqabba(wara l-Knisja Parrokkjali)

Mob: 7942 7473Email: [email protected]

Page 28: Program Festa Tal-Gilju 2014

53

Tel: 2164 7233

Triq San BaΩilju, Mqabba

(Wara l-Knisja)

Nispeçjalizzawf’kullkwalitàta’g˙a©ina,ravjul,pastizzi,eçç...

Dawnl-affarijietissibhomkemmimsajrinkifukolltal-friΩa.

Ikollna wkoll soft drinks, ©elati, sigaretti, eçç...

naççettaw ordnijiet g˙all-parties.

Cassar Florist(taz-zizzu)

Triq ÌuΩeppi Mattew Callus, Ûurrieq (near Aida Hall)

Tel: 2164 0501 / 9946 7457 / 9989 7385

For yourWedding Flowers, Holy Communion, Head Dresses, Engagement Parties,

Funerals, Bouquets for feasts, Wedding Invitations, Souvenirs,

Tulle & Accessories for all occasions

l-Ewroparlamentari s-Sinjura Claudette Abela Baldacchino tippreżenta strument lil Arkivista tal-Kummissjoni Banda s-Sur Michael Ghigo li flimkien mas-Sur Christopher Briffa, PR ta’

l-Għaqda Każini tal-Banda, attendew għal-laqgħa magħha f’isem il-Kummissjoni Banda Madonna tal-Ġilju.

tal-Banda”. Din is-sena saret ftit aktar tard mis-sena ta’ qabel hekk kif saret fit-22 ta’ Marzu ġewwa s-sala tal-iskola Primarja ta’ Pembroke. Għall-istess attività, il-Kummissjoni Banda ħadet ħsieb ukoll li tellgħa board fil-wirja fejn esebejna sett ta’ ritratti kkumplimentati bil-captions li wrew id-diversi inizjattivi meħuda mill-Kummissjoni Banda sabiex timplimenta dak propost fil-proġett tagħna fit-tieni skema mnedija.

Wara din l-attività, tista’ tgħid li sibna l-Easter Concert ma wiċċna u ħidmiet iż-żewġ surmastrijiet dlonk daret lejn id-diversi siltiet li kienu ppjanati għal dan il-Kunċert li din is-sena daħal fid-disa’ sena tiegħu! Nistgħu ngħidu wkoll li din l-attività issa wkoll stabbilit sew fl-attivitajiet mużikali tal-Banda tagħna u mhux biss il-livell minn sena għal sena qed jiżdied, iżda sew in-numru tal-parteċipanti kif ukoll l-udjenza qed tikber ukoll. Dan jimlina b’kuraġġ sabiex nibqgħu norganizzaw attivitajiet simili li jagħtu lis-spazju kollu lill-allievi u bandisti żgħażagħ tagħna jesegwixxu t-talenti tagħhom quddiem qrabathom u l-ħbieb tagħhom. Sfortunatament dakinhar tas-serata l-Ħadd 20 ta’ April, is-Surmast Edwin Pace, li hu l-moħħ wara din l-attività kollha kien indispost u ma setgħax ikun magħna! Sfortunatament ukoll dakinhar kien hemm xi bandisti u allievi oħra li kienu intenzjonati li jipparteċipaw u li sfortunatament kienu ndisposti wkoll! Minkejja dan, is-serata mxiet b’mod tajjeb ħafna u dan grazzi għall-preparazzjoni metakoluża li l-allievi u bandisti tagħna kienu ppreparati u l-impenn kollettiv tagħhom tul il-ġimgħat ta’ tħejjija! Ħajr speċjali hawn lill-ġenituri u kustodji tat-tfal tagħna li tant jemmnu fit-talenti ta’ wliedhom u li tant jikkooperaw maż-żewġ Surmastrijiet li jipprovdu t-tagħlim mużikali darbtejn fil-ġimgħa tul is-sena kollha!

F’Mejju rġajna żammejna l-appuntament tagħna

mat-tfal tal-primarja, fejn bil-kollaborazzjoni tal-Kap tal-Iskola Primarja tal-Imqabba, is-Sinjura Therese Cutajar, organizzajna attività ħelwa u varjata ta’ diversi siltiet u attivitajiet qosra, wassalna l-ħlewwa tal-mużika lit-tfal ċkejknin. Ħadna sehem ukoll fl-edizzjoni ta’ Festa Komunità organizzata mill-Iskola Sekondarja Subien fi ħdan il-Kulleġġ San Benedittu, Kirkop fejn ħadna sehem f’ massed band li saħansitra ġiet rikonoxxuta mill-Malta Records bħala “L-Iskola li ġabret għandha l-ikbar numru ta’ baned idoqqu flimkien mill-massimu ta’ baned ta’ dawk l-irħula li minnhom ġejjin l-istudenti tagħha”. Tul l-istess attività nġabru fondi b’risq il-Fondazzjoni Richmond. It-Tlieta 27 ta’ Mejju għal darba oħra konna mistiedna nieħdu sehem fil-Festa ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Tarxien; fejn din is-sena konna kkummissjonati nagħmlu marċ brijuż. Jekk Alla jrid, tul l-istaġun tal-Festi, jkollna s-solitu tliet servizzi tagħna f’Ħal Luqa f’nhar il-Festa ta’ Sant’Andrija, Ħal Kirkop fl-lejliet il-Festa ta’ San Leonardu u Ħaż-Żabbar f’jum il-Festa tal-Madonna tal-Grazzja.

U hawn nerġa nirreferi għal dak li elenkajt fil-bidu nett ta’ dan ir-rapport ta’ ħidma.......iż-żmien itir u kultant lanqas biss tintebaħ li l-Festa tkun waslet..... u nistqarr li hekk ġralna din is-sena....probabbli li tant konna mgħedija fuq attivitajiet tul is-sena u forsi wkoll minħabba l-fatt li l-Għid il-Kbir ġie kemxejn aktar tard mis-soltu.... u dan qarraq xi ftit bina! Imma la konna ħejjejna diversi xogħol matul is-sajf, nistgħu ngħidu li qomna għall-okkażjoni u sibna ħafna xogħol li kien ġa lest tant li waqt li qed nikteb dan l-artiklu nistgħu ngħidu li komplejna bil-kunċerti ta’ bejnietna ta’ kull nhar ta’ Erbgħa u minn hawn u ftit ġimgħat oħra nistiednu lill-bandisti barranin li se jdoqqu magħna fil-Programm Annwali tat-Tlieta tal-Festa, sabiex isiru

Iż-żewġ Baned Imqabbin magħqudin flimkien f’massed band fl-okkażjoni tal-attività organizzata mill-Kunsill Lokali “Biss bil-Ħila” li saret fil-għodwa tal-Ħadd 13 ta’ Ottubru 2013.

Page 29: Program Festa Tal-Gilju 2014

l-aħħar tħejjijiet f’dawk magħrufa bħala l-“Kunċerti Ġenerali” li fit-terminoloġija tagħna l-bandisti jfisser li għalihom irid jattendi kull bandist!

Għal din is-sena għandna varjetà ta’ siltiet mużikali u temi differenti li se jiġu mfakkra. Id-dettalji kollha tal-programm jinsabu f’paġna 63. Ta’ min jgħid li din is-sena bi pjaċir fostna se tingħaqad mal-Banda l-kantanta ċkejkna Federica Falzon, li propju ftit tal-ġimgħat ilu għamlet unur lilna l-Maltin kollha meta rnexxielha tirbaħ l-edizzjoni tal-Programm “Ti Lascio una Canzone” flimkien mal-kantant Taljan Vincenzo Carni. Ta’ min jgħid li Federica hija ta’ dixxendenza Mqabbija, hekk kif missierha David, hu Mqabbi bħalna u z-ziju tagħha, Malcolm hu wkoll membru fi ħdan l-Għaqda tan-Nar Madonna tal-Ġilju u z-zija tagħha Sharon hi wkoll membru fis-sotto kumitat tal-Kummissjoni Nisa tal-Ġilju. Minn dawn il-paġni nifirħu lil Federica u nawgurawlha li bil-vuċi ta’ mezzo-soprano tagħha tkompli timxi ’l quddiem, takkwista aktar unuri għaliha u fuq kollox tkompli tagħmlilna aktar ġieħ bħala nazzjon! Nappellaw lill-qarrejja kollha sabiex bħal kull sena jżommu l-appuntament tagħhom għal dan il-programm annwali esegwit mill-Banda tagħna fl-okkażjoni tal-Festa sabiex fuq il-Planċier Meravilja, ikunu preżenti għas-serata li ta’ kull sena tkun organizzata bl-aħjar mod sabiex tikkumplimenta l-Festa kbira li aħna norganizzaw ad unur il-Madonna tal-Ġilju!

Il-Banda mhi xejn mingħajr il-bandisti! Hu għalhekk li aħna bħala Kummissjoni Banda nagħtu importanza enormi lit-tagħlim mużikali. Dan il-proċess hu wieħed kontinwu u li evolva maż-żminijiet. Qegħdin nagħmlu ħilitna kollha sabiex nipprovdu l-aqwa tagħlim possibbli bl-użu tal-aktar metodoloġija riċenti. Grazzi wkoll għaż-żewġ skemi mnedija mill-Aġenzija Żgħażagħ, tul is-sentejn preċedenti stajna wkoll noffru firxa ta’ strumenti mużikali varjata li qabel konna ristretti milli noffru. Illum il-ġurnata nistgħu ngħidu b’sodisfazzjon li l-għanijiet tagħna qed jiġu milħuqa hekk kif għandna nukleju ta’ żgħażagħ bandisti li qed idoqqu kollettivament f’Ensambe li hi versatili ħafna. Mhux biss, iżda wkoll, qed inħarġu bandisti żgħażagħ fi strumenti li ma tantx huma komuni fil-baned u b’hekk, mhux biss qed ikollna aktar flessibilità fl-arranġamenti mużikali iżda melodiji aktar imħawra u varjati. Frott dan l-isforz kollettiv u s-sinerġija bejn iż-żewġ Surmastrijiet, din is-sena hu l-pjaċir tagħna li nilqgħu fostna tlett bandisti ġodda li se jiddebutaw mal-Banda tagħna fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2014. Filwaqt li nawgurawlhom snin twal ta’ servizz fi ħdan il-Banda tagħna, nappellaw allievi oħra jsegwu l-passi tagħhom ħalli fil-futur qarib huma wkoll jaslu f’dan l-istadju.

Is-servizzi tal-Banda Madonna tal-Ġilju barra mill-Imqabba. Ħal Tarxien (Marija Annunzjata), Ħal Luqa (Sant Andrija), Ħal Kirkop (San Leonardu) u Ħaż Żabbar (M.M. Gratiae).

www.gasanmamo.com

Always there to brighten your day

61, Zurrieq Road, Safi. SFI 1411 | Tel: 2168 2095 / 2768 2095 | [email protected] Insurance is authorised by the MFSA

TIED INSURANCE INTERMEDIARY, JOSEPH BUSUTTIL

55

Page 30: Program Festa Tal-Gilju 2014

57

Hawn nixtiequ nniedu l-appell annwali tagħna lilkom qarrejja sabiex tħeġġu lil uliedkom jibdew jitgħallmu l-mużika. Illum hu fatt magħruf li t-tagħlim mużikali huwa ta’ utilità kbira fl-iżvilupp ħolistiku tat-tfal tagħna. Dan apparti l-fatt li dan it-tagħlim qed jiġi rikonoxxut anke fiċ-Ċertifikat u Profil tal-Iskola Sekondarja fl-aħħar tal-Ħames Sena tas-Sekondarja (dak li kien magħruf bħala li School Leaving Certificate li jingħata fi tmiem il-Form V). Mhux biss, iżda anke l-E.T.C. tissuġġerixxi li fis-CV tagħhom, dawk iż-żgħażagħ li għandhom ħiliet fil-mużika, jinkluduhom ukoll! Dan kollu jwassalna sabiex nissoktaw ħidmietna f’dan il-qasam għax b’hekk qed inkunu tarġa fil-karriera tat-tfal tagħna, li għada pitgħada jridu jkunu huma ċ-ċittadini li jikkontribwixxu fit-tmexxija tas-Soċjetà tagħna. Għaldaqstant, nappellaw lil dawk kollha li huma mħajra iressqu lil uliedhom għal din l-opportunità sabiex javviċinaw lil xi membru tal-Kummissjoni Banda jew xi membru tal-Kumitat sabiex isiru l-arranġamenti meħtieġa. Tajjeb li nfakkru li l-lezzjonijiet huma mingħajr ħlas u sa fejn hu possibbli, jiġi wkoll provdut l-istrument mużikali. Il-lezzjonijiet isiru kull nhar ta’ sibt filgħodu mit-8.30am ’l quddiem u t-tagħlim jiġi provdut miż-żewġ għalliema li jispeċjalizzaw fl-istrumenti tar-ram (Mro. Andrew Calleja: Brass Instruments) u tal-injam (Mro. Edwin Pace: Wood Wind Instruments), L-introduzzjoni teoretika tiġi provduta mis-Surmast Edwin Pace, filwaqt li Mro. Andrew Calleja, Surmast Direttur, kollettivament iħarreġ lill-bandisti li jkunu ħadu li strument f’Ensambes differenti u joffri wkoll aktar tagħlim teoretiku b’mod kollettiv waqt l-istess provi li jsiru regolarment kull nhar ta’ Erbgħa filgħaxija.

Finalment nixtieq li f’isem il-Kummissjoni Banda nwasslu r-ringrazzjamenti tagħna lil dawk kollha li matul is-sena jkunu ta’ sostenn għalina. Il-ħidma tal-Kummissjoni Banda hija waħda kollettiva u tiddependi fuq is-sehem ta’ diversi persuni u li grazzi għalihom, isir koordinament għal kull impenn li minn xahar għal xahar il-Banda tagħna jkollha, hekk kif elenkat f’dan ir-rapport. Minn qalbna, nirringrazzjaw lil kulħadd u jalla din is-sinkronizzazjoni ta’ bejnietna mhux talli tissokta iżda tissaħħaħ fil-futur! Fuq kollox irrid inrodd ħajr lill-Bandisti tal-Post kollha li mingħajr is-sehem tagħhom rapport bħal dan qatt ma jista’ jinkiteb, speċjalment lil tliet sħabi bandisti fi ħdan il-Kummissjoni Banda, Walter Farrugia bħala Chairperson, Bjorn Farrugia Segretarju u John Cassar membru, li għall-grazzja t’Alla naqblu ferm bejnietna u flimkien minn żmien għal żmien, b’kull mezz nagħmlu dak kollu possibbli sabiex inżommu l-allievi u l-bandisti tagħna grupp magħqud tul is-sena kollha. Radd ta’ ħajr speċjali jmur għas-Surmast Direttur Mro. Andrew Calleja li hu l-mutur tagħna tul is-sena kollha kif ukoll għall-għalliem Mro. Edwin Pace li bl-eżempju tiegħu jixprunana li nissoktaw il-missjoni li biha aħna fdati fit-tmexxija tal-Iskola tal-Mużika fi ħdan is-Soċjetà Mużikali tagħna. Nieħu l-opportunità wkoll sabiex insellem liż-żewġ Surmastrijiet Onorarji Mqabbin, il-Mro. Giulio Tanti u l-Mro. Joseph Tonna, li tul is-sena jkunu wkoll ta’ sostenn għalina.

Nieħdu din l-opportunità sabiex minn qalbna nawguraw il-Festa t-Tajba lil kulħadd u nistednukom tingħaqdu mal-Banda Madonna tal-Ġilju tul il-ħames servizz li għandha tul il-ġimgħa tal-Festa.

VIVA L-MADONNA TAL-ĠILJUU L-BANDA LI ĠĠIB ISIMHA!

Is-Sur Mario Micallef,(l-ewwel mill-lemin fit-tieni filliera) Ex Viċi Segretarju tal-Kumitat Amministrattiv waqt iċ-ċerimonja tat-tħabbir tal-proġetti magħżula fit-tieni skema imnedija mill-Aġenzija Żgħażagħ.

Attività partikolari bil-għan li twassal aktar għarfien mużikali sa miċ-ċokon lill-istudenti tagħna kienet dik organizzata f’Mejju li għadda fl-Iskola Primarja tal-Imqabba fejn it-talenti ta’ mużiċist żgħar ġew imħallta ma’ taħditiet u esibizzjonijiet mużikali miż-żewġ Surmastrijiet u għalliema fi ħdan l-Iskola tal-Mużika tas-Soċjetà.

Page 31: Program Festa Tal-Gilju 2014

JIMMY TANTI U VINCE TONNAŻewġ Bandisti b’50 sena servizz lejn il-Banda Madonna tal-Ġilju

Jimmy TantiJimmy għandu 65 sena u miżżewweġ lil Sally neè Farrugia u joqogħdu l-Imqabba. Huma għandhom tlett itfal – Joanne, Stephanie u Jason u nannu ta’ tifla – Emily. Illum il-ġurnata, Jimmy huwa pensjonant u għaldaqstant fil-ħin liberu tiegħu jħobb jirranġa u jinnavika xi ħaġa fil-garaxx tiegħu. Jagħti wkoll daqqa t’id fil-qasam tal-piroteknika fejn għal dawn l-aħħar snin ħadem biċtejn nar tal-art għal festa. Passatempi oħrajn li għandu Jimmy huma li jħobb jaqra speċjalment dwar l-Istorja ta’ Malta u ma jistax jonqos li jsegwi mill-qrib lit-team favorit tiegħu l-Manchester United. Ta’ min jgħid li Jimmy ġej minn familja tal-mużika, fejn ħuh huwa s-Surmast Onorarju Mro. Gulio Tanti. Jimmy ħeġġeġ ukoll lil żewġ uliedu biex jitgħallmu banda. Waqt li ibnu Jason ilu jdoqq il-klarinett għal dawn l-aħħar 15-il sena, bintu Stefanie kienet waqfet minħabba raġunijiet personali.

Min ispirak biex tibda titħarreġ fuq xi strument tal-banda?Meta kelli 10 snin kont nisma’ lil hija Gulio jipprattika l-klarinett u bla ma trid bdejt nitħajjar minnu. Għaldaqstant, meta hija rani li qiegħed ninteressa ruħi beda jgħallimni n-noti hu bl-istrument tiegħu. Jimmy kompla jgħidli li minn hemm ‘il quddiem qatt ma qtajt qalbi. Tant u hekk li kont imur il-każin ma’ ħija, nitla’ fis-sala miegħu fejn kienu jkunu qegħdin jitħarrġu l-allievi u kont noqgħod nosserva dak kollu li jkun qiegħed jiġri.

Taħt min ħadt it-tagħlim mużikali tiegħek? Bħalma għedtlek aktar qabel l-ewwel tagħlim tiegħi ħadtu mingħand ħija Gulio li kien joqgħod jgħallimni d-dar waqt li jkun qiegħed jipprattika hu. Għaldaqstant wara ftit taż-żmien iddeċidejt biex nibda nieħu tagħlim tiegħi taħt il-mibki Mro Joseph Darmanin li dak iż-żmien kien is-surmast tal-Banda tagħna.

Xi strument iddoqq? U għaliex għażilt dan?Bħala strument minn dejjem kont imħajjar għal klarinett għax peress li ħija kien jdoqq lilu bqajt nitgħallem fuq dik il-linja. Ħaġa oħra li għażilt li nitgħallem dan l-istrument hija għax kienet faċli għalija biex nieħu tagħlim tiegħi mingħand ħija kif ukoll mingħand Mro Darmanin.

Kif tiddeskrivi dawn il-50 sena li ilek idoqq? Rajt xi tibdil?Tibdil rajt ħafna u kif!!! Nibda biex ngħid li Banda mpruvjat ħafna dawn l-aħħar 25 sena. Dan għaliex il-Kumitat Amministrattiv qatt ma ċċaħħad milli jagħti s-sostenn tiegħu biex il-Banda tibqa’ tiffunzjona. Dan nista’ ngħidu anke mill-għażla tas-Surmast Andrew Calleja. Dan għaliex huwa surmast addattat ferm għalina għax jikteb u jikkomponi ċerta mużika ta’ livell għoli ħafna. Ma’ dan nista’ nżid ukoll l-għażla tas-surmast li jgħallem l-allievi Mro Edwin Pace. Ħaġa oħra li innutajt kemm ilni ndoqq hija li dawn l-aħħar snin il-Banda qiegħda toħroġ b’mod regolari bandisti ġodda. Iżda b’wiċċi minn quddiem nista’ ngħidlek li l-akbar tibdil li sar fil-Banda tagħna kienet is-sena 1995 meta ġie mżanżan il-Planċier Meravilja. Għadna biex inkunu kburin li l-Banda tagħna tipposjedi Planċier il-ġmiel tiegħu biex jixraq lil din l-Ewwel Banda Imqabbija!!

X’kien l-ewwel servizz li ħadt sehem fih?L-ewwel darba li ħriġt indoqq kien fis-sena 1962 meta ħriġt indoqq fil-marċ uniku li kien isir lejlet il-Festa. Ta’ min ifakkar li f’dawk iż-żminijiet il-festa kienet tiġi ċċelebrata fix-xahar ta’ Mejju.

Is-Sur Jimmy Tanti, bandist li normalment narawh idoqq il-klarinett, jinterpreta silta fuq il-Piano

Accordion mal-Banda Madonna tal-Ġilju waqt il-Kunċert tal-Milied tas-sena li għaddiet.

59

Intervisti minn Antoine Pace

Page 32: Program Festa Tal-Gilju 2014

61

X’tammira l-aktar fil-Banda tagħna?L-iktar ħaġa li nammira fil-Banda tagħna huma l-preparamenti movimentati li jkollna għall-programm li jsir fil-ġimgħa tal-Festa. Nammira wkoll lis-Surmast Calleja, lill-għalliem tal-allievi Mro Edwin Pace li b’ħeġġa u paċenzja liema bħalha jgħallmu l-allievi ta’ kull nhar ta’ Sibt filgħodu. Ħaġa oħra li nammira hija li għadna Kummissjoni Banda organizzata ferm u kulħadd jaf x’għandu jagħmel sal-inqas dettal. Nammira wkoll il-Kumitat Amministrattiv li joffri wkoll it-tagħlim u strumenti b’xejn biex jitħarrġu aktar tfal u żgħażagħ. L-aħħar u mhux lanqas nammira ħafna li jiena flimkien ma’ sħabi l-bandisti stmati ferm mill-Kumitat Amministrattiv. Dan għaliex jagħmlu minn kollox biex jaraw kif ser jagħmlulna triq faċli u jorganizzawlna attivitajiet varji minn żmien għal ieħor biex iżommu l-għaqda u l-armonija bejnietna l-bandisti.

Bħala bandist tal-post, x’futur tara fil-Banda tagħna? Għandek xi xewqa li tixtieq titwettaq?Il-futur li qiegħed nara quddiemi huwa wieħed sabiħ u inkoraġġanti ħafna. Dan għaliex hemm numru sabiħ ta’ allievi li qegħdin jitgħallmu. Ħaġa oħra sabiħa hija li l-bandisti li qegħdin joħorġu qegħdin ikomplu jiġu għall-kunċerti matul is-sena kollha u anke joffru d-disponsibilità tas-servizzi barra raħal. Bħala xewqa li nixtieq li titwettaq hija li bil-bandisti preżenti u dawk l-allievi li qegħdin jitgħallmu, ikollna grupp tajjeb biex għall-inqas nagħmlu ċerti kunċerti (tipo tal-Kunċizzjoni, Jum l-Imqabba) bil-bandisti tal-lokal biss.

Bħala ġenitur, x’parir tagħti lil dawk il-ġenituri li wliedhom jixtiequ jipprattikaw xi strument tal-Banda?Il-parir li nagħti lill-ġenituri huwa biex lil uliedhom ma jħassrulhomx milli jitgħallmu xi strument mużikali. Nista’ ngħidilkom b’wiċċi minn quddiem li bħala Kumitat Ċentrali jagħmel dak kollu li hu possibli biex uliedkom jitħarrġu taħt l-aqwa għalliema tal-mużika.

Vince Tonna Vince għandu 64 sena u joqgħod Ħal Għaxaq. Huwa miżżewweġ lil Ġuża neè Zahra u għandhom żewġt itfal – Sonia u Marvin. Illum il-gurnata, Vince huwa penzjonant iżda fil-ħin liberu tiegħu jħobb jmur għall-kaċċa meta l-istaġun ikun miftuħ. Passatemp ieħor li jsegwi b’kon passjoni kbira huma l-kunċerti u opri klassiċi li jsiru fi żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Hemm arah ikun fl-hena tal-ġenna mingħajr ma jtelfu ħadd jhedda jisma’ dik mużika tal-widna filwaqt li josserva u jinnota l-movimenti ta’ kull direttur li jkun qiegħed jidderiġi. Ma setax jonqos li l-aktar kompożitur għal qalbu huwa bla dubju ta’ xejn Verdi. Peress li ilu żmien nieqes mir-raħal lil Vince nafuh bħala t-tifel tas-surmast Onorarju Mro. Joseph Tonna.

Min ispirak biex tibda titħarreġ fuq xi sturment tal-banda?Ma jistax jonqos li l-ewwel ispirazzjoni tiegħu ġiet mingħand missieru Mro. Joseph Tonna li kien jisimgħu b’attenzjoni liema bħalha jikkomponi xi biċċa mużika. Huwa jgħidli li missieru tah l-ewwel spinta biex jibda jitgħallem sturment tal-banda.

Taħt min ħadt it-tagħlim mużikali tiegħek? Bħal ma ktibt aktar qabel l-ewwel tagħlim tiegħu ħadu mingħand missieru Joseph ġewwa dar fejn kienu joqogħdu. Aktar tard ma beda jgħaddi ż-żmien beda jieħu t-tagħlim tiegħu mingħand is-surmast fundatur Mro. Joseph Darmanin ġewwa s-sala tal-każin.

Xi sturment iddoqq? U għaliex għażilt dan?Fil-preżent idoqq it-tuba li magħruf aħjar bħala ‘l-Baxx’ iżda oriġinarjament kien idoqq sax tenor fejn dam jiprattikah 18-il sena. Ilum il-ġurnata ilu jdoqq ‘il-Baxx’ għal dawn l-aħħar 31 sena. Mistoqsi għala qaleb l-istrument tiegħu minn wieħed tal-qasba għal wieħed tar-ram, Vince qalli li f’dik il-ħabta li kien jidderiġi l-Banda missieru, kien hawn nuqqas ta’ bandisti fuq ‘il-Baxx’ u hu nkoraġġih li jitgħallem lilu.

Kif tiddeskrivi dawn 50 sena li ilek idoqq? Rajt xi tibdil?Bħala snin lanqas naf li għaddew 50 sena!!! Is-sigriet wara dan kollu huwa li kull nota li ndoqq b’istrument tkun ħierġa mill-qalb u għaldaqstant lanqas tkun taf kif itiru s-snin. Vince jkompli jgħidli li ra kambjament kbir taħt 4 surmastrijiet li kien taħthom – Mro. Jospeh Darmanin, Mro. Joseph Tonna, Mro. Gulio Tanti u Mro. Andrew Calleja. Rajt kambjament enormi ta’ kif jitgħallmu l-aljievi fejn illum il-ġurnata bit-teknoloġija moderna u bil-għajnuna tal-assistent surmast Mro. Edwin Pace, li jgħallem b’paċenzja u dedikazzjoni formidabbli, qiegħed kull sena jinħarġu bandisti ġodda u jitrawmu l-aljievi.

X’kien l-ewwel servizz li ħadt sehem fih?L-ewwel darba li ħriġt indoqq mal-Banda kienet fil-festa 1962 meta kelli 13-il sena. Niftakar li kont daqqejt fil-marċ li kien sar Lejlet il-Festa li kienet tiġi ċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Mejju. X’tammira l-aktar fil-Banda tagħna?Nammira bosta affarijiet fosthom il-preparazzjoni fix-xhur ta’ qabel il-festa għall-programm annwali ta’ kull sena. Għandi wkoll ammirazzjoni kbira lejn lis-surmast Mro. Andrew Calleja li b’paċenzja liema bħalha jidderiġi l-kunċerti li jkollna matul sena u jfehmek b’aktar mod ċar rigward il-mużika li nkunu qegħdin niprattikaw. Ħaġa oħra li nammira huwa l-programm li nagħmlu fil-ġimgħa tal-Festa għax naf li s-Surmast u l-Kummissjoni Banda jkunu ilhom ix-xhur jipreparaw għalih. Jgħidli li mhux ta’ b’xejn li ta’ kull sena tisma’ tifħir dwaru għax ikun jolqot il-gosti ta’ kulħadd.

Bħala bandist tal-post, x’futur tara fil-Banda tagħna? Għandek xi xewqa li tixtieq titwettaq?Mill-aspettativa tiegħi nara futur sabiħ għal banda tagħna. Dan għaliex grazzi għall-Kumitat Amministrattiv li jagħti s-sapport tiegħu matul is-snin dejjem qegħdin jitħarrġu aljievi ġodda biex jingħaqdu mal-Banda. B’wiċċi minn quddiem ngħidlek li fil-Banda tagħna hemm ċerta serjetà li ftit tara bħalha f’baned oħrajn u dan qed ngħidu b’esperjenza, hekk kif tul is-snin daqqejt ma diversi baned Maltin. Dan grazzi għall-fatt li tul dawn is-snin kollha dejjem kien hemm nies dedikati u organizzati biex il-Banda tagħna tibqa’ miexja ‘l quddiem.

Bħala ġenitur, x’parir tagħti lil dawk il-ġenituri li wliedhom jixtiequ jipprattikaw xi sturment tal-Banda?Bħala ġenitur, b’tifel li jdoqq il-Banda ninkoraġixxi lil ġenituri biex jekk uliedhom ikunu mħajra għal xi strument partikulari jinkoraġuhom u ma jħasrulhomx il-pjanijiet futuri tagħhom. Dan qiegħed ngħidu għax il-Banda tista’ tkun ta’ zvog fil-ħajja mgħaġġla tal-lum kif ukoll uliedhom ikollhom dħul ta’ flus meta jmorru jdoqqu ma’ baned oħrajn. Vince jgħidli li l-aktar ħaġa importanti hija li kull ħaġa li tagħmel toħroġ mill-qalb u turi lealtà assoluta lejn il-ġenituri tiegħek u lejn is-Socjetà li tkun offritlek it-tagħlim u sturment mingħajr ħlas.

Is-Sur Vince Tonna, idoqq il-Basso mal-orkestra mmexxija minn Mro. Toni Pace fis-sagristija tal-Knisja tagħna waqt il-Quddiesa Solenni tal-Festa ad unur il-Madonna tal-Ġilju. Biswit, bit-Trumbun, jidher ukoll is-Surmast Andrew Calleja, Direttur tal-Banda Madonna tal-Ġilju.

ALL N’ 1Dr. Nikola Zammit Street, Si©©iewi

Tel: 00356 21462360

Clothes • Underwear • Baby Items • ShoesHand Bags • Households • Gifts

All’n1 SiggiewiMonday to Fridy 9.00am till 12.30pm • 4.30pm till 7.15pmSaturday 9.00am till 12.30pm

60

Page 33: Program Festa Tal-Gilju 2014

Bakers PointHousehold Appliances General Stores

Dr Nikola Zammit Street, Si©©iewiTel: 21464646 Mob: 99446220Email: [email protected]

Il-ħanut fejn wieħed isib għażla ta’ Domestic Appliances varji, kbar u żgħar, filwaqt li ngħinuk tagħmel għażla għaqlija.

Aħna nqassmu x-xogħol dakinhar li jinxtara barra li nofru servizz ta’ tiswija b’esperjenza ta’ ’l fuq minn erbgħin sena.

• Personal training • Body shaping and conditioning• Nutritionist service • Fitness classes

Contact: 7970 3859Website: www.aimfitnessmalta.com | Email: [email protected]

Jessica Ghigo B.Pharm (Hons), PGD Nutr&Diet, CrossFit Level 1 Trainer,OCR Exercise to Music , ISSA CPT.

Dolce MieleConfeCtionery

St. Margaret StreetSiġġiewi

Tel: 2146 1085

Daily fresh milk and breadVast selection of cakes, bread,

pastries, sweets, wines,spirits & more …

Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2014 U l-50 Sena Anniversarju mill-Inawgurazzjoni tal-Post tan-Nar

Il-President u l-Kumitat Amministrattiv tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-ĠiljuGħandhom il-pjaċir jippreżentaw

Kunċert Vokali u Strumentali Imżewwaq b’tagħrif multi-viżivMill-Banda Madonna tal-Ġilju fuq il-Planċier Meravilja

Armat fil-pjazza ewlenija tal-Imqabba

It-Tlieta 10 ta’ Ġunju fit-8.30pm

Din is-Serata ser tkun taħt il-Patroċinju tal-iSpeaker tal-Kamra tad-DeputatiL-Onorevoli Anġlu Farrugia

Innu lill-Madonna tal-Ġilju Joseph Darmanin

Lir-Raħal Twelidi Anthony Camilleri

Hotel California (The Eagles) Don Felder, Glenn Frey & Don Henley

World War II Arr. Andrew CallejaCommemorating the 70th Anniversary of the D-Day: 6th June 1944

Overture - Mill-Kamra tan-Nar Andrew CallejaB’Tifkira tal-50 Sena mill-Inawgurazzjoni tal-Post tan-Nar How to Train Your Dragon John Powell

Il-Festa Charles Camilleri & Joe FriggieriTkanta Chrystal Bugeja

Firefest Polka Josef Strauss

Caruso Lucio DallaTkanta Federica Falzon Arr. Andrew Calleja

Isimhom bħall-Kwiekeb fis-Sema Jason Cassar & Sunny AquilinaTkanta Federica Falzon Arr. Andrew Calleja

World Cup Fever Arr. Andrew CallejaPotpourri of an assortment of tunes related with Brazil 2014

Un Amore Cosi Grande Guido Maria FerilliTkanta Federica Falzon Arr. Andrew Calleja

Lill-Madonna tal-Ġilju – Omm is-Soċjetà Andrew Calleja

Innu Banda Madonna tal-Ġilju Joseph Darmanin

Surmast Direttur: Mro. Andrew Calleja FVCMPreżentaturi: Is-Sur Charles Farrugia & Marouska Cauchi Debattista

63

Page 34: Program Festa Tal-Gilju 2014

Ix-xahar ta’ Ġunju hu xahar għażiż għalina d-devoti tal-Madonna taħt it-titolu tal-Ġilju. Dan hu bir-raġun għax matul dan ix-xahar aħna niċċelebraw waħda mill- festi prinċipali ġewwa l-Imqabba. Bħalissa jkunu daħlu sew il-preparamenti għall-festa u fil-qalba ta’ kollox hemm it-tradizzjoni, kultura u reliġjon. Dawn it-tliet pilastri jridu jwassluna biex il-festa tkun tixraq lil Sidna Marija li bla dubju ta’ xejn hi ommna lkoll.

Illum wieħed jista’ jirrifletti aħjar fuq l-aspett materjali tal-festa u filwaqt li nifhmu li l-elementi materjali bħal tiżjin, banda, mużika u nar huma parti integrali mill-festa Maltija, jekk ma jkunx hemm element ta’ rispett u għaqda nistgħu ngħidu li l-festa ma tkunx intera. Illum aktar minn qatt qabel qegħdin nifhmu li dawn l-elementi biss jistgħu jwasslu għal veru suċċess tal-festa. Madanakollu ħafna jħossuha diffiċli biex jinqagħlu min dak li trawwem fostna mall-medda taż-żmien. Dak kollu li jiġi ċċelebrat kemm ġewwa l-knisja kif ukoll esternament għandu jkollu element nisrani fi spirtu ta’ paċi, rispett u mħabba. Kull min b’xi mod għandu sehem fl-organizzazzjoni taċ-ċelebrazzjonijiet reliġjużi u dawk esterni rrid jaħdem b’intelligenza u b’għaqal lejn dawk ta’ madwaru, kemm fratelli, membri tal-kumitat, voluntiera u oħrajn b’ideat differenti. Dan għandu jkun kemm matul is-sena kollha u iktar u iktar fil-jiem tal-festa sabiex inkunu ta’ eżempju għall-oħrajn.

Barra s-sehem fl-organizzazzjoni tal-festa, il-fratellanza kompliet bil-ħidma matul is-sena. Fost dawn insibu l-parteċipazzjoni u impenji oħra l-membri tal- fratellanza jkollhom ta’ kull sena ġewwa r-raħal tagħna kif ukoll ġo rħula u ibliet oħra. Din is-sena wkoll il-fratellanza kella l-unur li tilqa’ fosta ġewwa l-Imqabba delegazzjoni mill-Konfraternità ta’ Anticoli Corrado, raħal fil-periferija ta’ Ruma. Din tal-aħħar kienet imexxija mill-arċipriet tal-parroċċa Dun Anacleto Gangori. Din il-fratellanza li hija wkoll ddedikata lil Immakulata Kunċizzjoni taħt t-titolu tal-Madonna tal-Ġilju. Bħal dik tal-Imqabba din il-konfraternità tiċċelebra wkoll iż-żewġ festi tal-Madonna. Matul il-jiem din d-delegazzjoni għaddiet ġewwa l-Imqabba huma ltaqgħu mad-diriġenti tal-fratellanza, mal-Kappillan, il-kleru, membri tal-kumitat tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u kif ukoll ma’ diversi familji Mqabbin. Huma baqgħu mistaġgħba bl-organizzazzjoni li l-fratellanza u s-Soċjetà Madonna tal-Ġilju għandhom, kollox bil-għan li tinżamm id-devozzjoni Marjana ġewwa l-Imqabba. Ġew organizzati wkoll kien diversi laqgħat ta’ diskussjonijiet bilaterali biex tkompli tikber il-kooperazzjoni u l-ħbiberija bejn iż-żewġ fratellanzi, kemm bl-għan spiritwali kif ukoll dak a bażi ta’ għajnuna volontarja u kulturali. Tajjeb

• Mathematics & Physics: Forms 3, 4 & 5 (Sec)• Pure Mathematics Intermediate & Advanced

Locality: Mqabba / ÛurrieqContact: M. Debattista

Mob: 7970 7458

Private Tuition

Carabott JewellersDun ÌuΩepp Zammit Street

Ûurrieq - Malta. Tel: 2168 0760Business Hours:

Monday to Friday: 9.00a.m. - 12.00p.m. 4.00p.m. - 7.00p.m.Wednesdays & Saturdays : Half Days

Ritratt tal-okkażjoni quddiem il-Vara tal-Madonna tal-Ġilju li juri d-delegazzjoni mill-Fratellanza “Madonna del Giglio” ta’ Anticoli Corrado fiż-żjara tagħhom ġewwa l-Imqabba fi Frar 2014. Jidhru wkoll il-President tas-Soċjetà s-Sur Teddy Farrugia flimkien mar-Rettur tal-Fratellanza, is-Sur Joe Gauci.

Il-Fratelli tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni mdawrin mal-Presbiterju waqt iċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika mad-dħul tal-Purċissjoni tal-Madonna tar-Rużarju f’Ottubru 2013.

Appuntament annwali tal-Fratellanza hija l-Quddiesa b’suffraġju għall-erwieħ tal-Fratellanza li ssir ta’ kull sena fil-bidu tax-xahar ta’ Novembru fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba.

65

Joe Gauci MSc. (Aberd), BSc. (Hons) (Manch), R.G.N., Dip. Mgt/Adm.

IL-FRATELLANZA TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI

Page 35: Program Festa Tal-Gilju 2014

67

ishine deep cleaningCleaning & Disinfection of Carpets & MattressesUpholstery cleaningWindow cleaningMarble polishingBoat cleaningCar valeting

For more information contact KarlMob: 7928 1209 / 9982 1932Tel: 2168 5241

ishine deep cleaningCleaning & Disinfection of Carpets & MattressesUpholstery cleaningWindow cleaningMarble polishingBoat cleaningCar valeting

For more information contact KarlMob: 7928 1209 / 9982 1932Tel: 2168 5241

ishine deep cleaningCleaning & Disinfection of Carpets & MattressesUpholstery cleaningWindow cleaningMarble polishingBoat cleaningCar valeting

For more information contact KarlMob: 7928 1209 / 9982 1932Tel: 2168 5241

IVAN’S GARAGESi©©iewi Road, Qrendi — Tel: 2168 0006 Mob: 7970 4143

E-mail: [email protected] Beater & Sprayer

Repairs Insurance Claims

Available Underseal & Rustproofing

All your daily needs … in just one location!Golden Point Discount Store, Mqabba Square

Contact Darren & Amanda Bonello on 2728 4109

Din is-sena l-quddiesa se titmexxa minn wisq Rev Viċi-Kapillan Dun George Schembri u bi prietka minn predikatur magħruf Patri Anton Farrugia OFM.

Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, nixtieq insellem ukoll lil dawk kollha morda jew li matul is-sena għaddew minn xi esperjenza ta’ mard biex nagħmilhom kuraġġ.

Inkun qiegħed nonqos jekk f’din l-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju ma’ nagħtix tislima lil dawk li ħallewna f’din l-aħħar sena, b’mod speċjali lil dawk devoti ta’ Omma Marija Immakulata fosthom lill-fratell Carmel Ciantar li kien membru attiv ħafna fil-Fratellanza (Apprezzament f’paġna 179).

Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lil dawk kollha li jaħdmu volontarjament għall-festa, speċjalment li dawk li jagħtu l-għajnuna ġewwa l-knisja. Nawgura wkoll fl-aħħar nett lill-Imqabbin kollha l-festa tajba, biex lkoll ningħaqdu flimkien f’dawn il-jiem għaliex wara kollox is-suċċess ta’ festa ssir bl-għaqda u rispett.

li nsemmu li huma wkoll faħħru l-parteċipazzjoni qawwija tal-voluntiera li joffru ħafna mill-ħin tagħhom fl-organizzazzjoni tal-festa ġewwa l-Imqabba.

Għalhekk l-appell tiegħi, bħal dejjem, huwa li biex il-festa tkun tassew festa glorjuża rridu nifhmu li l-festa fuq kollox hija dik reliġjuża u għalhekk għandu jkun hemm sforz minn kulħadd biex nagħtu importanza kif jixraq lill-aspett spiritwali. Nifhem li ċ-ċelebrazzjonijiet esterni jirrikjedu ħafna ħin u xogħol iżda nappella biex kulħadd jagħmel ħiltu biex nsibu ħin u nattendu wkoll fil-funzjonijiet reliġjużi.

Nagħmel enfasi għall-quddiesa tal-paniġierku. Forsi huma ftit dawk li s’issa kienu japprezzaw il-kalibru ta’ din il-Quddiesa. Il-mużika mill-isbaħ li tindaqq mill-orkestra bis-sehem tal-vuċijiet hija kollha tad-Dinastija Camilleri, filwaqt li l-Antifona “Madonna tal-Ġilju”, hija xogħol eċċellenti ta’ Patri Gorg Frendo, regalata minnu esklussivament biex tindaqq għall-Festa tagħna.

Ta’ kull sena, il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni tal-Imqabba tkun il-mistiedna tal-Fratellanza tal-Madonna ta’ Lourdes waqt l-istess Festa li tiġi ċċelebrata ġewwa l-Qrendi. Ta’ min jgħid li din hija stedina reċiproka għaliex il-Fratellanza Qrendija tieħu sehem ukoll waqt il-Purċissjoni Solenni f’Jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. Jidher ukoll il-mibki Nenu Ciantar li kien Fratell leali fi ħdan il-Fratellanza tagħna.

Membri mid-diversi fergħat li jikkomponu s-Soċjetà, quddiem il-Monument tal-Madonna tal-Ġilju waqt ċerimonja li ssir wara l-Quddiesa tal-10:00am f’Jum il-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni.

Ritratt ta’ tifkira fl-okkazjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni 2013.

Page 36: Program Festa Tal-Gilju 2014

Hekk kif bħal dan iż-żmien sena konna qed ninfurmawkom li ntemmet l-ewwel fażi tal-proġett tar-rikostruzzjoni tal-Każin u flimkien magħha ġiet xolta l-Kummissjoni għar-Rikostruzzjoni, il-Kumitat Amministrattiv ma waqafx hemm iżda beda jħejji pjan sabiex inwittu t-triq għat-tieni fażi tal-proġett. Inħasset il-ħtieġa li tiġi ffurmata Kummissjoni ġdida u eżattament f’Settembru li għadda diversi membri ġew avviċinati. Il-Kummissjoni Każin tal-Ġilju ġiet iffurmata minn dawn il-membri: Teddy Farrugia, Claudio Farrugia, Tonio Faccio, Fernando Dingli, Benny Baldacchino, Michel Farrugia, Frans Ciantar u Jason Tanti.

Minn hemm ‘l quddiem il-Kummissjoni bdiet taħdem fuq prijoritajiet li kien hemm bżonn u b’hekk nistgħu ngħidu li bdejna x-xogħol tat-tieni fażi. Ma rridux nagħtu l-impressjoni li ser naraw il-każin lest fi ftit żmien iżda x-xogħol jinsab miexi u ninsabu sodisfatti li fi ftit żmien ser jibda jidher il-frott ta’ din il-Kummissjoni. Il-pjan tal-kummissjoni huwa li naħdmu id f’id mal-Kumitat Amministrattiv u għaqdiet oħra fi ħdan is-Soċjetà sabiex nieħdu milli nistgħu mill-fondi li japplikaw għalina mill-Ewropa u minn entitajiet oħra għaliex permezz ta’ għajnuna bħal din biss jista’ jitħaffef il-proċess biex naraw il-każin mill-ġdid jiffunzjona kif għandu jkun.

Minbarra affarijiet żgħar ta’ manutenzjoni li saru matul is-sena, l-akbar żewġ impenji li kellha l-kummissjoni kienu l-kisi tal-basement bis-servizzi tal-ilma u l-elettriku, u l-iffinalizzar tal-istudio tar-radio fejn il-kamra ġiet maqsuma fi tnejn minħabba li s-soqfa huma għoljin biżżejjed. Sar ukoll taraġ sabiex l-ispazju li nħoloq ikun aċċessibli. Permezz ta’ dan ix-xogħol ser inkunu nistgħu nxandru mill-istudio l-ġdid b’mod temporanju u fi ftit ġimgħat oħra nkunu nistgħu nużaw ukoll il-basement b’mod permanenti. Qed jitħejja xi xogħol ukoll għall-kċina li ser tkun installata aktar ‘l quddiem fil-basement ukoll u ġie mqiegħed madum fit-toilets tas-sular t’isfel. Ta’ min ifakkar ukoll li s-sular tat-bejt (it-tromba) huwa ffinalizzat fejn sar toilet u ġiet kostruwita kamra apposta fejn jinżammu l-bnadar b’mod ordnat kif ukoll il-festuni tat-tlett arbli tal-Kazin u nħoloq spazju fejn tista’ ssir manutenzjoni fuqhom li jkun hemm bżonn minn żmien għal-żmien.

Ilkoll flimkien mexjin f’direzzjoni waħda. Il-ħsieb tagħna lkoll huwa li naraw il-każin komplut fl-iqsar żmien. Aħna dejjem konna konxji tad-diffikultajiet li nistgħu niltaqgħu magħhom u l-finanzi huma l-akbar ostaklu. M’aħniex ser naqtgħu qalbna u bil-mod il-mod ser nibqgħu mexjin, iżda ma nistgħux ma nappellawx lilkom il-partitarji għas-sostenn li għandna bżonn. Għad fadal ħafna xogħol x’jitwettaq u bħalissa huwa l-mument fejn kull suġġeriment huwa vitali sabiex jittieħdu l-aqwa deċiżjonijiet għall-ġid tas-Soċjetà. Nittamaw li nibqgħu nagħmlu progress f’din it-tieni fażi ta’ dan il-proġett li huwa rigal lilna nfusna u lil ta’ warajna. Ma jonqosx li nawguraw li jkollna Festa oħra mill-aqwa ad unur il-Madonna tal-Ġilju u nirringrazzjaw lilkom tas-sostenn li dejjem tajtuna b’risq dan il-proġett li minn ħolma qed isir realtà.

Panel Beating Spray Painting

Lawrence Grixti

DemSweetSejba Road, Mob: 9945 5636Mqabba Tel: 2164 2992

[email protected]

Garage

Membri mill-Kummissjoni Każin tal-Ġilju waqt il-ħidma tagħhom f’diversi partijiet tal-każin u parti mill-kisi tal-basement.

69

Kummissjoni Każin tal-ĠiljuINĦARSU ‘L QUDDIEM LEJN KAŻIN AĦJAR

Page 37: Program Festa Tal-Gilju 2014

Reġgħet waslet festa oħra tagħna l-Imqabbin u għalina tal-Kummissjoni Nisa tal-Ġilju tkun tfisser it-tmiem ta’ sena oħra ta’ ħidma u xogħol b’riżq is-Soċjetà u l-Festa tal-Madonna tal-Ġilju. Din hija l-ewwel darba li qegħda nikteb dan l-artiklu fil-ktieb li l-Kumitat Amministrattiv joħroġ fl-okkażjoni tal-Festa.

Niftakar li meta kont għandni daqsxejn ta’ tfajla, l-attivitajiet soċjali fir-raħal tagħna kienu ftit li xejn speċjalment fejn jidħlu n-nisa. Wieħed mill-għanijiet fundamentali tal-Kummissjoni Nisa minn meta twaqqfet hija dik li torganizza attivitajiet varji biex il-membri fi ħdanha jkunu jistgħu jieħdu ftit taż-żvog u jaqtgħu mir-rutina tal-ħajja ta’ kuljum.

L-attivitajiet kontinwi li l-Kummissjoni Nisa torganiżża jgħinu wkoll biex jagħtu ħajja differenti lir-raħal tagħna. Hawn nixtieq li nieħu din l-opportunita’ biex insellem lil dawk kollha li dejjem tawna s-sapport tagħhom permezz tal-attendenza tagħhom. Dan is-sostenn deher kull meta ħabbatna l-bibien tad-djar tagħkom sew biex niġbru l-flus, kif ukoll biex inħajjrukom tattendu għal xi attivita’.

Attivitajiet għamilna fuq li għamilna. Ġieli aktar minn tnejn jew tlieta fix-xahar. Min ma jiftakarx il-ġurnata li qattajna flimkien ġewwa Għawdex, il-Bazaar tal-Milied, iż-żjajjar lill-morda ġewwa l-isptarijiet, il-Ftira Night ġewwa Għar Lapsi u bejgħ ta’ qsari u fjuri f’Jum l-Omm. Dan kollu barra il-Coffee Mornings li jsiru kull xahar kif ukoll il-High Teas li jsiru ġewwa lukandi differenti. Dan barra l-għajnuna kontinwa li nagħtu, l-aktar waqt l-ikliet u Barbecues li jsiru għall-ġbir ta’ fondi, lill-Kummissjonijiet l-oħra fi ħdan is-Soċjetà. Ma’ dan jiżdied it-tindif tal-Każin fuq bażi regolari.

Matul ix-xahar t’ Ottubru erġajna inġbarna f’riġlejn il-Madonna tal-Ġilju fil-ġnien tagħha bir-reċita ta’ kuljum tar-Rużarju Mqaddes. Għalkemm it-temp mhux dejjem kien ikun bnazzi, xorta waħda l-attendenza kienet tkun tajba.

Matul is-sena, l-Kummissjoni Nisa, flimkien ma’ numru ta’ soċji tagħna, daħlu għal sfida nazzjonali biex jiġbru l-akbar ammont ta’ tappijiet tal-plastik biex

L-Ikla Annwali tal-Kunċizzjoni li tiġi fdata f’idejn il-Kummissjoni Nisa.Il-BBQ ta’ din is-sena sar b’suċċess fuq il-Bejt tal-Kazin (27.07.2013).

Delegazzjoni mill-Kummissjoni Nisa flimkien ma’ membri tas-Sezzjoni Żgħażagħ ħadu l-inizjattiva u taw is-sehem tagħhom billi jirrispondu t-telefonati sabiex jinġabru flus b’risq il-missjoni (15.09.2013).

ikkompetejna fil-“Waste Reduction Award”. Aħna rnexxielna nirbħu dan l-award minn fost sittin (60) parteċipant. Unur ieħor għas-Socjeta tagħna fuq bażi nazzjonali. Ta’ min jgħid ukoll li wara dan, il-plastik kollu ġie miżun u mibjugħ, fejn il-flus li daħħalna marru għall-Community Chest Fund, biex b’hekk għinna u ferraħna lil ħaddieħor ukoll.

Fi tmiem ta’ dan l-artiklu ċkejken nixtieq insellem lil sħabi kollha li flimkien stinkajna biex reġa’ kellna sena mimlija daqs bajda. Aħna kuntenti b’dak li għamilna, imma dejjem lesti biex nilqgħu is-suġġerimenti tagħkom. Għalhekk tonqsux li tavviċinawna kemm biex norganizaw attivitajiet ġodda kif ukoll biex intejjbu dawk li diġa’ nagħmlu.

Nagħlaq, billi f’ismi u f’isem sħabi nirringrazzja lill-Madonna tal-Ġilju talli żammet ħarsitHa fuqna. Nixtieq nitlobHa wkoll biex iġġib is-sabar lill-morda kollha, tkun ta’ faraġ lill-ħabsin, speċjalment dawk Imqabbin u lil dawk li jgħixu waħedhom timlihom bil-kuraġġ. Ftakar ukoll fit-tfal tagħna li f’dawn iż-żmienijiet ikollhom l-eżamijiet. Nitolbuk, O Madonna, wkoll għal dawk il-mejtin kollha li mietu bit-tama li jarawk u jkunu miegħek.

ÛeppSkip HireJoseph Mifsud

Rochelle,TriqInnoçenzZammit,MqabbaMQB9020

Tel: 2168 9407Mob: 9987 7417

Nag˙mlu alterazzjonijiet

f’kull tip ta’ bini

71

Julie Abdilla - ChairpersonKUMMISSJONI NISA MADONNA TAL-ĠILJU

Page 38: Program Festa Tal-Gilju 2014

OPEN TONON-RESIDENTS

FULLY AIRCONDITIONED

Seabreeze HotelPretty Bay, BirΩebbu©a - Malta

Tel: 24 Hours (+356) 21 651256, 21 651499 - 21 651493Fax: (+356) 21 653898 • E-mail: [email protected]

Sharon Azzopardi Beauty TherapistTriq il-Pirinej, Qrendi • Tel: 2764 1497 • Mob: 7906 6708

Facial | Wax | Make-up | Electrolysis | Pedicure | Body Massage

G. CamilleriPetrol Station

CAR SERVICING PUNCTURE REPAIRSWHEEL BALANCING CAR BATTERIESCAR ACCESSORIES MOUNTAIN BIKESCRASH HELMETS OILS & FILTERS

Car Wash 24 hrsTEL: 2164 1647, 2164 7235

Inizjattiva oħra mill-Kummissjoni Nisa matul is-sena li għaddiet kienet l-involviment tagħhom fil-Ġimgħa Ewropeja għat-Tnaqqis tal-Iskart fejn permezz ta’ ġbir ta’ tappijiet tal-fliexken tal-plastic irnexxielhom jiksbu l-ewwel post fil-kategorija ‘Recycling Best Practice Award’ minn fost sittin parteċipant.

Sehem il-Kummissjoni Nisa Madonna tal-Ġilju waqt il-quddiesa sabiex jiġi mfakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa nhar id-19 ta’ Marzu 2014.

Il-Kummissjoni Nisa Madonna tal-Ġilju għas-sena 2013/2014: Wara mix-xellug - Sharon Falzon, Gigliola Briffa, Petra Abdilla, Lyndsey O’Reilly, Analise Falzon. Fin-Nofs - Julie Abdilla (Chairperson). Quddiem mix-xellug - Beatrice Farrugia, Maria Muscat, Anna Grech.

Fid-29 ta’ Settembru tal-2013 saret attivita’ b’talb, kant u qari ta’ poeżiji sabiex jitfakkar ix-xahar tar-Rużarju, fil-ġnien ta’ biswit l-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba fil-preżenza tal-Kappillan tal-Imqabba Dun George Spiteri, membri tad-diversi kumitati u partitarji tal-Ġilju.

73

Page 39: Program Festa Tal-Gilju 2014

SmartBeauty Marcelle CamilleriCIBTEC Cert. Int-Dip. in Beauty Therapy,

Holistic Therapist & Electrologist

Triq il-Biżantini, QrendiTel: 27556027 – 99252030 – 77685175

Facial & Specialised TreatmentAcneic, Open Pores, Whitening & Peelings,

Dermabrasion, Anti Wrinkle @ 70% good results from 1st treatment,

Lifting with or without machinery

Other Treatments:Waxing, electrolyses, thermolyses

MassagesMake up for all occasions

Nails – Manicures & Pedicures:Extensions (Gels)

Gel on / Gel offs

Semi Permanent Make-up

Opening hours - Monday to Friday: 9.00 – 12.00pm4.00 – 7.00pm

Saturday: 8.00 – 12.00pm

Products: Germaine de Cappucini – Yonka – Dr. Laurent – Anesi Bottega Verde – Stage Line & Flormar Make-up

Love yourself and let us spoil you with our treatments.All treatments and products are suitable for men and women.

• Handbags• Hair accessories• Custom jewellery• Designer’s jewellery

Żjara lill-anzjani ġewwa San Vincenz (11.03.2014)

Wieħed mid-diversi High Tea li ġew organizzati (26.01.2014)

Ftira Night (21.08.2013)

Ġurnata Għawdex (30.03.2014) Aerobics (Mejju 2014)

Pic Nic (27.04.2014)

Hot Dog Night (04.09.2013)

Armar ta’ Kiosk waqt l-attivita tal-Kunsill ‘Biss Bil-Ħila’ (13.10.2013)

Christmas Bazaar

7 Visti fil-Belt Valletta (17.04..2014)

High Tea (24.11.13)

75

Page 40: Program Festa Tal-Gilju 2014

Il-qofol tal-marċ tal-aħħar tridu jintlaħaq mat-tlugħ tal-istatwa tal-Madonna fil-pjazza tal-Imqabba fejn għal għexieren ta’ snin irnexxielna nżommu dan il-mument bl-aktar mod devozzjonali.

Il-Marċ tal-aħħar issokta b’sorpriża li ħalliet lil dawk preżenti bla nifs. Mużika u marċi sinkroniżżati bi spettaklu ta’ nar u karti f’atmosfera ferriħija u ta’ briju indimentikabbli!

Is-suċċess li nkiseb fil-proġett tal-Bypass huwa mertu ta’ dawn in-nies li b’tant dedikazzjoni, ħila u entuzjażmu rnexxielhom ilibbsu t-triq prinċipali tal-Imqabba b’mod eċċezzjonali.

77

Emanuel BriffaIS-SEZZJONI ŻGĦAŻAGĦ MADONNA TAL-ĠILJU

Il-Kumitat Sezzjoni Żgħażagħ 2013/2014Mix-xellug: Glenn Muscat, Emmanuel Briffa, Petra Abdilla, Jeremy Briffa, Jeffrey Briffa (Chairperson),

Julie Farrugia, Jonathan Dingli, Maria Abela, Darren Falzon. (Nieqes mir-ritratt: Joseph Zammit)

Page 41: Program Festa Tal-Gilju 2014

PO Box 6, Ûurrieq ZRQ 01Telephone: (+356) 2164 1432 / 2164 0660

Mobile: (+356) 9945 5015e-mail: [email protected]

Some services we offer are:•Fumigation•Flying&CrawlingVermin•RodentControl•TermiteandMiteContol•WoodwormTreatment•PestControlProducts

Call or e-mail us for furtherinformation

Noffru servizzi b˙al:•Fumigazzjoni•Kontrolltal-insettilijtiru,cockroachuwirdien

•Kontrollta’©rieden•Kontrollta’termitesumites•Trattamenttas-susatal-injam•Prodottig˙all-pestcontrolÇempel jew ibg˙at e-mail g˙al aktar

informazzjoni

Sena tgħaddi malajr u ġġib memorji ġodda u tfakkar f’memorji oħra passati. Illum wasalna f’sena oħra fejn fiha l-memorji tal-Festa 2013 ser jibqgħu mfakkra bħala waħda mill-aqwa Festi li kellna f’dawn l-aħħar snin. Is-sena 2013 kienet is-sena tal-20 sena anniversarju: 20 sena ta’ ħidma fejn din is-sezzjoni dejjem stinkat biex bil-frott ta’ ħidmietha dejjem tat sehem kbir biex issir Festa dejjem xierqa ad unur il-Madonna tal-Ġilju.

Matul din l-aħħar sena ż-żgħażagħ tal-Ġilju dejjem kienu hemm biex joffru lil partitarji attivitajiet divertenti u innovattivi biex b’hekk il-parteċipazzjoni tibqa’ attiva tul is-sena kollha. L-iskop ta’ dawn l-attivitajiet fl-aħħar mill-aħħar jibqa’ dejjem li nżommu l-partitarji maqgħuda u niġbru l-fondi neċessarji sabiex naslu għall-Festa b’entużjażmu fejn kulħadd jieħu pjaċir flimkien u nagħtu sehem fiċ-ċelebrazzjoni bil-kbir. Is-Sezzjoni Żgħażagħ dejjem tat importanza kbira lill-attivitajiet li jiġu organizzati, dan għaliex minbarra li nkunu qed noħolqu fundraising, tkun qed tgħaqqad ħafna partitarji flimkien. Fl-istess ħin waqt li tkun qed torganizza dejjem tkun tista’ tiġbor ideat ġodda u kif ukoll tieħu opinjonijiet fuq affarijiet li jistgħu ttejbu l-livell tal-attività li tkun qed tiġi organizzata.

Fl-okkażjoni tal-20 anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fl-Imqabba ġie mżanżan proġett kbir li kien ilu parti mill-pjanijiet tal-kumitat u kien xieraq li ġie mżanżan fil-Festa. Dan mhu xejn ħlief il-proġett tal-bypass. Kienu xhur sħaħ ta’ ħidma fejn ħdimna u stinkajna flimkien u bi pjaċir ngħid li dan sar b’involviment ta’ ħafna żgħażagħ li flimkien magħqudin taħt id-direzzjoni tal-kumitat ħloqna innovazzjoni fejn inżamm stil tradizzjonali b’elementi moderni u oriġinali. Minbarra l-liedna u d-dwal, saru sett ta’ armi li hemm fin-nofs ta’ kull fistun. Dawn jissimbolizzaw dak kollu li hu relatat mas-Soċjetà u l-festi Maltin fosthom l-arma tas-soċjetà, l-arma tal-kavallieri li tissimbolizza lil Malta kif ukoll il-bandiera tal-papa li tissimbolizza r-relazzjoni li għandna bħala Fratellanza. It-teknoloġija dejjem tavvanza u dejjem tagħmel progressi kbar fejn wieħed jista’ kemm isebbaħ kif ukoll jgħin l-ambjent. F’dan il-proġett il-bozoz inbidlu għal dawk LED li jaħlu inqas dawl u b’hekk inqas emissjonijiet. Rigal sabiħ lis-soċjetà li permezz tiegħu tajna dehra ġdida u nadifa lil raħalna u lis-soċi u lil Maltin kollha li jiġu jżuru lill-festa tagħna.

Mument indimentikabbli fil-Festa tal-2013 kien iċ-ċelebrazzjoni tal-marċ tal-aħħar tridu li fejn għal darb’oħra ż-żgħażagħ tal-Ġilju wrew ħila u organizzazzjoni impekkabbli. Fost taħlita ta’ features, briju, nar u devozzjoni lill-Ommna Marija rajna wieħed mill-aqwa marċi organizzati f’dawn l-aħħar snin. Permezz ta’ kollaborazzjoni mal-Versatile Band u DJ Lio irnexxielna noħolqu atmosfera ta’ briju u divertiment fl-aħħar parti tal-marċ billi għaqqadna l-mużika, nar u kif ukoll spettaklu bil-karti sinkronizzata mal-mużika. Il-mużika li ntgħażlet għal dan il-marċ grandjuż kienu siltiet li ntużaw fil-festi preċedenti biex b’hekk erġajna

Quddiesa ta’ radd il-ħajr fl-okkażjoni tal-għeluq taċ-ċelebrazzjonijiet tal-20 sena anniversarju mit-twaqqif tas-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Ġilju.

Wieħed mill-Gatherings li l-kumitat jorganiżża minn żmien għal żmien fost atmosfera mill-aqwa ġewwa l-każin tal-Ġilju.

Waqt il-proċess tal-elezzjoni għal-kumitat il-ġdid.

L-ewwel attivita tal-kumitat il-ġdid kienet il-Beach Party fejn għal din is-sena reġa sar fil-bajja tal-Ġnejna.

79

Page 42: Program Festa Tal-Gilju 2014

fakkarna diversi memorji tal-passat. Żgur li dan il-marċ ser jibqa’ mpenġi f’moħħ il-partitarji u nies kollha li attendew bil-massa għalih.

Bħal dejjem l-attivitajiet li s-Sezzjoni Żgħażagħ torganizza matul is-sena ma waqfux minn meta nħatar il-kumitat il-ġdid. Il-BBQ beach party kienet l-ewwel attività organizzata wara l-Festa fost l-allegrija ta’ mużika, ikel u għal min xtaq ukoll jgħum! Meta ssemmi tal-Ġilju ma tistax ma ssemmix id-drama li minn sena għal sena dejjem baqgħat attività rikjesta u popolari fost l-Imqabbin u din is-sena ma kinetx eċċezzjoni għaliex ġew organizzati tliet avvenimenti relatati mad-drama. L-ewwel attività kienet waħda komika bl-isem ta’ ‘Problemi tal-Profs Ċirillu’ u fi Frar tellajna is-serata divertenti ‘Tlett Atti b’Differenza’. Fl-aħħar iżda mhux linqas il-qofol ta’ din is-sena ntlaħaq fid-dramm tal-passjoni ‘Imġarrbin’. Dan id-dramm kien wieħed insolitu għall-poplu Mqabbi u ma kienx faċli li ttellgħa dramm u tikseb suċċess kbir. Dan kollu huwa dovut għad-dedikazzjoni li wrew l-atturi kollha u dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom. Ringrazzjament speċjali jmur għas-Sur Edwin Gatt li kien strumentali fl-ewwel żewġ serati u lis-Sur Alessio Farrugia fejn idderieġa d-dramm tal-passjoni b’abbiltà u dedikazzjoni kbira.

Bħal snin oħra s-Sezzjoni Żgħażagħ żammet l-appuntament tagħha permezz ta’ żewġ pubblikazzjonijiet tal-fuljett ‘Il-Fjur’. Din il-

pubblikazzjoni dejjem kienet ta’ interess u nfakkru wkoll li dan il-fuljett tkunu taċċessawh bħala e-book minn fuq il-website tas-Soċjetà, www.talgilju.com.

Minbarra pubblikazzjonijiet u attivitajiet varji li ġew organizzati, is-Sezzjoni Żgħażagħ fl-aħħar xhur ħadmet fuq tiġdid li hu neċessarju għaż-żminijiet tal-lum il-ġurnata. B’konsultazzjoni ma’ diversi membri flimkien ma’ diskussjonijiet u laqgħat mal-Kumitat Amministrattiv ser jibdew jiġu attwati proposti ġodda minn din is-sena. Il-Kumitat Amministrattiv għaraf li hemm bżonn jinbidlu ċertu termini u kundizzjonijiet u aħna bħala żgħażagħ ninsabu sodisfatti b’dan il-ġest. Fil-jiem ta’ wara l-Festa jerġa’ jkun hemm kumitat ġdid taż-żgħażagħ u l-membri kollha ser ikunu nfurmati b’dawn it-tibdiliet permezz ta’ ċirkolari.

Filwaqt li nixtieq nawgura l-Festa t-tajba lil kulħadd, inħeġġeġ liż-żgħażagħ u lil kull min jista’ joffri xi tip ta’ għajnuna sabiex flimkien inkunu nistgħu nilħqu l-għanjiet tagħna. Apparti l-armar li jintrama waqt il-Festa hemm iż-żarmar ukoll u dan huwa importanti li jsir malajr kemm jista’ jkun.

Permezz ta’ dawn il-ftit kelmiet erġajna tajna ħarsa ħafifa tal-andament tas-Sezzjoni Żgħażagħ u l-kumplament qiegħed spjegat fir-ritratti nfushom. Tajjeb li niftakru l-memorji tal-passat u f’dawn iż-żminijiet tant importanti għalina nippreparaw ruħna sabiex niċċelebraw mill-ġdid Festa oħra b’entużjażmu u

devozzjoni lejn Ommna Marija. Biex nagħlaq dan l-artiklu nixtieq mill-ġdid nerġa’ nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd b’ringrazzjament lejn il-Kumitat Amministrattiv tal-fiduċja li dejjem wera fina u lejn sħabi tal-Kumitat li dejjem ħdimna u stinkajna biex nagħmlu Festa denja u kif jixraq lill-Madonna tal-Ġilju. Nistiednukom mill-ġdid għall-Marċ tal-Aħħar Tridu u nappellaw bil-quddiem sabiex nieħdu pjaċir mingħajr ma noffendu lil ħadd. Fl-aħħar u mhux lanqas GRAZZI KBIRA U MILL-QALB lilkom il-partitarji tas-sostenn li dejjem tagħtuna matul is-sena kollha.

Is-Sezzjoni Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Radio mexxiet il-maratona tal-liedna li saret waqt il-maratona ta’ 62 siegħa ta’

xandir fil-pjazza tal-Imqabba f’Diċembru tal-2013.

Fil-21 ta’ Settembru 2013 żammejna l-appuntament tagħna għal-The End of Summer Pool Party. Ħajr lil Joe Grixti.

Il-Fjur Numru 42. Il-Fjur Numru 43.

In

crea

se in

th

e M

axim

um

No

Cla

ims

Dis

cou

nt

to 6

5%.

F

RE

E F

ore

ign

use

ext

ensi

on

up

to

15

day

s.

N

IL T

P e

xces

s fo

r d

rive

rs o

ver

25 y

ears

.

20

% d

isco

un

t o

n N

ew V

ehic

les

wit

h lo

w e

mis

sio

ns.

F

RE

E p

rote

cted

ncd

fo

r p

olic

yho

lder

s w

ho

are

en

titl

ed

to 5

yea

rs+

ncd

.

F

RE

E le

gal

ass

ista

nce

co

ver w

ith

ou

t pay

men

t of e

xces

s an

d n

o lo

ss o

f n

cd u

p t

o a

lim

it o

f E

1,20

0.

N

O E

XC

ES

S p

ayab

le in

the

even

t of t

hef

t of e

nte

rtai

nm

ent

equ

ipm

ent

up

to

a li

mit

of

E35

0.

N

O E

XC

ES

S p

ayab

le a

nd

no

lo

ss o

f n

cd i

n r

esp

ect

of

win

dsc

reen

dam

age

up

to

a li

mit

of

E35

0.

D

ISC

OU

NT

if y

ou

pu

rch

ase

a h

om

e in

sura

nce

.

N

O E

XC

ES

S p

ayab

le a

nd

no

lo

ss o

f n

cd i

n r

esp

ect

of

loss

of

keys

up

to

a li

mit

of

E50

0.

An

d m

uc

h m

ore

...

If y

ou

wa

nt

to s

ave

on

yo

ur

mo

tor

insu

ran

ce p

rem

ium

,ta

ke a

dva

nta

ge o

f th

e f

oll

ow

ing

ben

efi

ts:

We a

lso o

ffer

very

com

peti

tive

ra

tes

on

all

ou

r p

rod

uct

s in

clu

din

g:

For

a fre

e no

obl

igat

ion

quot

atio

n pl

ease

con

tact

us

at:

Vic

tori

a I

nsu

ran

ce A

gen

cy L

tdB

lock

A F

lat

2, 177, M

ari

na

Str

eet,

Pie

tà P

TA

9042

Tel:

21244591, 21244592, 21244593 •

Fa

x: 2

1244588

E-m

ail

: in

fo@

vict

ori

ain

sura

nce

.com

.mt

Lice

nsed

by

MFS

A to

act

as

Age

nts

for

Cita

del I

nsur

ance

plc

.

Ho

me

Tra

vel

Bo

at

Co

mb

ined

B

usi

ness

81

Page 43: Program Festa Tal-Gilju 2014
Page 44: Program Festa Tal-Gilju 2014

Bħala Kummissjoni Sport li din is-sena kienet iffurmata mis-sinjuri:- Joe Farrugia, Godwin Bongailas, Karmnu Barbara u Pankrazju Grech, fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju qegħdin bħal kull sena nagħtu rendikont tal-ħidma li saret minn din il-Kummissjoni mill-Festa tas-sena l-oħra sal-lum.

Nibdew biex ngħidu li din is-sena ma kinetx xejn tajba għal qasam sportiv ġewwa l-Każin. Iż-żewġ attivitajiet sportivi prinċipali li huma d-Darts u l-Billiards qatgħu lura sew u nistgħu ngħidu li t-tim tad-darts wara bidu promettenti fl-aħħar spiċċa biex ġie relegat fit-tielet diviżjoni. Dan kollu ġara wara li ħafna mill-players tagħna naqsu li jkomplu bit-training jew għax sabu żvog ieħor ġewwa s-Soċjetà jew inkella għax ħafna drabi kien ikunu xogħol bix-xift.

Nistgħu ngħidu wkoll li anke aħna bħala amministraturi meta bdejna naraw nuqqas ta’ interess mill-players xi ftit jew wisq tnaqqas l-interess min-naħa tagħna wkoll. Nisperaw li l-waqfien għas-sajf jagħtina dak l-entużjażmu li kien nieqes din s-sena.

L-isport l-ieħor tal-Billiard ukoll ra tnaqqis minn dawk li s-soltu jilgħabu din il-logħba hekk sabiħa. L-entużjażmu li rajna meta reġa’ ntrama’ l-billiard speċjalment fost ħafna żgħażagħ naqas sew. Għalkemm tħabatna kemm stajna sabiex nerġu nnisslu l-interess deher li hemm xi ħaġa nieqsa. Dan sar billi għamilna kompetizzjoni tal-isknooker li ġiet sponsorjata mill-Perit Toni Bezzina M.P. iżda sakemm qegħdin niktbu dan l-artiklu, din il-kompetizzjoni għada ma spiċċatx.

Sadanittant, f’Jannar, eżattament fit-26 ta’ Jannar 2014 bħal kull sena, il-Kummissjoni Sport organizzat il-One Day Tournament li fih ħadu sehem 45 kompetitur. Dan it-tournament jibqa’ msemmi għall-mibki iżda qatt minsi s-Sur Gerald Debattista. Dan it-tournament ma sarx qrib il-Festi tal-Milied bħalma jsir is-soltu minħabba nuqqas ta’ sponsorships. Fl-aħħar sibna bħala sponsors lis-Sur Michel Farrugia kif ukoll is-Sur Kevin Camilleri (Barman) biex jisponsorjaw parti mill-ispejjeż. Din is-sena r-rebbieħ kien is-Sur Godrey Abela membru tas-Soċjetà tagħna li għeleb lis-Sur Norbert Attard. Bħal kull sena l-Familja Debattista baqgħet tagħti l-kontribut tagħha għal dan it-tournament bħala tifkira dejjiema tal-għażiż tagħhom Ġelardu Debattista. U jkun xieraq nieħdu din l-okkażjoni biex nirringrazzjaw lill-Familja Debattista li dejjem sibna sapport biex dan it-tournament ikun organizzat b’mod ta’ livell għoli.

Il-Kummissjoni Sport din is-sena għażlet lis-Sur Franklin Farrugia bħala l-Isportiv tas-Sena tas-Soċjetà. Is-Sur Franklin Farrugia għalkemm ta’ età żagħżugħha dejjem niżel jittrenja meta ma kienx xogħol minħabba

li jaħdem bix-xift. Huwa player dedikat ħafna għal dan l-isport tad-Darts u nifirħulu u nawgurawlu snin twal oħra fit-tim tagħna.

Għalkemm it-taqsima sportiva tal-każin mhix għaddejja minn żmien tajjeb, il-Kummissjoni Sport tixtieq tieħu din l-okkażjoni biex tirringrazzja lill-players kollha tad-Darts u tal-Billiards kif ukoll lill-familjari tagħhom għall-paċenzja li jieħdu.

Fuq spunt differenti imma sportiv, tajjeb li nifirħu lit-tim tal-football tal-Imqabba fejn din is-sena ġew inkurunati Champions tat-tieni diviżjoni tal-MFA. Prosit ta’ kollox u l-Kummissjoni Sports tingħaqad mal-fergħat kollha fi ħdan is-Soċjetà sabiex tawguralhom aktar suċċess fil-futur. Ħaġa oħra sabiħa kienet ir-rebħ tal-kategorija Under 15 tal-kampjonat nazzjonali fejn dawn il-ġuvintur issuperaw kull ostaklu u saru Champions ukoll. Dan jawgura tajjeb għall-isportivi ġewwa r-raħal tagħna u għandna nkunu kburin bihom kollha. Prosit u Awguri.

Fl-aħħarnett nieħdu wkoll din l-okkażjoni, billi qabel xejn nirringrazzjaw lill-Kumitat Amministrattiv tas-Soċjetà tagħna tal-appoġġ li dejjem insibu mingħandhom, lid-diversi helpers u lill-isponsors kollha, li kieku ma jkunux huma diversi attivitajiet ma kinux issiru.

Nixtiequ nagħlqu b’dawn il-kelmiet biex jekk għandkom xi suġġerimenti biex intejbu l-logħob li diġà jintlagħab jew jekk tixtiequ li nintroduċu xi logħob ieħor, ikkuntatjawna u aħna nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex nikkuntentawkom. Nieħdu wkoll pjaċir jekk ikun hemm Soċi jew partitarji oħrajn li jersqu biex jagħmlu parti minn din il-Kummissjoni Sportiva.

Jalla aktar soċi u partitarji tagħna jiffrekwentaw il-Każin u jieħdu sehem fl-attivitajiet li norganizzaw.

Ir-rebbieħ tal-Geraldu Debattista One Day Tournament is-Sur Godfrey Abela jidher flimkien mal-finalista, mal-President tas-Soċjetà, membri tal-Kummissjoni Sport u kontributuri oħra waqt il-preżentazzjonijiet tat-trofej ġewwa l-każin tal-Ġilju nhar il-Ħadd 26 ta’ Jannar 2014.

Il-Kumitat Amministrattiv Flimkien mad-diversi fergħat fi ħdan

Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-ĠiljuMILL-QALB JIFIRĦU U JAWGURAW

lit-tim ta’ Mqabba FCgħaż-żewġ promozzjonijiet miksuba tul dan l-Istaġun 2013/2014.

Dan hekk kif it-tim tal-Kbar ġie nkurunat Champion tat-Tieni Divizjoniu għalhekk sena oħra jirritorna jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni

kif ukolll-ewwel promozzjoni miksuba mit-tim ta’ taht il15-il senameta ġew inkurunati bħala Champions ta’ Sezzjoni C

85

Kummissjoni SportsPAĠNA SPORTIVA

Page 45: Program Festa Tal-Gilju 2014

86

Din hi l-ewwel darba tiegħi li qiegħda nikteb fil-programm tal-festa. Reġgħet għaddiet sena oħra u din is-sena l-Junior Club sa jagħlaq 6 snin.

Xtaqt nibda dan l-artiklu billi nagħti merħba lill-membri l-ġodda li ngħaqdu magħna f’din l-aħħar sena. Inħeġġeġ lilkom tfal kif ukoll lill-ġenituri sabiex tkomplu tappoġġaw lil Junior Club, bħalma dejjem għamiltu, billi tattendu għall-attivitajiet li jiġu organizzati. B’hekk tagħmlulna aktar kuraġġ biex inkomplu naħdmu u nħarsu ‘l quddiem għal sena oħra ta’ ħidma.

Wara s-suċċess li ksibna s-sena li għaddiet, din is-sena komplejna għaddejjin bil-ħidma tagħna biex norganizzaw iktar ħarġiet u attivitajiet għat-tfal tas-Soċjetà tagħna.

Bħalma tafu, issa l-Junior Club jinsab f’idejn il-Kumitat tan-Nisa tas-Soċjetà. Dan kien sar bi qbil bejn il-partijiet konċernati peress li wħud mill-membri tal-Kumitat tan-Nisa huma ommijiet. Ta’ kull sena ssir elezzjoni bejn il-Kumitat li fiha tintagħżel delegata. Ir-rwol tagħha jkun li tieħu ħsieb dan il-klabb billi torganizza attivitajiet relatati mat-tfal u tara li kollox ikun imħejji kif xieraq għal dawn it-tfal numerużi.

Din is-sena, wara elezzjoni li saret bejn il-membri tal-Kumitat tan-Nisa, r-rwol tal-Junior Club ġie f’idejn 3 membri li huma Analise Falzon, Sharon Falzon u jiena, li flimkien mal-kumplament tal-Kumitat se naħdmu biex insaħħu u nkabbru dan il-klabb.

L-għan tagħna bħala delegati tal-Junior Club flimkien ma’ sħabna l-oħra tal-Kumitat tan-Nisa hu li f’dawn l-attivitajiet nippruvaw nolqtu l-gosti tat-tfal kollha li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn dik żgħira ferm ta’ 3 snin sa dik ta’ 12-il sena. Aħna nagħmlu dan sabiex it-tfal kollha jkunu jistgħu jattendu u jipparteċipaw magħna.

L-attivitajiet komplew u bħas-sena li għaddiet erġajna għamilna Afternoon by the Pool fis-7 ta’ Awwissu 2013 għax mill-konkorrenza li kellna rajna li ntlaqgħet sewwa mat-tfal kif ukoll mal-ommijiet.

Fis-17 ta’ Settembru 2013, xahar wara, organizzajna End of Summer Party. Dan nagħmluh lit-tfal qabel ma tkun se tibda s-sena skolastika l-ġdida, sabiex ngħalqu flimkien il-ġranet sbieħ tas-sajf.

Wasal ix-xahar ta’ Diċembru u l-attivitajiet komplew jiżdiedu. It-tfal tal-Junior Club ikunu qegħdin jistennew bi ħġarhom il-Christmas Party u għalhekk aħna ħejjejna party speċjali għalihom fis-27 ta’ Diċembru 2013. Barra minn hekk sar it-tqassim tar-rigali fid-djar mill-Father Christmas.

Fit-22 t’April 2014, minħabba li t-tfal kienu jinsabu bil-vaganzi tal-Għid, żorna z-Zoo ġewwa Monte Kristo Estates, fejn qattajna nofstanhar nilgħabu flimkien waqt li rajna l-annimali sbieħ li jgħixu f’dan il-ġnien.

Huwa tajjeb ukoll li t-tfal tagħna jkunu jafu l-istorja

tas-Soċjetà u jitgħallmu japprezzaw ix-xogħol kbir u siewi li sar matul is-snin li għaddew minn soċi veterani, u li permezz tal-ħidma tagħhom qed ingawdu dak li s-Soċjetà tippossjedi llum il-ġurnata.

Nagħlaq dan l-artiklu billi nirringrazzja lill-Kumitati kollha fi ħdan is-Soċjetà tal-appoġġ u l-għajnuna li dejjem jagħtuna fl-attivitajiet tagħna.

Jiena, Analise, Sharon flimkien ma’ sħabna tal-Kumitat tan-Nisa nixtiequ nirringrazzjaw lill-ġenituri tat-tfal għax permezz tas-sostenn tagħhom dawn l-attivitajiet ikunu dejjem ta’ suċċess. Barra minn hekk nixtieq nirringrazzja lit-tfal membri kollha tagħna għall-entużjażmu li juru f’kull attività.

Minn qalbi nixtieq nawgura l-festa t-tajba lil kulħadd. VIVA L-MADONNA TAL-ĠILJU.

Qrendi Boççi Club

Enjoy the best service in a friendly atmosphere

Fully airconditioned & live sports on big screen

We open every eveningfrom Tuesday to Saturday

and for Sunday Lunch

Call us on:Manuel 9927 4133Reuben 9984 4629Tel: 2768 9782

It-tfal membri tal-Junior Club taw is-sehem tagħhom fil-Festa tal-Madonna tal-Ġilju tas-sena li għaddiet waqt is-serata tal-inawgurazzjoni tal-proġett tal-Bypass imwettaq mis-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju.

Afternoon by the pool (07.08.2013)

End of Summer Party 2013 (17.09.2013)

Party tal-Milied għat-tfal ġewwa s-salta tal-Każin tal-Ġilju.Żjara fiż-Zoo li jinsab f’Montekristo Estates. (22.04.2014)

Kant tal-Milied madwar it-toroq tal-Imqabba (02.12.2013)

Anna Grech - DelegataTAL-ĠILJU JUNIOR CLUB

87

Page 46: Program Festa Tal-Gilju 2014

88

Meta dawn iż-żgħażagħ irritornaw għand David huma qalulu b’kollox ta’ kif stmahom Nabal. David xegħlet il-qilla fih u ddeċieda li jmur ħdejn Nabal u jitħallas sew minnu u mill-qaddejja tiegħu. “U telgħu wara David xi erba’ mitt ruħ u mitejn oħra baqgħu mat-tagħmir” (1 Sam 25, 13).

David u NabalB’xorti tajba wieħed mill-qaddejja ta’ David telaq jiġri, mar sab lil Abigajl u qalilha b’kull ma kien ġara

speċjalment kif kienet se tispiċċa ħajjet żewġha Nabal. Abigajl ta’ mara għaqlija li kienet ftakret li bir-rigali biss tista tikkalma din ix-xena. Għalhekk ħadet mitejn ħobża, żewġ żquq inbid, ħames kejliet qamħ, mitt għanqud żbib, mitejn ċappa tin imqadded u marret tgħaġġel tiltaqa ma David. Fil-fatt hekk ġara tassew. Meta David ra l-għaqal ta’ din il-mara Abigajl u kemm interċediet għal żeweġha, David biddel fehmtu għal kollox. ”Ħa nieħu l-ħtija fuqi waħdi, sidi; ħalli titkellem il-qaddejja tiegħek f’widnejk, u isma’ kliem il-qaddejja tiegħek. La tagħtix kas, sidi, ta’ Nabal dan raġel mill-agħar; ismu miegħu, Nabal bla moħħ, u bluha waħdu. U issa, sidi, daqs kemm hu ħaj il-Mulej ma ħallik ixxerred id-demm u titħallas b’idejk; u ħa jkunu bħal Nabal l-għedewwa tiegħek, u kull min ifittex jagħmel id-deni lil sidi”. (1 Sam 25,26)

David meta sama’ dan il-kliem ħiereġ minn fomm Abigajl radda ħajr lil Alla u waqaf mill-ħsara li kien se jagħmel. Abigajl iffrankat ħafna tixrid ta’ demm u qtil ta’ nies. Abigajl daħlet bejn żewġha Nabal u s-sultan David. U l-ħlewwa ta’ fomma sikket dik it-tempesta li kien hemm tbaqbaq f’qalb David.

Marija wkoll f’ħajjitha interċediet għal waħda familja ġdida u iffrankat ħafna u ħafna krib, u biki. Qed nirreferi għat-tieġ ta’ Kana tal-Galilija. (Ġw 2,1-12). Naqas iva l-inbid, imma kienet Marija l-ewwel li bħal ma għamlet Abigajl marret quddiem binha Ġesù fejn talbitu biex iħenn għall-għarajjes u jagħmel xi ħaġa biex jiffrankalhom is-swied ta’ qalb propju f’dik il-ġurnata hekk sabiħa għalihom.

Hawn preċiż qiegħda it-tipoloġija bejn Abigajl u Marija. It-tnejn li huma iħaddmu l-interċessjoni tagħhom. U hekk kif David waqaf minn dak li kien se jagħmel grazzi għal Abigajl, hekk ukoll Ġesù mexxa is-siegħa tiegħu u għamel l-ewwel miraklu grazzi għal ommu Marija. Preċiżament hawn qiegħed ix-xebħ bejn il-mara tat-Testment il-Qadim ABIGAJL u l-mara tt-Testment il-Ġdid MARIJA.

Fl-Istudju ta’ l-Iskrittura hemm dan li nsejħulu studju jew tagħlim tat-tipoloġija. Dan ifisser kif persunaġġ mit-Testment il-Qadim taħt xi aspett jew ieħor ikun jixbaħ lil xi personaġġ mit-Testment il-Ġdid. Biss sewwa li ngħidu mill-ewwel li ix-xebħ ikun biss biċċa, jew parti u mhux kollox. Għalhekk il-qaddis biblista San Ġirolmu jgħid li “Typus partem indicat”. It-tip juri biss biċċa mis-sħiħ. Dan il-metodu ta’ tagħlim ikompli jsaħħaħ wkoll kemm hu tassew li t-Testment il-Qadim isib it-tifsira sħiħa tiegħu fit-Testment il-Ġdid.

Għalhekk il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika meta jitkellem dwar dan ix-xebħ u tkomplija bejn iż-żewġ taqsimiet tal-Bibbja jgħid hekk: “Il-Knisja sa minn żmien l-Appostli (1 Kor 10,6.1, Lhud 10,1) u mbagħad fit-Tradizzjoni tagħha, dejjem uriet ċar li wieħed hu l-pjan ta’ Alla fiż-żewġ Testmenti, u dan permezz tat-tipoloġija. Din fl-għemil ta’ Alla ta’ żmien il-Patt Il-Qadim tara tħabbira minn qabel ta’ dak li Alla għamel fil-milja taż-żminijiet fil-Persuna ta’ Ibnu magħmul bniedem” (KKK nru 128). Filwaqt li l-għaref qaddis Santu Wistin għandu sentenza famuża dwar dan; Huwa jgħid: “It-Testment il-Ġdid huwa moħbi fil-Qadim u l-Qadim huwa muri fil-Ġdid”.

B’dan il-ftit dawl dwar it-tipoloġija nistgħu nibdew nuru fejn qiegħda ir-rabta bejn EVA l-ewwel mara tat-Testment il-Qadim u Ave – Marija, l-ewwel mara tat-Testmentil-Ġdid.

Bniedem KomplutKull raġel f’xi mument ta’ ħajtu jkun Adam, hekk ukoll kull mara f’xi waqt ta’ ħajjitha tkun Eva. Ir-rabta

Adam-Eva hija fundamentali u xempju għal kull raġel u mara. U bir-raġun; għaliex il-koppja idejali Adam-Eva jiffurmaw u jirrappreżentaw il-kors sħiħ tal-ħajja. Dan ifisser li Adam u Eva jħaddnu fihom xbieha tal-bniedem mhux bħala individwali, u waħdu u daqshekk, imma bħala speċi ta’ l-umanità. Għalhekk din il-koppja huma dawk li jiġbru fihom il-bnedmin kollha tad-dinja. Adam u Eva huma dak il-materjal utli li minnu ġejja u ħierġa l-istorja tal-bniedem.

Sewwa għalhekk li nistaqsu: U fejn huwa ix-xebħ jew xebħ bil-maqlub bejn Eva u Marija? F’moħħna inġibu x-xena fil-ġnien tal-Għeden. Hemmhekk Eva obdiet lil anġlu ribell għal Alla. Marija f’Nazaret obdiet u baxxiet rasha għal kliem ta’ Gabriel. L-effett kien wieħed diżastrus tassew. B’dak li għamlet Eva ġabet il-mewt għalija u għal bnedmin kollha ta’ warajjha, b’dak li għamlet Marija ġabet il-ħajja. Eva rabtitna max-xitan. Marija ħallitna u għaqditha ma binha Ġesù. Eva omm il-mejtin kollha Ave jew Marija Omm il-ħajjin kollha.

Issa meta nitkellmu minn Eva, f’moħħna irridu inżidu wkoll lil żewġha Adam, bħalma ma Marija inżidu lil binha Ġesù. San Ġwann Kriżostmu jirraġuna hekk dwar it-tipoloġija Adam u Kristu, Eva u Marija. “Verġni, għuda u l-mewt kienu s-simboli tat-tiġrif tagħna: il-verġni kienet Eva, għax kienet għadha ma għarfitx raġel; l-għuda kienet is-siġra; il-mewt kienet il-kastig ta’ Adam. Issa, ara, hemm mill-ġdid verġni, għuda u l-mewt. Ta’ l-ewwel kienu s-simboli tat-tiġrif tagħna, dawna huma s-simboli tar-rebħa tagħna. Flok Eva hemm Marija, flok is-siġra ta’ l-għerf hemm l-għuda tas-salib, flok il-mewt ta’ Adam hemm dik ta’ Kristu”.

F’waqtu ħafna għalhekk li f’din il-bandalora li ser tkun imżanżna flimkien ma Eva, bit-tuffieħa f’idejha, hemm ukoll Marija il-mara tat-Testment il-Ġdid il-mara tal-ħajjin kollha.

Abigajl - Mara ta’ Għaqal KbirIt-tieni personaġġ li se jidher impitter din is-sena hija Abigajl, mart Nabal li kien joqgħod il-Karmel.

Din Abigajl kienet “mara ta’ għaqal kbir, u sabiħa fl-għajn; imma r-raġel li kien minn nisel ta’ Kaleb, kien bniedem goff u ħażin f’għemilu” (1 Sam 25,3). Kien żmien meta dan Nabal kien qed iġiżż il-merħliet tiegħu. David bagħat għandu xi żgħażagħ biex jifraħlu u naturalment jitolbu xi parti mill-ġeżża. Hawn ta’ min jgħid li meta dan Nabal kellu bżonn l-għajnuna tas-sultan David, dan tahielu kollha. Iżda dan Nabal liż-żgħażagħ li bgħatlu David kellimhom iebes ħafna u weġġaħhom bi kliemu. Għamel bil-kontra ta’ dan li kien irċieva.

EVA U MARIJATifsir tal-Persunaġġi Nisa tat-Testment il-Qadim ma’ Marija l-Mara Tat-Testment il-Ġdid

Mons Lawrenz Sciberras M.A. (Rome), S.S.Lic., S.Th.Lic., Capp S.S.

89

Page 47: Program Festa Tal-Gilju 2014

FIND US ON FACEBOOKTHESMARTSKINCLINIC

It’s a matter of taste!(But if you don’t like this and you are curious about LASER HAIR REMOVAL, call us for a FREE consultation on 20106066)

ANTI-AGEING MEDICINE, BOTOXTM, CHEMICAL PEELS, DERMAL FILLERS, LASER HAIR REMOVAL, LIP AUGMENTATION, MESOTHERAPY, MICRO-NEEDLE ROLLERS, SEMI-PERMANENT MAKE-UP, SKINCARE ADVICE, SMART DIETING & WEIGHT LOSS MANAGEMENT, VEIN TREATMENTS.

thesmartskinclinicA. 63, Tigné Street, Sliema | A. E. [email protected] | W. www.thesmartskinclinic.com

Bħal kull sena, fil-bidu ta’ Marzu, niġi mitlub biex nagħti rendikont ta’ ħidma li tkun qed titwettaq fil-qasam tal-Armar fi ħdan is-Soċjetà. Minn sena għall-oħra, il-ħin kollu ntambru f’moħħna biex nkomplu ngħollu l-livell tax-xogħol li jkun ser isir. Sabiex inkomplu nżommu dan il-livell, riedna bilfors post fejn nistorjaw b’mod mill-iktar organizzat. Għalhekk kien propju malli għaddiet il-Festa tas-sena l-oħra, li bdejna naħdmu fuq area ta’ storage ta’ madwar 60 metru kwadru. Sħabi u jien għamilna sajf għaddejjin f’ħidma kontinwa, li għalkemm m’aħniex lesti minn kollox, xorta nistgħu nutilizzaw parti sew minn din l-area.

Permezz ta’ dan l-istorage l-ġdid, żiedna iktar spazju fit-terran, il-post fejn jinħadem l-armar. Sar xogħol ukoll fuq sistema ġdida tad-dawl u dorna dawra ċertu servizzi li konna tlaqnihom għal diversi snin, kif ukoll inżebgħu l-ħitan. Madanakollu x-xogħol tal-armar xorta baqa’

għaddej fuq proġetti mfassla għall-festa ta’ din is-sena.Saru diskussjonijiet ma’ dawk kollha involuti,

inkluż il-Kumitat Amministrativ u ħloqna bħal master plan għall-Armar kollu tal-pjazza. Wara diversi konsultazzjonijiet u ppjanar tax-xogħol, imbarkajna fuq proġett ferm ambizzjuż ta’ tnax-il trofew ġdid. Għal dan ix-xogħol tal-injam, daħlu għalih l-istess nies li ħadmu fuq il-Planċier Klassiku li tipposiedi s-Soċjetà u għalhekk qegħdin nistennew li l-livell tax-xogħol se jkun wieħed ferm għoli. Sabiex bdejna naħdmu fuq dan il-proġett fassalna skema ta’ ġbir ta’ fondi u għalkemm ġbarna somma mhux ħażin, xorta mhumiex biżżejjed għaliex l-ispejjeż huma kbar wisq. Anzi nistqarr li għadna ftit lura mill-fondi għal dawn it-trofej. Għalhekk inħeġġeġ li dawk li għadhom ma tawx sehemhom, javviċinaw lili jew lil xi membru tal-Armar bid-donazzjonijiet tagħhom u jingħataw irċevuta.

BOV PERSONAL LOANS2131 2020 I bov.comIbgħat sms vojt fuq 7969 6975 (tariffi normali japplikaw)

Impenn lejn is-suċċess tiegħek.

Il-prodotti finanzjarji tagħna huma reali

Qed toħlom li tixtri dik il-karozza li dejjem xtaqt? Ikseb il-ħolma tieghek. Staqsina għall-pakkett finanzjarju li l-aktar jgħodd għalik. Kellimna llum.

Maħruġ mill-Bank of Valletta p.l.c. 58, Triq San Żakkarija, il-Belt Valletta VLT 1130 - Malta

Is-self kollu huwa suġġett għall-kriterji normali ta’ self u għall-approvazzjoni finali mill-fergħa tiegħek tal-BOV. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

36299 Personal Loan A5 Ad EN Landscape.indd 1 18/11/2013 12:43 91

John Barbara - ChairpersonGĦAQDA TAL-ARMAR MADONNA TAL-ĠILJU

Page 48: Program Festa Tal-Gilju 2014

93

Rigward ix-xogħol fuq dawn it-trofej miexi b’ritmu normali, imma għal din is-sena m’aħniex f’pożizzjoni li noħorġu wieħed minnhom. Għalissa, fuq dan il-proġett m’hemmx aktar x’wieħed jgħid ħlief li kulħadd għandu japprezza l-ħinijiet twal ta’ dawn in-nies li qed jaħdmu fuqhom sabiex verament dan is-sett ta’ trofej ikun mill-aqwa.

F’dan il-master plan li fassalna, barra l-inklużjoni ta’ sett ta’ tnax-il trofew ġdid ser issiru wkoll seba’ bandalori kbar ġodda. Għalhekk matul is-sena bdejna wkoll il-proġett tal-bandalori l-kbar li ser jinbidlu minflok dawk preċedenti. Id-disinn oriġinali huwa tas-Sur Manuel Farrugia li ġie nkarigat ukoll mill-pittura tagħhom filwaqt li l-isfumar ser jgħamlu is-Sur Josef Camilleri. Għal din is-sena ser ikollna tnejn lesti li jirrafiguraw żewġ profeti nisa li huma Eva u Abigail (irreferi għall-artiklu relatat f’paġna 89 u 90). Minn hawnhekk nieħu l-opportunita’ sabiex nirringrazzja lil Monsinjur Lawrence Sciberras tal-assistenza tiegħu f’dan is-suġġett. Min-naħa tiegħi ġejt inkarigat biex nimudella u naħdem il-forom għas-sapraporta. Dawn inħadmu wkoll mill-Grupp tal-Armar fejn din kienet sfida ġdida minħabba l-kobor ta’ dan ix-xogħol li qatt ma konna għamilna qabel. Ix-xogħol tad-drapp sar kollu mill-partitarji nisa li huma nkarigati mill-ħjata u li dejjem sibnihom lesti għal kulma jkun hemm bżonn fuq x-xogħol tad-drapp.

Bdejna wkoll ix-xogħol fuq is-sopraporta għal fuq il-pavaljun ċentrali ta’ quddiem il-knisja (Triq tan-Nofs). Din il-biċċa xogħol jekk inlaħquha ser tkun ferm attraenti u oriġinali.

Tkompla wkoll ix-xogħol tad-drapp għal triq Santa Katerina. Għal din is-sena ser ikollna tnejn oħra lesti u b’hekk inkunu lestejna dan is-sett ta’ pavaljuni fejn jirrigwardja l-ħjata. Tlesta wkoll ix-xogħol ta’ sfumar tas-settijiet ta’ pavaljuni fit-toroq tad-Duluri u l-parti t’isfel ta’ triq l-Parroċċa magħrufa fostna bħat-Triq tan-Nofs.

Sar restawr estensiv fuq l-antarjoli li jintramaw fil-Pjazza u Triq Karmenu Ciantar, u ngħata bidu għax-xogħol fuq il-lapardi ta’ dawn l-istess antarjoli tal-Pjazza. Għal din is-sena ser nkunu qegħdin inżanżu tnejn minnhom. Tlestiet ukoll iż-żebgħa tar-railings tal-pedestalli tal-Papa u ta’ Malta kif ukoll inħadem railing madwar l-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju tal-ġnien fi Triq il-Konvoj biswit il-ġibjun.

Is-sena li għaddiet kienu diversi nies li għaddewlna kritika kostruttiva rigward il-pożizzjoni ta’ fejn intramaw iż-żewġ pedestalli ta’ Malta u tal-Papa Pio X u fuq insistenza tagħhom, dawn iż-żewġ pedestalli daħlu wkoll fil-master plan tal-pjazza. Għalhekk minn din is-sena ser jinbidlilhom il-pożizzjoni tagħhom fejn naħsbu li jkun jistgħu jitgawdew iżjed. Wara x-xogħol ta’ ornament li tlesta s-sena l-oħra fuq dawn iż-żewġ pedestalli kien hemm sodisfazzjoni kbir għax il-livell għoli ta’ xogħol li sar fuqhom kien verament ta’ klassi. Barra minn hekk ġew ukoll restawrati diversi fistuni u nħadmet liedna ġdida li trid tinbidel ma’ dik qadima.

Wieħed jista’ jinduna kemm sar xogħol matul din is-sena minn fergħa waħda tas-Soċjetà. Kull soċju

u partitarju għandu għalfejn japprezza s-sagrifiċċji tremendi li jsiru min-nies involuti. Mhux daqshekk faċli li llum il-ġurnata ssib voluntiera li jidħlu għax-xogħol volontarju bħal dan it-tip. Ngħid għaliha jien tant daħlet f’ħajti s-sistema li anke bla ma jrid moħħi jaħseb kontinwament fuq dan is-suġġett. Din is-sena kienet kemxejn iktar diffiċli għaliha iktar minn snin qabel għaliex tlift lil ommi u ħassejt in-nuqqas tagħha. Hija kienet ta’ sapport kbir għal dak kollu li jiena nagħmel għall-festa tagħna. Madanakollu l-ħajja trid tkompli u bil-kuraġġ u l-ftehim li jeżisti bejnietna bħala Grupp tal-Armar li nifhmu verament lil xulxin u naċċettaw l-opinjonijiet diversi ta’ bejnietna, jidher li nistgħu nimxu ferm ’il quddiem.

Fl-ebda mument f’din il-kitba tiegħi ma semmejt ismijiet tal-Grupp tal-Armar u dan għamiltu mhux b’disprezz imma għax nibża li nista’ nħalli lil xi ħadd barra. Wara dan ix-xogħol kollu hemm sigħat u sigħat twal, anzi ħafna drabi ġranet ta’ xogħol mingħajr interessi ta’ xejn. Wieħed għandu jifhem li mingħajr dan is-sagrifiċċju minn individwi differenti żgur li ma konniex naslu s’hawn. F’dan ir-rigward nappella għall-aktar żgħażagħ biex jersqu iktar ta’ spiss lejn l-imħażen tagħna fejn żgur ikunu jistgħu jitgħallmu diversi proċessi u sistemi ta’ kif wieħed ikabbar it-talenti tiegħu u fl-istess ħin ikun qiegħed jgħin lis-Soċjetà.

Jien ngħalaq billi nirringrazzja lil kull min jagħti sehemu għall-festa kemm fix-xogħol tal-Armar kif ukoll f’xogħlijiet oħra u nirringrazzja wkoll lil min ta’ fondi biex inkunu nistgħu nkomplu naħdmu fuq il-pjanijiet li għanda mfasslin għax mingħajr il-fondi tagħkom aħna ma nkunux nistgħu nkomplu kif nixtiequ.

Ikla b’risq l-Għaqda tal-Armar Madonna tal-Ġilju (31.01.2014).

Ir-railing il-ġdid ta’ madwar l-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju li tinsab fil-ġnien biswit il-ġibjun. Xogħol li nħadem kollu senza interessi mis-Sur Gordon Grech, membru attiv fi ħdan l-Għaqda tal-Armar.

DemseyAluminium

Manufacturers ofAluminium Windows, Doors, etc.

FactoryTriq il-Wied, Żurrieq

Tel: 2168 9862 • Mob: 9949 0381, 9942 2583

Hair by Pauline

Over 22 years experiencein Hairdressing

Trained atTony and Guy, London

Specialising in Hair extensions, Japanese Straightening, Brazilian

treatment, hair colour and wedding upstyles

Triq tal-Barrani, TarxienTel: 2189 6703

Page 49: Program Festa Tal-Gilju 2014

Il-ĦOLMA QED ISSIR REALTÀ

Ġunju reġa’ magħna u ovvjament tasal miegħu l-festa tant għażiża għalina, il-festa tal-Madonna tal-Ġilju. Fl-artiklu li ħareġ is-sena l-oħra konna infurmajna lilkom soċji u partitarji li l-għan tagħna għas-sena 2014 kien li jinbeda x-xogħol fuq ‘Studio’ permanenti li jikkomoda l-eżiġenzi tar-Radju tagħna hekk kif ta’ kull sena dejjem pruvajna ntejbu l-prodott tagħna minkejja l-limitazzjonijiet li dejjem kellna.

Wara l-festa li għaddiet f’Ġunju 2014, il-Kumitat Amministrattiv reġa’ fetaħ l-applikazzjonijiet biex tiġi ffurmata l-Kummissjoni Radju 2013/2014. Mal-ewwel bdiet il-ħidma fuq it-tnax-il skeda li saret f’Diċembru 2013 fejn għal darba oħra kienet imżewqa b’diversi programmi differenti u kif ukoll stajtu terġgħu tagħtu l-kontribut tagħkom fil-Maratona ta’ 62 siegħa b’risq ir-rikostruzzjoni tas-Sede tagħna.

Hekk kif għaddiet it-tnax-il skeda bdew diskussjonijiet mal-Kumitat Amministrattiv biex tinbeda l-ħidma fuq l-istudio l-ġdid. Propju f’Jannar 2014 bdiet din il-ħidma b’ kollaborazzjoni mal-Kumitat Amministrattiv u kif ukoll ma xi individwi oħra li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-każin.

L-ewwel fażi kienet tinvolvi kostruzzjoni ta’ saqaf diviżorju tal-kamra li ntgħażlet li qiegħda propju fit-tielet sular tal-każin fuq in-naħa ta’ ġewwa. Dan is-saqaf sar propju biex jinħolqu żewġ kmamar differenti. Il-Kamra ta’ isfel ser tkun utilizzata bħala studio u l-kamra ta’ fuq ser tkun utilizzata bħala arkivju u ‘store’ għall-eżiġenzi tas-Soċjetà. L-istudio ser jiġi maqsum ukoll fi tliet partijiet, il-parti tax-xellug ser tintuża għall-programmi ta’ diskussjonijiet, il-parti tan-nofs ser tintuża bħala ‘Control Room’ jiġifieri kamra minn fejn titħaddem l-operazzjoni kollha tal-istazzjon u t-tielet parti ser tintuża biex jixxandru l-programmi tal-mużika. Dawn il-kmamar ser jinqasmu permezz ta’ ‘partitions’ bi ħġieġa apposta fin-nofs biex min ikun qiegħed fil-‘Control Room’ jkun jista’ jara x’inhu jiġri fil-kmamar l-oħra u appuntu jikkontrolla kollox. L-art ser tkun ta’ tip ‘Raised Flooring’ jiġifieri l-art tkun mgħollija ’l fuq sabiex ikunu jistgħu jgħaddu l-‘wires’ kollha li hemm bżonn. Is-saqaf, il-ħitan, l-art u l-ħġieġ ser isiru apposta b’materjal li huwa ‘sound proof’ jiġifieri materjal li jilqgħa l-ħsejjes dan sabiex ikun jipprovdi aktar professjonalità fix-xandiriet tagħna.

Sal-lum il-ġurnata permezz anki ta’ fondi li l-kummissjoni radju ħadmet għalihom bdiet titwettaq il-ħolma tagħna u ninsabu f’fażi avvanzata ferm. Kif kulħadd jaf illum il-ġurnata fejn tidħol teknoloġija qatt ma tista’ tkun lest minn kollox għaliex dejjem tista’ tibqa’ tinvesti għall-aħjar. Min-naħa tagħna dejjem nwiegħdu lilkom soċi u partitarji li nibqgħu naħdmu biex permezz tal-għajnuna tagħkom insebbħu d-dar tagħna lkoll, il-Palazz il-Ġilju.

Nagħlaq dan l-artiklu billi nfakkarkom issegwu wkoll l-Iskeda Numru 13 bejn it-tletin ta’ Mejju u l-ħmistax ta’ Ġunju u jekk Alla jrid u permezz ukoll tal-għajnuna tal-Madonna tal-Ġilju nisperaw li niltaqgħu bħal daż-żmien sena għall-ftuħ uffiċjali tal-istudio l-ġdid Tal-Ġilju FM 95.4. Fl-aħħar u mhux lanqas nixtieq nawgura l-Festa t-Tajba lil Kulħadd.

Tifkira ta’ rikonxximent lid-DJs Edwin Gatt u Jonas Simbeye fejn dawn kienu protagonisti tal-maratona ta’ 62 siegħa xandir sabiex jinġabru fondi b’risq is-sede tas-Soċjetà.

Il-pittura taż-żewġ DJs Edwin Gatt u Jonas Simeye li inħadmet minn Maria Tonna fil-preżenza taċ-Chairperson Julian Falzon u

l-istess DJs u l-artista nnifisha.

Ix-xogħol tal-istudio il-ġdid għaddejj b’ritmu mgħaġġel. Fil-futur qarib il-Kummissjoni Radio ser tibda tħaddem l-unika stazzjon

komunitarju fl-Imqabba ġewwa l-istudios il-ġodda.

95

Kummissjoni Radju

Page 50: Program Festa Tal-Gilju 2014

62 Siegħa Maratona ta’ Xandir u Ġbir ta’ Fondi13 - 15 ta’ Diċembru 2013

Triq il-Bwar, G˙axaq

Tel: 2767 8050Mob: 7746 5327

www.facebook.com/brown.rigg.9?fref=tswww.facebook.com/pages/JBrownrigg-Boutique/203284769776022

Page 51: Program Festa Tal-Gilju 2014

PROGRAMM TA’ ĊELEBRAZZJONIJIET

FESTA 2014

Il-Ġimgħa 6 ta’ Ġunju 20148.00pm Family Gathering 2014. Attività soċjali ġewwa l-Każin, magħrufa aħjar bħala “Blue Costume Party” fejn f’atmosfera ta’ briju u divertiment niltaqgħu flimkien bil-familji tagħna u nagħtu bidu għall-Festa 2014. Dħul b’xejn.

Is-Sibt 7 ta’ Ġunju 20147:30pm Pasta Night fil-pjazza ta’ quddiem il-Każin b’divertiment mużikali pprovdut. Biljetti mingħand il-Kummissjoni Nisa tal-Ġilju. Il-Ħadd 8 ta’ Ġunju 2014 Ħruġ il-Vara min Niċċa10.45am Id-Devoti kollha ta’ Marija Immakulata taħt it-Titlu singulari minn tal-Ġilju jinġabru fil-Knisja Parrokkjali sabiex flimkien jilqgħu lill-Patruna tagħhom fil-Ħruġ TagħHa min Niċċa. 8.00pm Ċerimonja b’tifkira tal-Ħamsin sena mill-ftuħ tal-Post tan-Nar, fejn ser jitqassmu tifkiriet lil kull min kellu t-tmexxija tal-post tan-nar tul dawn il-ħamsin sena. Wara jsir ir-riċeviment annwali għas-Soċji, Partitarji u Benefatturi tas-Soċjetà.

It-Tnejn 9 ta’ Ġunju 2014 - Jum it-Tfal tal-Ġilju 5.30pm Preżentazzjoni tat-trabi u tfal (sa ħames snin) quddiem l-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju

ġewwa l-Knisja Parrokkjali. Imexxi ċ-ċerimonja l-Kanonku Dun George Spiteri, kappillan tal-Imqabba.

6.30pm Quddiesa għat-tfal tal-Parroċċa flimkien maż-żgħażagħ, imexxi Dun Trevor Fairclough. 8.30pm Marċ brijuż mill-Banda Madonna tal-Ġilju li jibda minn Triq il-Madonna tal-Ġilju u

jkompli għall-Triq l-Aħwa Ghigo, Barumbara, Xriek, Mitħna, Troll, Pal, S. Katarina, Qrendi, Saljatura, Żurrieq, Torba, Spnar, Familja Brincati, Kirkop, Ġublew tad-Djamanti, Murselli, Konvoj ta’ Santa Marija, Kileb, S. Katarina, Sejba, Madonna tal-Ġilju, Missjoni ż-Żgħira, Madonna tal-Ġilju u jispiċċa fil-Pjazza ta’ quddiem il-Każin akkumpanjat mill-briju tal-Partitarji.

It-Tlieta 10 ta’ Ġunju 2014 - Jum il-Banda Madonna tal-Ġilju 6.30pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba b’suffraġju għall-erwieħ tas-Soċi, Bandisti u

Benefatturi mejtin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u Fratelli mejtin tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni. Ċelebrant – Dun Manwel Caruana.

8.30pm Il-Banda Madonna tal-Ġilju, taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur tagħha, Mro. Andrew Calleja, tesegwixxi programm vokali u strumentali multiviżiv fl-okkazzjoni ta Ħamsin Anniversarju mill-ftuħ uffiċċjali tal-Post tan-Nar tas-Soċjetà. Dan il-Programm ser ikun taħt il-Patroċinju ta’ Dr Anġlu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati. Inħeġġu lis-Soċi u l-Partitarji kollha, kif ukoll lill-ammiraturi tal-Banda tagħna sabiex jattendu għal din is-serata mużikali.

L-Erbgħa 11 ta’ Ġunju 2014 - Jum ta’ Tħejjija 6.30pm Quddiesa għad-dilettanti tan-nar b’suffraġju għall-erwieħ ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom

b’dan id-delizzju u għal dawk id-dilettanti li ħallewna. Jiċċelebra din il-quddiesa d-Direttur Spiritwali tas-Soċjetà Patri Adrijanu J. Cachia.

8.30pm Il-Banda San Leonardu ta’ Ħal Kirkop tibda’ marċ brijuż mill-Pjazza ta’ quddiem il-Każin tas-Soċjetà. Rotta: Pjazza tal-Knisja, Sptar il-Qadim, Mikelanġ Sapiano, Konvoj ta’ Santa Marija, Mentna, Kirkop, Katakombi, Dun Gerald Mangion, Dun Nikol Zammit, Kirkop, Nazzarenu, Mikiel Zammit, Ħajt tal-Matla, Kirkop, Triq il-Majjistra Mikelina Galea, Mikiel Zammit, Dun Gerald Mangion, Katakombi, Konvoj ta’ Santa Marija, Venuti, Ħajt tal-Matla, Dun Anġ Mallia, Nazzarenu, Triq Karmenu Ciantar, Pjazza.

10.30pm Il-marċ ikompli bil-briju tas-Soċji u l-Partitarji għal Triq San Bażilju, Pjazza, Karmelu, Valletta, Duluri u jintemm quddiem il-Każin tas-Soċjetà.

Il-Ħamis 12 ta’ Ġunju 2014 - L-Ewwel Jum tat-Tridu 6.30pm Quddiesa kantata bil-prietka minn Dun Stefan Galea. Iqaddes Dun Raymond Cassar. Wara

jkun hemm Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika. 8.30pm Il-Banda Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien tibda marċ brijuż mill-Pjazza ta’ quddiem il-

Każin tas-Soċjetà. Rotta: Pjazza, Duluri, Triq il-Parroċċa, Triq il-Fjuri, Valletta, San Bażilju, San Mikiel, Misraħ il-Fidwa, Mterrqa, Konvoj ta’ Santa Marija, Barrieri, Ħarriġiet, Ġorġ Mangion, 15 ta’ Settembru 1598, Barrieri, Ħarriġiet, Mterrqa, Konvoj ta’ Santa Marija, Karmenu Ciantar, Pjazza.

10.30pm Bl-entużjażmu u l-briju taż-Żgħażagħ u l-Partitarji tas-Soċjetà, il-marċ ikompli matul il-Pjazza, Triq San Bażilju u jintemm quddiem is-Sede tas-Soċjetà.

Il-Ġimgħa 13 ta’ Ġunju 2014 - L-Aħħar Jum tat-Tridu 8:00am Quddiesa Kantata. 6.30pm Quddiesa kantata bil-prietka minn Dun Stefan Galea. Iqaddes il-Kappillan tal-Parroċċa,

il-W.R. Kanonku Dun George Spiteri. Wara jkun hemm Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

8.45pm Il-Banda Madonna tal-Ġilju, l-Ewwel Banda mwaqqfa fl-Imqabba, tagħti bidu għall-marċ tant rinomat tal-Aħħar Tridu. Il-Banda tkun immexxija mis-Surmast tagħha Mro. Andrew Calleja F.V.C.M. akkumpanjata mill-ammiraturi numerużi tagħha. Il-Banda tibda dan il-

9998

Page 52: Program Festa Tal-Gilju 2014

marċ mill-Pjazza, Santa Katerina, San Innoċenzju, Ċavi, Santa Marija, Santa Katerina, Karmenu Ciantar, 9 t’April 1942, Misraħ il-Fidwa, Triq il-15 ta’ Settembru 1598, Triq il-Ħarriġiet, Misraħ il-Fidwa, Qattara għal quddiem il-Monument tal-Madonna tal-Ġilju fil-ġnien biswit il-ġibjun fejn jitwassal ħsieb qasir mid-Direttur Spiritwali f’riġlejn dan il-Monument. Wara l-marċ jissokta għal triq Karmenu Ciantar u jindaqq l-Innu lill-Madonna tal-Ġilju.

10.30pm Bl-entużjażmu u l-briju taż-Żgħażagħ u l-Partitarji tas-Soċjetà, il-marċ ikompli tul Triq K. Ciantar għall-Pjazza ta’ quddiem il-Każin b’dimostrazzjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju tal-vara l-kbira.

11.45pm It-tradizzjoni tissokta, u f’dan il-waqt nassistu għat-tlugħ tal-Istawa tal-Madonna fuq il-pedestall, aktar magħruf minna bħala l-Vara l-Kbira. Immedjatamrent wara s-serata tkompli quddiem il-każin, biswit il-planċier meravilja u tiġi fi tmiemha bil-ħruq tan-nar tal-art fit-Triq Karmenu Ciantar.

Is-Sibt 14 ta’ Ġunju 2014 - Lejliet il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 8.00am Quddiesa Kantata. 8.30am Servizz ta’ Qrar fis-sede tas-Soċjetà mid-direttur Spiritwali Patri Adrijanu J. Cachia sal-10.30am. 9.00am Servizz tal-qrar fil-Knisja Parrokkjali. 4.30pm Servizz tal-qrar fil-Knisja Parrokkjali sas-6.30pm. Inħeġġukom biex tersqu għall-qrar u

tqarbin fil-Festa. 5.15pm Għasar Solenni bil-vuċijiet, Salve, Litanija, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika mill-

Wisq Reverendu Kappillan Kanonku Dun Ġeorge Spiteri. 6.30pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor tal-Parroċċa. 7:15pm Il-Banda Filarmonika Nazzjonali La Vallette tibda marċ minn triq Santa Katerina għall-

pjazza u tkompli għal triq San Bażilju, triq il-Karmelu u l-pjazza. 8:45pm Taħt il-bakketta tas-Surmast Direttur tagħha, Mro. Domenic Darmanin, il-Filarmonika

Nazzjonali La Vallette tesegwixxi programm mużikali varjat fuq il-Planċier Meravilja. 9:30pm Il-Banda Filarmonika Nazzjonali La Vallette tkompli b’marċ mill-pjazza ta’ quddiem il-

każin għal tul triq K. Ciantar fejn ittemm is-servizz tagħha bl-Innu lill-Madonna tal-Ġilju.

Il-Ħadd 15 ta’ Ġunju 2014 - Jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 7.00am Quddiesa bl-Omelija fuq il-Madonna. 8.00am Quddiesa bl-Omelija fuq il-Madonna. 9.00am Quddiesa Solenni kkonċelebrata, immexxija mill-Viċi Kappillan il-W.R. Dun George

Schembri. Wara l-Evanġelju jsir il-Paniġierku minn Patri Anton Farrugia OFM dwar il-ħajja u l-virtujiet tal-Madonna taħt it-titlu tal-Ġilju. L-orkestra tkun immexxija mis-Surmast Tony Pace.

10.00am Quddiesa bl-Omelija fuq il-Madonna fil-Kappella ta’ San Bażilju. 10.30am Quddiesa bl-Omelija fuq il-Madonna. 11.30am Quddiesa bl-Omelija fuq il-Madonna. 1.00pm Il-Banda Madonna tal-Ġilju tagħti bidu għall-marċ tradizzjonali u tant popolari ta’

Nofsinhar. Il-marċ jibda minn quddiem il-Każin u jgħaddi minn Triq il-Parroċċa, Fjuri,

Parroċċa, Valletta, Lanġasa, San Bażilju għall-Pjazza ta’ quddiem il-Każin tas-Soċjetà. Il-marċ jilħaq il-qofol tiegħu hekk kif minn quddiem il-Każin jissokta għal Triq id-Duluri u jdur lura għal quddiem il-Muniċipju tal-Kunsill Lokali għal Triq il-Parroċċa (magħrufa bħala t-Triq tan-Nofs) u l-Pjazza tal-Knisja b’konklużjoni quddiem il-Każin għall-ħabta tat-3.00pm

6.00pm Il-Banda ‘Maria Mater Gratiae’ ta’ Ħaż-Żabbar tibda marċ minn triq il-Parroċċa għall-Pjazza.

6.30pm Il-Banda Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa tagħmel marċ minn Triq Santa Katerina sal-Pjazza. 7.00pm Il-qofol tal-Festa wasal! Jingħata bidu għall-Ħruġ tal-Purċissjoni bl-Istatwa tant

għażiża u devota tal-MADONNA TAL-ĠILJU. Hawnhekk inħeġġu lid-Devoti, Soċi u Partitarji kollha tal-Madonna sabiex ikunu f’posthom fuq iz-Zuntier tal-Knisja sabiex nagħtu tislima xierqa lil Ommna Marija Immakulata taħt it-titlu uniku minn TAL-ĠILJU għall-ħruġ tal-Purċissjoni Devota bl-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju.

8.00pm Mument tant mistenni mid-devoti kollha tal-Madonna huwa l-waqt meta l-Istatwa Artistika tal-Madonna tal-Ġilju, tasal fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba quddiem il-Każin tas-Soċjetà. L-eżekuzzjoni tal-Innu lill-Madonna tal-Ġilju, xogħol klassiku tas-Surmast Joseph Darmanin, fuq lirika tal-poeta Dun Frans Camilleri, huwa l-qofol ta’ din il-parti. Din il-parti tal-purċissjoni tkun ippreżentata mis-Sur Michael Sciortino li wkoll jaqra silta letterarja Marjana marbuta mal-Festa. Inħeġġu lid-Devoti kollha sabiex jieħdu sehem attiv sabiex ilkoll flimkien f’komunità waħda nagħtu ġieh u nfaħħru lil Ommna Marija li tant ngħożżu bil-qalb.

10.00pm Mad-dħul tal-Purċissjoni titkanta l-Antifona u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika. Il-mużika li ser tindaqq tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Tony Pace.

10.15pm Hekk kif tintemm iċ-Ċelebrazzjoni Ewkaristika ġewwa l-Knisja Parrokkjali, l-Għaqda tan-Nar tas-Soċjetà flimkien mal-familjari tagħhom tagħmel ir-ringrazzjament tagħha ġewwa l-Knisja. Ikun ġest ferm sabiħ jekk ilkoll flimkien mal-familji tagħna ningħaqdu flimkien mal-Kappillan tal-Parroċċa sabiex nagħlqu din il-Festa flimkien b’ringrazzjament ’l Alla l-Imbierek u lil Ommu u Ommna Marija Immakulata taħt it-titlu Devot minn TAL-ĠILJU.

10.30pm Il-Banda Madonna tal-Ġilju tagħmel il-marċ tal-aħħar li jibda minn Triq K. Ciantar sal-Pjazza ta’ quddiem il-Każin.

It-Tnejn 16 ta’ Ġunju 2014 - L-Għada tal-Festa Is-Soċi u l-Partitarji kollha huma mħeġġa biex jagħtu l-għajnuna tagħhom biex jiżżarma

l-armar kif ukoll fejn ikun inħaraq in-nar biex innaddfu l-istess għelieqi minn kull periklu.

1.30pm Tingħata bidu għax-xalata tradizzjonali tal-għada tal-festa. Din titlaq minn quddiem il-Każin. Bħal kull sena, l-ewwel immorru l-Armier u wara nirħulha għal Baħar iċ-Ċagħaq.

7:00pm Niltaqgħu qabel id-daħla tal-mina ħalli bħal ma hi t-tradizzjoni ngħaddu mill-irħula tal-qrib sa ma naslu r-raħal tagħna u b’mod trijonfali nidħlu fil-pjazza ewlenija ta’ quddiem il-każin.

8.30pm Hekk kif il-carcade tasal lura fl-Imqabba, ser tiġi organizzata Timpana Night fil-Każin. Biljetti mingħand il-membri tal-Kummissjoni tan-Nisa.

101100

Page 53: Program Festa Tal-Gilju 2014

102 103

Priedka minn Patri Karm Zammit O.P. fl-okkażjoni tal-Festa Ta’ Marija Immakulata fit-8 ta’ Dicembru 2013.

IT-TNISSIL BLA TEBGĦA TAL-VERĠNI MARIJA

San Ġwann Damaxxenu, wieħed mill-Missirijiet tal-Knisja u devot kbir tal-Verġni Mqaddsa Marija, f’waħda mill-omeliji tiegħu, jistedinna biex illum, f’dan it-tminn jum ta’ Diċembru, nifirħu mal-qawwiet tas-sema u ma’ dawk tal-art għall-aħbar ta’ ferħ li ġrat fid-dinja kollha. Ferħ fil-għoli tas-smewwiet, ferħ hawn isfel fuq l-art. Jifraħ il-ħolqien kollu għax ħarget għad-dawl l-aħbar li x-xebba magħżula minn Alla biex tkun l-Omm l-Iben tiegħu ġiet imnislha bi privileġġ singulari, jiġifieri, mingħajr ebda tebgħa tad-dnub.

Din il-festa taħbat dejjem fiż-zmien l-Avvent. L-Avvent huwa għalina l-insara żmien ta’ stennija tal-miġja ferrieħa tal-Messija. Il-Knisja llum qed tiċċelebra din il-festa tat-tnissil bla tebgħa tal-Verġni Marija li huwa adattat ħafna għal dan iż-żmien. Forsi tistaqsu għaliex? Għax fost il-bnedmin kollha li kienu jistennew b’ħerqa kbir il-miġja tal-Messija, Marija kienet l-aktar waħda li stennietu b’fidi soda u b’qalb safja, għax kienet imnebbħa biex tilqgħu fi ħdana u tagħtih lid-dinja bħala Feddej u Salvatur li kellu jimla l-vojt li ħalla fina d-dnub tan-nisel. Dan il-vojt ġie mimli permezz ta’ Kristu bil-grazzja tas-salvazzjoni kif naraw aktar ’il quddiem. Kien il-Messija wkoll li, bħala s-Salvatur tal-bnedmin kollha u bil-merti tiegħu magħrufin minn qabel, ħeles lil Marija min kull tebgħa tad-dnub.

Dan hu, fi ftit kliem, il-misteru li qed niċċelebraw illum. Marija Ssma ġiet meħlusa sa mill-ewwel mument tat-tnissil tagħha mid-dnub oriġinali, waqt li l-bnedmin kollha jitnisslu b’dan id-dnub. Din hi verità ... parti importanti mit-twemmin tagħna l-insara ... Domma tal-Fidi ...

Kien il-Q.T. il-Papa Piju IX, permezz tal-bolla ‘Ineffabilis Deus’ maħruġa fit-8 ta’ Diċembru 1854, li hu xandar solennement mill-Bażilka ta’ San Pietru ġewwa Ruma, li l-Vergni Marija Ssma bi privileġġ singulari u bil-grazzja t’Alla għal merti ta’ Sidna Ġesù Kristu, sa mill-bidu tat-tnissil tagħha ġiet imħarsa min kull tebgħa tad-dnub tan-nisel. Privileġġ waħdieni fost il-bnedmin kollha, privileġġ singulari mogħti minn Alla lix-Xebba Marija Ssma.

U propju bil-kemm laħqu għaddew tliet snin minn din l-istqarrija, meta l-Madonna stess ikkonfermat din l-verità ġewwa Lourdes f’waħda mid-dehriet tagħha

lil Bernardina, fejn stqarret u ppreżentat lilHa nnifisha bħala ‘Jien l-Immakulata Kunċizzjoni’. Konferma divina ta’ dak li ddikjara l-Papa.

Hawn nerġu nistaqsu:- Il-Knisja minn fejn taf din il-verità? Hi verità għax ġiet rivelata lilna minn Alla, u għalkemm din ir-rivelazzjoni ma nsibuhiex espressament fil-Kotba Imqaddsa, il-Knisja Kattolika teħodha u tikkonkludiha mill-istess Kotba Mqaddsa. Hi verità li nafuha wkoll mit-tradiżżjoni. Hija l-Knisja li twasslilna, b’mod infallibbli, (jiġifieri b’mod li ma tiżbaljax). Dawn il-veritajiet li jinsabu fit-tradizzjoni mqaddsa u aħna l-insara obligati nemmnuhom b’fidi soda u mingħajr ebda dubju. Marija – Omma Ġesù – l-Iben t’Alla magħmul bniedem (bi privileġġ singulari) kienet imnissla mingħajr ebda tebgħa tad-dnub.

Iżda dan kollu riedu Alla l-Missier fis-setgħa divina tiegħu. Dan għamlu b’għan qaddis, għaliex Alla l-Missier ried iħejji l-qalb u l-ġisem ta’ Marija, li kellha ssir Omm ta’ Ibnu l-għażżiż. Għaliex jekk dan twettaq ma’ Ġwanni l-Battista, li kellu jkun l-prekursur ta Kristu, seta’ Alla ma jagħmlux ma’ Marija li għażilha biex tkun Omm l-Iben tiegħu? Ġa la darba ġiet magħżulha u maħluqa għall-missjoni li tisboq kull missjoni oħra, Alla żejjinha wkoll bil-milja tal-grazzji kollha xierqa lil Bint il-Missier Etern u Omm il-Verb Divin. Għalhekk hu sewwa li l-Knisja ssejħilha wkoll Għarusa maħbuba tal-Ispirtu s-Santu għax fiha ġabar l-għeġubijiet tal-grazzji kollha. L-Arkanġlu Gabriel mibgħut minn Alla biex iħabbrilha l-misteru tal-fidwa, sellmiha - mimlija bil-grazzja.

Mela xi jfisser dan il-privileġġ waħdieni?L-ewwel nett, biex nifhmu dan, b’xi mod, irridu qabel

xejn nifhmu x’inhu d-dnub tan-nisel. Biex ifehemna u jurina dan, il-kittieb tal-Ġenesi jirrakonta ġrajja. Adam u Eva maħluqa minn Alla u mqegħdin f’post imsejjaħ il-Ġenna tal-Art kienu jgħixu fi ħbiberija sħiħa ma’ Alla l-Ħallieq. Imma daħal ix-xitan fin-nofs taħt forma ta’ serp, li stieden u ħajjar lil Eva biex taqta’ u tiekol mill-frotta li Alla ordnalhom biex ma jiklux minnha. Eva ttantata u ingannata mis-serp qatgħet u kielet u tat lil żewġha wkoll. F’kelma waħda ma qgħadux għal kmand li tahom Alla u dinbu. Għamlu għemil ta diżubbidjenza lil Alla. Ta’ dan għemil, Alla ċanfarhom u keċċiehom

Patri Karm Zammit O.P. jinseġ l-omelija/paniġierku tiegħu fil-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni il-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2013.

Il-President tas-Soċjetà, s-Sur Teddy Farrugia jippreżenta tifkira lil Patri Karm Zammit tas-60 sena Saċerdotali tiegħu fi tmiem

il-konċelebrazzjoni f’Jum il-Festa ta’ Marija Immakulata.

Patri Karm Zammit imexxi l-Purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju fil-Festa Liturġika tagħha l-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2013.

Is-sena 2013 għal Patri Karm Zammit O.P. kienet is-60 Sena tiegħu fis-Saċerdozju. Kien eżattament nhar id-19 ta’ Settembru 1953 meta Patri Karm ġie ordnat Saċerdot mill-Eċċ. Reveredissima Monsinjur Emmanuel Galea ġewwa l-Katidral ta’ l-Imdina. Konsegwentament, il-Ħadd 4 ta’ Ottubru 1953, hu qaddes l-ewwel Quddies Solenni tiegħu fil-Knisja tal-Madonna tal-Għar fir-Rabat.

Kien propizju li l-Kumitat Amministrattiv flimkien mal-Fratellanza ta’ l-Immakulata Kunċizzjoni jfakkru dan l-avveniment billi jestendu x-xewqa tagħhom li l-Quddiesa Solenni f’Jum il-Festa Liturġika ta’ Marija Immakulata Kunċizzjoni tiġi immexxija minnu bħala l-Prim Ċelebrant. Hekk li l-Ħadd 8 ta’ Diċembru 2013 Patri Karm mexxa l-quddiesa li bdiet fl-4.00 ta’ wara nofs-in-nhar u niseġ priedka bil-virtujiet ta’ Ommna Marija Immakulata. Wara mexxa l-Purċissjoni bl-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju tul it-toroq ta’ l-Imqabba u mad-dħul lura tal-purċissjoni fil-Knisja Parrokkjali tagħna, finalment ta’ l-Barka Sagramentali lil kongregazzjoni li attendiet bi ħġarha. Sabiex tibqa tifkira dejjiema ta’ din l-okkażjoni unika għal-komunita Imqabbija, ħassejna li għandna nippubblikaw dil-Priedka li tagħha Patri Karm kien il-Predikatur ad unur Ommna Immakulata u Safja daqs il-Ġilju! Tajjeb li ngħidu li tul il-ħidma twila tiegħu fis-Saċerdozju, Patri Karm serva ukoll bħala Direttur Spiritwali tas-Soċjeta tagħna. Fil-fatt hu qeda din il-funzjoni fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju fis-snin sebgħin. Il-Kumitat Amministrattiv jtenni l-apprezzament tiegħu lejn ħidmet Patri Karm fi ħdan din is-Soċjeta. Mhux biss, iżda għan-nom tal-komunità Mqabbija, nroddulu ħajr għal-ħidma pastorali tiegħu tul is-snin, li tant kienet ta’ fejda għalina l-Imqabbin. Jalla l-Mulej Ġesu’ u l-Madonna jkomplu jħarsuħ sabiex jibqa jagħmel dan u minn qalbna lkoll nawguraw Ad Multos Annos!

Page 54: Program Festa Tal-Gilju 2014

’il barra, ’il bogħod minnu. Iżda fl-istess ħin ħafrilhom għax wegħedhom li għad ikollhom Feddej u Salvatur li jsalvhom u jerġa jħabbibhom mill-ġdid miegħu.

Din il-ġrajja, li smajnieha kemm-il darba, nistgħu nfissruha hekk. Il-bniedem kiser il-liġi li tah Alla u dan il-ksur tal-kmand t’Alla ġab firda bejn il-bniedem u Alla, u din il-firda baqgħet tintired bħala tebgħa f’kull bniedem. Mela, id-dnub tan-nisel, hu firda li ġġib miegħu vojt fil-bniedem. Dan il-vojt jimtela’ bil-grazzja ta’ Kristu li reġgħa jħabbibna mill-ġdid ma’ Alla l-Missier u jagħmilna mill-ġdid ulied addotivi tiegħu.

San Pawl fl-ittra lir-Rumani, jgħallimna u jgħidilna: ‘Kien permezz ta’ bniedem wieħed li fid-dinja daħal d-dnub u permezz tad-dnub, il-mewt u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha għax kollha dinbu ...’ Kliem li kien dejjem meqjus bħala affermazzjoni l-aktar ċara tal-eżistenza tad-dnub oriġinali. Għalkemm S. Pawl meta kitbu, ma kitbux bil-ħsieb li jipprova l-eżistenza tad-dnub tan-nisel għax il-ħsieb tiegħu kien biss li juri li bħalma l-ħtija ta’ wieħed waslet il-kundanna fuq il-bnedmin kollha, bl-opra tal-ġustizzja ta’ wieħed waslet lill-bnedmin kollha l-ġustifikazzjoni li tagħti l-ħajja.

S. Pawl ipoġġi quddiem xulxin u fl-istess waqt kontra xulxin l-università tad-dnub u l-università tal-fidwa. Min-naħa tad-dnub frott tad-diżubbidjenza u min-naħa l-oħra l-fidwa frott tal-ubbidjenza ta’ Kristu. Għax kif ikompli jgħallimna l-istess Appostlu: ‘Kif bid-diżubbidjenza ta’ bniedem wieħed, il-ħafna saru midinbin hekk ukoll bl-ubbidjenza ta’ wieħed, il-ħafna saru ġusti.’ B’hekk ried juri li fi Kristu l-ħolqien kollu reġa’ ġġedded u qisu reġa’ beda ħajja ġdida għal kollox. Id-dnub ta’ Adam hu dnub tal-bnedmin kollha għax kull bniedem hu bin Adam. Minħabba d-dnub ta’ Adam, aħna l-bnedmin ilkoll issawwarna fil-ħtija u fid-dnub nisslitna ommna. Hekk jgħid is-Salm 50: ‘U għax imnisslin ilkoll minn Adam, aħna nitwieldu mjassrin mill-Ħażin u sehemna hi l-mewt u t-taħsir’.

Imma għeżież ħuti, minn dan kollu ġiet meħlusa l-Verġni Marija u kif l-għorief tal-Knisja jqabblu lil Adam ma’ Kristu, hekk ukoll ixebbħu lil Eva ma’ Marija. Għax kif permezz tad-diżubbidjenza ta’ Adam sirna lkoll midimbin, hekk bl-ubbidjenza ta’ Kristu Ġesù permezz tal-mewt tiegħu fuq is-salib, il-ħafna saru ġusti. Kif il-waqgħa ta’ Adam kellha l-bidu tagħha minn Eva, mqarrqa mix-xitan, hekk is-salvazzjoni tagħna kellha bidu minn Ommna Marija Ssma. Minn hawn nistgħu ngħidu li għat-tħabbira tal-Anġlu lil Verġni Marija biex tkun Omm l-Iben t’Alla, bl-umiltà kollha Marija aċċettat u wieġbet: ‘Hawn jien il-qaddejja tal-Mulej, ikun minni skont kelmtek’. Nistgħu ngħidu wkoll li l-Verġni Marija għall-missjoni divina tagħha biex tkun Omm il-Feddej, qatt ma kien hemm fiha din il-firda, dan il-vojt, imma minħabba din l-għażla ta’ Omm, kienet imħarsa minn kull tebgħa tad-dnub sa mill-ewwel tnissil tagħha fil-ġuħ ta’ ommha. B’hekk hija qatt ma kienet mifruda minn Alla, anzi

kienet mimlija bil-grazzja kif jgħidilna l-Evanġelju: ‘Is-sliem għalik Marija mimlija bil-grazzja ...’.

Tassew li kien Ġesù li bħala l-Iben t’Alla kien ‘mimli bil-grazzja u l-verità kif jgħidilna S. Ġwann fil-Vanġelu tiegħu. Iżda aħna ħadna sehem mill-grazzja tiegħu. Bi Kristu aħna lkoll imtlejna b’kull ġid mis-sema, kif jgħallimna S. Pawl. Marija, li kienet l-eqreb lejh bħala Ommu, kienet imżejna b’mod speċjali b’kull virtù, imfawra b’doni u grazzji spiritwali li żammewha ‘l bogħod minn kull tebgħa tad-dnub.

Fl-aħħar nett f’Marija, meħlusa minn kull dnub, aħna nilmħu n-natura tagħna stess, safja u sabiħa. Marija hija l-ewwel waħda u singulari, iżda aħna wkoll bit-talb tagħha, nistgħu naslu safja għand il-Missier Etern. Għalhekk hi tassew f’waqtha llum dik it-talba tant sabiħa: ‘O Marija li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa, aqlagħlna l-grazzja li noħorġu minnha mingħajr ħtija.’ Kif Marija, minħabba l-ħidma speċjali tagħha ta’ Omm Ġesù, irċeviet doni kbar li ma ħallewhiex tkun imtebba’ bid-dnub, tant li Hija stess tistqarr: ‘Is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar’, jekk aħna inkunu qaddejja fidili ta’ Ġesù u vera wlied devoti ta’ din l-Omm għażiża tagħna. Mingħand, Marija nirċievu żgur grazzji u doni kbar li jfejquna mill-ġrieħi kbar li aħna għamilna permezz tad-dnub.

Induru bil-ħsibijiet tagħna lejn din l-Omm ħanina. Aħna lkoll inħobbuha, aħna lkoll devoti tagħha. Jalla din l-imħabba u d-devozzjoni tkun vera u sinċiera speċjalment meta qegħdin ngħixu taħt il-patroċinju tagħha f’dan ir-raħal dedikat lilha fejn inqimuha u nagħtuha ġieħ b’żewġ festi mill-isbaħ – l-festa tat-Tnissil Bla Tebgħa taħt it-titolu tal-Ġilju u Tlugħ glorjuż Tagħha fis-Sema bir-ruħ u l-ġisem. Żewġ privileġġi kbar li bihom Alla żejjinHa.

L-aħħar ħsieb hu meta Ġesù minn fuq is-salib tahielna bħala l-Omm ħanina tagħna, teżor prezzjuż u rigal imprezzabli għal ħajjietna ‘l għaliex turina sewwa t-triq li twassalna għand Binha Ġesù. Marija Ssma għandha tkun għalina l-mera ta’ qdusija, għajnuna fid-diffikultajiet u fil-problemi li niltaqgħu magħhom f’ħajjietna, refuġju tal-imnikktin għax aħna ngħixu mnikktin f’dan il-wied tad-dmugħ u l-kenn tal-midinbin għax aħna lkoll midinbin.

Kemm għandna għax nirringrazzjaw lil Ġesù li tana lil din l-Omm ħanina biex tkun ukoll Ommna. Alla fil-ħniena kbira tiegħu tana wkoll lil Marija biex tkun għalina l-medjatriċċi tal-grazzi kollha, mhux biss, imma biex tkun ukoll l-Avukata tagħna quddiemU. Nitolbuha għalhekk bil-qalb biex taqgħlalna l-aqwa grazzja – il-grazzja tas-salvazzjoni ta’ ruħna u nitolbuha titlob għalina issa u fis-siegħa ta’ mewtna. Napprezzaw dan it-teżor hekk nobli. Dan ir-rigal prezzjuż għal ħajjietna f’din id-dinja.

O Marija li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa,

Aqlagħlna l-grazzja li noħorġu minnha Mingħajr ħtija

Misraħ il-Fidwa, Mqabba (ħdejn il-bandli)

Tel: 2164 7381All you need in one stop shop

Free deliveryGreat choices on delicatessen, beverages,

wines, detergents, etc.

105

Page 55: Program Festa Tal-Gilju 2014

Debbie’s Baby CentreYour one stop shop!

Sole agents for

Our Lady of Sorrows Street,Żejtun

Tel: 2769 4815Mob: 9980 9825

Email: [email protected]: www.debbiesbabycentre.com

PREŻENTAZZJONIJIET MIS-SOĊJETÀ

Tifkira lil W.R. Kanonku Dun George Spiteri li taħt il-Patroċinju tiegħu tellgħa l-Programm Mużikali tas-Sena 2013 u dan bħala

tifkira tal-ewwel Festa tiegħu bħala Kappillan fil-Parroċċa tal-Imqabba kif ukoll momento lil Viċi Kappillan il-W.R. Dun

GeorgeSchembri li flimkien mal-Kappillan beda l-ħidma pastorali tiegħu fil-Parroċċa tagħna.

Preżentazzjoni taċ-Ċertifikat liċ-Chairperson tal-Kummissjoni Radju, Julian Falzon, mogħti mill-Malta Records li jirrikonoxxi r-rekord Nazzjonali ta’ 62 siegħa xandir fuq ir-Radju tal-Ġilju

FM miksub f’Diċembru 2012 waqt maratona li saret mis-Sinjuri Emanuel Briffa u Edwin Gatt.

F’Mejju 2013, The Malta Records organizzat l-ewwel festival marbut ma’ records miksuba hawn Malta. Fost diversi inizjattivi, l-Malta Records approvat dak tal-akbar tapit pirotekniku (mifrux

fuq 21 arblu b’54 universal). Bħala tifkira ta’ dan ir-rekord Nazzjonali saret preżentazzjoni lis-Sinjuri Michael u Keith Magro

f’isem il-Familja Magro li ħadmu dan it-Tapit.

Tifkira b’rikonoxximent lil dawk involuti direttament fil-Guiness World Record tal-akbar reddiena fid-dinja: unur miksub fis-sena Ċentinajra 2011. Flimkien mal-President, mix-xellug għal-lemin. Is-Sur Nicholas Dingli, is-Sur Benny Baldacchino (President Onorarju) is-Sur Luke Dingli, is-Sur Charles

Farrugia (President Onorarju) is-Sur Charles Polidano (President Onorarju) is-Sur Michel Farrugia, is-Sur Vince Dingli, is-Sur Edward Dingli, Is-Sur Benny

Dingli, is-Sur Michael Dingli, is-Sur Keith Dingli u s-Sur Jonathan Dingli.

Apprezzament lis-Sur Charles Polidano, President Onorarju u kumpliment lis-Sinjura tiegħu, għas-sapport kontinwu tagħhom

fil-proġett tar-rikostruzzjoni tas-Sede tas-Soċjetà.

107

Page 56: Program Festa Tal-Gilju 2014

Warehouse:20, Triq l-Iskola, Safi

Tel: 2168 2125

Alsosupplier for

Gas Cylinders

Bar and reSTauranTSt. Thomas Street, Luqa

Malta.Specialises in Pasta and Grill

Tel: 2180 0243 QuICK FOOD

TAke oFF

Super Sironmongery

Everythingyou need

for your Home

under one Roof!

Electrical & Water Fittings, A Large Selection of Power Tools & Hand Tools,Indoor & Outdoor Lightings, Skirting, A Large Variety of Household Appliances and Kitchen Utensils,

Fans, Dehumidifiers, Heaters & Fan Heaters, Ceiling Roses, Garden Furniture,Picnic Tables, Umbrellas and much more …

Dun Matteola Saliba Street, Żurrieq Tel: 2768 9256

Opening Hours: Monday to Friday 06:30 to 19:00hrs; Saturday 06:30 to 14:00hrs

Preżentazzjoni lill-Familja Abdilla b’apprezzament lejn ħidmet is-Sur Victor Abdilla li b’tifkira dejjiema ngħata l-ġieħ “Attivist tas-

Soċjetà” sabiex tibqa’ mfakkra l-memorja tiegħu.

Preżentazzjoni ta’ tifkira lill-Kantanta Mqabbija Chrystal Bugeja kif ukoll lill-Kantanta Debbie Scerri, Mro. Andrew Calleja,

Johan Debattista u Jonas Simbeye fl-okkażjoni tal-kanzunetta “Tal-Ġilju għal Dejjem” varata mis-Sezzjoni Żgħażagħ sabiex tikkommemora l-20 sena anniversarju mit-twaqqif tagħhom.

Nieqes mir-ritratt il-kantant Ludwig Galea.

Tifkira mgħotija lis-Sur Charles u s-Sinjura Anna Azzopardi għall-għoti ta’ unur “Midalja għall-Qadi tar-Repubblika” li

ġew mogħtija f’Diċembru 2012 bħala rikonoxximent Nazzjonali għall-involviment tagħhom fi ħdan in-“National Foster Care Association”. Is-Sinjura Anna Azzopardi, f’diversi okkażjonijiet

provdiet is-servizz tagħha ta’ interpretu matul iż-żjarat ta’ Baned mill-Awstrija fl-Imqabba kif ukoll matul il-mawriet li

l-Banda Madonna tal-Ġilju għamlet ġewwa l-Awstrija.

Il-mibki Chev. George Bianchi jingħata tifkira mill-President għax-xogħol letterarju tiegħu d-dedikat lill-Kappillan u l-Viċi tal-

Imqabba, fl-okkażjoni tal-bidu tal-Parrokat tagħhomfil-Parroċċa tal-Imqabba.

Tifkira mgħotija lis-Sur Malcolm Bondin, li hu wkoll konsulent finanzjarju tas-Soċjetà għas-sehem tiegħu fil-“Betfair Lifecycle

Challenge” li saret fl-Awstralja f’Novembru 2012.

Preżentazzjoni lis-Sur Jesmond Cutajar bħala l-Isportiv tas-Sena 2012/2013.

109

Page 57: Program Festa Tal-Gilju 2014

Ruben’s GarageOven Baked Spray Painting Insurance Approved

Mob: 790648566, Sejba Road, Mqabba

[email protected]

We Also do Plastic Bumper Repair & Windscreen Installations.

J&A Farrugia Trading Ltd.

(Showrom & Offices)

Domestic & Electric AppliancesSt.ThomasStreet,Luqa

Tel:21803017,21808068 • Fax:21808053e-mail:[email protected]

PREŻENTAZZJONIJIET LIS-SOĊJETÀ

Is-Sinjura Julie Abdilla, Chairperson tal-Grupp Nisa tal-Ġilju tagħmel il-

preżentazzjoni ta’ għotja finanzjara b’risq il-proġett mniedi fil-bidu tas-Sena

Ċentinarja: ir-rikostruzzjoni tas-sede l-ġdida tas-Soċjetà.

Is-Sur Jeffrey Briffa akkumpanjat mis-Sur Antoine Pace, li f’isem is-Sezzjoni

Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju, jagħmlu l-preżentazzjoni finanzjara tagħhom lil President tas-Soċjetà b’risq il-proġett ta’ armar ġdid għal ByPass imżanżan

fl-okkażjoni tal-20 Sena anniversarju mit-twaqqif ta’ din is-Sezzjoni tant attiva

fi ħdan is-Soċjetà tagħna.

Is-Sindku tal-Imqabba, is-Sur Nicholas Briffa jippreżenta għotja finanzjara lill-President b’risq il-Festa tal-Madonna

tal-Ġilju 2013.

Is-Sinjura Lyndsey O’Reilly tippreżenta għotja f’isem il-membri żgħar fi ħdan

il-Junior Club immexxi mill-Kummissjoni Nisa tal-Ġilju.

Is-Sur Malcolm Bondin, wieħed mill-konsulenti finanzjarji tas-Soċjetà; jippreżenta tifkira tas-sehem tiegħu fil-“Betfair

Lifecycle Challenge” li saret fil-kontinent tal-Awstralja f’Novembru 2012 .

Is-Sur Paul Farrugia f’isem il-Partit Laburista, jippreżenta għotja finanzjara lill-President tas-Soċjetà b’risq il-Festa

tal-Madonna tal-Ġilju 2013.

Is-Sur Paul Spiteri f’isem il-Partit Nazzjonalista, jippreżenta għotja finanzjara lill-President tas-Soċjetà b’risq il-Festa

tal-Madonna tal-Ġilju 2013.

111

Page 58: Program Festa Tal-Gilju 2014

Il-President flimkien mal-membri kollha tal-Kumitat Amministrattiv jixtiequ jieħdu din l-opportunità sabiex MILL-QALB JIRRINGRAZZJAW

lis-soċji, partitarji, sostenituri u benefatturi kollha tal-appoġġ kontinwu tul is-sena li għaddiet. Bis-sehem sħiħ ta’ kulħadd, is-Soċjetà setgħet tibqa’ miexja

’l quddiem u torganizza l-Festa tant għażiża tal-Madonna tal-Ġilju.

Żgur li l-akbar ħajr idur lejn Alla l-Imbierek u l-Madonna li tul is-sena jħarsuna u jagħtuna s-saħħa li mmexxu mill-aħjar li nistgħu din is-Soċjetà.

F’dan il-ktejjeb nixtiequ wkoll li nfakkru u nitolbu għall-Fratelli tal-Konfraternità tal-Immakulata Kunċizzjoni kif ukoll soċji, partitarji,

bandisti, benefatturi, dilettanti tan-nar u ammiraturi li ħallewna matul it-tnax-il xahar li għaddew.

Agħtihom Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Ringrazzjament

FooTweAR & FAShIonShoe Lane

Ladies’ Wear, Men’s Wear, Children’s Wear,Handbags, Shoes, Accessories & much more…

Puma • Adidas •Reebok • Skechers • Kappa • Piccadilly

Matteolo Saliba Street, Ûurrieq Mob: 9923 8561Near Bellizzi Services (Elmo Insurance) Tel: 2723 8561Email: [email protected]

Lorraine Mamo Also St Benedict’s Primary School Uniforms

Dħul

Ġabra bl-envelopes €1,898 Ġabra mill-Knisja €303Ġbir mill-Kaxxa ta’ quddiem il-Vara €48 Total €2,249

Ħruġ

Orkestra u Kor €1,362Organista u vuċijiet €200 Predikaturi €100Qniepen €125Kappisti u Salib €60Fratelli €120Fjuri €198Saċerdoti €140 Total €2,305

Żbilanċ €56

FESTA MADONNA TAL-ĠILJU

Rendikont Ċelebrazzjonijiet fil-Knisja - 2013

Filippu Farrugia Street,Żurrieq ZRQ 2268Tel: 2702 0362Mob: 7964 1453Email: [email protected]

113

Page 59: Program Festa Tal-Gilju 2014

Tel: 21680200 • Mob: 7968020017, Triq Dun Guzepp Zammit, Zurrieq

Deelan Sacco

FreeDelivery

Dee’s Pizzeria

& Take-Away

OPENINg HOuRSMondays ClosedTuesdays - Fridays: 9:00am - 1.30pm 5:00pm till lateSaturdays: 9:00am - 1.30pm 4:00pm till lateSundays: 4:00pm till late

Nick’s AgricultureSupplier of Agricultural andGardening Products + Others

• Plant Protection Products• Pots & Fertilizers• Irrigation Fittings• Peat and Potting Compost• Drip Irrigation Systems• Pet Foods and OtherMons. Mikiel Azzopardi Street,Si©©iewiTel: 2146 5869

L-ISTATWA TAL-MADONNA TAL-ĠILJU ĠEWWA L-KAŻIN

115

Julian Falzon

Minn fejn ġiet l-idea?“L-idea kienet ta’ Peppi Farrugia konna ngħidulu

s-Sagristan aħna.” Kliem Rosario Zammit li żgur ħadd aħjar minnu ma jista’ jirrakuntalna b’detall u jerġa’ jeħodna lura fiż-żmien biex naraw minn fejn beda l-għeruq tal-ħsieb, minn fejn ġiet l-idea li propju ssir statwa ġewwa l-Każin tagħna tal-Madonna tal-Ġilju. Immorru lura għas-sena 1975 (Data meta xtraw il-biċċa ta’ wara tal-każin), data li fiha nxtrat biċċa minn dar oħra biex il-każin jikber u jkun jista’ jakkomoda l-eżiġenzi tas-Soċjetà għal dak iż-żmien.

Min huwa Rosario Zammit?Rosario Zammit magħruf aħjar bħala Żaru minn

ċkunitu kien partitarju kbir tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju. L-ewwel relazzjoni li Rosario kellu mal-Każin kien fl-armar fejn ovvjament dejjem wera l-pontezjal tiegħu bħala artist ta’ talent. Wara ħadem ukoll fl-għaqda tan-nar fejn ta s-sehem tiegħu kemm fil-qasam tan-nar tal-ajru kif ukoll dak tan-nar tal-art. L-iktar xogħlijiet li żgur Rosario ser jibqa’ msemmi għalihom fl-Istorja tas-Soċjetà tagħna huma appuntu L-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-Każin, il-frontispizju tal-faċċata tal-Każin, ir-restawr tal-faċċata tal-Każin u kif ukoll diversi pitturi li jvarjaw minn pavaljuni għal diversi sorpriżi bħall-Umbrellun u l-Imrewħa bi tmien faċċati.

L-iskultur Imqabbi Rosario Zammit f’ritratt tal-okkazjoni flimkien mal-mara tiegħu u mal-President tas-Soċjetà ftit wara li ġie

inawgurat ir-restawr ta’ din l-istess statwa.

Il-partitarji attendew bi ħġarhom għall-kxif u t-tberik tal-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-każin, Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2013.

Page 60: Program Festa Tal-Gilju 2014

Il-Post fejn ser titqiegħed l-istatwa“Qalli issa hemmhekk nagħmlu statwa ta, ħalli tiġi

faċċata tal-bieb”. U ma setax jagħżel post isbaħ Peppi Farrugia biex titqiegħed din l-istatwa. Meta nxtrat id-dar biex ikompli jikber il-każin kien hemm din il-faċċata vojta, faċċata li issa kienet qiegħda hemm apposta biex issir statwa tal-Madonna tal-Ġilju. Din il-faċċata kienet eżatt quddiem il-bieb prinċipali tal-każin, sabiex din l-istatwa l-ġdida li kienet ser issir ma titgawdiex biss min-nies li jkunu ġewwa l-każin imma wkoll min-nies li jkunu barra u jittawlu mill-bieb prinċipali sabiex huma wkoll igawdu l-isbuħija ta’ din l-istatwa.

L-Idea Oriġinali“Ftit wara sabni Menu Vella u qalli Peppi kellimni

biex nagħmlu vara għal ġol-bitħa, lili kien qalli xi ħaġa diġà.” L-idea bdiet tintgħoġob u mill-kliem ridna issa ngħaddu għall-fatti. Menu Vella, li eventwalment ħareġ l-ispiża kollha finanzjarja tal-istatwa, kellem lil Rosario u qallu biex iħażżeż disinn. Wara xi 5 xhur Rosario kien għamel id-disinn u beda wkoll jimudella l-istatwa. L-idea oriġinali ta’ Rosario kienet li tiġi ‘bas relief’ u allura kienet se tiġi mqabbża xi sitt pulzieri ’l barra mwaħħla mal-ħajt.

Il-Pjan Jinbidel“U kien hemm Ġanni Cassar (iż-Żunnara) u qalli

issa għal naqra nagħmluha sħiħa ta ...” L-interess tas-Soċji jkompli jikber u kien propju Ġanni li kellem lil Rosario sabiex l-istatwa issir sħiħa. Rosario sa dan iż-żmien kien kważi lesta l-istatwa. L-idea ta’ Ġanni kienet li ssir niċċa li fiha titpoġġa appuntu din l-istatwa l-ġdida li kienet ser issir. Ġanni daħal għal dan il-proġett b’ruħu u ġismu. Għin ħafna lil Rosario billi pprovdielu wkoll xi materjal tal-ġebel li kellu bżonn. Issa kellu allura jibda x-xogħol ukoll fuq in-niċċa. Din in-niċċa, li appuntu saret minn Rosario u Ġanni, kien fiha 13-il filata. Wara din ovvjament Rosario kellu jkompli l-istatwa fejn issa kellu jagħmel wkoll il-biċċa ta’ wara biex propju l-Istatwa tiġi sħiħa.

L-Istatwa issa lesta“Meta kienet lesta kien ġabha l-każin Leli Tanti tat-

Tikka, kien iddobba karru kbir u dawwarha mar-raħal u wara daħħalha l-każin.” L-istatwa issa kienet lesta, kien fadal biss li tinġarr lejn il-każin. Kien Leli Tanti tat-Tikka li ħa f’idejh din il-biċċa tax-xogħol u ġab l-istatwa l-każin. Kien hemm ammont sostanzjali ta’ nies il-każin dakinhar sabiex l-istatwa tittella’ f’postha. L-istatwa aktar tard imbagħad kellha titbierek fl-1978 meta l-kumplament tal-kostruzzjoni tal-każin jkun finalizzat. Fil-fatt hekk sar, u ġiet inawgurata l-Ġimgħa 9 ta’ Ġunju 1978 u mbierka mill-kappillan ta’ dak iż-żmien Dun Anton Vella. Kienet għalhekk kumbinazzjoni li propju terġa’ titpoġġa mill-ġdid fil-post oriġinali tagħha preċiżament 35 sena wara: Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju 2013!

BRIAN & JAMES GREENFuneral service

Irrikorru

30, Main Street, Ûurrieq Tel: 2164 2738

Rustica, Massabielle Street, Qrendi Tel: 2164 2508 – 9949 7959

“Green”, St. Catherine Street, Qrendi Tel: 2164 7791 – 9949 4880

Congreve Road, Wied iż-ŻurrieqBlue Grotto

tel: 2164 7908Mob: 7994 9486, 9994 9486

Our OffersWe give 50% discount to pensioners from our 5-course meal set menu. Please note that set menus change

on a daily basis.Terms and conditions apply.

Please ask us for more information.

SpecialiSing in FiSh

10% Discount when you book

Kids Menu at only €2.50

now under new Management

Il-Valur Artistiku tal-Istatwa “Dik hija magħmulha minn kompożizzjoni minn

trab ta’ rħam.” Peress li l-istatwa kienet ġejja fil-bitħa Rosario u Ġanni ddeċidew li ma ssirx tal-ġebel imma ssir minn materjal ta’ rħam biex l-ewwel nett ma ssirilix ħsara minħabba x-xita u kif ukoll peress li l-ħitan tal-madwar kienu umdi. L-istatwa li nħadmet saret fuq raffigurazzjoni tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju li hemm ġewwa l-knisja tal-Imqabba.

Ir-Restawr tal-Istatwa“Pereżempju kien hemm ras is-serp kienet imqaċċta

u l-anġlu kien imfarrak.” Eventwalment ħamsa u tletin sena wara t-tberik uffiċjali tal-istatwa propju fl-2013 inħasset l-ħtieġa li din l-istatwa terġa’ ssib posta fis-sede tas-soċjetà. L-istatwa kienet inqagħlet fl-2011 qabel beda r-riskostruzzjoni tal-każin kif nagħfuh llum. Rosario ġie assenjat ir-restawr ta’ din l-istatwa. Kien hemm diversi ħsarat li seħħew meta din tneħħiet minn ġon-niċċa li Rosario ħa ħsieb li jirrestawra. L-anġlu ġie mibdul ukoll sabiex jiġi aktar ixxamplat u joqrob iktar lejn dak tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju ġewwa l-knisja tal-Imqabba. Rosario irfina x-xogħol tiegħu billi indura biċċiet mill-mant tal-Madonna sabiex l-istatwa tinqalgħa ferm iktar. Ta’ min jgħid ukoll li ġew mibdula l-istellarju tal-Madonna u l-ġiljuwa li l-anġlu għandu f’idejh. Dawn tħallsu minn Michel Farrugia u Teddy Farrugia rispettivament filwaqt li parti mill-ispejjez tar-restawr tħallsu minn John u Ġuża Bondin.

Konklużjoni Xogħol imprezzabli minn partitarju li kkontribwixxa

mil-ħin liberu tiegħu sabiex ikollna ġawhra ta’ arti ġewwa l-palazz tagħna. Arti li għandha tiġi apprezzata mis-Soċi, partitarji u dawk kollha li jarawha. Huwa vera li għandna ngħożżu biċċa arti bħal din u nibqgħu dejjem nieħdu ħsiebha imma fuq kollox ma ninsewx li dik qiegħda tisimbolizza lil Ommna Marija u għandha tkun ta’ referenza għal kulħadd sabiex tkun ta’ qima u sabiex aktar ikompli jitkabbar il-kult u d-devozzjoni lejn Ommna Marija Santissma.

Rozario Zammit jidher waqt fażi tax-xogħol tar-restawr intensiv li għamel lill-istatwa tal-Madonna li qed titgawda ġewwa l-każin.

117

Page 61: Program Festa Tal-Gilju 2014

FESTA MADONNA TAL-ĠILJU - 16 TA’ ĠUNJU 2013Paniġierku minsuġ minn Patri Martin Mamo O.F.M.Cap.

“Jiena jien ir-Ranġiża ta’ Sharon,il-Ġilju tal-Widien”

Hekk tmur tgħanni l-għarusa fil-ktieb tal-Għanja tal-Għanjiet.

“Bħal Ġilju qalb ix-xewk,hekk il-maħbuba tiegħi fost ix-xebbiet”

imur jirrispondi l-għarus fl-istess ktiebmill-Antik Testment.

Wisq Reverendu Kappillan, Sagri Ministri, għeżież Insara, poplu tal-Imqabba. Dalgħodu nixtieq nissellef xi vrus ta’ mħabba minn għand dawn iż-żewġ maħbubin fil-ktieb tal-Għanja tal-Għanjiet, u napplikahom lilha, il-Ġilju Immakulat, il-Ġilju l-aktar sbejjaħ ta’ Alla. U f’isimkhom ngħidilha,

“Maħbuba tiegħi, qum ejja sabiħa tiegħi, għaddiet ix-xitwa, spiċċat ix-xita, marret; fuq l-art

diġa` deher il-ward, iż-żmien tal-għana wasal, fuq l-art instemma’ leħen il-gamiem; diġà mit-tin beda ħiereġ il-frott u n-nwar tad-dwieli jxerrdu fwieħa ħelwa. Maħbuba tiegħi, qum ejja sabiħa tiegħi, ħamiema tiegħi fix-xquq tal-blat, moħbija ġo rdum. Semmagħli leħnek, urini wiċċek, għax

leħnek ħlejju u sbejjaħ wiċċek. Intix sabiħa maħbuba tiegħi, intix sabiħa, dak xagħrek qiesu merħla mogħoż imewġu mal-għoljiet tal-Gilad.”

Inti isbaħ mil-ġilju tal-widien. Inti isbaħ mill-ilbies ta’ Salamun. Inkompli napplika għalik vrus ta’mħabba mill-Iskrittura u ntennilek;

“Ħelwin huma riġlejk fis-sandli tiegħek, ja bint ta’ prinċep.

Ħelwin huma ħaddejk bejn dawk l-imsielet, għonqok

bil-ġiżerani, ħnienaq tad-deheb nagħmlulek, ukoll żibeġ tal-fidda.

Għajnejk qishom ħamiema, fis-sura għolja tiegħek

qisek palma.”

Inti isbaħ mill-ġilju tal-widien, għax Alla għażlek biex issir id-dixxiplu perfett Tiegħu, għax lil dawk li għażilhom mill-bidu, ippredestinhom ukoll biex jieħdu sura, xbieha ta’ Ibnu ħalli dan ikun il-kbir fost ħafna aħwa. Itenni San Ċirillu; “kien jixraq, li Alla jħejji mara perfetta biex tilqa’ lilu, u kif laqgħetu saret Perfetta Spiritwalment.” Itenni l-Kardinal Newman; “Inti r-rimja l-aktar sabiħa tax-xitwa, inti l-bieb tas-salvazzjoni, int l-Awrora tax-xemx, kollok sbuħija.”

Għeżież tiegħi, ltqajna dalgħodu hawn biex nagħtuha ġieħ. Iva Marija, itqajna biex nagħtuk ġieħ! Marija hawnhekk hawn nies, familji, hawn tfal, hawn żgħażagħ, hawn anzjani. Kulħadd ġie bit-toqol tiegħu. Nixtiequ ngħidulek li aħna għandna mħabba li ma titfissirx lejk, għax kont int li ‘l Mulej tal-Maesta` tiegħu għamiltu ħuna, permezz tiegħek ksibna ħniena. Wara Kristu aħna nqiegħdu l-fiduċja tagħna fik, għax Int l-Omm, Int is-Sultana, Int Marija Immakulata, Int il-Ġilju tal-Missier għax Int Bintu, Int il-Ġilju tal-Iben għax Int Ommu, Int il-Ġilju tal-Ispirtu s-Santu għax Int l-Għarusa Tiegħu. Nixtiequ nitolbuk biex tkompli takkumpanjana fi triqitna. Int il-Pellegrina l-aktar fidila ta’ Kristu fejn wassaltu sas-Salib. Is-Salib sar il-vokazzjoni Tiegħek. Marija kun għalina kewkba ta’ Evanġelizzazzjoni ġdida. Marija dawwal it-tama tagħna, saffi għajnejna u qlubna, mexxina fit-triq tas-salvazzjoni.

Nixtieq noffri dan il-paniġierku għal tliet persuni partikolari. L-ewwel nett lil Alla l-Missier. Illum il-‘Father’s Day.’ Nixtieq noffrih lil Alla l-Missier bħala ringrazzjament talli ħolqilnna Lilek, l-Immakulata

Patri Martin Mamo waqt il-priedka tiegħu tal-Paniġierku tal-Festa 2013.

100

%

ma

lt

es

e

DEM

I B

AG

UET

TE

ON

ION

BA

GU

ETT

ELA

RG

E

ON

ION

BA

GU

ETT

E SM

ALL

CIA

BA

TTA

WH

ITE

CIA

BA

TTA

OLI

VE

CIA

BA

TTA

SEM

OLA

CIA

BA

TTA

WIT

H S

UN

DR

IED

T

OM

AT

OS

CIA

BA

TTA

BR

OW

N

RA

NG

E O

F H

AM

RA

NG

E O

F C

HEE

SEM

ILK

CO

NFE

CT

ION

ERY

TH

E CO

NVE

NIE

NCE

SH

OPS

, MA

LTA

BIMBI BABY SHOPNow Open at Siġġiewi(Pjazza San Nikola)

From Mum To MumsFor mother to be, newborns and toddlersAll Brands under one roof

Tel: 2146 3967Mob: 9922 [email protected]

119

Page 62: Program Festa Tal-Gilju 2014

tal-Ġilju. It-tieni, nixtieq noffri dan il-paniġierku lilek bħala ġieħ u glorja lilek f’isem tant familji li qaluli biex nitlob għalihom illum f’dan il-mument, f’isem tant morda li qaluli biex nitlob għalihom. Noffrih lilek bħala kullana ta’ ġieħ u glorja f’isem dal-poplu. It-tielet noffrih lil għażiż missierna f’jum il-‘Father’s Day’, kemm jekk huwa ħaj biex Marija tipproteġih u jekk huwa mejjet biex il-Mulej jagħtih il-Glorja tas-sema, ħdejk Oh Marija.

U qabel ma nkellimkom Fuqha, qabel ma nkellimkom fuq dan il-Ġilju Immakulat, nixtieq inkellem lilha f’isimkom u nixtieq inkellem lilha mhux minn żniedi imma minn kliem qaddisin kbar bħal San Piju tal-Pjagi fejn kien jgħidilha “Isma Mammina tiegħi, jien inħobbok aktar mill-ħlejjaq kollha tas-sema u tal-art, wara Ġesù naturalment, imma nħobbok, kemm Int sabiħa j’Omm tiegħi, jien nifraħ li għandi Omm daqshekk sabiħa. Nixtieq ikolli leħen tant qawwi li bih inkun nista’ nistieden lill-bnedmin kollha biex ifaħħruk. Nixtieq intir minn hawn biex inkun nista’ nsejjaħ lill-bnedmin kollha ħa jħobbu lil Ġesù u Lilek Verġni Marija”.

Insellimlek mal-Franġiskan San Massimiljanu Kolbe fejn kien jgħidlek “Ħallini nfaħħrek Verġni Marija. Ħallini nfaħħrek bl-impenn u s-sagrifiċċju tiegħi. Ħallini ngħix, naħdem, inbati, ninħela, immut għalik biss. Ħallini nwassal għal għandek id-dinja kollha. Ħallini ngħix biex iseħħ dejjem aktar is-sebħ Tiegħek, biex iseħħ l-għola sebħ Tiegħek. Ħallini nagħtik glorja kbira li s’issa għadu ħadd ma tak. Ħalli lill-oħrajn jgħadduni fil-ħeġġa għal sebħek u ħalli lili ngħaddihom biex b’hekk b’pika qaddisa tikber aktar malajr il-glorja tiegħek, dejjem aktar malajr, dejjem aktar mill-qiegħ, kif jixtieq Dak li għolliek b’mod hekk sħiħ aktar mill-ħlejjaq kollha tiegħu. Fik biss Alla kien meqjum mingħajr ebda paragun, aktar mill-qaddisin kollha tiegħu f’daqqa. Għalik Alla ħalaq id-dinja.

Għalik Alla ħalaq lili wkoll biex ngħix. X’għamilt jien biex irbaħt xorti bħal din u għalhekk ħallini nfaħħrek Verġni Marija.” Ma’ San Franġisk t’Assisi Missieri intennilek; “Sliem għalik Sinjura, Qaddisa, Sultana, Omm Imqaddsa t’Alla, Xebba li sirt Knisja, magħżula mill-Missier l-aktar qaddis tas-sema u minnu kkonsagrata flimkien ma’ Ibnu u mal-Ispirtu s-Santu d-difensur. Fik kien hemm u hemm il-milja tal-grazzja u ta’ kull ġieħ. Sliem għalik palazz Tiegħu. Sliem għalik tabernaklu Tiegħu. Sliem għalik omm Tiegħu. Sliem għalik qaddejja Tiegħu. Sliem għalik ilbies Tiegħu. Sliem għalikom ilkoll virtujiet ilkoll kemm intom li tinsabu fil-Madonna li bis-saħħa u d-don tal-Ispirtu s-Santu tiġu msawba fil-qlub tal-fidili biex minn nies li ma nemmnux tagħmluna nies li nemmnu f’Alla.”

Insellimlek ma’ San Efrem “Sliem għalik għarusa ta’ Kristu, l-aktar persuna li ħabbejt lil Kristu. Sliem għalik Omm tal-umanità Tiegħu. Sliem għalik qaddejja tad-Divinità Tiegħu.” Insellimlek ma’ San Ċirillu ta’ Lixandra “Int it-teżor t’Alla. Int il-fanal li qatt ma jintefa. Int il-mara l-aktar safja. Int ix-xettru tal-akbar tagħlim. Int it-tempju li qatt ma ġġarraf. Int l-għamara ta’ dak li ħadd ma’ jesgħu. Int l-Omm ta’ dak li ġie f’isem il-Mulej.” Insellimlek ma’ San Alwiġi ta’ Montford “Int il-ferħ tal-anġli. Int in-nida tas-sema. Int il-warda l-ħamra. Int il-għadu tax-xitan. Int il-martell li jisħqu. Bl-iva tiegħek ksibna s-salvazzjoni.” Insellimlek ma’ Dante “Sliem għalik bint Kristu għax Kristu huwa l-Knisja. Int bint il-Knisja. L-ogħla membru tal-Knisja.” U fl-aħħar insellimlek ma’ Santa Ġertrude fejn kienet tgħidlek “Jiena nsellimlek O Ġilju bajdani tat-Trinità Mqaddsa, dejjem glorjuża u paċifika. Jiena nsellimlek O Warda tal-ogħla ġmiel tal-Ġenna. Int li minnek ried jitwieled u mingħandek ried jitgħajjex is-Sultan tas-sema, għajjex ir-ruħ tagħna bil-grazzja t’Alla.” Għax

Ix-xbiha affresk fil-knisja ta’ Bir Miftuħ li xi storiċi sejħu Madonna tal-Ġilju (p.90)

Il-pittura bl-isem Madonna tal-Ġilju ffirmata fl-1551 minn Bartolomeo Micallef fil-pussess tal-Kappuċċini (p. 88)

121

Page 63: Program Festa Tal-Gilju 2014

int l-Immakulata, inti Omm tal-Grazzja, u għax inti Omm tal-Grazzja, kif itenni id-Duttur Kapuċċin San Lawrenz ta’ Brindisi, “Int l-Awrora tax-Xemx kollok sbuħija, Int l-Assunta.”

U hekk propju hawnhekk fl-Imqabba, dan ir-raħal tal-Madonna, dan li niċċelebraw, dawn iż-żewġ Dommi Glorjużi ta’ Marija, il-Ġilju Immakulat u l-Assunzjoni tagħha. U għalhekk illum tinsab tifraħ l-Imqabba kollha u magħha l-Insara magħqudin għax aħna wliedek kollha xorta, taħt il-mant tiegħek miġburin. Marija, inti l-Glorja tal-Imqabba, inti l-hena tagħna lkoll, inti r-rabta ta’ bejnietna li maż-żmien xejn qatt ma jħoll. Dawn iż-żewġ ġranet, (tal-Ġilju) u (l-Assunta), għall-Imqabbin huma l-Mekka ta’ kull żmien. Huma l-iprem jiem tas-sena.

Ħuti għeżież, Marija hija Qaddisa. Kollha kemm Hi Qaddisa. Fl-ogħla grad tal-qdusija. Assulutament Qaddisa. Hekk marru jgħannu fuqha l-ewwel teoliġi Marjani San Ġustinu u Sant’ Irinew fit-tieni seklu “Kollha perfetta”. ‘Panagia’ jsejħulha l-Griegi. Qaddisa, assulutament Qaddisa. Fit-tradizzjoni tal-Lvant, Marija hija msejħa ‘Pananamos’, kelma meħuda minn San Pawl lill-Efesin, Kapitlu 5, vers 27 fejn San Pawl japplika dil-kelma għall-Knisja – “li hi sabiħa, bla tebgħa, bla għajb, bla tikmix u b’xejn minn dan, imma kollha Qaddisa u bla tamqdir minn ħadd.”

Dan il-ħsieb dwar l-istat tal-impekkabilità ta’ Marija daħal fit-tradizzjoni tal-Knisja u baqa’ jikber fit-tradizzjoni tal-Knisja sakemm fl-aħħar il-Papa Piju IX mar jipproklamaha li hija l-Ġilju Immakulat, li hija l-Immakulata Kunċizzjoni. Imma ma kinetx faċli għall-Knisja biex tasal għal din il-konklużjoni. Matul is-sekli naraw l-iżviluppi kif seħħu. Fir-raba’ seklu, it-teoliġi Biżantini, bħal San Epifanju, San Ġwann Griżostmu u San Bażilju l-Kbir, lil Marija kienu jsejħula – “mhux imtebba’, mingħajr ħtija”. Kienu jgħidu kien hemm bżonn li tiġi afdata dak is-saċerdozju etern għax ġufha huwa tempju tal-Ispirtu s-Santu. Jekk immorru fis-seklu sebgħa naraw lil Sant’Andrija ta’ Kreta fejn

kien jgħidilha; “Marija hija riproduzzjoni perfetta tas-sbuħija oriġinali tal-umanità.”

Illum fl-Imqabba qegħdin niċċelebraw, il-Ġilju Immakulat, jiġifieri l-Kunċizzjoni Immakulata. Iżda tajjeb inkunu nafu li bejn is-seklu tmienja u s-seklu ħdax l-Insara kienu jiċċelebraw biss l-ewwel parti ta’ dan it-titlu, il-Kunċizzjoni. Ma kienux jidħlu fid-dettall li din il-Kunċizzjoni hija Immakulata. Hawnhekk naraw pereżempju fis-seklu tmienja, propju fis-sena 740, San Ġwann, Isqof t’Eubeao kien jiċċelebra l-festa tat-tnissil ta’ Marija fid-9 ta’ Diċembru, li din il-festa influwenzat il-Imperatur Iljun VI li daħħal din il-festa fl-Imperu Biżantin. Fis-seklu disgħa naraw dil-festa tat-tnissil ta’ Marija mniżżla fil-kalendarju tal-irħam jew il-Kalendarju ta’ Napli. Fis-seklu għaxra naraw dil-festa mniżżla fil-kalendarju tal-monastiċi Griegi. Fis-seklu ħdax naraw dil-festa tiġi ċċelebrata mill-poplu medjevali Ingliż f’Winchester u f’Minster l-Ingilterra saż-żmien il-konkwist Normanna. Wara l-konkwista Normanna din il-festa waqfet ħesrem. Kellu jkun is-seklu tnax fejn ta bidu ġdid għal din il-festa u hekk naraw fejn fl-1120 l-Abbati Osberto di Clara li kien dixxiplu ta’ Sant’Anselmu li fil-kitba tiegħu beda jgħid li ‘l-Kunċizzjoni hija Immakulata. Fuq dan il-ħsieb, 14-il sena wara, fl-1134, il-Benedittin Admero ta’ Canterbury, li sar l-ewwel teologu tal-Immakulata, kiteb trattat fuq hekk jismu ‘Tractacus de Conceptionem Sanctae Maria’, fejn fiha insista ħafna l-fatt li l-Kunċizzjoni, iva, hija Immakulata.

Fis-seklu tlettax tfaċċajna aħna l-Franġiskani. Aħna l-Franġiskani, aħna l-promuturi ewlenin tal-Immakulata, tant li anke aħna fl-antik meta nroddu s-Salib konna ngħidu hekk - “Fl-isem tal-Missier, tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu u tal-Immakulata”.

Imma l-aktar li spikka minnha, li bena t-tagħlim tiegħu fuq Missierna San Franġisk, huwa bla dubju, il-Beatu Ġwann Duns Skotu, bit-teorija tiegħu ‘Potuit, Decuit, Ergo Fecit’. Kien jixraq li Alla jagħmilha Immakulata, Alla ried jagħmilha Immakulata u Alla għamilha Immakulata.

Il-pittura li turi l-Kunċizzjoni xogħol Filippo Venuti fuq il-bieb tal-knisja tal-Imqabba. (p. 465)

123

Page 64: Program Festa Tal-Gilju 2014

Fis-seklu erbatax jitfaċċa l-Papa Ġwanni XXII, Giacomo Duèze, li dan beda jxerred il-kult tal-Immakulata fil-knejjes kollha mad-dinja. Kult approvat fis-seklu ħmistax mill-Papa Franġiskan Sistu IV, Francesco della Rivera, li dan beda jxerred id-devozzjonijiet mad-dinja kollha li Marija, iva, hija l-Kunċizzjoni Immakulata, tant li sas-seklu sbatax il-papiet għamlu fass kbir li l-Kunċizzjoni hija Immakulata, fosthom insemmi lill-Papa Pawlu V, il-Papa Gregorju XV, il-Papa Alessandru VI, li kiteb digriet fuq hekk jismu ‘Solicitudio omnium ecclesiarum’, il-Papa Innoċenzu XI, li jikteb kostituzjoni jisimha ‘In excellsa’ u l-Papa Klement XI jikteb kostituzjoni ‘Commissi nobis,’ kollha jenfasiżaw il-fatt li Marija, iva, hija l-Immakulata.

Dan iwassalna sas-seklu dsatax fejn fl-1849 il-Papa Piju IX iddeċieda li jikteb ittra lill-knejjes kollha tad-dinja bl-isem ta’ ‘Ubi Primum’, fejn fiha staqsa din id-domanda - “Tridu intom li l-Knisja tipproklama bħala domma ta’ fidi li Marija hija l-Immakulata Kunċizzjoni?” Ir-risposta kienet fl-affermattiv, għax kważi kulħadd, (imma mhux kulħadd,) qabel, li Marija għandha tkun ipproklamata bħala domma ta’ fidi, li hija l-Kunċizzjoni Mmakulata.

U hekk propju ħames snin wara, fit-8 ta’ Diċembru tal-1854 fil-11:00 ta’ filgħodu, il-Papa Piju IX imur jaqra l-Bolla ‘Ineffabilis Deus’, fejn fiha jmur jistqarr “Niddikjaraw, nikkonfermaw, niddefinixxu li Marija, iva, hija l-Ġilju Immakulat, hija l-Kunċizzjoni Immakulata”. Domma approvata erba’ snin wara f’Lourdes fil-25 ta’ Marzu 1858 lil Bernardette Soubirous meta Marija stess marret tgħidilha “Jiena jien l-Immakulata Kunċizzjoni.”

U hawnhekk nixtieq bħalissa ningħaqdu ma’ Dun Karm Psaila u Lilha ngħidulha “Minn dejjem bint

Alla, nadifa mill-ħtija, infrixt bħal qawsalla fuq ras il-bnedmin. Il-ġmiel tal-bjuda tiegħek hu l-għaxqa ta’ kull żmien.”

Fl-1306, fl-Università ta’ Pariġi, saru diskussjonijiet kbar għal dak li kien qed jgħallem il-Franġiskan Ġwann Duns Skotu, għaliex Ġwann Duns Skotu ma qabilx fil-beraħ ma’ dak li kienu qed jgħallmu d-Dumnikani San Tumas t’Akwinu u San Albertu l-Kbir. Dawn kienu jgħallmu li l-ewwel skop tal-Inkarnazzjoni hija l-fidwa tal-umanità, u Marija iva, hija Immakulata, imma mit-tnissil tagħha ’l hemm. Mhux hekk kien jgħallem Skotu. Skotu kien jgħallem, l-ewwel skop tal-inkarnazzjoni mhux il-fidwa tal-umanità, imma l-imħabba t’Alla lejn l-umanità. U kieku l-bniedem m’għamilx dnub, xorta waħda Kristu kien jiġi f’din l-umanità, biex jagħti ġieħ lil umanità, biex jagħti dinjità lil umanità. L-Inkarnazzjoni kienet determinata minn qabel il-ħolqien tad-dinja u allura Marija kienet minn dejjem f’moħħ Alla, kienet minn dejjem preservata mid-dnub u l-fidwa tagħha hija fidwa preservattiva. Skotu kien jgħid “Sa mill-eternità Marija kienet predestinata biex tkun Immakulata, u biex tkun Omm Alla, b’digriet wieħed flimkien mal-Inkarnazzjoni tal-Iben t’Alla”. U allura it-tnissil ta’ Marija huwa iżjed nobbli f’għajnejna, u Skotu daħal għal din id-disputa b’kuraġġ kbir, b’kuraġġ li Marija sa tgħinu bit-talba ‘Dignare Me, Laudare Te, Virgo sagrata, Da mihi virtutes, contro ostes tuos’ . “Agħtini id-dehen biex infaħħrek Verġni Marija, agħtini l-qawwa kontra l-għedewwa tiegħek”.

Imma forsi tistaqsu, xinhi r-raġuni għalfejn tant qaddisin, tant teoloġi, m’aċċettawx mil-bidu l-fatt li Marija hija Immakulata sa minn qabel il-ħolqien tagħha? Ir-raġuni kollha ddur ma’ San Pawl, Ir-Rumani, Kapitlu 5, vers 12 fejn San Pawl jgħid hekk, “Għalhekk, bħalma kien permezz ta’ bniedem wieħed li

Il-pittura tal-altar tal-Kunċizzjoni fl-Imqabba li saret minn Cleto Luzzi fl-1949. (p. 463)

Il-pittura tal-Kunċizzjoni fuq l-altar tal-Imqabbaattribwita lil Stefano Erardi. (p. 456)

Scicluna FloriStGarden Centre

Specializes in:Flower Arrangements for Weddings, Holy Communion etc.Souvenirs for every occasion, Artificial Flower and Tulle,

Fresh Plants and Fruit Trees.

Bronja Street, ÛurrieqTel: 2164 9621

125

Page 65: Program Festa Tal-Gilju 2014

fid-dinja daħal id-dnub, u permezz tad-dnub, il-mewt, u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha għax kollha dinbu.” Allura dawk bdew jgħidu, li jekk Marija hija Immakulata, allura Kristu ma fdiex lil kulħadd, u jekk Marija hija Immakulata allura Marija mhix bint Adam.

Skotu u l-Papa Piju IX u l-Knisja kkumbattew dawn l-argumenti fuq tliet testi Bibliċi li huma dawn: bdew jgħidu hekk: L-ewwel riflessjoni tal-Knisja Kattolika fid-dawl tat-tradizzjoni hija impliċita fuq il-proto-Evanġelju, jiġifieri, l-ewwel xandira tal-bxara t-tajba, jiġifieri, Ġenesi, Kapitlu 3, vers 15 fejn jgħid hekk: “Inqajjem mibegħda bejnek u bejn il-mara, bejn nislek u nisilha, Hu jisħalek rasek u Int tgħattanlu għarqubu”. Saydon jgħid “tħebb għal għarqubu”. Ħa nagħmlilkom mistoqsija: Fl-opinjoni tagħkom min jisħaq ras is-serp, Hu jew Hi? Kristu jew Marija? Fit-test Lhudi l-pronom huwa maskil - “hu” jisħaq ras is-serp. Il-pronom femminili “hi” li aħna mdorrijin bih ġej mit-test tat-tradizzjoni Latina ‘Il-Vulgata’ tradotta minn San Ġilormu. Issa San Ġilormu kien Latinista prim, u żgur ma ħax żball jikteb “hi” flok “hu”. San Ġilormu kiteb ‘Ipsa conteret coput tuum’. “Hi tisħaqlek rasek”. Allura dan sar it-test uffiċjali tal-Knisja li influwenza lil Skotu u influwenza lill-Papa Piju IX u lill-Knisja.

Iżda l-valur tal-argument mhux qiegħed fil-pronom femminili “hi” iżda fl-interpretazzjoni Marjoloġika tat-test kollu kemm hu. Aħna nafu, pereżempju, fl-ewwel ittra ta’ San Ġwann, Kapitlu 3, vers 8 hemm miktub hekk: “Kien għalek li deher l-Iben t’Alla, biex iħott dak li għamel ix-Xitan”. Nafu li hemm miktub ukoll fi Ġwanni 16, 33 “Jiena rbaħt id-dinja”. Huwa Kristu il-Medjatur ewlieni. Kristu biss huwa l-Feddej, imma għax ried Hu, Kristu, sieħeb miegħu lil Ommu biex tkun Ko -Redentriċi miegħu, u biex tkun Ko-Medjatriċi miegħu, u wkoll, sieħeb miegħu lil Ommu biex tkun Immakulata.

Pittura li rajt ġewwa Klagenfurt fl-Awstrija, fil-Katidral ta’ San Pietru Pawl juri lill-Madonna bit-tarbija Ġesù f’idejha, u f’idejh lanza jisħaq ras is-serp infernali. Dik hi Marija, bi Kristu, ma’ Kristu u fi Kristu ħarġet rebbieħa. Hija l-Immakulata.

It-tieni riflessjoni tal-Knisja Kattolika, fid-dawl tat-tradizzjoni, hija impliċita f’Luqa 1, 28, meta l-Anġlu Gabrijel jgħidilha “Sliema għalik mimlija bil-grazzja”. ‘Hannune’ bl-Ebrajk. Bil-Grieg il-kelma hija ‘Ke Karitomene’ (Khaire), il-partiċipju tal-verb ‘Karito’, li ġej min-nom ‘Karis’, li tfisser ; Alla stabbiliment ħabbek, Alla nnobilitak, Alla wera’ Miegħek favur, Alla ħa grazzja Miegħek, Kristu fdiek b’demmu, ippredestinak biex tkun Ommu u mogħtija din id-dinjità t’Omm Alla, int li tiżboq kull ħlejqa u għalhekk Int il-Ġilju Immakulat.

U t-tielet riflessjoni tal-Knisja Kattolika, fid-dawl tat-tradizzjoni, hija impliċita f’Luqa 1, 42, meta Eliżabetta tintitola lil Marija bi tliet titli partikolari.

L-ewwel nett tgħidliha: “Imbierka”, ‘Barakà’ bl-Ebrajk, u l-kelma ‘Barakà’ fiha valur superlattiv. Mhux Imbierka qaltilha imma “l’Imbierka” għax “imbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù” u dan Ġesù huwa don t’Alla, ‘Donus’ bil-Grieg. Hekk qal Ġesù lill-mara Samaritana “kieku kont taf id-don t’Alla minn Hu, dak qed jgħidlek agħtini nixrob, kieku int kont titlobu u jagħtik ilma ħaj”. Marija, l-Imbierka fost in-nisa, hija ‘l-bir li laqgħet fiha dan l-ilma ħaj, lil dan id-Don t’Alla li hu Kristu. U għalhekk hija Immakulata.

It-tieni, Eliżabetta qaltilha: “Kif ikun dan, li Omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi?” Hija Omm il-Mulej, u hawnhekk Eliżabetta qiegħda t’antiċipa l-Konċilju ta’ Efesu li seħħ fis-sena 431, meta dan il-Konċilju aċċetta t-Tieni Ittra ta’ San Ċirillu lil Nestorju, jikkundanna t-tagħlim żbaljat ta’ Nestorju u jmur jgħallem li Marija hija ‘Mater Dei’, ‘Teotokos’, Omm Alla, u għax hija Omm Alla, allura hija Ġilju Immakulat.

U t-tielet, Eliżabetta qaltilha: “Hienja Int li emmint dak li ntqal lilek min-naħa tal-Mulej”. Hija hienja, ‘Makarios’ bil-Grieg. Waħda mara darba qaltlu l-Kristu “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt”. Hija Hienja. Darba Ġesù qalilna; “Henjin il-fqar fl-ispirtu”. F’Iżaija 52 hemm miktub: “Henjin ir-riġlejn ta’ min ixandar l-Evanġelju” jew “kemm huma sbieħ fuq il-muntanji ir-riġlejn ta’ min iħabbar il-ġid.” U Marija qamet u tħaffef ixxandar l-Evanġelju, marret għand Eliżabetta, ixxandar u twassal lill-Kristu ħaj, u propju għalhekk, għalhekk Eliżabetta sejħitilha Hienja.

San Pawl isejħilha “Mara” - Galatin 4, 4. U lil din il-mara, Alla għollieha sas-smewwiet u żejjinha bl-isem li hu fuq kull isem biex fis-sema, fl-art, f’qiegħ l-art, il-ħlejjaq kollha jinżlu għarkupptejhom, u kull ilsien jistqarr; Dak li stqarr il-Konċilju ta’ Efesu fis-sena 431 li hija Omm Alla, ‘Mater Dei’. Kull ilsien jistqarr dak li

L-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Salvu Psailali kienet toħroġ fil-festa tal-Madonna

tal-Ġilju f’Għawdex. (p. 131)

127

Page 66: Program Festa Tal-Gilju 2014

stqarr ir-raba’ Konċilju ta’ Kostantinopli fis-sena 553 li hija Verġni Purissima qabel it-twelid, fit-twelid u wara t-twelid. Kull ilsien jistqarr dak li qegħdin tiċċelebraw intom illum, dak li stqarr il-Papa Piju IX fil-Bolla ‘Ineffabilis Deus’ fl-1854, fit-8 ta’ Diċembru, li hija l-Immakulata Kunċizzjoni. U kull ilsien jistqarr dak li stqarr il-Papa Piju XII fl-Ewwel ta’ Novembru 1950 bil-Bolla ‘Munificentissimus Deus’ li hija l-Assunta Marija Mtellgħa s-Sema.

Madonna kemm Inti kbira, kemm ersaqt lejh lil dak li ħalqek, kif ġennintu għal warajk lil dak li ħalqek. Ġismek, ġisem ġismek wara li nissiltu

b’għaġeb kbir, f’ġuf hekk safi, Hu saħaqlu rashu, imma Int bi Kristu, ma’ Kristu,

fi Kristu ħriġt rebbieħa. Int il-Ġilju Immakulat.

Għeżież tiegħi, aħna l-Kapuċċini, fuq bieb il-Knisja ta’ Loretu l’Italja għandna miktub hekk “Tredu intom lkoll li tidħlu hawn għax dan hu l-aktar post qaddis fuq l-art”. Illum il-Madonna tal-Ġilju qed tgħidilna l-istess kliem “Tredu intom lkoll li tidħlu hawn għax jiena l-mara l-aktar qaddisa fuq l-art, jiena l-Ġilju Immakulat”.

U għalhekk tajjeb illum li npoġġu fl-ewwel ittra ta’ San Pawl, Kapitlu 11 tal-Korintin, Marija qed tkellimna “Imitaw lili kif jien imitajt lil Kristu.” Jew “Ixbħu lili bħalma jien nixbaħ lil Kristu.” Alla darba qal lil Mosè fis-siġra taqbad tal-għollieq, “Mosè, inża il-qorq, għax din hija art qaddisa li qiegħed fuqha.” Issa nixtieq infakkarkom li dik l-art qaddisa kien id-deżert ta’ Midjan, deżert kollu skorpjuni, deżert niexef

bla ilma. U Alla qal lil Mosè “Inża l-qorq għax din hija art qaddisa”. Illum il-Madonna qiegħda tkellmek. Ismagħha tkellmek. Qed tgħidlek “Inża l-qorq, inża s-sigurta tiegħek, għax din hija art qaddisa li qiegħed fuqha, u din l-art hija l-familja tiegħek forsi. Forsi ċ-ċirkostanzi li għaddej minnhom int, li forsi mimlija skorpjuni, huma niexfa, qed tgħix f’terrur f’din il-ħajja, forsi mdejjaq, solitudni.” Marija qed tgħidlek; “Inża l-qorq, afda fija, jien il-Mara qaddisa.”

Fl-ewwel ittra lill-Korintin, Kapitlu 3, San Pawl jgħid “Intom Tempju t’Alla u l-Ispirtu t’Alla jgħammar fikom. Qaddis hu t-Tempju t’Alla li huwa intom.” U jekk aħna qaddisin, kemm aktar qaddisa hi Marija. Hija t-Tempju t’Alla li qatt ma ġġarraf. Hija l-Post li Alla ħejja għalih biex jgħammar fih. San Ġilormu jgħidilna “Marija mhux Alla tat-Tempju, Marija hija t-Tempju t’Alla li qatt ma ġġarraf.” Għax hija l-Immakulata.

Fl-Ewwel ittra lill-Korintin Kapitlu 12.3 hemm miktub “Ħadd ma jista’ jgħid li Kristu l-Mulej, jekk mhux imqanqal mill-Ispirtu s-Santu,” u jekk hemm xi ħadd imqanqal mill-Ispirtu s-Santu hi Marija. Marija għenna nikkontemplaw il-wiċċ ta’ Kristu kif għamilt Int taħt id-dell tas-Salib.

Fit-tieni ittra lill-Korintin, Kapitlu 3.3 hemm miktub “Intom l-ittra t’Alla miktuba fi qlubna, magħrufa u moqrija minn kulħadd.” jew “Intom li intom l-ittra ta’Kristu afdata f’idejna, miktuba mhux bil-linka, imma bl-Ispirtu ta’Alla ‘l-Ħaj.” “Marija hija l-ittra t’Alla, miktuba fuq qalb Alla, fejn fuqha l-Missier kiteb il-Verb,” jgħid San Epifanju. Il-Kapuċċin Ranieru Cantalamessa jgħidilna “Marija hija l-kelma li Alla skolpixxa f’qalbu biex fuqha jikteb il-verb.”

‘Sub tuum presidium confugimus sancta dei genetrix, nostos deprecationes in necessitatibus ne despicias sede periculis, cunctis liberanos semper, virgo gloriosa ed benedicta.’ - Taħt il-ħarsien tiegħek nistkennu Mqaddsa Omm Alla, la twarrabx talbna fil-ħtiġijiet tagħna iżda eħlisna dejjem minn kull periklu, Xbejba glorjuża u mbierka.

Konklużjoni

Fl-Att tal-Appostli hemm miktub li n-nies kienu joħorġu l-morda fuq l-imtieraħ, jgħaddi San Pietru u mqar id-dell tiegħu jfejjaqhom. Illum fit-toroq tal-Imqabba ħa tgħaddi Int Marija. Nitolbok Marija, imqar id-dell Tiegħek ifejjaq il-morda li hemm barra jew hawn ġew. Imqar l-imħabba Tiegħek twennissna, tgħannaqna miegħek, int il-Ġilju Immakulat. Imqar il-ġmiel Tiegħek isaħħarna f’din l-istatwa ta’ Giovanni Darmanin magħmula fl-1876, imħallsa minn Innoċenzu Zammit, imlaqqam in-Naxxari.

Marija meta nħares ’l hemm, l-istorja tfakkarni fid-9 t’April 1942 meta l-gwerra farrket il-kappellun Tiegħek. Tant djar tfarrku. Illejla m’intix sa tara djar Pittura tal-Beata Vergine del Giglio xogħol Luigi

Fontana tal-1862 (p. 97)

P&P GarageAuto Mechanical Service & Repairs

Air Conditioning ServiceTriq L-Imqabba, Sqaq il-Mit˙na, Qrendi

(iddur mal-Kappella ta’ Santa Katarina)

ContactPatrick - 7945 5385 Paul - 7986 5925

Pet CareKull ma trid g˙all-©nien u g˙ar-raba’, sustanzi eçç.

G˙all-Pets, Mediçini g˙all-annimali kollha.ÌwieΩ u affarijiet g˙all-kaçça, insib u sajd,

˙niex ta’ l-imperjal ta’ barra u reels,qasab, snanar u swivels u kaxxi tal-plastic tas-sajd eçç,

lenza, spag tan-nar, nases u dqiq tal-ful eçç.

Qrendi Road, Ûurrieq – Tel: 2164 9727

VRT + Wheel AlignmentFor all types of

Cars, Trucks, Vans and Buses

Siggiewi Vehicle SerViceSSiġġiewi

Contact Victor Attardon 99498736, 21466111

129

Page 67: Program Festa Tal-Gilju 2014

imfarrka, ħa tara familji mfarrka, ħa tara żgħażagħ imfarrka, ħa tara nies imfarrka. Madonna dewwina, saffina, ħaddanna miegħek Verġni Marija. Marija nitolbok tbierek lil kulħadd, lit-tfal, liż-żgħażagħ, lis-saċerdoti, lil familji tagħna. Nixtieqek tbierek ukoll lil din il-Fratellanza Marija Immakulata, imwaqqfa fil-21 ta’ Jannar 1772, assoċjata mal-Arċikonfraternità ta’ San Lorenzo Damaso f’Ruma fl-1775. Nitolbok tbierek ukoll kull għaqda soċjali u reliġjuża li hawn hawnhekk fl-Imqabba b’mod speċjali din l-Għaqda Mużikali Madonna tal-Ġilju mwaqqfa fit-28 ta’ Mejju 1911.

Fl-aħħar nett nitolbok Alla għażiż Missierna, illum il-‘Father’s Day,’ Marija itfa’ l-barka Tiegħek fuq l-għażiż missierna jekk huwa ħaj u jekk huwa mejjet, kif inhu tiegħi, agħtihom il-grazzja li jiġu jgawduk fis-sema. Kieku missieri llum 16 ta’Ġunju għandu l-‘birthday.’ Marija Santissma għenna nitolbuk ħalli qalbna tkun tixbah lil qalbek, ħalli nħobbu lil Kristu.

It-talb tal-Madonna żgur li qatt ma jaqta’. Għadda daż-żmien kollu u bqajna nħobbuha. Inqawwu qalbna. Warajha nibqgħu nimxu, biex wara dil-ħajja mmorru ngawduha.

Qabel xejn ma beda ż-żmienInti ftaħt il-ħsieb ta’ AllaL-isbaħ warda fil-ħolqienĦela fuqek għaqlu kolluBik ried jimla kullimkien

Sa mill-ħin tan-nisel TiegħekĦajr is-sema tgħannaq miegħek

Inti l-għaġeb tal-ħolqienInti l-Omm l-aktar sabiħaInti x-Xebba tax-xebbietInti dawl li qatt ma kifes

Inti ġnien fejn ħadd ma rifes.

Marija nsellmulek, indommulek l-isbaħ kliem.Inti Ommna, f’qalbna tibqa’,

il-Ġiljuwa ta’ kull żmien.

Viva l-Ġilju Immakulat!

Viva l-Ġilju Immakulat!

Viva l-Ġilju Immakulat!

In-numru tal-paġna li jidher ma’ kull ritratt jirreferi għal informazzjoni dwar is-suġġett li tinsab fil-ktieb ‘Sicut Lilium: Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli’, ed. Charles J. Farrugia, Soċjeta’ Muzikali Madonna tal-Ġilju, Mqabba, 2012.

Ħajr lis-Sur Anthony Bonello għat-traskrizzjoni tad-diskors.

MagriSHOP

For the best qualityof fresh and frozen meat

Opening Hours:Tuesday: 7.00am-12.00pm 3.30pm-7.00pmWednesday: MorningClosed 3.30pm-7.00pmFriday: 7.00am-12.00pm 3.00pm-6.00pmSaturday: 7.00am-1.00pm

DiamonD Jubilee Square, mqabba

Mob: 7972 9699Free

Delivery

ELECTROCARE25, Valletta Road, Kirkop. Tel: 21640654, Mobile: 9947 7755

T.V. Retailer ofLED TVs: Panasonic, Samsung, etcRetailer ofHi Fi systems, Car Stereos, Speakers etc.

We specialise in TV repairs

131

Page 68: Program Festa Tal-Gilju 2014

Min minn fostna jista’ jfisserX’qed jgħidulna dawk l-għajnejn?Ħarsa t’omm mimlija ħniena,“Jien qiegħda hawn… la tibża’ xejn”

Ġilju safi, Ġilju mdawwal,Jiddi b’fidi, tama u rieda,Żomm idejna, lejk mexxina,Bħalma omm tħares ‘l uliedha.

Għax mhux faċli f’din id-dinja,Li ssib triq il-perfezzjoni.Kiefra wisq, sa xfar mimlijaB’ħażen, qerq u korruzzjoni.

Ġilju pur, Ġilju innoċenti,Ċar, perfett, bla ebda tebgħa,Ejja ħdejna, ħudna miegħek,Ħa ngawduk ilkoll fis-sema.

Kemm se ndumu f’di’ t-tbatija,F’abiss dlam ta’ solitudni?Fejn il-ġid li tagħmel ‘l għajrek,Jissarraf f’qerq u ingratitudni.

Ġilju mħawwel, Ġilju mnibbetQalb il-blat, xewk u għollieq,Agħtina s-saħħa sabiex bħalekNagħrfu nobdu lil Ħallieq.

Int li qatt ma ħarist lura,Qatt ma bżajt u ddubitajt,Qatt ma rħejt, qatt ma qtajt qalbek,Ħajtek, ruħek f’IdejH fdajt.

Ġilju tiegħi, Ġilju tagħna,Dawwar lejna ħarstek ħanina,Itfa’ fuqna l-barka tiegħek,Tina s-sliem u ITLOB GĦALINA.

Il-festa t-tajba lil kulħadd! Mario Cassar

Hagar QimRestaurant

Limits of Qrendi

Tel: 2142 4116Fax: 2141 8077

Mob: 7943 73297949 7329

[email protected]

Openings hours(every day)

10.00am - 03.00pm07.00pm onwards

FASTENERS POWER TOOLS

POWER TOOLS LOCKS SUN SHADING

POWER TOOLS

AIR TOOLSELECTRICAL SUPPLIES

WOOD TREATMENT HAND TOOLSINTERIOR & EXTERIOR PAINT LED BULBS & TUBES

RESIN OUTDOOR FITITNGS

SECURITY LOCKS

HAND TOOLS

tower ironmongery

Tower Street, Żurrieq, ZRQ 2360Tel: 2164 0196 • E-mail: [email protected]

Supplier of S.P.M. Slush Machines& Gelmatic Ice-Cream Machines

Contact Person: Mario Attard

Tel/Fax: 2164 2647 Fax: 9982 0269E-mail: [email protected]

133

Page 69: Program Festa Tal-Gilju 2014

Ġewwa l-belt sabiħa ta’ Sevilja, kapitali tal-Andalucia fi Spanja, fiż-żona (bario) imsejħa Macarena, jinsab tempju maestuż dedikat lir-Reġina u s-Sinjura ta’ Sevilja. Il-Verġni mbierka tal-Esperanza Macarena nkurunata li tirraffigura l-Omm Ħelwa tad-Duluri. Dan it-tempju santwarju nbena fl-1949 fuq stil neobarokk u ġie mgħolli għad-dinjità ta’ Bażilika Minuri. Hi knisja ferm għanja f’dak li hi arti sagra, kollha miksija rħam u pittura. Fuq l-altar maġġur li hu tal-fidda, fil-għoli ġo niċċa kollha rikezzi, tiddomina l-istatwa tant devota u antika tal-Macarena.

Minn din il-Bażilika din l-Omm Ħelwa tixħet xita ta’ grazzji u barkiet fuq il-poplu Seviljan. Għax din ix-xbieha ħelwa hija l-glorja u d-dawl ta’ dan il-poplu Marjan. Dan il-maqdes huwa wieħed mis-Santwarji Nazzjonali ta’ Spanja. Il-Macarena hija wkoll il-padruna tal-matadors (toreros). Il-matador Joselito kien irregala lil din il-xbieha ħames fjuriet ħodor tar-rubini u meta miet fl-arena fl-1920, l-istatwa kienu libsuha l-iswed għal xahar bħala vistu. Dan juri kemm l-Ispanjoli rabtu din il-vara mal-ħajja ta’ kuljum tagħhom u għalhekk il-Madonna mhux biss dik il-vara li tinħareġ proċessjonalment f’jum il-festa tagħha imma wkoll l-Omm li tħarishom ta’ kuljum.

L-istatwa tal-Macarena titlibbes bi drapp għani. Il-

25Yearsexperience

Kevin’sInteriors

• Gypsum Boards• Soffits• Bulkheads• Partitions• Flat Ceilings• Wall Lining• Coving• Paint, Etc

Mobile: 9946 1518E.mail: [email protected]

ESPERANZA MACARENA NKURUNATA - SEVILJA

L-istatwa ta’ Esperanza Macarena mżejna b’rikkezzi kbar. Il-parteċipazzjoni tal-fratelli ta’ Esperanza Macarena waqt il-purċissjoni tal-Festa tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-Imqabba fit-8 ta’ Diċembru 2013.

biċċa l-kbira l-istatwi Spanjoli jitlibbsu bid-drapp mhux bħal maġġoranza tal-vari tagħna. Dan iseħħ kemm fuq dawk tal-Ġimgħa l-Kbira li huma magħrufin ħafna, u kemm dawk li jinħarġu fil-festi l-oħra. Iva, matul is-sena l-Macarena tkun imlibbsa b’diversi lbiesi rikki u hemm mara li tieħu ħsieb dan il-proċess b’imħabba u dedikazzjoni kbira. Per eżempju fil-festa tal-Immakulata Kunċizzjoni li hi l-padruna ta’ Spanja, din il-vara tkun liebsa mant twil ikħal irrakmat bid-deheb li jibda minn fuq Rasha u jibqa’ nieżel tul ix-xbieha kollha, libsa bajda rrakkmata u velu tal-bizzilla tad-deheb. F’idejha jqiegħdulha ġiljuwa bajda sinjal tal-purità.

Tlett ijiem qabel it-18 ta’ Diċembru (jum il-festa tagħha) issir il-bews tal-idejn ta’ din l-istatwa, li jattendu għalih mijiet ta’ nies. Iżda l-manifestazzjoni esterna ta’ din ix-xbieha devota hija bejn il-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira (madrugada). Dakinhar, f’nofsillejl, tibda ħierġa l-purċissjoni mill-Bażilika bil-vara tant sabiħa u rikka ta’ Cristo de la Sentencia li tirraffigura lil Ġesù quddiem Pilatu. Ikun hemm is-suldati Rumani (centuria romana) li jdoqqu marċi sbieħ tal-okkażjoni akkumpanjati minn ma tlett elef fratell (Nazarenes) mill-Irjali Hermandad (fratellanza) tal-Macarena. Din il-fratellanza kienet imwaqqfa fl-1595 fil-kunvent ta’ San Bażilju ta’ Sevilja, fejn fis-seklu 17

135

Michael Chetcuti

Page 70: Program Festa Tal-Gilju 2014

ġiet trasferita għall-parroċċa ta’ San Ġilabbati. Din il-Hermandad hi waħda mill-aktar fratellanzi numerużi fid-dinja Kattolika għax għandha ‘l fuq minn 13,000 membru mad-dinja.

Fil-purċissjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa (Semana Santa) dawn il-fratelli jkunu lebsin bil-kappa bajda bl-arma ta’ San Bażilju u b-barnuża li titla’ bil-ponta ta’ kulur vjola. Huma jimxu quddiem il-vara ta’ Kristu tas-Sentenza u dawk li jimxu quddiem il-Macarena jużaw kulur aħdar. Il-wiċċ ikun mgħotti bħala penitenza. F’din il-purċissjoni tant mistennija l-istatwa tal-Macarena li hi xogħol tas-seklu 17 u li ħadd ma jaf min ħadimha, titlibbes ilbies speċjali tal-okkażjoni b’mant twil aħdar (il-kulur tat-tama u l-ħajja) irrakkmat bid-deheb. Il-libsa li titlibbes tkun waħda bajda b’velu tal-bizzilla u ieħor irrakkmat bid-deheb u bil-kuruna tad-deheb u djamanti fuq rasha, għax din l-istatwa ġiet solennement kononikament inkurunta fil-31 ta’ Mejju 1964 fil-Katidral ta’ Sevilja. Kien xieraq li nikteb dan l-artiklu wkoll f’din is-sena meta qed jitfakkar il-50 anniversarju minn din l-okkażjoni. Ikkennen lix-xbiha tant devota nsibu l-baldakin irrakmat (bajo palio), li jistrieħ fuq 12-il lasta tal-fidda. Ix-xbieha tal-Esperanza Macarena tistrieħ fuq pedestall artistiku tal-fidda. F’din il-purċissjoni tal-Madrugada, il-palio tal-Macarena jkun imżejjen b’ħafna qronfol abjad frisk u ward magħmul mix-xema. Idawlu l-istatwa nsibu għad kbir ta’ xemgħa f’gandlieri tal-fidda. Għal din il-purċissjoni jattendu eluf kbar ta’ nies li lkoll isellmulha bl-għajjat ta’ Gwapo Gwapa u b’ħafna ċapċip. Mit-twieqi tal-madwar jintefgħu ħafna petali tal-ward għal fuq il-baldakkin tagħha u xi kantanti bravi jkantaw s-Saetas – kant imqanqal bi tradizzjoni li torbot mal-Ġimgħa Mqaddsa.

Din il-famuża purċissjoni ddur mat-toroq dojoq u antiki ta’ Sevilja għal madwar 12-il siegħa fejn tidħol fil-katidral (li hu wieħed mill-akbar tal-Ewropa) u tkompli ddur fit-toroq fost entużjażmu tal-miġemgħa. Il-banda tal-Karmnu tal-belt ta’ Salteras idoqq innijiet u marċi sbieħ lil din l-istatwa tant venerata u popolari mas-Seviljani kollha.

Fortunatament ir-rikezza ta’ din id-devozzjoni daħlet ukoll f’Malta peress li hawn fergħa ta’ din l-Irjali Hermandad. Għal dawn l-aħħar snin din il-fratellanza ħadet sehem fil-purċissjonijiet kemm tal-Madonna tal-Ġilju kif ukoll dik tal-Immakulata Kunċizzjoni ġewwa l-parroċċa tal-Imqabba. Fl-aħħar sena wkoll din il-fratellanza ġiet arrikkita b’bandalora mill-isbaħ li turi fuqha l-Madonna tal-Macarena, sabiex b’hekk il-parroċċa Marjana tal-Imqabba kompliet iżżid id-devozzjoni tagħha lejn il-Madonna.

Vrt Motor tEStSServices Ltdanna Maria Grech

Managing Director

Vrt test for Heavy/Light Commercials & VehiclesMon - Fri : 8.00am - 4.30pm Sat : 8.00am - 12.00pm

Building 50, industrial Estate, Luqa LQa 3000t: 2122 1316 m: 9906 1316 e: [email protected]

Misraħ ir-Repubblika, Żurrieq (fil-pjazza)

Mobile: 9987 6494Telephone: 2702 8883

Il-bandalora tal-fratellanza ta’ Esperanza Macarena ġewwa l-knisja tal-Imqabba. Ix-xogħol ta’ din il-bandalora hu fuq disinn tas-Sur George James Cutajar Zahra, ħjata tas-Sinjura Rita Cassar u rakmu tas-Sur George Cassar.

L-istatwa qalb ix-xemgħat u l-baldakkin fuq lasti tal-fidda.

137

Page 71: Program Festa Tal-Gilju 2014

Minkejja li bħala parroċċa, Birżebbuġa għadha kif għalqet mitt sena, u għalhekk hija relattivament żagħżugħa ħdejn parroċċi oħra, l-attività fil-lokalità żgur illi mhix żagħżugħa daqstant. Biżżejjed insemmu Borġ in-Nadur, il-bini tat-tempju pagan u l-kappella ddedikata lil San Ġorġ Martri, aktarx binja tas-Seklu 15, u l-ewwel imkien abitat f’Malta – Għar Dalam. Dan jixhed il-preżenza antropoloġika f’raħalna sa mill-qedem. Aktar ma għadda ż-żmien, Birżebbuġa evolviet u kibret, madankollu, is-subborg ċkejken fiż-żona ta’ bejn Kalafrana u Ħal Far, għalkemm għal qalb wisq Birżebbuġjani, baqa’ rurali, wisq fidil lejn il-mod kif kienu l-irħula tradizzjonali Maltin tal-imgħoddi. F’dan l-irħajjal pittoresk, qalb ir-raba’ u l-irziezet, hemm daqsxejn ta’ kappella, illi nhar it-8 ta’ Diċembru tiċċelebra festa ċkejkna lill-Immakulata Kunċizzjoni.

L-ewwel kappella nbniet fl-1823 minn Frenċ Callus u mħallsa miż-Żurrieqi Dun Ġakbu Schembri, fuq biċċa art tiegħu. Schembri talab lill-Isqof Ferdinando Mattei sabiex jibda jqaddes fil-kappella kull nhar ta’ Ħadd u fil-festi, filwaqt illi nhar it-7 ta’ Diċembru jagħmel l-Ewwel Għasar tal-Immakulata, illi tkun segwita b’Quddiesa Kantata l-għada, Jum il-Festa. Minkejja li l-kappella għamlet żmien ġuspatronat tal-familja Schembri, lejn tmiem is-Seklu 20, dan il-ġuspatronat kien mgħoddi lill-parroċċa ta’ Birżebbuġa. Minkejja ċ-ċokon tal-irħajjal, il-kappella kienet sfat żgħira wisq, u għalhekk bejn l-1861 u l-1862, il-kappella nbniet mill-ġdid għal dik illi nafu llum, bl-Isqof Agostinjan Gaetano Pace Forno jbirikha fil-15 ta’ Jannar 1862. Dak iż-żmien, il-bini tal-kappella tmexxa minn Ġużeppi Callus, bir-Rettur ikun in-neputi ta’ Dun Ġakbu Schembri, Dun Ġużepp Gauci.

Dar is-SliemFi Triq l-Immakulata Kunċizzjoni, għadna sal-lum nistgħu niltaqgħu ma’ dar storika: Dar is-Sliem. Min jaf

x’ried ifisser bih dan l-isem min kien jabita f’din id-dar? Forsi għax hemm kien jistrieħ mill-ġenn tal-ħajja li f’irħula oħra Maltin kienet qed takkumula bil-mod il-mod? F’din id-dar, kien iqatta’ xi żmien matul is-sena jgħix, speċjalment fix-xhur tas-sajf, għall-kwiet, saċerdot Żurrieqi, Monsinjur Pietru Pawl Saydon, magħruf ma’ ħafna Maltin bħala dak illi qaleb il-Bibbja mill-ilsna oriġinali għall-Malti, xogħol illi ħa madwar ħamsa u tletin sena, b’parti minnu jsir f’din Dar is-Sliem u fil-kappella nfisha. Naħseb illi kien xieraq illi l-pjazza ta’ quddiem il-kappella tissemma għal dan ir-raġel ġentlom, benefattur tal-kappella u tal-poplu ta’ Bengħajsa. Min jaf jekk hux lok illi qrib din id-dar titwaħħal plakka li tfakkar lil dan il-bniedem, illi mhux biss kien ir-Rettur tal-kappella, iżda għen lill-poplu ta’ Bengħajsa, u wkoll lil-lingwa Maltija?

It-Tieni Gwerra DinjijaFis-snin tal-gwerra, ir-Rettur tal-kappella ta’ Marija Immakulata kien il-Patri Dumnikan Raymond Formosa.

Waqt wieħed mill-attakki fuq Birżebbuġa, illi kienet tisfa attakkata bosta drabi minħabba l-Bażi Navali Ingliża f’Kalafrana, bomba waqgħet fl-għalqa li tinsab wara l-kappella. B’xorti tajba, il-kappella ma nqerditx. Kien ikun patrimonju ieħor mitluf għall-poplu ta’ Birżebbuġa u għad-devoti ta’ Marija Immakulata.

Il-KappellaMinkejja ċ-ċokon tagħha, il-kappella ma jonqosha xejn u tinsab

miżmuma tajjeb ħafna. Fost l-opri li fiha, hemm il-kwadru titulari ta’ Marija Immakulata, imdawwar b’xi skultura fil-ġebel, żewġ kwadri, wieħed ta’ Marija Addolorata u l-ieħor ta’ San Ġużepp, il-Via Sagra, u fis-Sagristija, hemm niċċa li fiha nsibu l-istatwa ċkejkna, iżda ħelwa u devota, tal-Immakulata Kunċizzjoni. Fil-faċċata, illi fiha żewġ pilastri ta’ stil Toskan insibu kampnar u fih, hemm imqiegħda l-qanpiena Concetta, fonduta fl-1947 mid-ditta Taylor. Fuq wara nsibu qanpiena oħra ċkejkna, illi flimkien, speċjalment fis-7 u t-8 ta’ Diċembru, jinstemgħu jidwu qalb il-kampanja sabiħa ta’ dawn l-inħawi. Filwaqt illi kienu bosta l-benefatturi ta’ din il-kappella, tajjeb illi nsemmu r-Rettur preżenti, Dun Ġużepp Barry, Arthur Grima, kif ukoll lil Ġużeppi “s-Sagristan”, kif kien magħruf, illi qed jara l-ġmiel ta’ Alla l-Imbierek u Ommna Marija Immakulata wara li ddedika ħajtu għall-kappella ta’ Bengħajsa.

Pizza • TimPana • meaT Pies • PasTizzi • QassaTaT • sausage Rolls

We accept orders for Parties31, Paola Hill, Paola Tel: 2169 6937

MARIJA IMMAKULATA F’BENGĦAJSA

139

Christopher Bonnici B.A.(Hons); M.A.

Page 72: Program Festa Tal-Gilju 2014

Il-Festa ta’ Marija ImmakulataMinkejja li fiż-żmien kienet issir festa kbira lil Marija Immakulata, anke bil-logħob tan-nar u b’attivitajiet liturġiċi

kompluti, illum baqa’ jsir Rużarju u Quddiesa Kantata f’jum it-8 ta’ Diċembru. Għal xi snin lejn tmiem is-Seklu Għoxrin, esternament, kienet tintrama l-pjazza ta’ quddiem il-knisja, issir fiera, marċ brijuż minn waħda miż-żewġ baned lokali ta’ Birżebbuġa u jinħaraq xi logħob tan-nar. Xejn esaġerat, festa ċkejkna fejn niċċelebraw bħala familja b’devozzjoni l-festa ta’ Marija Immakulata. Matul is-snin kienu jsiru anke l-Kwarantuni, l-Eżerċizzi Spiritwali fir-Randan, u attivitajiet oħra reliġjużi. Il-kappella hija ideali għall-irtiri, quddies u anke laqgħat ta’ formazzjoni. Fil-Ħdud u fil-festi, għadhom sal-lum isiru l-quddies fiha, minħabba li miżmuma f’kundizzjoni mill-aħjar.

Nittama li dan l-artiklu serva ta’ interess għalikom l-Imqabbin illi ta’ kull sena tiċċelebraw u tfakkru b’devozzjoni lil Ommna Marija taħt diversi titli sbieħ, titli li jfakkruna li fil-mumenti sbieħ, mumenti diffiċli, mumenti ta’ glorja, mumenti fejn ikollna bżonn l-għajnuna, mumenti ta’ dubju, hija tinsab hemm, lesta, mis-sema fejn tinsab mgħollija bir-ruħ u l-ġisem fuq il-Kori kollha tal-Anġli, l-Omm ta’ kull Faraġ, Tjieba, u Ħniena, l-Omm Pura, Immakulata, simbolizzata mill-Ġilju, sabiex tilqa’ t-talb u t-tifħir tagħna lkoll, uliedha, illi kif jgħidilha San Bernard, qatt ma nstema’ li xi ħadd intefa’ taħt il-ħarsien tiegħek u inti ma smajtux, sabiex tinterċedi għalina quddiem Binha l-Għażiż. Tajjeb għalhekk illi ningħaqdu ħalli niċċelebraw flimkien, u tajjeb illi nawguraw lil xulxin, il-festa t-tajba, għax kull fejn hemm Alla, hemm Marija, u kull fejn hemm Alla, hemm festa. Ħa jkun Imbierek u Mfaħħar fil-Qaddisin kollha tiegħU!

Referenzi: http://www.kappellimaltin.com/html/ta__benghajsa.html D’Amato C.; Ramel Dehbi f’Baħar ta’ Storja, Pubblikazzjoni tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa, fl-okkażjoni taċ-Ċentinarju

mit-twaqqif tagħha, 1913 – 2013 Għaqda Storja u Kultura A.D. 1993 Birżebbuġa; Bengħisa: Niesha u Ġrajjietha, dokumentarju fl-okkażjoni ta’ Jum

Birżebbuġa Ritratti minn: www.yahoo.com

F r e e D e l i v e r y

Patrick Cellars Ltd.W I N E S & S P I R I T S

B’Bugia Road, BirzebbugiaTel/Fax: 21650810 Mob: 9947 8708

• Spirits • Wines • Beers • Minerals• Tobacco • Cigarettes • Sweets • Wholesalers

Suppliers to: Bars, Restaurants & Confectionery ShopsAccepts orders for: Weddings, Engagements & Parties

GMP SkiP HireTa’ Leri

• Kiri ta’ Skips • Ġarr ta’ xogħol bil-vannijiet • Tħammil bil-gaffa • Ġarr ta’ ġebel

Emmanna, Triq Costa, Ta’ Kandja l/o Siġġiewi

Maurizio u Giovanni Psaila9983 0453 / 9982 6145

[email protected]

141

Page 73: Program Festa Tal-Gilju 2014

Ħsibt li tkun ħasra jekk bħala Każin li konna nissejħu “Circolo Pio X” inħallu jgħaddi dan l-annivesarju taċ-Ċentinarju mingħajr ma niktbu mqar artiklu qasir dwar il-Qaddis Papa Piju X (1903-14), il-257 Papa tal-Knisja Kattolika.

Mill-informazzjoni eżistenti jidher li lejn tmiem is-seklu dsatax l-eqdem każin fl-

Imqabba kien “Casino San Giuseppe”, imma kien taħt l-isem “Circolo Pio X” li l-każin tagħna sa mill-1911 beda jieħu statura u fama. Kien ukoll fl-1914 li l-każin kellu l-ewwel President tiegħu fil-persuna tas-Sur Karmnu Caruana, imlaqqam “Tal-Ave Maria”.1 Mhux ta’ b’xejn li fost l-ewwel statwi li bdew jiżżanznu fil-festa taghna insibu fil-pjazza tar-raħal dik tal-Papa Piju X.2

Piju X miet b’attakk tal-qalb fl-20 ta’ Awwissu 1914; kellu 79 sena: id-dħul tat-truppi tal-Imperatur Ġermaniż fi Brussel u allura l-bidu ta’ gwerra, il-Gwerra l-Kbira, kien fattur li wassal lill-Papa lejn il-mewt.

Il-pontifikat tal-Papa Ljun XIII (1878-1903) kien fost l-itwal fl-istorja – 25 sena; fil-fatt s’issa l-itwal kien dak tal-Beatu Piju IX (1846-78) – 31 sena u 7 xhur! Kif miet Ljun XIII fl-20 ta’ Lulju 1903, il-Kardinali kellhom uġigħ ta’ ras biex jagħżlu Papa ġdid mingħajr l-indħil tar-rejjiet jew imperaturi ta’ dak iż-żmien, l-aktar dak tal-Awstrija. Fil-Konklavi, l-Kardinali daru għall-Kardinal Ġużeppi Sarto bħala kompromess, imma dan ma jfissirx li ma kienux jafu xi jsarraf.

Ġużeppi twieled f’Ġunju 1835 fir-raħal ta’ Riese fil-Lombardija, fl-Italja ta’ fuq, minn familja fqira ta’ bdiewa. Inżerta tifel intelliġenti ferm, u l-Kappillan għen ħafna biex jintbagħat jistudja. Sar saċerdot fl-1858, u mal-ewwel wettaq kura pastorali immensa, l-aktar lejn il-fqar.

Fl-1885, ta’ 50 sena, kien ikkonsagrat Isqof ta’ Mantova fin-naħa ta’ Milan u mbagħad fl-1894 l-Papa Ljun XIII ħatru Kardinal Patrijarka ta’ Venezja fejn wera żelu u ħila straordinarji. F’dawn il-ministeri kostantement spikkat fih il-premura pastorali l-aktar speċjali għat-tagħlim tal-katekiżmu. Għalhekk meta fl-4 ta’ Awwissu 1903 kontra qalbu ntgħażel Papa, il-Kardinali kienu jafu xi bniedem ta’ stoffa u qdusija kien il-Kardinal Ġużeppi Sarto.

F’ħajtu Papa Sarto kien kontroversjali, riformista, liberali u konservattiv, imma minn x’uħud kien ġa

meqjus bħala “Papa Kbir”. Kien għadu kemm fetaħ seklu ġdid, is-seklu għoxrin, u allura bħala motto tal-pontifikat tiegħu Piju X għażel Instaurare Omnia in Christo, “Ħa nġeddu kollox fi Kristu”. Hu spjega kif fl-ewwel enċiklika tiegħu E Supremi Apostolatus tal-4 t’Ottubru 1903 fejn wera li kien lest għal dawk il-battalji kollha biex iġib ’l quddiem is-saltna t’Alla. Waħda mill-eqqel battalji fil-fatt kienet dik kontra l-hekk imsejjaħ “Moderniżmu” b’ideat liberali kontra t-tagħlim ċert tal-Knisja b’movimenti anti-klerikali li qajmu rashom fis-sekli ta’ qabel.

Piju X kien Papa li daħal għal riformi kbar fil-Knisja skont il-motto tiegħu li xtaq iġedded kollox. Mhux se nidħlu fid-dettalji, imma għamel riforma fil-Kurja Rumana u fis-Seminarji. Seħħlu jirriforma l-liturġija speċjalment il-mużika sagra u l-brevjar bit-talb tas-saċerdoti. Fuq il-ħajja retta u qaddisa tal-qassis fil-fatt kien jisħaqq spiss u bil-qawwa kollha.

Riforma kbira li kienet ilha biex issir kienet dik li ġabar il-liġijiet kollha tal-Knisja u ħatar kumitat biex jinkiteb il-Kodiċi tal-Liġi Kanonika li fil-fatt tlesta wara mewtu fl-1917 – Kodiċi li mbagħad kien riformat fl-1983 mill-Papa Ġwanni Pawlu II.

Żgur imma li ismu jibqa’ marbut ma’ “il-Papa tal-Ewkaristija u tal-Katekiżmu”. Sa mill-1905 ħeġġeġ kemm felaħ għat-tagħlim tad-Duttrina Kattolika f’kull parroċċa u ħadem biex fl-1908 joħroġ il-Katekiżmu li jġib ismu: Katekiżmu ta’ Piju X. Anki bħala Papa baqa’ jgħallem il-katekiżmu regolarment fil-Vatikan.

Dwar l-Ewkaristija, ma kienx kuntent li jħeġġeġ lin-nies għat-tqarbin ta’ spiss, prattika li kienet nieqsa sa żmienu, imma ried li t-tfal jibdew jersqu jitqarbnu wkoll u f’Awwissu 1910 bil-Quam Singularis iddegreta li ma’ seba’ snin “fl-età tar-raġuni” it-tfal mgħallma d-duttrina jistgħu jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.

Il-ħajja qaddisa tal-Papa Sarto kienet magħrufa anki f’ħajtu, saħansitra anki bil-mirakli meta kien għadu ħaj. Għalhekk ma niskantawx li f’inqas minn 40 sena wara mewtu, fl-20 ta’ Mejju 1954 Piju X kien iddikjarat qaddis mill-Papa Piju XII.

San Piju X kien l-ewwel Papa kanonizzat mill-1712 meta kien iddikjarat qaddis San Piju V (1566-72): kienu għaddew 242 sena! U issa dan l-aħħar, fis-27 ta’ April 2014, kellna l-ewwel kanonizzazzjoni ta’ żewġ Papiet flimkien: San Ġwanni XXIII u San Ġwanni Pawlu II.

Referenzi 1 Dwar dan l-argument ara l-ktieb tas-Sur Charles Farrugia, Tal-Ġilju: Banda u s-Soċjetà fl-Imqabba, Soċjetà Mużikali tal-Ġilju, Mqabba, 1995; 20ff; u it-3 kap: “Circolo Pio X: Fulkru ta’ Attività”, 34ff.

2 Ibid., 41.

Fiċ-Ċentinarju mill-Mewt tal-Papa San Piju X

Cuts · Blow Dries · Colouring · Hi-Lights · Perms · Straightening · Upstyles

Get your preferred Free Scalp Treatment worth €15

Treatments for any of the following scalp

· Irritated Scalps · Dehydrated Scalps · · Hair Loss · Normal Scalps

st||

||

When is your next appointment?

Tuesday, Thursday, Friday & Saturday - Luqa

Styles Salon

143

IL-PAPA SARTO - Kontroversjali imma KbirBenny Briffa

Page 74: Program Festa Tal-Gilju 2014

Il-Gvern Lokali li twaqqaf permezz tal-Att Nru 15 tal-1993 u li beda jaħdem f’Malta u Għawdex f’Novembru 1993 ma kienx l-ewwel forma ta’ Gvern Lokali fil-Gżejjer Maltin. Forom oħra ta’ Gvern Lokali eżistew kemm taħt il-Kavalieri, taħt il-Franċiżi u taħt il-ħakma kolonjali Ingliża.

Il-Gvern Lokali fl-Imqabba fl-aħħar snin tal-Kavalieri ta’ Malta (1773-1798)Permezz ta’ digriet bid-data ta’ 28 t’Awwissu 1773 il-Gran Mastru Fra Francesco Ximenes de Texada (1773-

1775) għamel riforma fl-amministrazzjoni lokali fil-kampanja. Permezz ta’ dan id-digriet. Ximenes iddeċieda li jaħtar tliet uffiċjali għall-kampanja li kienu s-Sindku, il-Ġurat u l-Accatapano. Dawn it-tliet uffiċjali kellhom jinħatru mill-Gran Mastru kull sena u ngħataw ċerti responsabiltajiet. Il-kampanja ta’ Malta nqasmet f’disa’ distretti u f’kull distrett kellu jkun hemm it-tliet uffiċjali fuq imsemmija. Fost id-disa’ distretti kien hemm id-distrett tal-Imqabba u s-Siġġiewi. (1)

Id-Dmirijiet tal-UffiċjaliId-digriet ta’ Ximenes speċifika d-dmirijiet tat-tliet uffiċjali. Fost affarijiet oħra, is-Sindku u l-Ġurat kienu

mistennija li jgħassu fuq l-imġiba u stil ta’ ħajja tal-abitanti tad-distrett tagħhom. Flimkien it-tliet uffiċjali kellhom jissorveljaw lil tal-ħwienet u l-bejjiegħa tal-qamħ u l-maħlut sabiex ix-xerrejja ma jiġux imqarqa fejn jidħlu l-użin u l-prezzijiet. Kellhom ukoll jgħaddulhom l-użin maħruġ mill-Ġurati tal-Università (Gvern Muniċipali) tal-Imdina.

Is-Sindku kellu wkoll dmirijiet ġudizzjarji għax kellu d-dritt li jiddeċiedi numru ta’ kawżi. Biex iżomm l-ordni fid-distrett tiegħu kellu l-jedd li jżomm fir-residenza tiegħu jew f’xi post ieħor il-lock up fejn seta’ jżomm għal żmien qasir lil min ikun kiser il-liġi. Iżda kien obbligat li jressqu immedjatament quddiem il-Qorti li taħta kien jaqa’. Is-Sindku kellu wkoll d-dritt li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu numru ta’ rġiel li kienu jissejħu “Franchi” biex jgħinuh fil-qadi ta’ dmirijiet tiegħu. Dawn l-irġiel kellhom ikunu meħlusa mid-dmirijiet militari. (2)

Fl-istess jum li ħareġ id-digriet tiegħu Ximenes għamel ukoll l-ewwel ħatriet ta’ Sindku, Ġurat u Accatapano fid-distretti kollha. Għad-distrett tal-Imqabba u s-Siġġiewi saru dawn il-ħatriet:-

Sindku M.A. Saliba Ġurat Mikiel Borg Accatapanu Mattew Attard (3)

Cikku u Netta Malliaauto Parts & Petrol statioN

G˙al kull bΩonn fil-karozza tieg˙ek, asal wasla s’g˙andMallia Petrol Station fejn g˙andek issib kull ˙a©a li tin˙tie©

• Spare partS u aççeSSorji ta’ kull kwalità tajba gÓal kwalunkwe karozza• tyreS Ìodda ta’ kull daqS, gÓodod, Ûjut u batteriji• CoverS gÓal kull tip ta’ karozza• tiSwija fil-pront ta’ tyreS b’apparat modern

• batteriji b’Sentejn garanzija: petrol €40 - dieSel €65

24 Hour ServicePjazza San Nikola, Siġġiewi • Tel: 2146 7764

41, Misra˙ il-Fidwa,Mqabba

Tel: 2168 0942

Tue: 07.15 - 11.45

Wed: 09.30 - 11.4516.00 - 18.45

Thurs: 06.30 - 11.45

Fri: 06.30 - 11.4516.00 - 18.45

Sat: 06.30 - 11.45

IT-TMEXXIJA ĊIVILI TAL-IMQABBA (1773 - 1798)

145

Winston Lawrence Zammit B.A. (Hons,) P.G.C.E., M.A.

Francisco Ximenes de Texada(1773-1775)

Emmanuel de Rohan - Polduc(1775-1797)

Ferdinand von Hompesch zu Bolheim (1797-1799)

Page 75: Program Festa Tal-Gilju 2014

Vjal l-Indipendenza, Ûurrieq

Nimrod GaraGeNimrod GaraGeFor Hire of: Coaches – Mini Buses

Mini Coach with wheelchair facilitiesTel: 21640098, 21689693 • Mob 9947 6886, 99457554

Dawn it-tliet uffiċjali ġew ikkonfermati fil-karigi rispettivi tagħhom fit-28 ta’ Awwissu 1774. (4) Għas-sena 1775, M.A. Saliba u Mattew Attard ġew ikkonfermati fil-kariga ta’ Sindku u Accatapano, iżda bħala Ġurat għad-distrett inħatar Karlu Camilleri. (5)

Tibdil f’xi DistrettiFl-1776 sar tibdil fil-konfini ta’ xi distretti. Ir-raħal tas-Siġġiewi beda jifforma distrett għalih waħdu, (6) filwaqt

li l-Imqabba beda jifforma parti mid-distrett li kien jinkludi fil-konfini tiegħu wkoll l-irħula taż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop u l-Qrendi u bħala uffiċjali nħatru dawn:

Sindku Gejtan Dalli Ġurat Arkanġlu Mallia Accatapanu Franġisk Tonna (7)

U l-Imqabba baqgħet tifforma parti minn dan id-distrett sal-1795 u nsibu li nħatru dawn l-uffiċjali:-

SENA SINDKU ĠURAT ACCATAPAN 1777 Arkanġlu Saliba Ganni Mangion Pawlu Camilleri (8)

1778 Arkanġlu Mallia Marcell Mangion Ma nħatarx aktar (9)

1779 Arkanġlu Mallia Marcell Mangion (10)

1780 Arkanġlu Mallia Marcell Mangion (11)

1781 Arkanġlu Mallia Marcell Mangion (12)

1782 Arkanġlu Saliba Marcell Mangion (13)

1783 Arkanġlu Mallia Marcell Mangion (14)

1784 Arkanġlu Mallia Marcell Mangion (15)

1785 Arkanġlu Farrugia Marcell Mangion (16)

1786 Arkanġlu Mallia Xandru D’Amato (17)

1787 Arkanġlu Mallia Xandru D’Amato (18)

Fl-1788, meta ħarġu n-nomini, fid-distrett taż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop u l-Qrendi, l-Imqabba (19) ma ssemmietx. Fl-1789 seħħ żvilupp importanti, għax filwaqt li Ġanni Magri u Ġużeppi Pace nħatru Sindku u Ġurat rispettivament tad-distrett taż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop u l-Qrendi, Mikiel Galea nħatar speċifikament Ġurat għar-raħal tal-Imqabba. Dan iffisser li filwaqt li l-Imqabba baqgħet fl-istess distrett, issa kellha uffiċjal apposta.(20)

Fl-1790 insibu biss il-ħatra ta’ Mikiel Galea bħala Ġurat tal-Imqabba. (21) Din kienet ħatra importanti għax kienet tfisser li issa nħatar uffiċjal bl-isem ta’ Ġurat għar-raħal tal-Imqabba biss. Ma nafux eżatt x’kienu d-dmirijiet tiegħu f’din il-kariga, iżda żgur li kellu xi sehem fit-tmexxija tar-raħal tal-Imqabba.

Fl-1791, filwaqt li Ġanni Magro nħatar Sindku u Ġużeppi Pace bħala Ġurat rispettivament tad-distrett taż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop u l-Qrendi, Mikiel Galea ġie kkonfermat fil-kariga ta’ Ġurat tal-Imqabba. (22)

Filwaqt li baqgħet fil-konfini tad-distrett fuq imsemmi, Mikiel Galea ġie kkonfermat fil-kariga ta’ Ġurat tal-Imqabba fis-sena 1792. (23) Ma nsibux tagħrif x’ħatriet saru fis-snin 1793 u 1794. Iżda fl-1795 insibu l-ħatra ta’ Pawlu Zammit bħala Ġurat tal-Imqabba. (24)

Fl-1796 sar xi tibdil fil-konfini tad-distretti u l-Imqabba reġgħet marret lura mad-distrett tas-Siġġiewi u nsibu li Andrea Galea nħatar bħala Ġurat speċifikament għar-raħal tal-Imqabba. (25) Sena wara fit-28 t’Awwissu 1797 saru l-aħħar ħatriet ta’ dawn l-uffiċjali taħt il-ħakma tal-Ordni tal-Kavalieri. L-Imqabba baqgħet mad-distrett tas-Siġġiewi u Andrea Galea ġie kkonfermat fil-kariga ta’ Ġurat tar-raħal tal-Imqabba. (26)

Għaldaqstant Andrea Galea kien il-Ġurat fl-Imqabba meta fl-10 ta’ Ġunju 1798 bdiet l-invażjoni Franċiża, li jumejn wara ġabet fit-tmiema l-ħakma twila tal-Ordni ta’ San Ġwann fuq il-Gżejjer Maltin.

147

Page 76: Program Festa Tal-Gilju 2014

ReferenziL (Librerija) N (Nazzjonali) M (Malta) = LNMA (Arkivju) O (Ordni) M (Malta) = AOM

1 LNM AOM 577ff, 206R, 206V2 LNM AOM 577ff, 206R, 206V, 207V3 LNM AOM 577ff, 202R4 LNM AOM 578ff, 134V5 LNM AOM 579ff, 324R, 324V6 LNM AOM 580ff, 246R 7 LNM AOM 580ff, 246R8 LNM AOM 581ff, 253R9 LNM AOM 582ff, 278V10 LNM AOM 583ff, 306R11 LNM AOM 584ff, 194R, 194V12 LNM AOM 585ff, 96V13 LNM AOM 586ff, 253R14 LNM AOM 587ff, 281R15 LNM AOM 589ff, 302V16 LNM UNIV 34ff, 278V, 279R, 279V17 LNM UNIV 34ff, 327R, 327V, 328R18 LNM UNIV 34ff, 388R, 388V, 389R19 LNM UNIV 34ff, 450V, 450R, 451V20 LNM UNIV 34ff, 488R, 488V21 LNM UNIV 35ff, 29R, 22 LNM UNIV 35ff, 104V, 107V, 108R23 LNM UNIV 35ff, 156V, 160V24 LNM UNIV 35ff, 298R25 LNM UNIV 35ff, 372V, 373R26 LNM UNIV 35ff, 441R

ĦINIJIET TAL-FTUĦ

It-Tnejn Magħluqin

It-Tlieta: 8.00am - 1.00pm

L-Erbgħa: 8.00am - 1.00pm

Il-Ħamis: 8.00am - 1.00pm

Il-Ġimgħa: 8.00am - 5.00pm

Is-Sibt: 8.00am - 1.00pm

Hi-Grade Meat Shop jixtieq jappella li l-ħanut tagħna la għandu u lanqas se jkollu konnessjoni ma’ ħwienet oħra l-futur qarib. L-uniku ħanut ta’ Hi-Grade Meat Shop li għandek garanzija ta’ tiġieġ lokali friski kuljum u laħam lokali ta’ kwalità bl-orħos prezzijiet jinsab il-QRENDI BISS mal-fabbrika.

Nieħdu ordnijiet biex

nimmarinaw il-laħam kif tixtieq

int għall-B.B.Q.

Ti©ie© lokali frisk kuljum

Laam lokali frisk

Majjal lokali

L-Aqwa Kwalità

L-AqwaPrezzijiet

Laam mimli

Hi-Grade Meat ShopTriq Misraħ is-Sinjura, Qrendi2164 12959944 3161

149

Page 77: Program Festa Tal-Gilju 2014

Mario Service Station

Û u r r i e q R o a d , S a f i • T e l : 2 7 6 4 1 4 1 9

Nag˙mlu xog˙ol ta’

• punctures

• computerised wheel balance

• computerised wheel alignment

• general service

• greasing

• under car wash

• engine wash

• hand car wash

• car & motor batteries

MechanicCar Accessories such as shock absorbers,

brake pads, stereos, etc.

151

L-ISTASIJA

NOTA EDITORJALIFost il-ħafna snajja’ li mal-medda tas-snin intilfu hemm dik ta’ piżatur. Il-piżatur kien jintalab minn diversi klijenti sabiex imur fi djarhom jew inkella fl-għelieqi sabiex jiżen affarijiet tqal, bħal xkejjer tal-patata, ħarrub u prodotti oħra. Kien f’dan il-kuntest li f ’dan il-programm qed infakkru s-sengħa ta’ piżatur b’dan l-artiklu minn persuna li kellha l-professjoni ta’ piżatur kif ukoll hu ex-bandist mal-Banda Madonna tal-Ġilju kif ukoll partitarju. Hu kitbilna dawn id-dettalji dwar l-għodda prinċipali li kien juża l-piżatur – l-istasija.

L-istasija hija għodda antika ħafna li taf l-użu tagħha minn żmien il-Griegi tar-4 seklu qabel Kristu u wara mir-Rumani wkoll u li l-piżatur kien juża għal użin ta’ affarijiet minn ħfief sa tqal qabel il-wasla tal-imwieżen moderni.

L-Istasija hija magħmula minn lieva (lever) tal-ħadid biex biha tkun tista’ tiżen affarijiet tqal kważi f’darba, sintendi skont l-ammont li trid tiżen.

Din il-lieva tal-ħadid, li hija ta’ ċertu saħħa, għandha fulkru (fulcrum) fuqiex iddur imwaħħal f’ċertu distanza mit-tarf il-qasir tagħha. Din l-ispeċċi ta’ id qasira, fejn jiddendel il-piż, hija magħmula ċatta u fit-tarf tagħha hemm imdendel ganċ li miegħu jiġi mqabbad il-piż biex jintiżen. Il-bqija tal-ħadida t-twila msejħa power arm għandha dehra kwadra (quadrilateral prism) għas-saħħa u li fuqha hemm ħżuż b’diviżjonijiet regolari (graduations).

Fuq il-ħadida t-twila (power arm) ikun hemm kontrapiż, magħrufa bħala r-rumana, li turi l-piż li jkun imdendel u mqabbad mal-ganċ tal-parti ċ-ċatta tal-id il-qasira.

Il-fulkru (fulcrum) jkun miżmum b’ħolqa (stirrup) u li bejnu jkun hemm ħadida żgħira mqabbda mal-fus (axis) li meta tiġi dritta l-fuq, il-piż ikun instab skont fejn ikun tmexxa il-kontrapiż.

L-istasija tkun imdendla minn speċi ta’ bokkla (clasp) mal-parti superjuri tal-ħolqa (stirrup) biex iddawwarha.

Din il-kwalità ta’ stasija hija għal piżijiet żgħar u b’hekk tkun użata ftit. Dik li tintuża għad-doppju tal-piż ta’ dik li semmejna qabel tvarja biss f’dan, li l-fulkru (fulcrum) l-ieħor bil-ħolqa (stirrup) tiegħu huwa mwaħħal (annexed) magħha meta ddur il-kontra tal-fulkru (fulcrum) l-ieħor. Is-sinjali (notches) mmarkati fuq il-parti t-twila għaż-żewġ ammonti huma murija bil-pożizzjoni tar-rumana.

Fil-fus estern (external axis) il-piż ikun imdendel b’ħolqa (stirrup) li jkun jista’ jdur iż-żewġ naħat tal-istasija u tkun tista’ tintuża għaż-żewġ ammonti.

Il-fulkru (fulcrum) l-aktar viċin tal-fus (axis) tal-piż jikkorrispondi għal ammonti kbar u huwa użat għal piżijiet tqal.

John Buhagiar

STADERA kif inhi magħrufa l-Italja

Dawn id-disnni ta’ stasiji differenti huma parti mill-mużew virtwali Taljan bl-isem ta’ Museo Galileo

L-Istasija kif użata għal piżijiet ħfief.

L-Istasija kif użata għal piżijiet tqal.

Page 78: Program Festa Tal-Gilju 2014

NOTA EDITORJALIIl-Papa San Ġwanni

Pawlu, imwieled Karol Józef Wojtyła fit-18 ta’ Mejju 1920 kien il-264 papa fl-istorja tal-Knisja Kattolika mis-16 t’ Ottubru 1978 sa mewtu nhar t-2 ta’ April 2005. Kien it-tieni l-iktar Papa li kellu pontifikat twil, wara Piju IX li dam sitt snin iktar minnu. Huwa l-uniku Papa Slav u Pollakk s’issa. Kien l-ewwel Papa mhux Taljan wara iktar minn erba’ sekli ta’ Papiet Taljan, sa minn Papa Adrijanu VI mill-1522. Kien l-iktar mexxej dinji li żar pajjiżi: 129 pajjiż, fosthom darbtejn Malta. Iddikjara 483 Qaddis u 1340 Beatu, iktar mill-Papiet l-oħra kollha f’daqqa. Fl-1 ta’ Mejju 2011 hu nnifsu kien iddikjarat Beatu fi Pjazza San Pietru mis-suċċessur tiegħu Papa Benedittu XVI. Fis-27 ta’ April 2014, dak in-nhar ukoll Festa tal-Ħniena Divina, kien iddikjarat Qaddis fi Pjazza San Pietru minn Papa Franġisku.

San Gwanni Pawlu II għandu rabta mas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju hekk kif f ’Diċembru 2000; fl-okkażjoni tat-tmiem is-Sena tal-Ġublew il-Kbir u l-bidu tal-Festi speċjali li fakkru l-125 sena mill-miġja tal-Istatwa Artistika u Devota tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba, il-President tas-Soċjetà s-Sur Teddy Farrugia flimkien mad-Direttur Spiritwali tas-Soċjetà Patri Adrijanu J. Cachia O.F.M., ppreżentaw kwadru bi Xbieha tal-Madonna tal-Ġilju lill-Qdusija Tiegħu l-Papa Ġwanni Pawlu II waqt udjenza li saret fil-Belt tal-Vatikan nhar l-Erbgħa 6 ta’ Diċembru 2000. Id-delegazzjoni kienet iffurmata ukoll mis-Sur Joe Gauci, Rettur tal-Fratellanza u s-Sur Michael Ghigo, dak iż-żmien Kaxxier, illum Segretarju tas-Soċjetà. Dan il-kwadru ġie mbierek mill-Qdusija Tiegħu l-Papa u jinżamm b’għożża fis-Sede tas-Soċjetà. Waqt l-istess udjenza, l-Papa ppreżenta l-kolletta Tiegħu sabiex tibqa’ tifkira għal dejjem ta’ dan l-avveniment storiku kif ukoll ġie ppreżentat b’għotja ta’ flus għall-missjoni f’isem l-imseħbin kollha tas-Soċjetà. Il-Bord Editorjali kkumisjona lil-W.R. Dun George Schembri, Viċi Parroku tal-Parroċċa tagħna sabiex permezz ta’ dan l-artiklu, fis-sena tal-Qdusija tiegħu, nfakkru b’mod dejjiemi lil dan il-Qaddis b’nisġa ta’ rabtiet li hu kellu ma’ Sidtna Ommna Marija.

Ma nkunux qegħdin ngħidu ħażin jekk ngħidu li l-aktar persuna għall-qalb il-Papa Ġwanni Pawlu II kienet Marija. Fis-snin li għamel Papa, San Ġwanni Pawlu II urina min kienet għalih Marija fid-diversi tagħlim li ħallilna. Tajjeb li nagħtu ħarsa lejn Marija minn għajnejn il-maħbub Papa Ġwanni Pawlu II.

Marija hija marbuta ħaġa waħda ma binha Ġesù. Ġwanni Pawlu II jgħallimna li din ir-rabta qawwija ta’ Marija ma’ binha hija ta’ eżempju mill-aqwa, fil-ħajja tal-Knisja. B’hekk joħroġ biċ-ċar li l-imħabba ta’ Marija lejn Ġesù, tpoġġiha bħala l-bidu stess tal-Knisja. Marija, imwaqqija bil-preżenza ta’ Kristu timxi ‘l quddiem fi triq ta’ ħajjitna biex tgħinna niltaqghu mal-Mulej.

San Ġwanni Pawlu II jgħallem li Marija Verġni hija l-Mara tal-fidi filwaqt li jsejħilha: “Imbierka dik li emmnet.” Minnufih wara l-ġrajja tat-tħabbira tal-Anġlu, l-evanġelista San Luqa jmexxina wara l-passi tal-Verġni ta’ Nażaret lejn “belt tal-Lhudija” (Lq 1,39). Imqanqla mill-fidi tagħha f’Alla, Marija marret f’dar il-qariba tagħha u Elisabetta stqarriet dak li l-Knisja għall sekli sħaħ irrepetiet Sliema. Ġwanni Pawlu II jgħid li t-tislima ta’ Elisabetta tfisser ħafna: hija epressjoni ta’ min kienet Marija: Marija hija dik li emmnet li se jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej.” Dan il-kliem jista’ jintrabat mal-kliem tat-tislima tal-Anġlu “mimlija bil-grazzja”. Ġwanni Pawlu II jgħid li l-fidi ta’ Marija, imħabbra minn Elisabetta turi kif il-Verġni ta’ Nażaret wieġbet għas-sejħa ta’ Alla.

Marija qalet l-iva tagħha bil-fidi. Bil-fidi ntelqet f’idejn Alla bla ebda kondizzjoni u “tat ruħha kollha kemm hi bħala qaddejja tal-Mulej għall-qadi tal-persuna u l-ħidma ta’ Binha.” Ġwanni Pawlu II, imnebbaħ mit-tgħallim ta’ Missirijiet il-Knisja jgħallimna li bit-twemmin Marija nisslet lil Ġesù fil-fehma tagħha qabel nisslitu fil-ġuf

MIN KIENET IL-VERĠNI MARIJA GĦAL SAN ĠWANNI PAWLU II

New coll ectionnow available

at wanna partyHamrun

153

Dun George Schembri

Page 79: Program Festa Tal-Gilju 2014

“St Joseph Stores”142, Marsa Road,Marsa HMR 14

Tel/Fax: 21222552E-mail:

[email protected]

Ray’s Hardware Ltd.

tagħha, u dan proprju bil-fidi. Bir-raġun kollu għalhekk Elisabetta tfaħħar lil Marija: “Hienja dik li emmnet li jseħħ kull ma bagħat jgħidilha l-Mulej”. San Ġwanni Pawlu II jgħid li l-fidi ta’ Marija nistgħu nqabbluha mal-fidi ta’ Abraham li San Pawl isejjaħlu “missierna fil-fidi”. Il-fidi ta’ Abraham hi l-bidu tal-Patt il-Qadim filwaqt li l-fidi ta’ Marija fit-tħabbira tal-Anġlu hija l-bidu tal-patt il-Ġdid.

San Ġwanni Pawlu II jispirana biex bħal Marija nemmnu u nafdaw ruħna f’idejn Alla. f’soċjetà bħal tal-lum, fejn il-bnedmin għamlu skoperti tal-għaġeb u kisbu riżultati straordinarji fl-oqsma tax-xjenza u tat-teknoloġija, Marija tibqa’ tkun ta’ ispirazzjoni fil-mixja tagħna lejn Alla. Marija, hija u miexja ‘l quddiem mal-bnedmin kollha, tibqa tgħinna biex naċċettaw f’qalbna s-sejħat li jagħmilna Ġesù.

San Ġwanni Pawlu II, devot ewlieni tal-kult Marjan fiż-żminijietna, jibqa’ jgħallimna kif il-veru devozzjoni tagħna lejn Marija tissarraf biex fil-veru mħabba li nagħtu lil Ġesù. F’dawn il-jiem ta’ festa lil Ommna Marija, Fjura l-aktar safja, ejjew bħall Papa qaddis, npoġġu kuruni ta’ mħabba lejn Alla, permezz ta’ Marija.

Take advantage from these excellent offers!!!Double Point Voucher

with €50 spent atFilder Market

Żurrieq or Mqabba

Double Point Voucherwith €50 spent at

Filder MarketŻurrieq or Mqabba

Double Point Voucherwith €50 spent at

Filder MarketŻurrieq or Mqabba

Filder Market

155

Page 80: Program Festa Tal-Gilju 2014

Gottfried Catania Photography

Triq Lazzru Pisani Siggiewi

Fully equipped Photographic Studio and Digital WorkstationLarge selection of Frames and Albums

SPECIALIZING IN WEDDINGS AND STUDIO PHOTOGRAPHY, INCLUDING HOLY

COMMUNION AND CONFIRMATION SESSIONS

OPENING HOURS: MON – WED – FRI 4:00 to 7:00pm

SAT 9:00am TO 1:00pmTelephone: 9947 4629 email: [email protected]

Blue Grotto Avenue, ŻurrieqTel: 2164 7460

100 SENA MILL-INAWGURAZZJONI TAL-BRADELLA L-ANTIKA (1914–2014)

Fit-23 ta’ Mejju 1914, il-ġurnal ‘Malta Tagħna’ jagħti stampa ċara tal-Festa ta’ dik is-sena, fejn l-enfazi tingħata lill-Bradella ‘famusa’ li għadha kemm ġiet imzanzna. Din inħadmet mill-imgħallem Saverio Olivo mill-Isla u kienet ta’ preġju kbir u kollha nterzjar. Sfortunatament din l-opra artistika inqerdet kompletament

fit-Tieni Gwerra Dinjija.

75 SENA MILL-BIDLA FL-ISEM TAS-SOĊJETÀ (1939–2014)Fl-4 ta’ Ġunju 1939 kien deċiż li l-isem tal-Każin jinbidel minn “Circolo Pio X” għal “The Lily Club”

wara 28 sena. Fid-dokumenti tal-Każin, insibu li r-raġuni kienet li l-isem ikun bl-Ingliż u mhux bit-Taljan. Pero’ wieħed ma jridx jasal għall-konklużjonijiet mgħaġġla għaliex il-probabilta’ hi li din id-deċiżjoni kienet

wisq aktar influwenzata mill-kwistjoni mal-Knisja wara l-Konċilju Reġjonali tal-1935, fejn impona bosta restrizzjonijiet fuq il-Festi non-Titulari.

70 SENA MIT-TWAQQIF UFFIĊĊJALI TAL-EWWEL SOĊJETÀ MUŻIKALI FL-IMQABBA (1944–2014)

Peress li f’dan il-perjodu kien ċert li l-Banda se tkun il-linja prinċipali tal-Każin, il-Kumitat ħaseb li jbiddel l-isem tal-Każin li sa dak iż-żmien kien jismu “The Lily Club”. Fid-19 t’Awwissu 1944, is-Segretarju tal-Każin

is-Sur Leonard Bilocca informa lill-Kummissarju tal-Pulizija li l-isem tal-Każin kien inbidel għal “The Lily Band Club”. Dan jidher minn ittra ta’ risposta mill-Awtoritajiet tal-Pulizija li ġġib id-data tad-29 t’Awwissu 1944, fejn tikkonferma u taċċetta t-talba tas-Segretarju. Dan għandu jitfi kull dubju dwar liema tassew hija

l-ewwel Soċjetà Mużikali li twaqqfet fl-Imqabba.

65 SENA MILL-INAWGURAZZJONI TAL-KWADRU TAL-ARTAL TAL-IMMAKULATA (1949–2014)

Il-Pittura l-ġdida nħadmet mill-Pittur Sqalli Cleto Luzzi li kien ħabib ta’ Dun Ġuzepp Xuereb u ħadet post l-antika u ta’ preġju kbir li sofriet xi ħsarat fil-gwerra. Il-pittur uża lill-bintu Serenella bħala

mudella għall-figura ta’ Marija Immakulata.

65 SENA MILL-EZEKUZZJONI TAL-INNU L-KBIR (1949–2014)L-Innu l-Kbir lill-Madonna tal-Ġilju huwa xogħol klassiku tas-Surmast fundatur tal-Banda Madonna tal-

Ġilju, il-mibki Mro Joseph Darmanin u lirika ta’ Dun Frans Camilleri. Dan indaqq għall-ewwel darba mill-Banda lejlet il-Festa tal-1949, nhar l-14 ta’ Mejju fil-bidu ta’ programm muzikali varjat.

60 SENA MILL-FESTI ĊENTINARJI TAD-DOMMA TAL-IMMAKULATA KUNĊIZZJONI (1954–2014)

Il-Festi li saru fl-okkazjoni taċ-Ċentinarju tad-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni fl-1954 kienu Festi speċjali b’konċessjonijiet mill-Kurja li zgur issodisfaw lill-Partitarji. Ta’ min isemmi t-Transulazzjoni Solenni,

tliet Tridijiet kif ukoll it-Te Deum. Għall-istess Festa, il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni zanznet diversi opri ġewwa l-Knisja. Ewlenija fost dawn, il-Bradella artistika attwali, xogħol Manwel Buhagiar, kif ukoll sett

forċini, l-istellarju tal-Vara, il-bankun, kif ukoll is-Salib u l-lanterni.

50 SENA MIT-TMEXXIJA TAL-BANDA F’IDEJN MRO JULIO TANTI (1964–2014)

Fis-snin sittin, l-emigrazzjoni kienet realta’ komuni. Kien fl-1964 meta s-Surmast Fundatur tal-Banda Madonna tal-Ġilju Mro Darmanin iddeċieda li jmur lejn l-Awstralja. Kien hawnhekk li t-tmexxija għaddiet

f’idejn Mro Julio Tanti li beda’ juri abilta’ kbira peress li kien iben partitarji tas-Soċjetà.

40 SENA MILL-INAWGURAZZJONI TAL-ISTANDARD TAL-BANDA (1974–2014)

Fil-Festa tal-1974, il-Banda Lily ġiet ipprezentata bi standard ġdid mill-Benefattur is-Sur Menu Vella. L-istandard, fuq disinn tas-Sur Rosario Zammit, jiraprezenta l-arma tal-Imqabba bi sfond il-bandiera Maltija u

ġie mbierek lejlet il-Festa mill-Kappillan ta’ dak iz-zmien, Dun Ġuzepp Farrugia.157

Page 81: Program Festa Tal-Gilju 2014

IL-VISTA PASTORALI TAL-1967

Fil-jum tat-8 ta’ Mejju l-Arċisqof Gonzi laqgħa lill-pubbliku bejn is-6 u d-9 ta’ filgħaxija fil-kappella ċkejkna ta’ ħdejn is-sagristija. Hawn reġgħu marru wkoll iż-żewġ każini li għamlu t-talbiet tagħhom għal konċessjonijiet marbuta mal-festi rispettivi.

Fid-9 ta’ Mejju kien imiss spezzjoni fl-iskola primarja fejn l-Arċisqof kien partikolarment interessat fil-livell ta’ tagħlim ta’ reliġjon lit-tfal tar-raħal. Hawn ukoll saru diskorsi minn xi tfal u Gonzi kien sodisfatt ferm bid-dedikazzjoni tal-għalliema.

Meta dan l-aħħar saret il-Vista Pastorali tal-Arċisqof Pawlu Cremona fl-Imqabba u ssemma kemm kienet ilha ma ssir xi ħaġa simili, ħafna nħasdu. U bir-raġun. Il-vista ta’ qabel din saret fl-1967, propju 47 sena ilu. F’dan l-artiklu qsajjar ser nagħtu titwila storika lejn dik il-Vista. Il-żjara mill-Arċisqof Mikiel Gonzi bdiet fis-7 ta’ Mejju 1967 b’korteo mid-dar parrokkjali għal knisja bis-sehem tal-fratellanzi bl-istandardi u l-fratelli u l-kleru. Matul ir-rotta kien hemm ħruq ta’ murtali. Mal-wasla sar ir-rit tal-ġurament u l-att ta’ sottomissjoni tas-saċerdoti. Wara saret konċelebrazzjoni li fiha ħadu sehem il-Monsinjur Dun Anġ Ghigo, Dun Salv Grima kif ukoll il-kappillan Dun Carmelo Bianco kif ukoll is-saċerdoti mill-parroċċa tal-Imqabba Dun Ġużepp Xuereb, Dun Ġerald Mangion, Dun Karm Ghigo u Dun Joe Bugeja. Wara l-quddiesa s-saċerdoti ngħaqdu mal-Arċisqof għand il-kappillan għat-tè.

Dakinhar stess fis-6.30pm l-Arċisqof assistit mill-kappillan Bianco qaddes ġewwa San Bażilju għal rappreżentanti tad-diversi għaqdiet. Fl-omelija tiegħu tkellem fuq l-importanza tal-appostolat u ħeġġeġ lil dawk preżenti sabiex jimpenjaw ruħhom b’serjetà għal ħidma kattolika. Wara ttieħed ir-ritratt tal-okkażjoni tas-saċerdoti fuq iz-zuntier tal-istess kappella. Il-ħidma tal-vista ntemmet fis-7.30pm fejn l-Arċisqof kellu ċans jattendi riċeviment żgħir imħejji mill-kappillan u li għalih attendew is-saċerdoti.

Dan l-artiklu qsajjar ifakkar f’avveniment ieħor li sar fl-Imqabba tal-passat. Minkejja dan juri kemm kien hemm xebh ma dak li sar ukoll fil-preżent. Illum il-ġurnata l-enfasi tal-knisja resqet aktar lejn dak li hu spiritwali minn dak li hu materjali, u hekk xieraq fi żmien meta nifhmu li aktar għandu valur il-bniedem milli l-binjiet u l-istrutturi moħluqa mill-istess bniedem.

Noti u Referenzi Joseph Zammit Mangion, ‘L-Edukazzjoni u l-iskola fl-

Imqabba’, f’Charles J. Farrugia (ed), L-Imqabba mal-Medda taż-Żmien, Malta 1998, p. 149.

Charles J. Farrugia, Tal-Ġilju: Il-Banda u s-Soċjetà fl-Imqabba, Malta 1995, pp. 115-116.

Arkivju Parrokkjali Mqabba, Notizie S. Parrochiale Chiesa, fol. 96v-97v.

Hawn bdiet il-parti li kienet kważi spezzjoni tal-opri sagri kemm fil-knisja, fil-kappelli u dak kollu li kienet tippossedi l-knisja. L-ewwel kappella li żar l-Arċisqof kienet dik tad-Duluri, ġuspatronata mill-familja Pullicino. Wara żar dik ta’ Santa Katarina u jidher li ma tantx ħa gost, anzi r-rapport tal-kappillan ta’ dak iż-żmien jgħid “Sua Ecc.za deploró l’uso ormai ridotto per conservare le due pradelle di S. Maria Assunta e della Madonna del Giglio.” Il-kappillan ddefenda ruħu billi spjega li kellu proġett maħsub sabiex ineħħi dawn il-bradelli minn hemm u juża l-post għal skop sagru, liema pjan ġie approvat minn Gonzi.

Wara l-kappella ta’ Santa Katerina l-Arċisqof żar il-kappelli ta’ San Bażilju u San Mikiel fejn ammira l-arkitettura mill-isbaħ u minn hemm baqa’ sejjer bil-karozza sabiex iżur il-kappella ta’ Ġesù Nazzarenu fiċ-ċimiterju. Hemm kien sodisfatt ferm għal metodu mill-aqwa ta’ kif kien miżmum il-post.

Is-serata kienet riservata għal żjarat għand l-għaqdiet tal-parroċċa. Fil-5.00 pm l-Arċisqof żar iċ-ċentri tal-MUSEUM. Wara fl-5.45 żar il-każin tal-Ġilju u aktar tard dak ta’ Santa Marija. Fit-tnejn saru diskorsi mill-Presidenti rispettivi. Dawn iż-żjarat ġabu fi tmiem l-ewwel ġurnata tal-Arċisqof Gonzi fl-Imqabba.

L-isqof jisma’ b’attenzjoni messaġġ minn student waqt iż-żjara fl-Iskola Primarja tal-Imqabba.

Mix-xellug: Dun Gerald Mangion, Dun Ġużepp Xuereb, Monsinjur Arċisqof Michael Gonzi, il-kappillan Dun Karm Bianco, Dun Karm Ghigo, Dun Joe Bugeja f’ritratt tal-okkażjoni meħud

fid-9 ta’ Mejju 1967. (Arkivju Parrokkjali Mqabba)

Firem tal-Arċisqof Gonzi u l-Kappillan Bianco fil-ktieb tal-Viżitaturi tal-każin tal-Ġilju (Arkivju Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju,

Mqabba – Ktieb tal-Viżitaturi).

159

Charles J. Farrugia BA(Hons) PG Dip Rec Mgmt MA MA(Lond)

Page 82: Program Festa Tal-Gilju 2014

Waħda mill-ewwel missjonijiet li nsista fuqha l-Arċisqof Pawlu Cremona meta nħatar fil-kariga ta’ mexxej spiritwali tad-Djoċesi kienet dik ta’ aktar kuntatt man-nies. Wieħed mill-metodu li hu ried li juża għal dan il-kuntatt kien hemm Viżta Pastorali mad-Djoċesi. Fil-fatt, fil-messaġġ tiegħu għal din il-Viżta qal hekk: “Permezz tal-Viżta Partorali fil-Parroċċi, jien bħala ragħaj qed nidħol f’relazzjoni mal-persuni, mal-familji, u mal-komunitajiet”.

Il-Viżta Pastorali fl-Imqabba saret bejn it-22 ta’ Frar u l-10 ta’ Marzu 2014. Uffiċjalment iż-żjara bdiet nhar is-Sibt 22 ta’ Frar 2014 meta l-Arċisqof Monsinjur Pawlu Cremona qaddes fil-Knisja Parrokkjali u wara ltaqa’ man-nies. It-Tnejn 24 ta’ Frar saret żjara fiċ-ċentru tad-Dutrina tal-Iskola Primarja u wara mal-Katekisti kollha fil-Knisja ta’ San Bażilju. Kien imiss laqgħa mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali fil-Knisja ta’ San Basilju.

It-Tlieta 25 ta’ Frar kienet dedikata għal-laqgħat mas-subien li jattendu l-MUSEUM, il-membri tal-Kummissjoni Liturġija u l-Kummissjoni Familja. Il-Ħamis 27 ta’ Frar l-Arċisqof żar l-Iskola Primarja kif ukoll sab il-ħin għal-laqgħat mal-pubbliku li kien avżat sabiex jagħmel appuntament bit-telefon. Il-Ħamis 6 ta’ Marzu saru laqgħat mal-Kummissjoni Djakonija kif ukoll ma’ membri tas-Soċjetà Ċivili. Il-Ġimgħa 7 ta’ Marzu kien hemm laqgħat mal-leaders taż-żgħażagħ fl-Uffiċċju Parrokkjali u wkoll mal-adolexxenti u ż-żgħażagħ fil-Knisja ta’ San Bażilju.

Fl-aħħar jum taż-Żjara Pastorali tal-Arċisqof fl-Imqabba nhar it-Tnejn 10 ta’ Marzu saret laqgħa mas-Saċerdoti tal-Parroċċa, l-animaturi tal-Evanġelizzazzjoni u l-Assemblea Parrokkjali li kienet miftuħa għall-pubbliku. Wara l-Arċisqof kiel mas-Saċerdoti.

Għalkemm diversi snin wara, din iż-Żjara Pastorali kompliet tħeġġeġ il-ħajja Kattolika fil-komunità. Il-format ma kienx wisq differenti minn dak tal-viżta ta’ qabel, iżda l-emfasi kienet aktar fuq l-ispiritwalità milli fuq l-istituzzjonijet, l-armar u l-proċeduri.

Alan Spiteri Petrus Funeral Service24hrs Funeral Service

65, Triq it-Tempesta, Qrendi.Tel: 2168 5881Mob: 9945 9400e-mail: [email protected]

We take care of everything for you!

Monsinjur Arċisqof flimkien mall-Kappillan tal-Parroċċa W.R. Dun George Spiteri flimkien ma’ dlegazjoni tal-Kumitat Amministrattiv immexxija mill-President tas-Soċjeta s-sur Teddy Farrugia f’ritratt ta’ tifkira meħud fil-Knisja ta’ San Bażilju nhar l-Ħamis 6 ta’ Marzu

2014 f’Laqgħa li saret mal-membri tas-Soċjeta’ Ċivili ta’ l-Imqabba.

IL-VISTA PASTORALI TAL-2014

161

Page 83: Program Festa Tal-Gilju 2014

163

KOMUNITAJIET DEVOTI TAL-MADONNA TAL-ĠILJU Żjara minn Delegazzjoni Taljana minn Anticoli Corrado

Fil-programmi tal-festa tal-Madonna tal-Ġilju tas-snin li għaddew konna ppublikajna informazzjoni dwar komunità fl-Italja li għandha devozzjoni speċjali lejn il-Madonna tal-Ġilju. Din hi l-komunità ta’ Anticoli Corrado ġewwa Lazio. Din l-informazzjoni kompliet tiġi elaborat fil-ktieb Sicut Lilium: devozzjoni u ritwal tul is-sekli kitba ta’ Charles Farrugia. L-istess awtur għamel żjara f’Anticoli Corrado f’Novembru tal-2012 u hemm poġġa l-pedament sabiex tinbeda kollaborazzjoni bejn Anticoli Corrado u l-għaqdiet li jiċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba.

Id-delegazzjoni li ġiet l-Imqabba kienet magħmula mill-kappillan ta’ Anticoli Corrado Don Anacleto Giagnori, il-Prijur tal-Fratellanza tal-Madonna tal-Ġilju u Immakulata Kunċizzjoni s-Sinjura Rosella Riccioluti, delegata mis-Soċjetà San Nicola di Myra mill-istess villaġġ ta’ Anticoli s-Sinjura Laura Siciliano Toppi, u rappreżentat tal-Kunsill Lokali ta’ Anticoli Corrado s-Sur Giuseppe Fabbi. Id-delegazzjoni għexet fl-Imqabba bejn l-24 u t-28 ta’ Frar 2014. Matul dawn il-ġranet huma segwew programm imħejji mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju u l-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni. Dan kien jinkludi taħlita ta’ żjajjar kulturali, laqgħat ma’ awtoritajiet u mawra f’Għawdex.

Mal-wasla tagħhom fl-Imqabba d-delegazzjoni bdew żjara lil kappelli kollha tal-lokal, kif ukoll postijiet ta’ interess storiku li ntemmet bi żjara fil-barriera ta’ Charles Bondin. Hawn ingħataw spjega ta’ kif isir il-qtugħ tal-ġebel li għalih l-Imqabba hi tant popolari. Propju wara s-Sindku Nicholas Briffa akkumpanjat mill-kunsillieri Mary Grace Mallia u Paul Spiteri dawwru d-delegati mal-isptar il-qadim u laqgħuhom fil-bini tal-Muniċipju tal-Kunsill. Wara diskussjoni interessanti dwar it-tradizzjonijiet taż-żewġt irħula u skambju ta’ rigali, saret laqgħa oħra fil-każin tal-Ġilju. Hawn il-kumitat kellu ċans isir jaf lil mistiedna. Kien hemm ukoll preżenti d-direttur Spiritwali Patri Adrijanu Cachia. Saru diskorsi tal-okkażjoni u aktar tard s-Sur John Barbara dawwar lil mistiedna ġewwa l-maħżen tal-armar.

Jum it-Tlieta kien dedikat għal żjara kulturali fir-Rabat u l-Imdina. Il-mistiedna kellhom iċ-ċans li jżuru siti ta’ interess nazzjonali bħal Mużew tal-Wignacourt, il-grotta ta’ San Pawl u l-Katidral tal-Imdina. Ma naqsux xi waqfa għal kafè u ikla tajba ġewwa l-Veduta fir-Rabat.

L-Erbgħa 26 ta’ Frar kien dedikat għal mawra fil-gżira sabiħa ta’ Għawdex fejn hawn iddawru l-ġojjelli tal-gżira. Apprezzaw ferm it-tempju preistoriku tal-Ġgantija. Wara żaru wkoll kemm il-Katidral dedikat lil Santa Marija u l-Bażilika ta’ San Ġorġ. F’dan tal-aħħar il-kappillan Don Anacleto kellu sorpriża mhux pjanata meta ltaqa mal-Arċipriet Monsinjur Pawlu Cardona li hu kien ħadem miegħu xi għoxrin sena ilu fl-Italja. Kienet verament sorpriża sabiħa u mhux mistennija.

Filgħaxija l-kappillani tal-Imqabba u ta’ Anticoli Corrado qaddsu flimkien fil-knisja parrokkjali tal-Imqabba u wara sar xi talb u ritratti tal-okkażjoni quddiem il-vara tal-Madonna tal-Ġilju u fuq l-altar maġġur. Don Anacleto għamel kelmtejn qosra fejn irringazzja lil kulħadd għall-ospitalità. Dan kien segwit minn attività’ soċjali fejn il-kappillan tal-parroċċa l-Kanonku Dun George Spiteri u l-Viċi Dun George Schembri, flimkien mad-diriġenti tas-Soċjetà tal-Madonna tal-Ġilju u r-Rettur s-Sur Joe Gauci setgħu jsiru jafu lil xulxin u jiddiskutu f’atmosfera informali.

Id-delegazzjoni flimkien mal-kappillan tal-Imqabba f’ritratt ta’ tifkira quddiem l-istatwa tal-Madonna tal-Ġilju meqjuma fil-knisja parrokjali tal-Imqabba.

Il-poster imħejji mid-delegazzjoni Taljana li jfakkar din iż-żjara.

Page 84: Program Festa Tal-Gilju 2014

Joseph Mizzi Aluminium works FREE QUOTATIONS

Address Work shop & Office Tel/fax : 00356-21807851LQA040A mob : 99445686Luqa industrial estate Luqa,MALTA. Email : [email protected]

For aluminium products with competitive prices and professionally done with years of experience in aluminium works.

We fabricate aluminium apertures like doors & windows with new profiles and a large range of colours .

We cater for customer made structure as greenhouse,verandas,skylight,facades and more.

Call for free quotation for : Louvers fixed & adjustableDouble glazed apertures (with Argon Gas)Showers & PartitionsInsect screens & Roller netsHinged , Sliding & Revolving aperturesMaltese Balcony's , Stairs & HandrailsSecurity Main DoorsArched apertures & Folding doors

We do also Soffit Ceilings in Mineral Fibre & Gypsum in various models

Il-Ħamis kien dedikat għal żjara kulturali ġewwa l-Belt Kapitali Valletta fejn hemm ġew imdawra diversi siti fosthom il-proġett ta’ Renzo Piano, il-Kavallier ta’ San Ġakbu, l-Barrakka, il-Bibljoteka Nazzjonali u l-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Kien emozzjonali l-kliem tad-delegati meta ammiraw il-kapolavur tal-qtugħ ir-ras ta’ San Ġwann tal-Caravaggio li ħassew emozzjoni meta raw b’għajnejhom dak li tgħallmu fuqu fil-kotba tal-iskola.

Wara nofsinhar kien jonqos aktar sorpriżi għal dan il-grupp. Saret żjara fil-kamra tan-nar tal-Madonna tal-Ġilju fejn s-Sur Kevin Saliba u nies oħra spjegaw l-operat tal-kamra. Għalkemm mhux nies li qatt ma messew mad-delizzju tal-logħob tan-nar, kienu impressjonati kif f’ambjent volontarju wieħed jista’ jorganizza daqshekk fil-kobor.

Iż-żjara kienet waħda suċċess u tawgura tajjeb għal futur. Dan joħroġ ċar mill-ittri ta’ radd il-ħajr li ntbagħtu wara. Hawn qed nirriproduċu biċċiet qosra mill-memorji tagħhom kif spjegati fit-tliet ittri twal li waslu. Il-Kumitat ma jistax ma jroddx ħajr li dawk li kienu nvoluti fl-organizzazzjoni ta’ din iż-żjara, offrew akkomodazzjoni fi djarhom u wkoll lil dawk id-diretturi ta’ mużewijiet jew siti storiċi li taw il-ħin tagħhom biex jispjegaw ir-rikezza storika li għandna f’pajjiżna. Konvinti li din iż-żjara hi biss pass minn mixja ta’ fidi li ż-żewġ komunitajiet ser jagħmlu mwennsa minn Marija taħt it-titlu tal-Ġilju.

Messaġġi minn Anticoli CorradoMessaġġi ta’ radd il-ħajr waslu wara din iż-żjara mingħand id-

diriġenti tal-organizzazzjonijiet li bagħtu rappreżentanti tagħhom fl-Imqabba. Fost dawn kien hekk il-messaġġ mill-kappillan li mexxa d-delegazzjoni Don Anacleto Giagnori. Silta żgħira minn messaġġ ta’ tliet paġni tgħid hekk:

... il viaggio per tutti noi è stato un lungo momento di meditazione e di preghiera (attraverso il quale trarremo beneficio nell’anima, per lungo tempo) culminato con la S. Messa nella bellissima Chiesa, celebrata dal Parroco Don Giorgio Spiteri, alla quale ho potuto partecipare anch’io su gentile sollecitazione del medesimo Parroco. In quella circostanza ho provato una emozione indescrivibile per aver compreso immediatamente il significato intrinseco di quella celebrazione. La particolare e sentita vicinanza dei fedeli poi, ha amplificato in me sentimenti di comunione fraterna. Vi sono stati anche momenti piacevoli di svago ed istruttivi, orientati all’approfondimento delle valenze storico-artistiche della nazione maltese. Parimenti, la preparazione al viaggio per Mqabba della delegazione anticolana, da parte della Societa Muzikali Madonna tal-Ġilju, deve essere stata faticosissima e ce ne siamo resi conto durante tutto il periodo di permanenza in quanto il programma degli incontri con le varie personalità ecclesiastiche e/o civili del luogo è stato davvero incalzante.

Messaġġ ieħor imqanqal wasal mill-Prijur tal-Fratellanza Madonna

del Giglio ed Immacolata Concezione di Anticoli Corrado, Rosella Riccioluti. Silta minn din l-ittra kienet tgħid hekk:

La seconda sorpresa, quella della scoperta visiva di una cittadina tutta in pietra silicea che al calar del sole si tinge di un colore dorato, esaltato dal cielo azzurro intenso. Ogni angolo nelle strade ha la

Iż-żjara fil-post tan-Nar tal-Ġilju l-Ħamis 27 ta’ Frar 2014. Mix-xellug: Giuseppe Fabbi, Rosella Riccioluti, Michel Farrugia, Laura Siciliano Toppi, Don Anacleto Gangori, Teddy Farrugia, Charles Farrugia, Joseph Buttigieg, Edward Dingli, Emman Cassar u Kevin Saliba.

Id-delegazzjoni żżur il-kappella ta’ San Bażilju. Mix-xellug: Teddy Farrugia, Giuseppe Fabbi, Rosella Riccioluti, Don Anacleto Gangori, Charles Farrugia, Laura Siciliano Toppi.

Il-kappillan ta’ Anticoli Corrado jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi fil-każin wara l-laqgħa li saret it-Tnejn 24 ta’ Frar 2014.

Id-delegazzjoni murija l-proċess tal-qtugħ tal-ġebel minn Charles Bondin fil-barriera ta’ Ganga.

165

Page 85: Program Festa Tal-Gilju 2014

Discount Detergent Shop

Magic Clean – The Heart of Magic Prices

Triq Filippu Farrugia, Ûurrieq (Ódejn il-MuΩew tal-Bniet)

Tel: 2164 7070 • Mob: 7720 8974Email: [email protected]˙all-Offerti u SorpriΩi mill-A˙jar: • Punti Doppji • Free Deliveries • Prodotti b’Xejn • Bonus Card

• L-Or˙os u l-A˙jar Prezzijiet

Reservations ont: 21227410 / 27020471m: 99406309

We are open 7 days a week, from 10.00am till late!Accepting bookings for large groups, staff lunches/dinners,

hens & bachelors, birthdays & any other occasion.Kitchen open All dAy

ExcEptional Food… Consistently“One of the very nicest things about life is the way we must regularly stop whatever it is we are doing and devote our attention to eating” (Luciano Pavarotti) … and Browns Malta is the place to do so! Original, exceptional and tasty food is served every time – that’s our commitment.

propria edicola votiva, posta sempre in alto sui muri di pietra, in modo che possa essere ben visibile anche a distanza. La bellissima “Parrocca” poi, risalente al sec. 16, si apre su di una larga e bella piazza e sul fianco destro della medesima chiesa, la bella facciata dell’edificio storico nel quale vive la Societa Muzikali Madonna tal-Ġilju.

Desidero infine ringraziare tutti coloro che, non elencati (per la mancata conoscenza dei singoli nominativi di tutte le persone incontrate), hanno collaborato in vario modo alla ns. magnifica permanenza maltese. Per non tediarvi ulteriormente, concludo con l’auspicio che nel mese di settembre del c.a., una delegazione della Societa Muzikali Madonna tal-Gilju possa raggiungere Anticoli Corrado, per vivere di nuovo insieme l’esperienza fraterna dei festeggiamenti della Madonna del Giglio. Questa particolare occasione potrà rafforzare i già forti legami sin’ora instaurati.

Vi lascio per ora con una frase di Papa Francesco che credo sia significativa in questo momento e che ci potrà aiutare nel tempo, per un auspicato cammino insieme.

Persuna li kienet strumentali sabiex saret din il-ħidma kollha kienet Laura Siciliano. Dan li ġej hi silta mill-messaġġ ta’ radd il-ħajr mibgħut minnha f’isem is-Soċjetà Kulturali San Nikola ta’ Myra ta’ Anticoli Corrado:

Gentile Presidente Teddy Farrugia, non finirò di ringraziarLa per la fraterna ospitalità

che ha voluto concedere alla ns. Delegazione Madonna del Giglio ed Immacolata Concezione nei giorni dal 24 al 28 Febbraio 2014. Erano ormai diversi anni - ma anche a seguito di ricerche intraprese da Charles Farrugia nel 2013, mirate alla conoscenza delle tradizioni religiose dedicate alla Madonna del Giglio in Anticoli Corrado - che desideravamo, credo da ambo le parti e dal profondo del cuore, di far incontrare e dialogare i due Gruppi devozionali titolati alla Madonna ed in particolare le due organizzazioni di Fratellanza. La costanza ed in particolare la profonda Fede Cristiana, hanno sostenuto i nostri comuni obbiettivi: credo che la Madonna del Giglio abbia infuso in noi, una inusuale dedizione e caparbietà indispensabile per portare avanti un progetto assai complesso: quello di far incontrare i due Gruppi devozionali, rintracciando in una “Koinonia” ideale in parte tangibile, le antiche e comuni Tradizioni religiose;

d’altra parte non deve essere sottovalutato l’ incantevole grazia interiore della quale tutti hanno beneficiato e beneficiano ancora – durante e dopo il viaggio - derivante dal sentito e collettivo “Credo” nel Signore Dio Padre ed in Gesu’ Cristo suo figlio, recitato e ribadito da tutti i fedeli durante la S. Messa celebrata dai due parroci delle Comunità Maltese ed Italiana: Don Gheorge Spiteri e Don Anacleto Giagnori.

Per concludere:non si sarebbe potuti giungere a tutto questo se Lei, Signor T. Farrugia, non si fosse prodigato come di fatto è

avvenuto e per un così lungo periodo, affinché tutto procedesse secondo quanto auspicato da tutti.Saremmo felici di poter ospitare in Anticoli C. una Vs. Delegazione, non appena possibile e secondo le Vs

disponibilità di tempo, nell’intento di rinsaldare ancor di più quelle relazioni intraprese che già oggi appaiono profondamente radicate.

Distinti saluti - Laura Siciliano

Ritratt tal-okkażjoni wara l-quddiesa tal-Erbgħa 26 ta’ Frar 2014 fil-knisja parrokkjali. Mix-xellug: Benny Briffa, Laura Siciliano Toppi, Marvin Sciberras, Rosella Riccioluti, Don Anacleto Gangori, l-Kanonku Dun George Spiteri, Teddy Farrugia, Giuseppe Fabbi, Maria Muscat, Charles Farrugia, Bice Farrugia, Emanuel Briffa, Jonathan Dingli, Darren Falzon, Joseph Gauci.

Ritratt tal-okkażjoni wara l-laqgħa fil-bini muniċipali tal-Kunsill Lokali. Mix-xellug: Patri Adrijanu Cachia, Marvin Sciberras, Paul Spiteri, Mary Grace Mallia, Teddy Farrugia, Nicholas Briffa, Don Anacleto Gangori, Giuseppe Fabbi, Rosella Riccioluti, Laura Siciliano Toppi u Charles Farrugia.

167

Page 86: Program Festa Tal-Gilju 2014

Permezz ta’ din il-pubblikazzjoni għal sena oħra bħala Kumitat Amministrattiv inħossu li hu dmirna li nfakkru f’dan l-episodju; li aktar kemm jgħaddi ż-żmien aktar juri kemm dak li aħna sħaqna fuqu tul is-snin huwa minnu! Dan hekk kif illum il-ġurnata l-avvanz enormi li sar fit-teknoloġija jagħmilha ferm aktar faċli li taċċessa l-informazzjoni dwar dak kollu li trid! U hekk hu f’dan il-każ, fejn dak li aħna sostnejna tul is-snin li l-unur “Etoile d’Or du Jumelage” ingħata lir-raħal tagħna tal-Imqabba huwa minnu! Mhux biss, iżda dan wara li l-Imqabba ġiet iddikjarata li hi ġemelatta ma’ Ascoli Piceno, xi ħaġa li sal-ġurnata tal-lum, qatt ma kienet! Madankollu, minkejja li mkien, la fuq iċ-ċertifikat uffiċjali u lanqas fuq il-plakka kommemorattiva ma hemm indikat li dan jappartjeni lil xi Għaqda jew Banda partikolari Mqabbija, is-Soċjetà Santa Marija u Banda Re Ġorġ V tibqa’ tiċħad dan il-fatt mingħajr qatt ma rribatiet il-fatti kollha li aħna tul tant u tant snin pubblikament poġġejna għall-iskrutinju tagħhom fid-diversi artikli ppublikati fil-ktieb tal-Festa tagħna. Dan minkejja li deher fil-programm mitbugħ mis-Soċjetà Santa Marija fl-okkazjoni tal-Festa ta’ Santa Marija 2013 (Paġni 149-153) imkien ma jwieġeb id-diversi mistoqsijiet li l-kumitat Amministrattiv ta’ din is-Soċjetà saqsa tul is-snin fid-diversi edizzjonijiet ta’ din il-pubblikazzjoni annwali.

Minkejja dan, nibqgħu nemmnu li titfa’ kemm titfa’ ilma, ż-żejt dejjem fil-wiċċ jitla’ u hekk hi l-verità: tostorha kemm tostorha, xi darba jew oħra; il-verità tirbaħ u s-sewwa jiġi magħruf! Minkejja dan, aħna bħala Kumitat Amministrattiv, bir-responsabiltà kollha fuq din il-pubblikazzjoni nsostnu dak miktub u fl-istess waqt intennu b’mod pubbliku; li jekk jiġi ppruvat mod ieħor, bl-onestà kollha nippubblikaw fuq din l-istess pubblikazzjoni li sena wara sena semmajna leħinna, il-korrezzjoni li jkun hemm bżonn. Iżda fin-nuqqas ta’ dan nibqgħu nisħqu fuq il-pożizzjoni tagħna. La mistoqsijiet saru kemm trid u tweġibiet ma kellna xejn, hu d-dmir tagħna li nassiguraw li l-istorja ma jnessiha ħadd! Sforzi sabiex dan l-att jiġi legalizzat saru diversi. Iżda, minkejja kull sforz, wara dawn is-snin kollha, wara tant u tant mistoqsijiet mhux imwieġba, bilfors għalhekk ikollna nikkonkludu li s-skiet huwa konferma tal-mistoqsijiet. Nemmnu għalhekk li għad jiġi żmien li xi ħadd fl-Awtorità jagħti d-dawl lil dawn l-artikli (li dehru f’edizzjonijiet preċedenti ta’ dan il-ktejjeb skont kif referut aktar qabel f’dan l-istess artiklu u li jinsabu arkivjati saħansitra f’diversi libreriji pubbliċi) u l-verità toħroġ li finalment dak li hu tal-Imqabba jintradd lura lill-Imqabbin! Għal sena oħra nħallu fl-intelliġenza tal-qarrejja sabiex jagħmlu ġudizzju!

169

IL-ĠEMELLAĠĠ BEJN ASCOLI U L-IMQABBAIl-Kumitat Amministrattiv

Sabiex l-Istorja ma jnessiha ħadd!

Page 87: Program Festa Tal-Gilju 2014

Il-ktieb ‘Sicut Lilium Devozzjoni u Ritwal tul is-Sekli’ rebaħ il-premju tat-tieni post, bl-ewwel premju jintreħba mill-ktieb Mintoff – il-bniedem u l-istorja editjat mis-Sur Mario Cutajar. B’hekk ingħata premju ta’ ċertifikat kemm mill-editur kif ukoll lil pubblikatur li f’dan il-każ kienet is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju. Ingħata wkoll premju ta’ EUR400 lil editur s-Sur Charles Farrugia. L-editur irregala dan l-ammont lil istess Soċjetà biex tużhom kif l-aħjar li tħoss għal skop kulturali.

Il-premju ingħata waqt ċeremonja apposta organizzata mill-Kunsill Malti tal-Ktieb ġewwa l-Berġa ta’ Kastilja fl-Belt

Valletta. Iċ-ċeremonja kienet preseduta mill-Onorevoli Dr Joseph Muscat, Prim Ministru ta’ Malta. Fil-bidu taċ-ċerimojna tkellem il-President tal-Kunsill tal-Ktieb is-Sur Mark Camilleri li spjega l-ħidma tal-Kunsill kif ukoll l-emfasi tal-ewwel sena fuq l-organizazzjoni tal-fiera tal-ktieb li nbidlet f’Festival ta’ ktieb. Il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu spjega s-sostenn tal-gvern lis-settur u kif jinsab fiduċjuż li ser ikun hemm titjib sostanzjali.

Għal din iċ-ċeremoja attendew s-Sur Teddy Farrugia, President tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju kif ukoll is-Sur Charles Farrugia, li kien il-moħħ wara dan il-ktieb, l-editur, kif ukoll wieħed mill-awturi li kiteb erba’ mill-artikli inklużi. Is-Sur Farrugia

PREMJU PRESTIĠJUŻ GĦALL-KTIEB ‘SICUT LILIUM’

Zahra Trading& ProPerTies LTd

Building ContraCtors & ExCavation WorksMob: 9949 6196 / 9964 0957 / 79390384 • E-mail: [email protected]

Supplies of Concrete & Concrete Blocks

Crane Hire & Plant HireSiġġiewi Road,

Ta’ Kandja, L/O Mqabba

Tel: 2164 0957 • Mob: 9942 4689Fax: 2164 1601

171

Fix-xena tal-pubblikazzjoni ta’ kotba f’pajjiżna l-akbar sodisfazzjon ta’ kull awtur hu li jsib udjenza għax-xogħoljiet tiegħu. Dan ukoll peress li s-suq hu żgħir, il-bejgħ qatt ma jista jkun kbir wisq, u wisq anqas ma hemm wisq rikonoxximent għal ħidma li ħafna drabi trid issir b’mod volontarju. F’dan il-kuntest li wieħed jiġi rikonoxxut b’xi premju mill-konkors tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb hi ta’ sodisfazzjoni kbir. Kien dan is-sentiment li nħass mis-Soċjeta Mużikali Madonna tal-Ġilju bir-rebħ ta’ premju prestiġġjuż mill-Konkors tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb xogħolijiet ippubblikati matul 2012, bil-ktieb ‘Sicut Lilium: ritwal u devozzjoni tul is-sekli’.

Il-katergorija li fiha kkompeta l-ktieb kienet dik għal ‘Riċerka Bijografika u storika bil-Malti jew b’lingwa oħra’ flimkien ma’ kotba oħra ta’ kalibru miktuba minn storiċi oħra. Il-kotba l-oħra li ħadu sehem fl-istess kategorija kienu dawn:

De Soldanis: an eighteenth century intellectual Godwin VellaPeasant Costumes: insights into rural life and society Godwin VellaL-istorja tal-Koperattivi f’Malta – Francis GaleaThe Zejtun Roman Villa research-conservation-management – Ruben AbelaVictoria a protrait of a city – Charles Cini;Duminku Mintoff u Malta fi żmienu – Josef Grech;The emergence of a Maltese Teacher Corps – George CassarCharles Clews (1919-2009) – Anne Marie BonniciOh żmien ħelu – Josephine MahoneyMintoff – il-bniedem u l-istorja – Mario Cutajar (rebbieħ tal-Ewwel Post)Irridu u ma nistax: il-ħajja ta’ Karmenu Vassallo – Marcel Zammit MarmaraDuminku Mintoff bejn storja u miti – Sergio GrechBankng and finance in the Mediterranean – John A. ConsiglioVassalli fl-ħolma Maltija – Matthew Theuma.

Il-Kopertina tal-ktieb

Waqt l-għoti tal-premju mill-Onorevoli Joseph Muscat, Prim Ministru ta’ Malta. Jidhru wkoll Mark Camilleri, President tal-Kunsill tal-ktieb, Teddy Farrugia President tas-Soċjetà u l-editur Charles J. Farrugia.

Page 88: Program Festa Tal-Gilju 2014

FantasyFlowers

Your fantasy into reality

Aldo Ritchie

Madonna ta’ Pinu,Triq il-Ħarriġiet,

Mqabba MQB 1480, Maltatel: 2164 1032

Mob: 9946 5963 / 7960 2432E-mail: [email protected]

mhux ġdid għal dan il-premju għaliex fl-konkors tal-1998 kien ukoll rebaħ il-Premju għall-aktar ktieb riċerkat bil-pubblikazzjoni ‘L-Imqabba mal-medda taż-żmien’. Mistoqsi mill-Bord Editorjali ta’ din il-publikazzjoni annwali, s-Sur Farrugia qal hekk:

“Dan l-unur fih valur kbir għaliex tieħu gost li xogħol bħal dak ta’ aktar minn 600-paġna jiġi evalwat minn nies oħra esperti u jiddistingwi ruħu. Minkejja dan, Farrugia jemmen li l-akbar kontribut tal-ktieb mhux il-premju iżda il-massa kbira ta’ dettalji storiċi ġodda li ħarġu mir-riċerka li jbiddlu ċertu ineżattezzi li kien hemm u joffru inċentiv għal riċerkaturi oħra biex ikomplu jibnu fuq dan il-pedament. Bħal ma l-ktieb L-Imqabba mal-Medda taż-Żmien kien pedament biex wieħed jibni fuqu fuq it-tema tal-istorja mqabbija, dan il-ktieb jgħamel l-istess kisba fejn jidħol il-kult lejn il-Madonna tal-Ġilju.”

NOTA EDITORJALIMin din il-paġna l-Bord Editorjali jirringrazzja lis-Sur Farrugia ta’ dan ix-xogħol monumentali, lid-diversi awturi professjonali fosthom anke minn barra minn Malta bħal Monsinjur Renzo Francalachi u l-Professur Jon Mitchell u lil dawk kollha li għenu b’ħidma ta’ editorija, ritratti u sponsors.

173

Page 89: Program Festa Tal-Gilju 2014

We take orders for parties and other

28/A, Nazzarenu Street Phone/Fax: 21331353Sliema, Malta Email: [email protected]

Niftakar, kien il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2013, tard wara nofsinhar, kont qiegħed fejn ommi, hekk kif nirċievi telefonata mingħand sieħbi Chris Briffa u qalli li fuq facebook qara li kien ħalliena l-ħabib kbir tagħna Ġorġ! Ngħidilkom il-verità ma flaħtx inlissen kelma u pjuttost kif ġietni l-vuċi, merejt lil Chris, hekk kif ftit tal-jiem qabel kont għadni kemm ikkomunikajt miegħu dwar xi ritratti li ridt nibgħatlu b’rabta mas-sehem tiegħu fil-Kunċert Annwali tal-Festa tagħna, madwar xahar qabel! Imma minkejja li ma ridtx nemmen, hekk kienet ir-realtà! Id-destin ried li hu jiġi msejjaħ ħdejn il-Ħallieq propju waqt li kien mimli ħeġġa sejjer jaqsam il-ferħ tal-Festa tal-Padrun Protettur tiegħu San Ġorġ ġewwa l-belt kapitali Għawdxija!

Ġorġ kien maħbub minn kulħadd! Personalment il-konoxxenza tiegħi tmur lura għal aktar minn tletin sena, fejn oriġinarjament sirt nafu bħala bandisti meta jien, bħal mejda tal-qubbajt, bdejt immur indoqq minn festa għal oħra mad-diversi baned Maltin; u peress li Ġorġ kien idoqq l-euphonium u jien bit-trumbun, allura tista’ tgħidli konna nkunu spalla ma’ spalla! Mill-ewwel laqatni l-karattru tant ferrieħi tiegħu iżda fuq kollox, l-esperjenza skoprejt il-ġenwinità u l-onestà tiegħu u fuq kollox is-sens ta’ rġulija li kien iħaddan! Mhux biss iżda ntbaħt bit-talent letterarju tiegħu li kapaċi joħloq strofi għal kull sitwazzjoni jew okkażjoni! U minn hemm nibtet ħbiberija kbira bejnietna li ssarrfet ukoll b’xogħlijiet letterarji li se jibqgħu mnaqqxa fis-Soċjetà tagħna tul is-snin! L-ewwel xogħol tiegħu jmur lura għas-sena 1995, bil- versi għall-Innu Marċ tal-Planċier li hu kien mill-ewwel sejjaħ “MERAVILJA” u ppermettuli nirrakkonta għaliex! Meta tlabtu jagħmlilna l-versi, aċċetta mill-ewwel imma apparti li talabni xi tagħrif, qalli li jkun ferm aħjar li kieku jkun jista’ jħoss u jifhem ix-xogħol u s-sengħa ta’ din l-opra artistika li aħna konna qed inwettqu. Avviċinajt lill-Kummissjoni Planċier, immexxija mill-aħwa Sacco li kienu qed jaħdmu fuqu. U hekk sar. Ftehmna u għaddejt għalih u ħadtu l-barriera fejn kien qed jinħadem il-planċier, li ta’ min jgħid li kien fi stadju avvanzat ħafna! U kif rah, mill-ewwel qalli dan mhux PLANĊIER imma MERAVILJA.....!!!!

Donnu dan ma kienx biżżejjed hekk kif fl-istess sena taċ-Ċinkwantenarju tal-Banda l-Kummissjoni Banda kienet ipproponiet lil Kumitat Amministrattiv sabiex isiru versi għall-Innu tal-Banda, li minkejja li kien iżżanżan ħamsin sena qabel; propju fl-ewwel dehra tal-Banda Lily fid-9 ta’ Diċembru 1945, sa dakinhar, kien għad ma kellux il-lirika li tikkumplimentah! U Ġorġ reġa’ ġie kkummissjonat jagħmel dan u mhux biss; imma bil-ħila u l-ħsieb tiegħu rnexxielu jorqom żewġ strofi li jagħmlu sens, tant li saħansitra kien niseġ dal-vers partikolari għall-Banda tagħna: “B’leħnek sabiħ, issaħħarna bis-sħiħ, Dejjem kull żmien kemm f’din l-art u kullimkien” u dan fil-kuntest li l-Banda tagħna

tul dik is-sena kienet se tagħmel l-ewwel żjara tagħha fl-istorja barra minn xtutna!

Dawn ma kinux l-uniċi żewġ xogħlijiet li Ġorġ se jibqa’ mfakkar bihom fi ħdan il-Banda tagħna. Apparti d-diversi kontribuzzjonijiet tiegħu għal diversi okkażjonijiet speċjali, riċentement, fis-Sena 2011 kien niseġ il-versi għall-“Għanja taċ-Ċentinarju” li kienet ġiet inawgurata waqt il-famuż “Centinary Celebration Concert” li saħansitra kien ġie wkoll muri fuq it-televiżjoni! Tul is-snin kellna wkoll l-okkażjoni li għal diversi drabi nospitawh fostna jisma’ t-tifla tiegħu, is-Soprano Rosabel Bianchi, li għal diversi drabi paxxietna bil-vuċi anġelika tagħha fuq il-Planċier li missierha kien għammed “Meravilja”!

F’jum il-funeral tiegħu, it-Tlieta 23 ta’ Lulju 2014, tliet xhur eżatt wara l-Festa Liturġika ta’ San Ġorġ Megalomartri; il-kbir Qaddis li għalih kien imsemmi u li hu tul ħajtu tant kien devot, is-Soċjetà tagħna attendiet għall-quddiesa presente cadavere li saret fil-Knisja Arċipretali ta’ San Ġorġ u wara akkumpanjat bl-Istandard tas-Soċjetà l-korteo funebri bis-sehem tal-Banda San Ġorġ Marti. Minn dawn il-paġni ntennu l-kondoljanzi tagħna lil-martu Dolly, u t-tlett uliedu Octavia, Rosabel u Donatella. Nittama li b’dan l-apprezzament umli iżda mill-qalb tiegħi, f’isem is-Soċjetà Madonna tal-Ġilju raddejna ħajr u fakkarna l-memorja tiegħek Ġorġ! Iwegħduk li m’aħna se ninsewk qatt hekk li kull darba li tul is-sena jindaqq l-Innu tal-Banda jew l-Innu Marċ tal-Planċier; ħsibijietna dlonk se jduru fuq il-memorja tiegħek li b’kitbietek, naqqaxt post fl-istorja tas-Soċjetà u l-Banda tagħna!

175

APPREZZAMENT - ĠORĠ BIANCHIMichael Ghigo B. Ed (Hons)

Page 90: Program Festa Tal-Gilju 2014

176

Ferm nammira drawwiet niesnaFosthom dik tal-ismijiet,

Għall-patrun tal-belt jew raħalJew qrabathom bħan-nanniet.

X’aktarx kienu ta’ ftit skola,Imma kellhom dehen bla qies,

Emmnu sħiħ fil-qaddis tagħhom,Li joħroġhom fl-għawġ ta’ nies.

Lejh iduru fit-talb tagħhom,Sa miċ-ċokon dawn mgħallmin,

Li qaddishom tul ħajjithom,Driegħ u tarka jkun mas-snin.

Mhux bħal-lum b’ismijiet strambi,Ferm banali, mingħajr ħsieb,B’xi kunjom ta’ xi ras kbira,

Jekk mhux laqam jgħodd għall-klieb.

Għandi bosta ħbieb fl-Imqabba,Kemm fadalli f’rasi xagħar,

Ilkoll b’isem frott l-imgħoddi,Li jfakkruk f’qaddisin kbar.

Mhux normali hawn fl-Imqabba,

Li noħorġu rebbiħin,F’art Marija l-Verġni Mbierka,Ferm għażiża għall-Imqabbin.

L-isem ‘Ġorġi’ sew jistona,Ħdejn oħrajn b’nisel Marjan,Ngħidu aħna, Ġulja u Mario

Hawn m’aħniex ġo belt l-ifran.

Mat-tnejn l-oħra niżdied jiena,Għad li ħdejhom ma jien xejn,Għax jew nejja jew maħruqa,

F’daqqa fostkom feġġew tnejn.

Fit-tmexxija akkwistajtu,B’xorti kbira l-Imqabbin,

Maż-Żejtuni għandkom Qormi,Tnejn min-nies tassew biżlin.

Ġorġ jiftakar fi praspura,Li jħobb jgħidh’ għax mill-garr ħieles,

Meta tfajjel ma’ ħuh Jimmy,Lin-nannuh għarraqlu l-flieles.

F’Ħal Tmiem twieled l-ikbar fosthom,Trabba u kiber bħal tfal oħra,

Ġorġ Spiteri l-Kappillan,M’erba’ ħutu għex ferħan.

Ma’ Mattew nannuh indieħes,Kien ifissdu ’l Ġorġ qatigħ,Fejn tarah il-knisja miegħu,Beda t-triq tas-saċerdozju

B’riħtu s-sejħa nibtet fih.Tħarreġ f’Londra għal tliet snin,Studja f’Għawdex, laħaq djaknu,

Minn id l-Isqof tal-Għawdxin.

Ħtieġlu jitla’ sal-Amerka,Għax fuq kors intbagħat fi sptar,

F’Tal-Virtù, kif niżel f’Malta,Fejn qassis minn hawn kien sar.

Bagħtuh jaħdem f’tliet parroċċi,Qabel rifes hawn fl-Imqabba,

Bħal ragħaj tajjeb nagħaġ mitlufa,Reġġa’ lura bl-ogħla mħabba.

F’Marsaxlokk u fil-Kalkara,Magħhom jonqos Ħal Tarxien,Tħejja tajjeb,tħarreġ b’għaqal,B’ġid għalikom tul iż-żmien.

Bosta drabi mar b’xogħol siewi,Lourdes u Fat’ma mal-marid,

Ried li jagħti daqqa t’id.Bl-akbar ħeġġa u minn qalbu

Kien eżatt fl-elf disa’ mija,Fuqhom żid sebgħa u tmenin,

F’San Ġwann kellu l-Prima MessaBi qrabatu miġburin.

Kien hemm nieqes biss in-nannu,Għal dil-ġrajja li tant stenna,

Għax min ħalqu, ħdejh sejjaħlu,Riedu l-ferħ jaqsmu mill-ġenna.

Rabat ismu ma’ xi kotba,S’issa tlieta ferm tajbin,

Wieħed b’rabta mal-Eġittu,Fejn Ġorġ wettaq ix-xogħol bnin.

Sa naraw Ġorġ Schembri x’joffri,Bniedem dħuli, ferm baħbuħ,Dejjem sejjer mingħajr heda,

Jgħin bil-qalb għall-ġid tar-ruħ.

Trabba sew flimkien ma’ ħutuU llum jidher fih il-frott,Tabilħaqq li tiżra’ taħsad,Għaraf jibni mhux iħott.

Fi ċkunitu sar abbati,Kien jispikka sew fuq sħabu,

Waqt li Ġorġ fl-artal kien ħsiebu,Moħħ il-bqija biex jilagħbu.

U minn kmieni x-xemx bdiet turi,L-għan ewlieni taż-żagħżugħ,Dlonk intefa’ b’ruħu u ġismu,Biex tagħlim Ġesù jagħrfuh.

Mar fl-iskejjel Stella Maris,

Il-Liċeo, fil-Ħamrun,Studja fl-ogħla waħda f’Malta,Bl-għan f’livell fuq nett ikun.

Mindu nxteħet wara Kristu,Żar parroċċi u djar tat-tfal,

Biex jitħarreġ b’ħidma sfiqa,B’rabtiet kbar mat-tribunal.

Daq il-qasam missjunarju,Seħħlu jegħleb kull tfixkil,

Żar l-Eġittu b’xogħol ta’ fejda,Għamel żmien jgħin fil-Brażil.

Midd riġlejh fis-seminarju,F’Tal-Virtù, qalb ir-Rabtin,Stinka u studja li xtaq kiseb,

Sar qassis wara ftit snin.

Fil-ħin tiegħu, iħobb jaqraU bil-muż’ġa qalbu jħoll,

Medd idejh fil-poeżijaU mal-proża nnamra wkoll.

kien ordnat saċerdot f’Ġunju,Kellna sew disgħa u għoxrinFtit jiem oħra jagħlaq sena,B’ferħ għalikom l-Imqabbin

Fil-ftit żmien li ilu fostkom,Beda l-ħidma bla waqfien,

Għadd ta’ żgħażagħ daru miegħuBħal ġennien mal-ward fi ġnien

Bħal kull ‘Qormi’ twaħħad b’timbru,Raġel biss sa nofsinhar,

Imma ’l Ġorġ f’kull ħtieġa ssibu,Ikun miegħek lejl u nhar.

Biss nistħajlu bħali, kburi,U din ngħidha lil kulħadd,

Sa nofs jum il-‘Qormi’raġel,B’garanzija bħalu ħadd.

Lit-tnejn xtaqt b’qalbi nsellmilhom,Taħt id-dell tal-Verġni Mbierka

Nixtiqilhom għomor twil,Biex tħarishom mit-tfixkil.

Indur lejkom u nħeġġiġkomSabiex taħdmu lkoll id f’id,Mal-mexxejja li b’ħilithom

Jista’ joħroġ biss il-ġid.

03.06.2013 - Ħal QormiAD Multos ANNOS

Inqrat mill-awtur nhar il-Ħamis 13 ta’ Ġunju, 2013waqt il-programm mużikali mtella’

mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju

LIŻ-ŻEWĠ ĠORĠIJIETB’dedika lill-Kapillan Kan Dun George Spiteri u lill-Viċi Dun George Schembri

177

Page 91: Program Festa Tal-Gilju 2014

179

APPREZZAMENT - CARMEL CIANTARMichael Ghigo B. Ed (Hons)

Ma’ Nenu, kif inhu magħruf fostna l-Imqabbin, konna nżommu kuntatt is-sena kollha. Hi x’inhi l-okkażjoni, ‘il Nenu konna nċemplulu u tarah jiġi, ferm qabel il-ħin avżat, sabiex jiġbdilna r-ritratti! Kien propju fl-eqqel tat-tħejjijiet ta’ dan il-manifest li għandkom f’idejkom li rċivejna l-aħbar li ma konniex qed nistennew! Min jaf fil-ġimgħat ta’ qabel s-Sibt 3 ta’ Mejju, kemm ġew f’idejna ritratti meħuda minnu tul is-snin, speċjalment aħna u nagħmlu r-riċerka tagħna, marbuta mal-anniversarji u dati importanti li qed tfakkar is-Soċjetà tul din is-sena! U dan bir-raġun għax Nenu, tista’ tgħid li kien il-fotografu uffiċjali tas-Soċjetà u l-Banda tagħna! Saħansitra akkumpanja l-Banda fl-erba’ żjarat tagħha barra minn xtutna u bis-saħħa tiegħu għandna miżibilju ta’ rikordji printjati li aktar kemm jgħaddi ż-żmien minn fuqhom aktar isiru ta’ valur sentimentali għalina lkoll li b’xi mod jew ieħor aħna midħla ta’ dal-każin! Hemm xi persuna minna tgħid, li xi darba jew oħra ma ġietx ‘maqbuda’ mill-camera ta’ Nenu?!

Mhux biss, iżda kien punt ta’ referenza meta kien ikollna bżonn xi ritratt partikolari. Min jaf kemm qatta sigħat twal jgħarrex bil-lenti n-negattivi passati sabiex jipprova jaqdina u jagħtina kopja ta’ xi ritratt partikolari ta’ okkażjonijiet l-imgħoddija. L-għażiża martu Philippa biss tista’ tixhed dan! Is-sena l-oħra, pereżempju, qatta sigħat twal ifittex ritratt ta’ Dun Nazzaren Tonna li xtaqna li nippublikaw bħala tifkira fl-apprezzament mitbugħ! Apparti s-servizz ta’ fotografu, kien Fratell attiv fil-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni u regolarment kien jagħti s-sehem tiegħu f’diversi servizzi sew fil-parroċċa tagħna kif ukoll fid-diversi stediniet li l-Fratellanza jkollha minn żmien għal żmien f’diversi parroċċi oħra. Saħansitra wkoll sentejn ilu kien parti mid-delegazzjoni mill-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Belt ta’ Monreale fl-okkażjoni tal-Festa tas-Santissmu Kurċifiss.

Imma din hi l-ħajja u maħsuda bit-telfa ta’ Nenu, dakinhar stess waqt is-solitu laqgħa tagħna ta’ kull nhar ta’ Sibt filgħaxija, naħdmu fuq dan il-programm tal-festa, jien u sħabi Teddy u Fernando, għedejna nfittxu ritratt wara l-ieħor u niftakru fih! Ikkuntattjajna lil Bjorn, li hu ta’ sostenn kbir lil Bord Editorjali fil-materjal fotografiku u saqsejnieh jekk hu qattx “qabad” lil Nenu jieħu r-ritratti f’xi ritratt minn tiegħu! Dlonk weġibna fl-affermattiv u ħsibna u rajna li dak għandu jkun ir-ritratt prinċipali li nippublikaw ma’ dan l-apprezzament! Permezz ta’ dan ir-ritratt partikolari nixtiequ li jibqa’ mfakkar għax bil-kontribut tiegħu tul medda twila ta’ snin, żamm l-istorja ħajja u fakkar li dawk kollha li ġew qablu u llum hu ngħaqad magħhom fejn Ommna Marija u lil dawk l-oħra kollha li b’dieqa ħalla warajh f’dan il-wied ta’ dmugħ!

Page 92: Program Festa Tal-Gilju 2014

Bħal ġilju bajdani merfugħ fuq salibkien liebes fil-faqar u bl-akbar stagħġibil-frott tal-ġuf tiegħek li kiber fis-skietu xerred fweħitu sa truf is-smewwiet.

Fik sab tempju mqaddes bħal trejqa dawlijali tfejjaq kull ħofra tad-dnub bil-qdusijau twitti n-natura wisq mgħaxxqa bi ġmielekbil-għerf tas-salmura li tiddi minn kliemek.

Fit-tieġ ġewwa Kana kont gwida tal-bidla,minn kotra mifxula għal min tagħraf b’sid,mid-diqa tan-nixfa għall-għaxqa tal-ħajjakif tbiddel ħajjitna bħall-ilma f’inbid.

Hekk għarfek mill-bidu ta’ triqtu mal-merħla,il-Papa tal-poplu li dlonk mar iżureku f’ismu Franġisku fis ġabar tant foqrabiex inti tħarishom bħal xemx qatt f’inżulek.

Ħallimna hekk immela biex aħna lkoll nagħrfuu nidħlu fit-trejqa tad-dawl u t-tbissimali biha ddakkarna b’għemilek bħal balzmuħa nsiru lkoll ġilji niġġeddu fil-qima.

Stefano FarrugiaL-Imqabba, 16 t’April 2013

Mini Skip Servicealso available

Leli Camilleri

Leli Garage,Triq il-Madonna tal-Ìilju, MqabbaTel: 9947 4468

Xewqa waħda biss li konna qed naħdmu fuqha baqa’ ma qatax! Dik li l-Każin ifittex ikun lest u jkollna dak il-post adegwat fejn nistgħu nistorjaw il-materjal kollu passat li hu ġibed tul is-snin, u dan biex iservi ta’ referenza futura għal nies li bil-galbu u bil-ħila jkunu jridu jkomplu jibnu l-istorja u jelenkaw id-dettalji varji tad-diversi okkażjonijiet li għaddiet minnhom is-Soċjetà: okkażjonijiet li nżid ngħid, Nenu qasam magħna, sew ta’ ferħ u glorja kif ukoll dawk ta’ niket u qsim il-qalb! Nittamaw li fil-futur qarib jitlesta l-post li konna ppjanajna fejn naħżnu din il-minjiera ta’ tifkiriet u rikordji u b’kollaborazzjoni mal-familja, inkunu nistgħu anke naqtgħu ix-xewqa kbira ta’ Nenu li dak li żamm ħaj tul tant snin passati; jibqa’ miżmum ħaj u ppreservat tul tant snin futuri!

Nagħtu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lil-Martu Philippa, uliedu Noel, Julie, Simon, Aldo, Odette u Donatella, ħutu u qraba oħra. Nitolbu l-Mulej jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem.

181

Page 93: Program Festa Tal-Gilju 2014

ShowroomOpening Hours:

Mon - Fri 4.00pm - 6.00pm; Sat 9.00am - 12.00pm

The Art of Nature StoneFactory & Showroom: Valletta Road, ŻURRIEQ ZRQ 9011

T. 2164 7841 / 7958 5866 E-mail: [email protected]

Website: www.cpmarbles.com.mt

• FLOORS • STAIRS • KITCHEN

& TABLE TOPS • • VANITIES • • FACADES •

• SKIRTINGS • • MONUMENTS • • MEMORIALS •

Camilleri PatrickMarble & Granite

We specialize in Kitchen Tops

183

FEDERICA FALZONMezzo-Sopran ta’ età żgħira iżda b’talenti kbar!

Bord Editorjali

Minn dawn il-paġni nixtiequ li nwasslu l-awguri tagħna lil Federica għas-suċċessi kbar miksuba tul l-aħħar xhur, hekk kif tul Frar, Marzu u April segwejnija b’tant emozzjoni fl-edizzjonijiet tal-Programm “Ti Lascio Una Canzone” li kien ikun trasmess dirett fuq Rai Uno u segwit minn miljuni kbar ta’ telespettaturi madwar id-dinja kollha! Apparti li tul is-sensiela rebħet ħames edizzjonijiet minn tmienja, finalment irnexxielha tirbaħ is-serata finali bil-kanzunetta ‘Un amore cosi grande’. Dan flimkien mat-tenur żagħżugħ Vincenzo Carni li bejniethom iffurmaw l-hekk imsejjaħ “id-duo lirico”.

Kollox beda bil-kuntatti l-għalliema tal-vuċi tagħha, Gillian Attard, Direttriċi Vokali ta’ “La Voix Academy” għamlet fejn ippreżentat “demo disc” sabiex tiġi kkunsidrata li tieħu sehem. Dan intlaqat tajjeb tant li Federica ġiet mitluba titla’ l-Italja għal “audition”. Hemmhekk ġiet magħżula għat-tieni fażi u eventwalment għaddiet sabiex tieħu sehem fil-finali ta’ dan il-programm televiżiv tant segwit kull nhar ta’ Sibt filgħaxija, ippreżentat mill-preżentatriċċi u ġurnalista Antonella Clerici. U minn hemm bdiet l-avventura tagħha li tista’ tgħid waslitha mhux biss li flimkien ma’ Vincenzo tirbaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ dan il-programm tant prestiġjuż iżda saħansitra li jispiċċaw finalisti fl-edizzjoni li saret bejn ir-rebbieħa kollha tal-edizzjonijiet passati ta’ dan il-programm! Iżda dan ma kienx kollox, hekk kif waqt din l-istess finali “Coppa della Coppe” kellha sorpriża kbira li dejjem ħolmot: dik li jkollha l-opportunità li tkanta mat-Tenur Malti ta’ fama mondjali; Joseph Calleja; fejn hu, permezz ta’ “video message”, quddiem il-miljuni ta’ telespettaturi stedina tieħu sehem miegħu fil-Kunċert Annwali tiegħu li din is-sena se jsir fit-18 ta’ Lulju fuq il-Fosos tal-Furjana.

Imma lanqas dan mhu kollox hekk kif fl-istess perjodu Federica ġiet uffiċjalment infurmata li kienet se tkun l-Ambaxxatriċi ta’ Pajjiżna għall-edizzjoni li jmiss tal-Junior Eurovision Song Contest li f’Novembru li ġej se jsir propju ġewwa Pajjiżna wara r-rebħ ta’ dan il-konkors is-sena li għaddiet mill-kantanta brava Gaia Cauchi. Minn issa, pubblikament f’isem il-Kumitat Amministrattiv u l-fergħat kollha fi ħdanu, għan-nom tas-soċji, partitarji u benefatturi kollha, nawgurawlha kull suċċess għal dawn iż-żewġ avvenimenti tant importanti fil-karriera tagħha u li tkompli miexja ’l quddiem u twettaq dak li toħlom; fosthom dik li fil-futur ikollha l-opportunità li tkanta

dwett mal-kantant Andrea Bocelli! Persważi li bit-talenti li l-Bambin għoġbu żejjinna bih, din il-ħolma Federica kapaċi ssarrafha f’realtà wkoll! Tant sodisfatti li tul is-snin l-imgħoddija kellna l-opportunità li nagħtu spazju lil Federica fid-diversi attivitajiet organizzati mis-Soċjetà tagħna, u issa li laħqet dan il-livell; tant kburin li se jkollna l-opportunità li nospitaw lil din il-Mezzo Soprano fuq il-ġawhra tal-Planċier Meravilja tagħna sabiex bil-vuċi tagħha tpaxxi lil dawk kollha li persważi li se jimlew il-Pjazza ta’ quddiem il-Każin għall-Programm Annwali tal-Banda Madonna tal-Ġilju li jekk Alla jrid hu skedat għat-Tlieta 10 ta’ Ġunju fit-8.30 ta’ filgħaxija. Filwaqt li ntennu l-ferħ tagħna għal din il-kullana ta’ suċċessi, nawgurawlha aktar u aktar għall-futur sabiex din il-kullana li bdiet tissawwar ftit ftit, tissokta titkattar tul is-snin. Dan nixtiequh minn qalbna u ntennu l-gratitudni tagħna li bit-talenti tagħha Federica għamlet unur lil kull ċittadin Malti u Għawdxi!

Page 94: Program Festa Tal-Gilju 2014

MIN IRREKLAMA F’DIN IL-PUBBLIKAZZJONI

Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw is-sehem tagħhom fil-ġbir tar-reklami, kif ukoll lil kull min għoġbu jirreklama f’din il-pubblikazzjoni.Nappellaw lill-qarrejja sabiex jagħmlu użu mill-prodotti u s-servizzi reklamati.

3M Take Away ................................. 40A&A Stoneworks ............................. 76Agius Stone Works ...........................58AIM Fitness ..................................... 62Alan Spiteri Petrus ......................... 161Albion Auto Testing Ltd .................. 26Alessio’s Old Cottage ...................... 42All N’ 1............................................. 61Allcare Insurance Agency ............... 76Anabel Aqulina - Private Lessons .... 89Andrew Vassallo Ltd. ....................... 16Antica Pasticceria Siciliana ............ 174APS Bank ......................................... 36ATS Consulting ........ Qoxra (quddiem)Bakers Point Household App. .......... 62Baldacchino Construction ................ 42Bambi Baby Shop .......................... 118Banif Bank ....................................... 30Beauty Lab ....................................... 42Body Bliss ...................................... 174Borvin Aluminium ......................... 178BOV Bank ........................................ 90Brian Green Feneral Service .......... 116Bronk Emboidery ............................. 44Browns Restaurant ......................... 166C & G Hardware Store ....................... 4C. Chircop One Stop Shop ............... 84Camilleri P. Marble & Granite ....... 182Carabott Jewellers ............................ 64Cassar Florist ...................................52Charlie Tirxa .................................. 106Chic Med-aesthetic Clinic ................ 94Cikku u Netta Mallia Autoparts ..... 144Cini Marbles ....................Qoxra (wara)Clip & Trim Hairdresser .................. 92CTronics ........................................... 96Cutie Boutique ................................. 38D&N Household by DCF............... 104Daily Needs .................................... 104Daves Supermarket ........................ 162De Robertis .................................... 178Debbie’s Baby Centre .................... 106Dee’s Pizzeria & Takeaway ........... 114Demsey Alumium ............................ 92Demsweet Garage ............................ 68Denfar Concrete Supply Ltd. ......... 182Derek Garden Centre ....................... 64Di Rocco Ltd .................................... 24Die Ecke Stationary .......................152Digital Arena .................................. 120Diva Health & Beauty Centre ........154Dolce & Miele .................................. 62Dolceria Croce Bonaci ...................158Domini Cini Make Up Artist.......... 182Dr Lorraine Zammit- Notary ........... 92E Santillo Video & Photo Shop........ 74Edwin’s Ironmongery ..................... 172El Paradiso Bar ................................ 34Electrocare ..................................... 130E-Property ........................................ 24ESS ................................................... 80

Etienne Garage Panel Beater ...........50Euro Caterers ................................. 132Fantasy Flowers ............................. 172Filder ..............................................155Fitness Planet Health & Leisure ...... 44Flower Design ................................ 136Formula 1 Chayenne ........................ 18Frame Maker ...................................... 7Fresh & Clean Dryclean ...................58G. Camilleri Petrol Station ............... 72Gasan & Mamo Insurance ...............54GMP Skip Hire ............................... 141Gold Lady ...................................... 149Golden Point Discount Store ........... 66Gomez Blanco .................................. 46Gottfried Catania Photography ......156Gutz Fashion .................................. 180Gypsum Creations .......................... 164Hagar Qim ...................................... 132Hair Couture Salon .......................... 40HSBC Plc ......................................... 48Induraturi - E Theuma ....................152iShine Cleaning Services ................. 66Ivan’s Garage ................................... 66J. Brownrigg ..................................... 96J. Grech Woodwork .......................... 70JG Publishers ................................. 146JJ Supermarket ............................... 122JMA Aluminium............................. 164Joanne Unisex Hair Stylist ............... 18John’s Butcher ................................ 144Kevin Camilleri Bartender .................5Kevin Interiors ............................... 134Kingfisher Rest. & Wine Bar ......... 116K-Optics Optical Centre ................ 124Kristianne Stationary ......................... 2La Pantera ......................................156La Principessa Pastizzeria ................50Leli Skip Hire ................................. 180L. Camilleri Beauty Therapist .......... 34Lorraine’s Beauty Clinic ................ 120Lux Nails ........................................ 130Magic Clean Detergent Shop ......... 166Magri Butcher ................................ 131Makaw ............................................ 162Mangion Bros Zurrieq Ltd ............. 126Marinetex ....................................... 112Mario Service Station ....................150Maxman Pastizzeria ....................... 138Maypole Zurrieq .............................. 40Mazini Autoparts & Accessories .... 134Mobiltech VRT Station .................... 28Movieland ...................................... 144Mqabba FC - Bar & Take Away ....... 39MZ Investments ................................. 6Nick’s Agriculture ......................... 114Nigma Hi-Grade Meat Shop .......... 148Nimrod Coaches ............................. 146P & P Garage Auto Service ............ 128Pam Kids .......................................... 36Patrick Cellars Wine & Spirits ....... 140

Paul & Mark Super Market ............ 126Perfect Screen ................................ 138Pet Care Shop ................................. 128Pineapple Take Away ....................... 12Polidano Group .................................. 8Polyplumb Tahabel Ltd .................. 122Private Tuition .................................. 64Qrendi Bocci Club ........................... 87Ray’s Hardware Ltd. ......................154Reborn Bar ....................................150Remissa Sports Bar .......................... 38Reno Farrugia Funeral Service ...... 168Ruben’s Garage .............................. 110S.Caruana Water Supplies .............. 169Sacco Bros Woodworks ..................... 4Scicluna Florist Garden Centre ...... 124Seabreeze Hotel ............................... 72Shapes Junior ................................. 110Shoe Lane Footware & Fashion ..... 112Shoe Shine Footware ..................... 130Shoez Footware .............................. 136Sicut Lilium Advert ........................ 173Siggiewi Vehicle Service ............... 128Sirene Beauty Salon ......................... 72Smart Beauty .................................... 74St Peter’s Ironmomgery ................... 16Stained Creations ........................... 168Starting Point Domestic App. ........ 110Step-In Bar & Restuarant ............... 174Style Hair Salon ............................. 142Super S ironmongery ..................... 108Swan Laundry ................................ 160Ta’ Dernis Properties ...................... 170Ta’ Rita Lapsi View Bar & Res. ....... 68Ta’ Victor Restaurant ...................... 142Take-Off Bar & Restaurant .......... 108Tal-Bazzi .......................................... 32Tal-Frida Pet Shop ........................... 14Tal-Paradise Wholesalers ............... 108Tar-Robba Re-Cycling Centre ......... 10Teddies Childcare Centre ............... 112The Convenence Shop ................... 118The Core Beauty Clinic ................... 46The Fruit Shop ................................. 12The Smart Skin Clinic ...................... 90Timeless ...........................................50Tower Ironmongery ....................... 132Triple A ............................................56Trocadero Pastizzeria .......................52Ultimate Physique Fitness Centre .... 28Unique Car Audio ............................ 78Unistyler Hair Salon ........................ 13Uskin ................................................56Venmar Pest Control ........................ 78Victoria Insurance ............................ 80Viper Garage ....................................52Viri’s Take-Away.............................. 48VRT Motor Tests Services Ltd ....... 136Zahra Ltd ........................................ 170Zepp Skip Hire ................................. 70Zneiber Confectionary ..................... 32

184

Page 95: Program Festa Tal-Gilju 2014

So

Ċje

tà M

ika

li Ma

do

nn

a ta

l-Ġil

ju, M

qa

bb

a - M

alta

Festa tal-M

ado

nn

a tal-Ġilju

20

14 Madonna tal-Ġilju, Mqabba - Festa 2014