san pawl f’malta

14
San Pawl f’Malta 10 ta’ Frar

Upload: foster

Post on 24-Feb-2016

298 views

Category:

Documents


9 download

DESCRIPTION

San Pawl f’Malta. 10 ta’ Frar. Pawlu kien Pagan. Darba kien hemm raġel li kien jismu Pawlu. Pawlu kien Pagan, jiġifieri ma kienx jemmen f’Alla. Parti mix-xoghol tiegħu kien li jaqbad l-Insara u jagħlaqhom fil-ħabs. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: San Pawl f’Malta

San Pawl f’Malta

10 ta’ Frar

Page 2: San Pawl f’Malta

Pawlu kien PaganDarba kien hemm raġel li kien jismu Pawlu. Pawlu kien Pagan, jiġifieri ma kienx jemmen f’Alla. Parti mix-xoghol tiegħu kien li jaqbad l-Insara u jagħlaqhom fil-ħabs.

Page 3: San Pawl f’Malta

Il-Konverżjoni ta’ San PawlDarba waqt li kien għaddej fuq iż-żiemel tiegħu, Pawlu ra dawl kbir. Id-dawl għamieh, u għalhekk hu ma setax jara. Hu semgħa leħen jgħidlu, “Pawlu, għalfejn qed tippersegwetani.” Il-leħen kien ta’ Alla li ma kienx qed jieħu gost b’dak li kien qed jagħmel Pawlu. Alla bgħat lil Pawlu għand Ananija biex dan jgħallmu fuq Alla.

Page 4: San Pawl f’Malta

Pawlu tgħallem fuq Alla u sar nisrani. Il-ħbieb li kellu Pawlu ma tantx ħadu gost bih. Għalhekk qabduh u tefgħuh il-ħabs.

Page 5: San Pawl f’Malta

Pawlu fi triqtu lejn RumaPawlu kellu jidher quddiem il-qorti ta’ Ruma, peress li huwa kien Ruman. Flimkien ma priġunieri oħra huma bdew vjaġġ twil minn Damaskus għall-Ruma fuq ġifen kbir.

Page 6: San Pawl f’Malta

Il-Ġifen maħkum minn maltempata

Huma u sejrin lejn Ruma, il-ġifen gie maħkum minn maltempata kbira. In-nies ta’ fuq il-ġifen bdew jibżgħu ħafna għax ħasbu li kienu se jgħerqu.

Page 7: San Pawl f’Malta

Pawlu jagħmlilhom kuraġġLill-Pawlu deherlu anġlu tal-Mulej. Dan qallu li huma kienu se jsalvaw kollha. Qalilhom ukoll li kellhom jsibu Gżira viċin. Din il-Gżira kienet Malta.

Page 8: San Pawl f’Malta

Il-GżiraIl-ġifen tkisser meta ħabat ma sikka li kienet ftit bogħod mill-art. In-nies li kien hemm fuq il-ġifen għamu sal-blat tal-gżira li kienet viċin. Il-Gżira kien jisimha Malta. Il-Maltin ta’ dak iż-żmien għenu ħafna lil Pawlu u lil sħabu.

Page 9: San Pawl f’Malta

San Pawl u l-LifgħaPawlu ġabar ftit ħatab biex jagħmel ħuġġieġa kbira, u b’hekk ikunu jistgħu jisħnu. Mill-ħatab ħarget lifgħa li daret m’ id Pawlu. Pawlu kien pront farfar il-lifgħa minn idu. Il-lifgħa ma għamlet l-ebda ħsara lil Pawlu.

Page 10: San Pawl f’Malta

Il-Maltin baqgħu mistgħaġbaIl-Maltin stagħġbu meta raw li l-lifgħa ma għamlet l-ebda ħsara lil-Pawlu. Kien hemm min ħaseb li Pawlu kien xi alla. Oħrajn ħasbu li kien xi qattiel.

Page 11: San Pawl f’Malta

San Pawl f’MaltaSan Pawl dam 3 xhur f’Malta. Hu għallimna fuq Alla. Għalhekk aħna nsejħulu Missierna San Pawl. Bis-saħħa ta’ San Pawl aħna sirna poplu nisrani. GRAZZI SAN PAWL.

Page 12: San Pawl f’Malta

Sib it-tajba

• Pawlu kien għaddej ( biż-żiemel, bil-karozza) meta kellmu Alla.

• Pawlu kien minn (Ruma, Malta).

• Pawlu kien sejjer Ruma (bl-ajruplan, ġifen)

Page 13: San Pawl f’Malta

Sib it-tajba• Il-baħar kien (bnazzi, imqalleb).

• Lill-Pawlu deherlu (ajruplan, anġlu).

• Il-Gżira li ħabtu magħha kienet (Sqallija, Malta).

Page 14: San Pawl f’Malta

Biex tibda

____an Pawl ____ ifen

____rar ____żira

____alta ____altempata

____ifgħa ____uma