qari mill- ittra ta’ san pawl appostlu lill-kolossin
DESCRIPTION
Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin. Kol 1, 15 - 20. Kollox bih għalih kien maħluq. Ġesù Kristu hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, il-kbir fost il-ħlejjaq kollha; għax fih kien maħluq kollox, - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu
lill-KolossinKol 1,15-20
Kollox bih għalih kien maħluq.
Ġesù Kristu hu x-xbieha ta’ Alla li ma jidhirx, il-kbir fost il-ħlejjaq kollha; għax fih kien maħluq kollox, fis-sema u fl-art, dak kollu li jidher u dak kollu li ma jidhirx, Troni u Ħakmiet,
Prinċipati u Setgħat. Kollox bih u għalih kien maħluq, hu li hu qabel kollox, u kollox fih qiegħed iżomm.Hu r-Ras tal-Ġisem, li hu l-Knisja. Hu li hu l-bidu,
il-kbir li qam mill-imwiet, sabiex ikun hu l-ewwel f’kollox. Hekk Alla għoġbu li tgħammar fih il-milja kollha; bih Alla għoġbu jerġa’ jħabbeb kollox miegħu; bid-demm
tiegħu, imxerred fuq is-salib, ġieb is-sliem permezz tiegħu fis-sema u fl-art.
Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali
R:/ Idħlu quddiem il-Mulej
b’għana ferrieħi
Għajtu bil-ferħ lill-Mulej, nies kollha tal-art,
aqdu bil-ferħ lill-Mulej, idħlu quddiemu b’għana
ferrieħi.
R:/ Idħlu quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi
Kunu afu li Jaħweh hu Alla,
hu ħalaqna, u aħna tiegħu, aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa
tiegħu.
R:/ Idħlu quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi
Idħlu b’għana ta’ ħajr mill-bibien tiegħu, bit-tifħir fil-btieħi tat-tempju tiegħu;
roddulu ħajr u bierku ismu!
R:/ Idħlu quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi
Għax twajjeb il-Mulej, għal dejjem it-tieba tiegħu;
minn żmien għal żmien il-fedeltà tiegħu.
R:/ Idħlu quddiem il-Mulej b’għana ferrieħi
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah
Jiena d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej;
min jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja.
Hallelujah, Hallelujah
QariMill-Evanġelju
ta’ San LuqaLq 5, 33-39
R:/ Glorja lilek Mulej
Meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom,
imbagħad isumu dakinhar.
F’dak iż-żmien, il-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù:
“Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu
jitolbu, u dawk tal-Farizej ukoll, imma tiegħek jieklu
u jixorbu!”U Ġesù qalilhom:
“Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb tal-għarus isumu
sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma
għad jasal iż-żmien
meta l-għarus jeħduhulhom minn
magħhom, u mbagħad isumu dakinhar.”
Qalilhom ukoll parabbola:“Ħadd ma jaqta’ biċċa drapp minn libsa ġdida
biex biha jraqqa’ waħda qadima, għax inkella mhux
biss ikun qatta’ l-ġdida, imma anqas
il-biċċa meħuda mill-ġdida ma tkun taqbel
mal-qadima. Anqas ma
jqiegħdu l-inbid il-ġdid f’damiġġani qodma tal-ġild, għax inkella l-inbid il-ġdid jifqa’
d-damiġġani, u jixtered hu u jintilfu d-damiġġani.
Iżda nbid ġdid iqegħduh
f ’damiġġani ġodda. U ħadd ma jkun irid
mill-inbid ġdid wara li jkun xorob mill-qadim,
għax jgħidlek: “Il-qadim tajjeb!”
Il-Kelma tal-Mulej
R:/ It-tifħir lilek Kristu
ĦSIEB