qari mit-tieni ittra ta’ san pawl appostlu lill-korintin 2 kor 1 ,1-7

28
Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill- Korintin 2 Kor 1,1-7 Alla jfarraġna biex aħna nkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu

Upload: eunice

Post on 12-Jan-2016

100 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

Qari mit-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin 2 Kor 1 ,1-7. Alla jfarraġna biex aħna nkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ hemm. Pawlu, appostlu ta’ Ġesù Kristu bir-rieda ta’ Alla, u Timotju, ħija, lill-Knisja - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

Qari mit-Tieni Ittra ta’

San Pawl Appostlu

lill-Korintin 2 Kor 1,1-7

Alla jfarraġna biex aħna nkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ hemm.

Page 2: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

Pawlu, appostlu ta’ Ġesù Kristu bir-rieda ta’ Alla, u Timotju, ħija, lill-Knisja ta’ Alla li qiegħda f’Korintu, flimkien mal-qaddisin kollha li qegħdin fl-Akaja: grazzja lilkom u sliem

Page 3: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

mingħand Alla l-Missier tagħna u l-Mulej Ġesù Kristu.Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, Missier il-ħniena u Alla ta’ kull faraġ. Hu jfarraġna

Page 4: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

fil-hemm kollu tagħna, biex aħna, permezz tal-faraġ li bih Alla jfarraġ lilna, inkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ hemm. Bħalma joktru fina

Page 5: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

s-sofferenzi ta’ Kristu, hekk ukoll permezz ta’ Kristu, joktor fina l-faraġ.In-niket tagħna jservi għall-faraġ u s-salvazzjoni tagħkom; u jekk nitfarrġu, dan iservi għall-faraġ

Page 6: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

tagħkom, li jaħdem fikom biex ikollkom il-qawwa tissaportu s-sofferenzi li nissaportu aħna wkoll. B’hekk, it-tama tagħna fikom hi dejjem qawwija, għax aħna nafu li, kif

Page 7: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

intom taqsmu magħna s-sofferenzi tagħna, hekk ukoll taqsmu l-faraġ tagħna.

Page 8: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

Il-Kelma tal-Mulej.R:/ Irroddu ħajr lil Alla

Page 9: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

Salm Responsorjali

R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej

Page 10: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

Kull ħin inbierek il-Mulej;

tifħiru dejjem fuq fommi.Bil-Mulej tiftaħar

ruħi; jisimgħu l-fqajrin u jifirħu.

Page 11: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej

Page 12: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

Xandru l-kobor tal-Mulej miegħi;

ħa ngħollu ismu flimkien.Jien fittixt il-Mulej,

u weġibni, minn kull biża’ tiegħi ħelisni.

Page 13: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej

Page 14: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

Ħarsu lejh u jiddi bil-ferħ wiċċkom,

u ma jkollkomx għax tistħu.

Page 15: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

Dan il-fqajjar sejjaħ u l-Mulej semgħu,

u mid-dwejjaq tiegħu kollha ħelsu.

Page 16: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej

Page 17: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

L-anġlu tal-Mulej jgħasses madwar dawk li jibżgħu

minnu, u jeħlishom.Ippruvaw u taraw kemm

hu tajjeb il-Mulej; hieni l-bniedem li jistkenn

fih.

Page 18: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

R:/ Ippruvaw u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej

Page 19: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

Hallelujah, Hallelujah Hallelujah

Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir

fis-smewwiet.Hallelujah, Hallelujah

Page 20: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

Qari

mill-Evanġelju skont

San MattewMt 5, 1-12

R:/ Glorja lilek

Mulej

Henjin il-foqra fl-ispirtu.

Page 21: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

F’dak iż-żmien, kif ra l-folol, Ġesù tala’ fuq il-muntanja, qagħad bilqiegħda, u resqu lejh id-dixxipli tiegħu. Fetaħ fommu u qabad jgħallimhom u jgħid:

Page 22: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

“Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija

s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin l-imnikkta, għax huma jkunu mfarrġa.

Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom

Page 23: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

b’wirthom l-art.Henjin dawk li huma

bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, għax huma

jkunu mxebbgħin.Henjin dawk li jħennu,

għax huma jsibu ħniena.

Page 24: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

Henjin dawk li huma safja f’qalbhom, għax huma

jaraw ’l Alla.Henjin dawk li jġibu

l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla.

Henjin dawk li huma

Page 25: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom

hija s-Saltna tas-Smewwiet.Henjin intom, meta

jgħajrukom u jippersegwitawkom u

jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen

Page 26: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

u gideb kontra tagħkom minħabba fija. Ifirħu u

thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet. Hekk kienu

jippersegwitawhom lill- profeti li kienu

qabilkom.”

Page 27: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

Il-Kelma tal-Mulej

R:/ It-tifħir lilek Kristu

Page 28: Qari mit-Tieni Ittra  ta’   San Pawl  Appostlu lill-Korintin 2  Kor 1 ,1-7

ĦSIEB