san pietru u san pawl appostli 29 ta’ Ġunju
DESCRIPTION
ofm.org.mt. San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju. L-1 Qari Qari mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli Atti 12, 1-11. Għall-ħabta ta' dak iż-żmien, is-sultan Erodi qatagħha li jaħbat għal xi wħud minn ħdan il-Knisja. Qatel ’il Ġakbu, ħu Ġwanni, bis-sejf. - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
![Page 1: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/1.jpg)
San Pietru u San Pawl Appostli29 ta’ Ġunju
ofm.org.m
t
![Page 2: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/2.jpg)
L-1 Qari
Qari mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli
Atti 12, 1-11
![Page 3: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/3.jpg)
Għall-ħabta ta' dak iż-żmien, is-
sultan Erodi qatagħha li
jaħbat għal xi wħud minn ħdan il-Knisja. Qatel ’il
Ġakbu, ħu Ġwanni, bis-sejf.
![Page 4: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/4.jpg)
Mbagħad, billi ra li dan il-
ħaġa għoġbot lil-Lhud,
qatagħha li jaqbad ’il
Pietru wkoll. Dan kien
f’jiem l-Ażżmi.
![Page 5: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/5.jpg)
Meta arrestah u tefgħu l-ħabs, qiegħed għassa
miegħu erba' għaqdiet ta’ suldati ta’ erbgħa kull
waħda, bil-ħsieb li, wara l-Għid, iressqu quddiem il-
poplu.
![Page 6: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/6.jpg)
Pietru, mela, kien arrestat fil-ħabs, bil-għassa miegħu. Fl-istess ħin, il-Knisja kienet qiegħda titlob ’l Alla għalih bil-ħeġġa.
![Page 7: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/7.jpg)
Fil-lejl stess ta' qabel ma Erodi kellu joħroġ ’il
Pietru, dan kien rieqed bejn żewġ suldati, marbut b'żewġ ktajjen, waqt li xi għassiesa kienu għassa
mal-bieb tal-ħabs.
![Page 8: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/8.jpg)
F'daqqa waħda ġie hemm anġlu tal-Mulej, u dawl
idda mal-kamra. L-anġlu ta lil Pietru daqqa
fuq ġenbu, qajmu u
qallu: "Qum malajr."
![Page 9: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/9.jpg)
Il-ktajjen waqgħu minn
ma' idejh. Mbagħad l-anġlu qallu: "Tħażżem u
ilbes il-qorq." Pietru hekk
għamel.
![Page 10: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/10.jpg)
U qallu wkoll: "Dawwar il-
mantar miegħek u
imxi warajja."
Pietru ħareġ u mexa warajh,
![Page 11: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/11.jpg)
bla ma ntebaħ li dak li kien qiegħed jiġri
permezz ta' l-anġlu kien tassew; ħaseb li kienet xi
ħolma.
![Page 12: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/12.jpg)
Għaddew l-ewwel għassa, u t-tieni waħda wkoll, u waslu ħdejn il-bieb tal-ħadid, li kien jagħti
għall-belt, u dan infetaħ
waħdu.
![Page 13: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/13.jpg)
Ħarġu, u mxew tul triq. F'daqqa waħda
l-anġlu telaq minn ħdejh.
![Page 14: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/14.jpg)
Mbagħad Pietru ġie f'tiegħu u qal: "Issa qiegħed ninduna,
tabilħaqq, li l-Mulej bagħat l-anġlu tiegħu u
![Page 15: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/15.jpg)
ħelisni minn id Erodi u minn dak
kollu li l-Lhud kienu
qegħdin jistennew li
jsir."
![Page 16: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/16.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla
![Page 17: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/17.jpg)
Salm Responsorjali
Salm 33
Dawk li jibżgħu
mill-Mulej, l-anġlu tiegħu
jeħlishom.
![Page 18: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/18.jpg)
Kull ħin inbierek il-Mulej; tifħiru dejjem fuq fommi.Bil-Mulej tiftaħar ruħi;
jisimgħu l-fqajrin u jifirħu.
![Page 19: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/19.jpg)
R/.
Dawk li jibżgħu
mill-Mulej, l-anġlu tiegħu
jeħlishom.
![Page 20: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/20.jpg)
Kabbru’l-Mulej miegħi; u ngħollu ismu flimkien.
Jien fittixt il-Mulej, u weġibni,
U minn kull biża' ħelisni.
![Page 21: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/21.jpg)
R/.
Dawk li jibżgħu
mill-Mulej, l-anġlu tiegħu
jeħlishom.
![Page 22: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/22.jpg)
Ħarsu lejh u tiddu bil-ferħ, u wiċċkom ma jistħix.Dan il-fqajjar sejjaħ u
l-Mulej semgħu, u mid-dwejjaq tiegħu kollha
ħelsu.
![Page 23: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/23.jpg)
R/.
Dawk li jibżgħu
mill-Mulej, l-anġlu tiegħu
jeħlishom.
![Page 24: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/24.jpg)
L-anġlu tal-Mulej jgħammar madwar dawk
li jibżgħu minnu, u jeħlishom.
Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej;
hieni l-bniedem li jistkenn fih.
![Page 25: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/25.jpg)
R/.
Dawk li jibżgħu
mill-Mulej, l-anġlu tiegħu
jeħlishom.
![Page 26: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/26.jpg)
It-2 Qari
Qari mit-Tieni Ittra
ta’ San Pawl
Appostlu lil Timotju
2 Tim 4, 6-8, 17-18
![Page 27: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/27.jpg)
Għażiż: Jiena ngħid għalija,
demmi ġa mxerred
b'sagrifiċċju, u żmien it-tluq tiegħi wasal.
Tqabadt it-taqbida t-tajba, temmejt il-ġirja, ħarist il-fidi.
![Page 28: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/28.jpg)
Mill-bqija hemm
merfugħa għalija l-
kuruna tal-ġustizzja, li biha f'dak il-Jum iħallasni
l-Mulej,
![Page 29: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/29.jpg)
l-Imħallef ġust, u mhux lili biss, imma wkoll lil dawk kollha li jkunu
għexu bix-xewqa tad-Dehra tiegħu.
![Page 30: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/30.jpg)
Il-Mulej, waqaf miegħi u tani l-
qawwa, biex bis-saħħa
tiegħi, il-kelma tiġi mxandra sa l-aħħar u l-ġnus
kollha jisimgħuha.
![Page 31: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/31.jpg)
Hekk jien ġejt meħlus minn ħalq
l-iljun. Il-Mulej jeħlisni minn kull deni u jħarisni, sa ma nasal fis-saltna tiegħu tas-sema. Glorja lilu għal
dejjem ta' dejjem! Amen.
![Page 32: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/32.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
Inroddu ħajr lil Alla
![Page 33: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/33.jpg)
Hallelujah, Hallelujah.
Inti Pietru, u fuq din il-ġebla jiena nibni l-
Knisja tiegħi, u l-bibien ta' l-infern ma jegħlbuhiex.
Hallelujah
![Page 34: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/34.jpg)
L-EVANĠELJU
Qari mill-
Evanġelju ta’ San Mattew
Mt 16, 13-19
![Page 35: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/35.jpg)
F’dak iż-żmien : Meta
wasal fl-inħawi ta'
Ċesarija ta' Filippu, Ġesù staqsa lid-
dixxipli tiegħu u qalilhom:
![Page 36: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/36.jpg)
"In-nies min jgħidu li hu Bin il-
bniedem?" U huma weġbuh:
"Xi wħud, Ġwanni l-
Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-
profeti."
![Page 37: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/37.jpg)
"Imma intom", qalilhom,
"intom min tgħidu li jien?". U qabeż Xmun Pietru u qallu:
"Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla
ħaj."
![Page 38: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/38.jpg)
U wieġbu Ġesù u qallu:
"Imbierek int, Xmun bin
Ġona, għax mhux il-laħam
u d-demm urewk min jien, imma Missieri li
hu fis-smewwiet.
![Page 39: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/39.jpg)
U min-naħa tiegħi ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena
nibni l-Knisja tiegħi, u l-
biebien ta' l-infern ma
jegħlbuhiex.
![Page 40: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/40.jpg)
Lilek nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-
Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kull ma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet."
![Page 41: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/41.jpg)
Il-Kelma tal-Mulej
It-Tifħir Lilek Kristu
![Page 42: San Pietru u San Pawl Appostli 29 ta’ Ġunju](https://reader038.vdocuments.site/reader038/viewer/2022102506/56814281550346895daeae90/html5/thumbnails/42.jpg)
San Pietru u San Pawl Appostli29 ta’ Ġunju
ofm.org.m
t