il-kunsill ewropew · 2018-11-23 · mejju 2016 sa Ġunju 2018 introduzzjoni dan ir-rapport...

92
Il-Kunsill Ewropew Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Volum 2. Lulju 2018

Upload: others

Post on 10-Jun-2020

32 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

Il-Kunsill EwropewMejju 2016 sa Ġunju 2018

Volum 2. Lulju 2018

Page 2: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni
Page 3: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

Volum 2. Lulju 2018

Il-Kunsill EwropewMejju 2016 sa Ġunju 2018

Page 4: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

Din il-pubblikazzjoni hija prodotta mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.www.consilium.europa.eu

Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2018

© Unjoni Ewropea, 2018Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, dment li ssir referenza għas-sors.

Il-bini Europa: © Philippe Samyn and Partners periti u inġiniera — sieħeb ewlieni u responsabbli mid-disinn, Studio Valle Progettazioni, periti, Buro Happold, inġiniera; kompożizzjonijiet bl-ilwien: © Georges Meurant, 2016

Sorsi tar-ritratti fi tmiem il-pubblikazzjoni.

Għal kwalunkwe użu jew riproduzzjoni ta’ ritratti jew materjal ieħor li ma jkunx taħt id-dritt tal-awtur tal-UE, għandu jintalab permess direttament mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.

Print ISBN 978-92-824-6156-3 ISSN 1977-3242 doi:10.2860/146467 QC-AO-17-001-MT-CPDF ISBN 978-92-824-6120-4 ISSN 2363-295X doi:10.2860/327284 QC-AO-17-001-MT-N

Page 5: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

Werrej

Infittxu l-għaqda: Il-Kunsill Ewropew, Mejju 2016 sa Ġunju 2018Rapport mill-President Donald Tusk

Introduzzjoni 5

Kontroll tal-migrazzjoni 6

Negozjar tal-Brexit 11

Minn irkupru ekonomiku għal espansjoni 14

Niffaċċjaw realtajiet ġeopolitiċi 16

Konklużjoni 23

Laqgħat tal-Kunsill Ewropew — Mejju 2016 sa Ġunju 2018 25

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, dikjarazzjonijiet mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, u interventi magħżula mill-President Tusk 26

Page 6: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

4

Page 7: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

5

Infittxu l-għaqda: Il-Kunsill Ewropew, Mejju 2016 sa Ġunju 2018

Introduzzjoni

Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea, imwettqa bejn Mejju 2016 u Ġunju 2018. Juri kif inżammet u ssaħħet l-għaqda politika tal-Unjoni quddiem bosta theddid u sfidi: pressjonijiet migratorji bla preċedent, tibdil fil-ġeopolitika, theddid terroristiku sostnut, perspettiva ekonomika inċerta u d-deċiżjoni tal-votanti Brittaniċi li joħorġu.

Mill-2016 s’issa, il-mexxejja tal-Unjoni baqgħu magħquda rigward il-kwistjonijiet fundamentali, min-negozjati mar-Renju Unit dwar il-ħruġ għal pożizzjoni magħquda kontra theddid estern, kemm jekk hix l-aggressjoni kontinwa tar-Russja fl-Ukrajna jew l-isfidi fundamentali għas-sistema kummerċjali globali. Bis-saħħa ta’ twemmin ferm fl-Unjoni bħala

l-qafas għall-futur komuni tal-istati membri, l-Ewropa tibqa’ punt ta’ riferiment pożittiv għad-dinja, mid-difiża tal-Ftehim ta’ Pariġi biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima għall-promozzjoni tal-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, b’kummerċ ħieles u ġust fil-qalba tagħha.

Internament, jeħtieġ li l-UE tinvesti aktar fil-protezzjoni tal-poplu tagħha kontra t-theddid għas-sigurtà, il-migrazzjoni illegali u l-globalizzazzjoni mingħajr kontroll. Negozjati iebsa jkomplu jillimitaw il-ħsara għaċ-ċittadini, in-negozji u l-istati membri li tirriżulta mit-tluq tar-Renju Unit fid-29 ta’ Marzu 2019. U għad fadal ħafna x’taqdef biex issaħħaħ l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tagħha, tmexxi ‘l quddiem il-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża u tiżviluppa politika ta’ migrazzjoni sensibbli u reżistenti għall-kriżi.

Page 8: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

6

Kontroll tal-migrazzjoni

M’hemm ebda problema globali oħra aktar urġenti llum mill-migrazzjoni irregolari ta’ miljuni ta’ persuni. L-UE qed tmexxi l-Punent f ’dak li jirrigwarda l-assistenza għar-refuġjati. Mhux qed nistennew tifħir. Iżda l-pajjiżi li qed jibagħtu migranti ekonomiċi irregolari għandhom jeħduhom lura. Wara l-pressjonijiet migratorji bla preċedent lejn l-Ewropa fl-2015 u kmieni fl-2016, meta madwar 2.2 miljun persuna qasmu b’mod irregolari l-fruntiera esterna, l-Unjoni Ewropea u l-istati membri tagħha

qed jerġgħu jiksbu l-kontroll u jitgħallmu mill-kriżi. Ebda stat membru ma jista’ jiffaċċa din l-isfida komuni fit-tul waħdu, iżda azzjoni deċiżiva mill-istati membri mexxejja, bl-appoġġ sħiħ tal-UE u assistenza mill-istati membri l-oħra hija conditio sine qua non biex jitrażżnu l-flussi ta’ migrazzjoni illegali.

F’Ottubru 2015, madwar 10 000 persuna kienu qed jaslu l-Greċja mit-Turkija bit-tir li jilħqu pajjiżi oħra ta’ Schengen. Sa Ottubru 2016, l-UE kienet naqset dan l-influss b’98 %. Permezz ta’ sforzi komuni,

Il-migrazzjoni illegali lejn l-Unjoni Ewropea tnaqqset b’aktar minn 90 % minn Frar 2016 ‘l hawn

Page 9: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

7

għalaqna kważi għalkollox ir-rotta tal-Balkani tal-Punent għall-migrazzjoni illegali. Jeħtieġ li nżommuha magħluqa. Fl-2016, l-UE stabbiliet kooperazzjoni mat-Turkija biex jiġi evitat tluq massiv mill-kosta tagħha u bdiet tgħin finanzjarjament lir-refuġjati hemmhekk bi proġetti li ammontaw għal €3 biljun. Sa Ġunju 2018, dan il-finanzjament kważi ntuża għalkollox u l-mexxejja tal-UE qablu dwar porzjon ieħor ta’ €3 biljun.

L-istabbiltà fil-Lvant tal-Mediterran ippermettiet lill-Unjoni tibda tagħlaq ir-rotta mil-Libja għall-Italja, fejn il-wasliet irregolari kienu qabżu l-150 000 persuna kemm fl-2015 kif ukoll fl-2016. L-Unjoni Ewropea tgħin biex il-Gwardja tal-Kosta Libjana titħarreġ u tkun mgħammra biex twaqqaf il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ persuni u toffri assistenza umanitarja u passaġġ sikur lura d-dar lil dawk imblukkati l-Libja. L-istati membri l-oħra jappoġġaw il-ħidma eċċezzjonali tal-Italja mal-Gvern ta’ Kunsens Nazzjonali tal-Libja u l-muniċipalitajiet lokali billi jiffinanzjaw il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika.

Fost il-passi kruċjali kien hemm l-għeluq tar-rotta tal-Balkani tal-Punent kif ukoll l-appoġġ għal pajjiżi terzi f ’operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ u t-trażżin tal-faċilitaturi tad-dħul klandestin ta’ bnedmin

Donald Tusk @eucopresident · 3 ta’ Marzu 2016Tiġux l-Ewropa. Temmnux lit-traffikanti. Tissograwx ħajjitkom u fluskom. Kollu ta’ xejn.

Frontex, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, tassisti lill-istati membri fil-kontroll tal-fruntieri esterni tal-UE

Page 10: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

8

Sa tmiem l-2017, il-wasliet irregolari tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali kienu naqsu b’67 %.

Fil-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2017, il-mexxejja kkonfermaw il-ġerarkija tal-għanijiet tal-UE, fejn il-protezzjoni tal-fruntieri esterni kif ukoll it-twaqqif tal-migrazzjoni illegali huma prijoritarji. Biex jinżamm dan l-isforz, l-Ewropa ser tkun teħtieġ ir-riżorsi finanzjarji adatti biex tittratta dik li evidentement hi sfida permanenti. Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju fl-2018

appoġġa b’mod univoku l-proposta tiegħi li nintroduċi għodda finanzjarja fil-baġit tal-UE biex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali. Qablu wkoll li tiżdied l-assistenza tal-UE lill-Gwardja tal-Kosta Libjana u dwar l-istabbiliment ta’ “pjattaformi ta’ żbark” barra mill-Ewropa għall-migranti irregolari. Qed nibdew negħlbu l-kriżi tal-migrazzjoni. In-nies lesti jerġgħu jafdaw lill-mexxejja tagħhom dment li nuruhom li qed nerġgħu niksbu l-kontroll tal-fruntieri esterni tagħna.

Donald Tusk @eucopresident · 30 ta’ Ġunju 2018L-Ewropej jistennew li nġibu lura s-sens ta’ ordni u sigurtà tagħhom. Mhux għax f’daqqa waħda saru ksenofobiċi iżda għaliex huwa xogħol kull awtorità politika li tipproteġi t-territorju u l-fruntiera tagħha.

Il-mexxejja tal-UE jilħqu qbil dwar id-dikjarazzjoni ta’ Malta biex tingħalaq ir-rotta ta’ migrazzjoni illegali mil-Libja lejn l-Italja, 3 ta’ Frar 2017

Page 11: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

9

250 000

200 000

150 000

100 000

50 000

0

2015 2016 2017 2018

2015 2016 2017

Flussi tal-migrazzjoni: Rotot Ċentrali, tal-Lvant u tal-Punent tal-Mediterran

OTTUBRU 2015

216 260

ROTTA TAL-LVANT MEJJU 2018

4 0974 3863 406*

WASLIET IRREGOLARI KULL XAHAR

WASLIET IRREGOLARI KULL SENA

Sors: Frontex* Data minn operazzjonijiet konġunti (qsim bil-baħar)

ROTTA ĊENTRALI

ROTTA TAL-PUNENT

MEJJU 2018JAN 2015

–96 %

ROTTA TAL-LVANT TAL-MEDITERRAN(Tluq prinċipalment mit-Turkija lejn il-Greċja)

ROTTA TAL-MEDITERRAN ĊENTRALI(Tluq prinċipalment mil-Libja lejn l-Italja)

ROTTA TAL-PUNENT TAL-MEDITERRAN(Tluq prinċipalment mill-Marokk lejn Spanja)

885 386

181 459 42 305

9 990

23 143

182 249

118 91213 372

8 206

19 840

7 004

153 895

OTTUBRU

2015

MEJJU

2018

2018 (JAN-MEJJU)

Page 12: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

10

Il-mexxejja jiltaqgħu fil-Kunsill Ewropew biex jagħtu tmexxija u gwida strateġika għall-ħidma tal-UE

Mix-xellug għal-lemin, fuq: 1. il-President tal-Litwanja Dalia Grybauskaitė, il-President tar-Rumanija Klaus Werner Iohannis u l-Prim Ministru tad-Danimarka Lars Løkke Rasmussen; 2. il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat, it-Taoiseach tal-Irlanda Leo Varadkar u l-Kanċillier Federali tal-Ġermanja Angela Merkel; 3. il-Prim Ministru tal-Italja Giuseppe Conte u l-Prim Ministru tal-Greċja Alexis Tsipras; 4. il-Prim Ministru tan-Netherlands Mark Rutte u l-Prim Ministru tal-Kroazja Andrej Plenković; 5. il-Prim Ministru tal-Estonja Jüri Ratas u l-Prim Ministru tal-Lussemburgu Xavier Bettel; 6. il-Prim Ministru tal-Latvja Māris Kučinskis u l-President tal-Gvern ta’ Spanja Pedro Sánchez; 7. il-Prim Ministru tal-Polonja Mateusz Morawiecki u l-Prim Ministru tar-Repubblika Ċeka Andrej Babiš; 8. Kanċillier Federali tal-Awstrija Sebastian Kurz u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker; 9. il-Prim Ministru tal-Portugall António Costa, il-President ta’ Ċipru Nicos Anastasiades u l-Prim Ministru tal-Greċja Alexis Tsipras; 10. il-Prim Ministru tal-Finlandja Juha Sipilä u l-Prim Ministru tal-Iżvezja Stefan Löfven; 11. il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May u l-President ta’ Franza Emmanuel Macron; 12. il-Prim Ministru tal-Bulgarija Boyko Borissov u l-Prim Ministru tas-Slovakkja Peter Pellegrini

1

4

7

10

2

5

8

11

3

6

9

12

Page 13: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

11

Negozjar tal-Brexit

Il-verità qarsa hija li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea ser tkun telfa għal kulħadd. M’hemm xejn x’jintrebaħ f ’dan il-proċess, għal ebda naħa. Il-maġġoranza tal-Ewropej, inkluż nofs l-elettorat Brittaniku, tixtieq li l-UE u r-Renju Unit jibqgħu flimkien u ma jinfirdux. Iżda paradossalment, ħareġ it-tajjeb minn dak li ġara. Il-komunità tas-27 issa tinsab aktar determinata u aktar magħquda minn qatt qabel. Lill-avversarji kollha tagħna, kemm esterni kif ukoll interni: mhux ser ikun hemm Brexit oħra.

L-essenza tal-Brexit, kif definita fil-kampanja għar-referendum tar-Renju Unit hija li jinħallu radikalment ir-relazzjonijiet mal-UE: “Brexit iebes” de facto. L-unika

alternattiva reali għal Brexit iebes hija li ma jkun hemm ebda Brexit, anke jekk illum il-ġurnata, huma ftit dawk li jemmnu f ’possibbiltà bħal din. Rigward it-taħdidiet dwar il-ħruġ, l-EU27 ma ssegwix u mhux ser issegwi approċċ li jikkastiga. Il-Brexit fih innifsu huwa diġà kastig biżżejjed. Hija kwistjoni li ssir ħsara mill-inqas. Dmirna hu li nnaqqsu kemm jista’ jkun l-inċertezza u t-tfixkil, ikkawżati mill-Brexit, għaċ-ċittadini, in-negozji u l-istati membri. Il-ħajja ta’ kuljum u l-interessi ta’ miljuni ta’ nies fuq iż-żewġ naħat tal-Kanal huma fin-nofs.

Direttament wara r-referendum tar-Renju Unit, il-prijorità immedjata kienet li n-nies, kemm fir-Renju Unit kif ukoll bnadi oħra, jiġu assigurati li ma hemm ebda

Il-President Donald Tusk jitlaq minn 10 Downing Street wara taħditiet dwar il-Brexit mal-Prim Ministru May, 26 ta’ Settembru 2017

Page 14: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

12

vojt ġuridiku. Il-liġi tal-UE ser tibqa’ tapplika għar-Renju Unit u fit-territorju tiegħu bid-drittijiet u l-obbligi kollha li dan jimplika, sal-mument meta jitlaq formalment mill-Unjoni Ewropea. Fid-29 ta’ Marzu 2017, l-ambaxxatur tar-Renju Unit wassal ittra fejn ġie invokat l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’hekk inbeda l-proċess li jwassal għall-ħruġ formali tar-Renju Unit mill-UE. Issa r-Renju Unit kien jinsab fuq in-naħa l-oħra tal-medja tan-negozjar, b’sentejn żmien biex jiġi konkluż il-Ftehim dwar il-Ħruġ u jiġi stabbilit qafas għar-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit. L-għaqda

determinata tas-27 stat membru u l-istituzzjonijiet tal-UE wasslet għal mandat b’saħħtu biex jiġi ggarantit il-ħruġ organizzat tar-Renju Unit b’attenzjoni biex jissolvew kwistjonijiet ċentrali li kienu ntirtu qabel ma jinbdew id-diskussjonijiet dwar ir-relazzjonijiet futuri. Il-prijorità assoluta kienet li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni ta’ aktar minn erba’ miljun persuna, li ħajjithom ser tintlaqat direttament mill-Brexit.

L-ewwel fażi ta’ negozjati bdiet f ’Ġunju 2017. Intlaħaq qbil inizjali dwar id-drittijiet taċ-ċittadini u saldu finanzjarju għall-perijodu sal-2020 wara kjarifika tal-

“Ilkoll nafu li diffiċli ninfirdu. Iżda li ninfirdu u nsawru relazzjoni ġdida huwa ħafna iżjed diffiċli.” Il-President Tusk, 15 ta’ Diċembru 2017

Donald Tusk @eucopresident · 16 ta’ Jannar 2018Sakemm ħbiebna l-Brittaniċi ma jdawrux il-ħsieb, il-#Brexit ser isir realtà - bil-konsegwenzi negattivi kollha tiegħu, f’Marzu tas-sena d-dieħla. Aħna, fuq il-kontinent, ma dawwarniex il-ħsieb. Qalbna għadha miftuħa għalikom.

Page 15: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

13

intenzjonijiet tar-Renju Unit mill-Prim Ministru May. Fil-15 ta’ Diċembru, il-mexxejja tal-EU27 qablu mas-sejba tal-Kummissjoni li kien sar progress suffiċjenti biex in-negozjati jkomplu għall-perijodu ta’ transizzjoni li jsegwi l-Brexit, meta r-Renju Unit ser jibqa’ parti mis-suq uniku għal ċertu żmien. Kienu meħtieġa aktar impenji rigward id-drittijiet ta’ dawk iċ-ċittadini li jista’ jkun li jmorru jgħixu fir-Renju Unit waqt il-perijodu ta’ transizzjoni. Il-gvern Brittaniku għandu wkoll responsabbiltà li juri impenn serju u kredibbli biex tiġi evitata fruntiera iebsa fil-gżira tal-Irlanda, biex jappoġġa l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar, l-ekonomija tal-gżira kollha u l-protezzjoni tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira. Ippermettuli nkun ċar ħafna: jekk l-offerta tar-Renju Unit ma tkunx aċċettabbli għall-Irlanda, lanqas ma tkun aċċettabbli għall-UE.

Ser nagħmel ħilti kollha biex niżgura li r-Renju Unit u l-UE jibqgħu ħbieb wara l-Brexit u nenfasizza li l-bieb tal-UE dejjem ser jibqa’ miftuħ. L-EU27 trid lir-Renju Unit bħala ħabib tal-qalb u sieħeb tagħha u ser timpenja ruħha f ’taħdidiet dwar ir-relazzjoni futura fi spirtu pożittiv u miftuħ. Iżda minħabba l-pożizzjonijiet mhux negozjabbli tar-Renju Unit, huwa possibbli biss Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles (FTA). Dan ser ikun l-ewwel FTA fl-istorja li, minflok ma jsaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi, ser iħollhom. Il-kunċett ta’ firda jinsab fil-qalba tal-Brexit.

Sakemm ħbiebna l-Brittaniċi ma jbiddlux il-ħsieb, il-Brexit ser isir realtà — bil-konsegwenzi negattivi kollha tiegħu, f ’Marzu tas-sena d-dieħla. Min-naħa tagħna, aħna ma biddilniex il-ħsieb. Inżommu idejna miftuħa għar-Renju Unit. X’nista’ nżid ma dan? Ħbieb Brittaniċi tagħna, diġà qed inħossu n-nuqqas tagħkom.

“Waslet, sitt paġni fiha. M’hemmx għalfejn nagħmlu tabirruħna li din ġurnata sabiħa, la fi Brussell u lanqas f ’Londra.” Il-President Tusk iwieġeb għall-konferma uffiċjali tal-ħruġ tar-Renju Unit, 30 ta’ Marzu 2017

Il-President Tusk jiltaqa’ mat-Taoiseach tal-Irlanda Leo Varadkar fil-bini tal-gvern f ’Dublin, 8 ta’ Marzu 2018

Donald Tusk @eucopresident · 29 ta’ Marzu 2017X’nista’ nżid ma’ dan? Diġà qed inħossu n-nuqqas tagħkom.

Page 16: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

14

Minn irkupru ekonomiku għal espansjoni

Kmieni fl-2017, l-UE kienet qed tikber b’rata aktar mgħaġġla mill-Istati Uniti u għall-ewwel darba mill-2008, it-28 stat membru kienu qed jikbru kollha kemm huma. B’hekk l-ekonomija Ewropea rrappreżentat is-suċċess ekonomiku globali tal-2017, fejn seħħet bidla mill-irkupru għall-espansjoni u ġiet issuperata kull stennija. L-għadd totali ta’ impjiegi żdied u laħaq livell rekord, bil-qgħad fl-aktar livell baxx f ’dawn l-aħħar tmien snin. Id-defiċits tal-gvern naqsu u reġgħet inkisbet il-fiduċja fl-ekonomija Ewropea. Xejn ma juri dan aktar biċ-ċar mill-ħruġ b’suċċess tal-Greċja mill-programm ta’ assistenza finanzjarja tal-UE, mibdi bis-Summit taż-Żona tal-Euro wara negozjati li damu sejrin il-lejl kollu fl-2015.

Din il-bidla kienet dovuta għall-bosta miżuri li ttieħdu tul dan l-aħħar deċennju, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak tal-UE, biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u tissaħħaħ ir-reżiljenza taż-żona tal-euro. Issa li l-espansjoni ekonomika tal-Ewropa hija fit-triq it-tajba, il-kompitu hu li jiġi żgurat li l-benefiċċji

tat-tkabbir ekonomiku igawdi minnhom kulħadd, filwaqt li din l-ispinta pożittiva tintuża biex l-ekonomiji tagħna jissaħħu.

L-approfondiment tas-Suq Uniku u politika kummerċjali b’saħħitha huma żewġ modi kif nistgħu niksbu dawk l-għanijiet.

Suq Uniku aktar approfondit ser ikun strumentali fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, il-promozzjoni tal-produttività u l-iżgurar ta’ klima attraenti għall-investiment u l-innovazzjoni. Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2018 poġġa l-immodernizzar tas-Suq Uniku fuq nett fl-aġenda, u l-mexxejja tal-UE identifikaw elementi ċentrali: Suq Uniku Diġitali, Unjoni tas-Swieq Kapitali u Unjoni tal-Enerġija li taħdem sew, u appellaw biex dawk l-azzjonijiet diġà miftehma jiġu kkompletati u implimentati b’mod effettiv. Tard fl-2017 u kmieni fl-2018, il-Kunsill Ewropew iffoka b’mod partikolari fuq is-Suq Uniku Diġitali u l-mexxejja kkonfermaw li kienu lesti li “jagħmlu dak kollu li hu meħtieġ biex l-Ewropa ssir diġitali”, inkluż fl-oqsma ta’ innovazzjoni rivoluzzjonarja u l-big data. Din hija sfida meta jitqiesu d-daqs u d-diversità tas-suq Ewropew. Iżda l-Kunsill Ewropew ser iżomm il-pressjoni politika f ’dan il-qasam, biex b’hekk jingħelbu l-impassi u tingħata gwida ġdida fejn meħtieġ.

Fid-dawl ta’ sinjali protezzjonisti, l-UE għandha tintensifika t-taħdidiet kummerċjali madwar id-dinja. Il-kummerċ jibqa’ kruċjali għas-suċċess ekonomiku tal-Ewropa u l-UE tappoġġa b’mod qawwi il-kummerċ ħieles u ġust u sistema kummerċjali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli. Fl-2017, l-UE segwiet programm ambizzjuż biex jinfetaħ is-suq, inkluż l-implimentazzjoni ta’ Ftehim Ekonomiku Il-President tal-Grupp tal-Euro Mário Centeno u l-President tal-

Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi

Page 17: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

15

u Kummerċjali Komprensiv (CETA) ġdid mal-Kanada; ftehim politiku dwar patt kummerċjali ġdid mal-Ġappun; u progress sinifikanti fin-negozjati mal-Messiku u l-pajjiżi tal-Mercosur. It-taqbida biex jiġi ffirmat is-CETA kienet mimlija emozzjoni. Il-populiżmu tal-lum donnu qisu virus u r-realtà postfattwali u l-politika postverità huma ta’ sfida kbira fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku. Iżda s-CETA juri li l-komunità tal-Punent għad għandha s-saħħa u d-determinazzjoni li tiġġieled kontra l-fataliżmu tat-taħsir tagħna.

L-UE saħħet l-għodod tagħha kontra d-dumping biex tipproteġi liċ-ċittadini minn kummerċ inġust, kif kien miftiehem fis-summit ta’ Bratislava fl-2016. Iċ-ċittadini jridu jkunu jistgħu jaraw li l-ftehimiet kummerċjali qed jiġu nnegozjati għall-ġid ta’ kulħadd, u li hemm fis-seħħ sistemi effettivi ta’ difiża kontra l-abbużi. Minkejja l-għajdut ta’ konflitt kummerċjali globali dejjem jikber, il-mexxejja tal-UE kienu wkoll ċari waqt il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2018: l-Unjoni ser tiddefendi bil-qilla s-sistema multilaterali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli tal-kummerċ internazzjonali, bid-WTO fil-qalba ta’ dan. Il-President Trump stqarr: “il-gwerer kummerċjali huma tajbin u faċli li jintrebħu”. Iżda l-verità hi li l-gwerer kummerċjali huma ħżiena

u faċli li wieħed jitlifhom. L-għan tal-UE hu li żżomm ħaj il-kummerċ dinji u, jekk meħtieġ, li tipproteġi lill-Ewropej permezz ta’ reazzjonijiet proporzjonati. L-UE għandha tuża l-bidla fl-istrateġija tal-Istati Uniti biex tintensifika t-taħdidiet mas-sħab interessati u mhux tabbanduna r-rwol tagħha bħala superpotenza kummerċjali. Ejjew nagħmlu l-kummerċ, mhux il-gwerra, Sur President.

It-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) huwa essenzjali għall-Unjoni Ewropea. Dan hu kruċjali għad-19-il pajjiż taż-żona tal-euro, iżda wkoll għall kull stat membru ieħor u għall-Unjoni fl-intier tagħha. Wasal iż-żmien li nsaħħu għodod eżistenti bħall-Unjoni Bankarja u niżviluppaw aktar il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) kif ukoll nivvalutaw ideat inqas kunsenswali bħal kapaċità fiskali għaż-żona tal-euro. Il-mexxejja ħadu l-ewwel deċiżjonijiet f ’dan ir-rigward fis-Summit taż-Żona tal-Euro ta’ Ġunju 2018. B’mod partikolari, qbilna li l-MES ser jipprovdi l-garanzija ta’ kontinġenza lill-fond uniku ta’ riżoluzzjoni. B’hekk, l-Unjoni Bankarja tagħna ser issir ħafna iktar b’saħħitha. Xi wħud forsi jgħidu li dan hu ftit wisq u tard wisq. Iżda l-fatt hu li wara xi snin ta’ staġnar, varajna effettivament mill-ġdid il-proċess tal-approfondiment tal-UEM.

Donald Tusk @eucopresident · 30 ta’ Ottubru 2016It-taqbida biex jiġi ffirmat is-CETA kienet mimlija emozzjoni. Ir-realtà postfattwali u l-politika postverità huma ta’ sfida kbira għaż-żewġ naħat tal-Atlantiku. Id-deċiżjonijiet tal-lum juru li l-komunità tal-Punent għad għandha s-saħħa u d-determinazzjoni li tiġġieled il-fataliżmu tat-taħsir tagħna. #EUCanada

Page 18: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

16

Niffaċċjaw realtajiet ġeopolitiċi

L-isfidi esterni attwali li qed tiffaċċa l-UE huma aktar perikolużi minn qatt qabel u s-sitwazzjoni ġeopolitika li qed tinbidel, trendi l-futur tagħna imprevedibbli. Din is-sitwazzjoni tinkludi Ċina dejjem aktar assertiva u rgħiba; il-politika aggressiva tar-Russja lejn l-Ukrajna u l-ġirien tagħha; il-gwerer, it-terrur u l-anarkija fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika u r-rwol kbir tal-Iżlamiżmu radikali; kif ukoll id-dikjarazzjonijiet inkwetanti tal-amministrazzjoni Amerikana attwali. Huwa biss

flimkien li l-pajjiżi tal-UE jistgħu jkunu indipendenti għalkollox. Id-diżintegrazzjoni ser tirriżulta biss f ’dipendenza fuq l-Istati Uniti, ir-Russja jew iċ-Ċina. Għall-patrijotti razzjonali u responsabbli li jridu s-sovranità ta’ pajjiżhom, m’hemm ebda alternattiva aħjar minn Ewropa magħquda.

L-assertività kapriċċuża tal-Istati Uniti rigward il-kummerċ, l-Iran, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet oħra poġġew lill-Unjoni Ewropea f ’pożizzjoni

Il-President Tusk u l-President tal-Istati Uniti Trump jiltaqgħu għall-ewwel darba fi Brussell, 25 ta’ Mejju 2017

Page 19: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

17

partikolarment diffiċli; bl-amministrazzjoni l-ġdida li ta’ spiss tidher li qed tqajjem dubji dwar il-politika barranija Amerikana ta’ dawn l-aħħar 70 sena. Flimkien mal-Brexit, dan jindika l-aktar kriżi serja taż-żminijiet moderni: l-indeboliment, jekk mhux il-kollass, tal-fiduċja fid-durabilità u l-fini tal-komunità politika tal-Punent, iddefinit mhux mill-ġeografija iżda mill-valuri, il-prinċipji u t-twemmin f ’istituzzjonijiet pluralistiċi. Madankollu, ma għandniex inċedu għal dawk li jridu jdgħajfu jew iħassru r-rabta trans-Atlantika, li mingħajrha la tibqa’ teżisti l-ordni globali u lanqas il-paċi. Il-messaġġ tiegħi lill-President Trump huwa: il-valuri u l-prinċipji jiġu qabel kollox! L-akbar kompitu tagħna llum hu li nikkonsolidaw id-dinja ħielsa abbażi tal-valuri tal-Punent, mhux biss tal-interessi.

Rigward ir-Russja, dawn l-aħħar sentejn urew l-esperjenzi individwali ta’ diversi pajjiżi Ewropej, minn kampanji ta’ diżinformazzjoni, ċiberattakki, interferenza fil-proċessi politiċi fl-UE u f ’inħawi oħra tad-dinja; għal vjolazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru u t-tkattir tal-konflitti fil-komunitajiet fl-Ukrajna, il-Balkani u lil hinn minnhom. F’Marzu 2018, it-tentattiv ta’ qtil ta’ Sergei Skripal u bintu permezz ta’ aġent nervin fit-territorju Brittaniku — kif ukoll sinjali persistenti tar-rwol tar-Russja fil-Brexit — qajmu mistoqsijiet serji u urġenti.

Il-mexxejja tal-UE jaqblu li l-għaqda Ewropea fl-approċċ lejn ir-Russja hija l-aktar punt b’saħħtu tagħna. Il-mexxejja Ewropej ikkundannaw b’leħen wieħed l-attakk ta’ Salisbury bl-aktar mod b’saħħtu possibbli u diversi pajjiżi, inkluż l-Istati Uniti, keċċew id-diplomatiċi Russi ssuspettati li ħadu sehem f ’attivitajiet ta’ intelligence. L-UE ingħaqdet mal-poplu tal-Ukrajna

kontra l-aggressjoni Russa tul dawn l-aħħar erba’ snin u ser iżżomm is-sanzjonijiet sakemm ir-Russja ma tirrispettax il-ftehimiet ta’ paċi konklużi f ’Minsk fi Frar 2015. Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna daħal fis-seħħ għalkollox tard fl-2017 u ta spinta sinifikanti lill-kummerċ kif ukoll lill-kuntatti bejn il-persuni.

L-għan tagħna mhuwiex li nżidu t-tensjonijiet mar-Russja. Iżda sabiex jinżammu relazzjonijiet ma’ pajjiż li qed jaħdem b’ħafna enerġija u determinazzjoni biex idgħajjef u jifred l-UE, hija meħtieġa valutazzjoni luċida tar-realtà, mingħajr ebda illużjoni. L-objettiv fit-tul jibqa’ li jinstab modus vivendi. Dan ifisser li nibqgħu niddefendu l-valuri u l-interessi tal-UE, iżda wkoll li nżommu l-bieb miftuħ għad-djalogu.

Il-President Tusk jindirizza l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f ’isem l-UE, 20 ta’ Settembru 2017

Donald Tusk @eucopresident · 20 ta’ Settembru 2017Bosta jemmnu li n-NU tgħaqqad lil dawk li ma jwarrbux l-etika fil-politika favur l-interessi egoistiċi. Ejjew nuruhom li l-fiduċja tagħhom hija ġustifikata.

Page 20: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

18

Laqgħat u summits internazzjonali

Mix-xellug għal-lemin, fuq: 1. il-President tal-Kosta tal-Avorju Alassane Outtara, il-President Tusk u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker; 2. il-President Tusk u l-President tal-Mongolja Tsakhiagiin Elbegdorj; 3. il-Prim Ministru tal-Kanada Justin Trudeau, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May u l-President Tusk; 4. il-Prim Ministru ta’ Greenland Kim Kielsen u l-President Tusk; 5. il-Prim Ministru tal-Malasja Razak Mohammad, l-Ewwel Kunsillier tal-Istat tal-Myanmar/Burma Aung San Suu Kyi, il-Prim Ministru tat-Tajlandja Prayuth Chan-O-Cha, il-Ministru-President tal-Uffiċċju tal-Gvern tal-Vjetnam Mai Tien Dung , il-President Tusk, il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte, Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin ta' Singapore Vivian Balakrishnan, It-Tieni Ministru tal-Finanzi tal-Brunei Rahman Ibrahim, il-Prim Ministru tal-Kambodja Hun Sen, il-President tal-Indoneżja Joko Widodo u l-Ministru għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru tal-Laos Alounkeo Kittikhoun; 6. il-President Tusk u l-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzō Abe; 7. il-President Tusk u l-Papa Franġisku; 8. il-President Tusk fl-Assemblea Ġenerali tan-NU; 9. il-President Tusk iżur Belgrad; 10. il-President Tusk u l-Prim Ministru taċ-Ċina Li Keqiang ; 11. il-President tal-Istati Uniti Donald Trump u l-President Tusk; 12. il-President tal-Liberja George Weah u l-President Tusk

1

4

7

10

2

5

8

11

3

6

9

12

Page 21: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

19

Il-Balkani tal-Punent jiffurmaw parti integrali mill-Ewropa u jagħmlu parti mill-komunità tagħna. F’Mejju 2018, l-UE kkonkludiet summit ferm siewi bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, l-ewwel wieħed fi 15-il sena. Is-summit afferma mill-ġdid l-impenn reċiproku tagħna għall-perspettiva Ewropea għar-reġjun kollu u stabbilixxa aġenda ta’ prijoritajiet biex tingħata spinta lir-rabtiet umani, ekonomiċi, diġitali u tal-infrastruttura mar-reġjun u fi ħdanu. L-Unjoni Ewropea hija u ser tibqa’ s-sieħba l-aktar affidabbli tal-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent.

Fil-laqgħat tal-G7 f ’Ise-Shima, Taormina u Charlevoix, u fl-Assemblea Ġenerali tan-NU, il-prijorità tal-UE

kienet li tiddefendi l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli li tinsab f ’periklu, inkluż is-sistema kummerċjali globali. F’dinja mingħajr regoli, huma dawk l-aktar b’saħħithom u l-aktar brutali li jirbħu. In-Nazzjonijiet Uniti hija l-aħjar għodda li għandna biex nindirizzaw, fuq skala globali, il-konflitti tal-lum, il-ġuħ, iċ-ċaqliq sfurzat tal-popolazzjoni, it-terroriżmu, u ritorn lejn tensjonijiet nukleari. Kemm l-UE kif ukoll in-NU nħolqu b’reazzjoni għall-atroċitajiet tat-Tieni Gwerra Dinjija, u l-UE dejjem ser tirreaġixxi bis-saħħa kontra l-ħażen, il-vjolenza u l-illegalità. Huwa għalhekk li flimkien, l-UE u l-istati membri tagħha jikkontribwixxu għal madwar terz mill-finanzjament tan-NU, tagħmel

Il-mexxejja tal-UE u tal-Balkani tal-Punent jiltaqgħu f ’Sofija fis-16 ta’ Mejju 2018 biex jiddiskutu l-integrazzjoni mar-reġjun u fi ħdanu, fosthom l-oqsma ewlenin tal-konnettività infrastrutturali u diġitali

Donald Tusk @eucopresident · 17 ta’ Mejju 2018Ma nara l-ebda futur ieħor għall-Balkani tal-Punent għajr l-UE. Ebda alternattiva, ebda pjan ta’ riżerva. Il-Balkani tal-Punent jagħmlu parti integrali mill-Ewropa u jagħmlu parti mill-komunità tagħna.

Page 22: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

20

Il-President Tusk u l-Ġeneral Riho Terras, Kmandant tal-Forzi tad-Difiża Estonjani, jiltaqgħu mal-persunal militari Ewropew

fit-tnedija tal-PESCO, 14 ta’ Diċembru 2017

Il-mexxejja tal-G7 f ’Taormina, Sqallija, Mejju 2017

terz mill-kontribuzzjonijiet tan-NU għaż-żamma tal-paċi u tagħti nofs il-kontribuzzjonijiet volontarji kollha għall-fondi u l-programmi tan-NU. Bosta jemmnu li n-NU tiġbor flimkien lil dawk li ma jabbandunawx l-etika fuq livell politiku favur interessi egoistiċi. Ejjew nuruhom li l-fiduċja tagħhom hija ġustifikata.

Id-deċiżjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-11 ta’ Settembru 2011 li timponi sanzjonijiet kontra l-Korea ta’ Fuq talli wettqet aktar testijiet nukleari, kienet waħda tajba. Ebda reġim m’għandu jitħalla jfixkel ir-reġim globali ta’ nonproliferazzjoni jew jhedded pajjiżi paċifiċi. Waqt l-Assemblea Ġenerali tan-NU dak ix-xahar, l-Unjoni Ewropea, flimkien ma’ ħbieb qrib u sħab strateġiċi tagħna, il-Ġappun u l-Korea t’Isfel, appellat għal denuklearizzazzjoni paċifika tal-peniżola Koreana. U l-pożizzjoni tal-UE dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt mal-Iran hija wkoll ċara: l-Ewropa ser iżżomm mal-ftehim dment li l-Iran jibqa’ jirrispettah bis-sħiħ.

L-Unjoni Ewropea hija l-investitur prinċipali fl-Afrika, l-akbar sieħeb kummerċjali tagħha, id-donatur ewlieni tal-għajnuna għall-iżvilupp u l-fornitur ewlieni ta’ assistenza umanitarja kif ukoll l-akbar kontributur għall-paċi u s-sigurtà. Fil-5 summit bejn l-Unjoni Afrikana u l-Unjoni Ewropea f ’Abidjan, fil-Kosta tal-Avorju f ’Novembru 2017, kemm il-mexxejja Afrikani kif ukoll dawk Ewropej reġgħu affermaw determinazzjoni komuni li jaħdmu flimkien fi sħubija fuq sfidi li jmorru mis-sigurtà u l-ġlieda kontra t-terroriżmu għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi, speċjalment għaż-żgħażagħ. Il-mexxejja kollha, Afrikani u Ewropej, aċċettaw il-prinċipju li l-migrazzjoni hija responsabbiltà komuni u li hu fl-interess ta’ kulħadd li ssir migrazzjoni organizzata li tkun aktar ikkontrollata, umana u sostenibbli.

Donald Tusk @eucopresident · 14 ta’ Diċembru 2017Illum il-ħolma ssir realtà. #PESCO hija l-espressjoni prattika tar-rieda tagħna li nibnu difiża Ewropea. Aħbar tajba għall-UE u għall-alleati. Aħbar ħażina għall-għedewwa tagħna.

Page 23: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

21

Is-sena 2017 rat it-telfa mġarrba mill-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku bħala entità territorjali. Madankollu attakki terroristiċi ripetuti fl-Ewropa u bnadi oħra juru li t-theddida mill-Iżlamiżmu vjolenti għadha hemm. Fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti, il-Punent u l-alleati tiegħu jridu jkunu aktar determinati mit-terroristi u estremisti. Rigward il-ġellieda barranin, il-pajjiżi Ewropej introduċew kontrolli sistematiċi fil-bażi tad-data minn kmieni fl-2017 biex jindividwaw aħjar lil dawk li qed jippruvaw jidħlu fl-Unjoni u qed jimplimentaw aġġornament komprensiv għall-infrastruttura tal-fruntiera tal-Unjoni. Wara d-diskussjonijiet fi ħdan il-G7 f ’Taormina, il-mexxejja tal-UE kienu espliċiti rigward l-aspettattivi tagħhom li l-kumpanniji fil-qasam tal-mezzi ta’ komunikazzjoni soċjali u l-industrija online għandu jkollhom rwol importanti fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni terroristika fuq l-Internet. Facebook, Twitter u Google qed jaħdmu serjament mal-uffiċjali Ewropej għal dan l-għan, taħt l-awspiċi tal-Forum tal-UE dwar l-Internet.

Mit-terroriżmu għall-gwerra ibrida għall-konflitt fil-viċinat tal-Ewropa, id-dinja kulma jmur, qed issir post aktar perikoluż.

Il-mexxejja Ewropej għandhom ir-responsabbiltà li juru liċ-ċittadini li l-gvernijiet kapaċi jaffrontaw żviluppi esterni li jistgħu jkunu devastanti u xi drabi jqanqlu biża’ kbir. F’Diċembru 2017, ħolma saret realtà meta 25 stat membru nedew il-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti fil-qasam tad-difiża, hekk imsejħa PESCO, espressjoni prattika tar-rieda tagħna li nsawru difiża Ewropea. Il-PESCO hija aħbar tajba għall-UE u l-alleati tagħha, u aħbar ħażina għall-għedewwa tagħna.

Difiża Ewropea b’saħħitha naturalment issaħħaħ in-NATO. Wara li ffirmajna dikjarazzjoni konġunta bejn l-UE u n-NATO f ’Lulju 2016, is-Segretarju Ġenerali Jens Stoltenberg u jien ħdimna biex insaħħu s-sħubija strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Alleanza tal-Atlantiku tat-Tramuntana. Il-kooperazzjoni tagħna hija prijorità strateġika. L-akbar saħħa tagħna hija għaqda fil-valuri u fl-għan.

Il-President Tusk jiddiskuti r-rabtiet bejn l-UE u n-NATO mas-Segretarju Ġenerali Jens Stoltenberg fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2018

Donald Tusk @eucopresident · 16 ta’ Mejju 2018Jekk wieħed iħares lejn l-aħħar deċiżjonijiet ta’ @ realDonaldTrump jista’ saħansitra jaħseb: bi ħbieb bħal dawn lanqas ikollok bżonn għedewwa. Iżda frankament, l-UE għandha tgħid grazzi. Bis-saħħa tiegħu nħlisna minn kull illużjoni. Nirrealizzaw li jekk ikollok bżonn daqqa t’id, xi mkien issibha. L-Ewropa għandha tagħmel dak kollu li tista’ biex tipproteġi, minkejja l-atmosfera tal-lum, ir-rabta transatlantika. Iżda fl-istess ħin irridu nkunu lesti għal dawn ix-xenarji, fejn ikollna naġixxu waħedna.

Page 24: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

22

Daqqa t’għajn wara l-kwinti u l-preparamenti fil-binjiet tal-Kunsill

Page 25: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

23

Konklużjoni

Ewropa magħquda biss tista’ tkun Ewropa sovrana. Dak li hu tassew il-pedament ta’ din l-għaqda mhuwiex mudell burokratiku. Huwa għadd ta’ valuri komuni u standards demokratiċi li għandhom jiġu rispettati — drittijiet tal-bniedem u libertajiet ċivili, libertà tal-kelma u libertà tal-għaqda, kontrolli u bilanċi, u l-istat tad-dritt. Huwa r-rikonoxximent li l-Ewropa hija komunità territorjali, kulturali u politika — xejn aħjar jew agħar — iżda fl-istess ħin differenti, mill-bqija tad-dinja.

Illum ta’ min niftakru fil-veritajiet minsija: L-Ewropa ngħaqdet biex tiġi evitata katastrofi storika oħra u ż-żminijiet ta’ għaqda Ewropea dejjem kienu l-aħjar żminijiet għal dan il-kontinent. Jekk l-Ewropa tkun b’saħħitha, il-pajjiżi tagħna jkunu b’saħħithom. L-Ewropa, bħala entità politika, jew tkun magħquda jew ma tkun xejn affattu. It-Trattati ta’ Ruma taw bidu għal proċess biex il-pajjiżi Ewropej, Lvant u Punent, jerġgħu lura għall-ħelsien u l-prosperità.

Il-kisbiet tal-perijodu kopert f ’dan ir-rapport — il-ġestjoni tal-Brexit, it-tnaqqis fil-flussi tal-migrazzjoni, il-ftuħ tas-suq globali u l-ħidma għal difiża Ewropea aktar b’saħħitha — juru kif il-mexxejja tal-UE, tul dawn l-aħħar sentejn, irnexxilhom jgħaqqdu flimkien id-dinamiżmu u l-unità tal-Ewropa permezz tal-ambizzjoni u l-għaqda fl-istess ħin. Kif jgħid il-proverbju: “Waħdek tasal malajr, flimkien tasal ‘il bogħod.”

Nemmen fid-demokrazija liberali: imperfetta u fraġli, mhux apprezzata biżżejjed u miksura, xi

drabi vulnerabbli, iżda wkoll insostitwibbli. Id-difiża tad-demokrazija liberali tagħna hija l-ewwel, it-tieni u t-tielet obbligu tagħna. Il-demokrazija liberali m’hi ebda sintomu ta’ dgħufija. Iżda jeħtieġ li niftakru li l-ġustizzja mingħajr saħħa hija impotenti u l-forza mingħajr ġustizzja hija tirannija.

Biex inkun dirett: ma jkunx hemm Ewropa kif nafuha, mingħajr il-fruntieri u l-infurzar tal-liġi — u ma jkunx hemm Ewropa kif nixtiequha, jekk il-barbari politiċi tagħna jieħdu l-kontroll fuqha minn ġewwa. Il-fatt li nkunu konxji li għandna fruntiera komuni u territorju komuni għandu jgħaqqadna, minflok jifridna għal dejjem. Jeħtieġ li nippruvaw nirrikonċiljaw il-ħtieġa għas-sigurtà mal-libertà, u l-ħtieġa għall-kontroll mal-ftuħ. Hija biss sinteżi intelliġenti li twassalna għar-rebħa.

Donald TuskPresident tal-Kunsill Ewropew

Page 26: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni
Page 27: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

25

Laqgħat tal-Kunsill Ewropew — Mejju 2016 sa Ġunju 2018

Kunsill Ewropew — 28 ta’ Ġunju 2016

Laqgħa informali tas-27 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern — 29 ta’ Ġunju 2016

Laqgħa informali tas-27 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern, Bratislava — 16 ta’ Settembru 2016

Kunsill Ewropew — 20–21 ta’ Ottubru 2016

Kunsill Ewropew — 15 ta’ Diċembru 2016

Laqgħa informali tas-27 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern — 15 ta’ Diċembru 2016

Laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, Malta — 3 ta’ Frar 2017

Kunsill Ewropew — 9 ta’ Marzu 2017

Laqgħa informali tas-27 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern — 10 ta’ Marzu 2017

Is-60 anniversarju tat-Trattati, Ruma — 25 ta’ Marzu 2017

Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art.50) — 29 ta’ April 2017

Kunsill Ewropew (Art. 50) — 22 ta’ Ġunju 2017

Kunsill Ewropew — 22–23 ta’ Ġunju 2017

Laqgħa informali tas-27 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern, Tallinn — 28 ta’ Settembru 2017

Kunsill Ewropew — 19 ta’ Ottubru 2017

Kunsill Ewropew (Art. 50) — 20 ta’ Ottubru 2017

Laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, Gothenburg — 17 ta’ Novembru 2017

Kunsill Ewropew — 14 ta’ Diċembru 2017

Summit taż-Żona tal-Euro — 15 ta’ Diċembru 2017

Kunsill Ewropew (Art. 50) — 15 ta’ Diċembru 2017

Laqgħa informali tas-27 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern — 23 ta’ Frar 2018

Kunsill Ewropew — 22 ta’ Marzu 2018

Kunsill Ewropew (Art. 50) — 23 ta’ Marzu 2018

Summit taż-Żona tal-Euro — 23 ta’ Marzu 2018

Laqgħa informali tat-28 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern, Sofija — 16 ta’ Mejju 2018

Kunsill Ewropew — 28 ta’ Ġunju 2018

Kunsill Ewropew (Art. 50) — 29 ta’ Ġunju 2018

Summit taż-Żona tal-Euro — 29 ta’ Ġunju 2018

Page 28: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

26

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, dikjarazzjonijiet mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern, u interventi magħżula mill-President Tusk

Kummenti mill-President Donald Tusk qabel is-summit tal-G7 f 'Ise-Shima, il-Ġappun — 26 ta' Mejju 2016 28

Dikjarazzjoni mill-mexxejja tal-UE u l-Presidenza Netherlandiża dwar l-eżitu tar-referendum tar-Renju Unit — 24 ta' Ġunju 2016 29

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 28 ta' Ġunju 2016 30

Dikjarazzjoni — Laqgħa informali tas-27 Kap ta' Stat jew ta' Gvern — 29 ta' Ġunju 2016 33

Dikjarazzjoni Konġunta mill-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u s-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) — 8 ta' Lulju 2016 34

Dikjarazzjoni mill-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-UE f 'isem l-Istati Membri tal-UE preżenti fis-Summit tal-ASEM dwar is-sitwazzjoni fit-Turkija — 16 ta' Lulju 2016 35

Kummenti mill-President Donald Tusk qabel is-summit tal-G20 f 'Hangzhou, iċ-Ċina — 4 ta' Settembru 2016 36

Ittra mill-President Donald Tusk qabel il-laqgħa informali ta' Bratislava tas-27 Kap ta' Stat jew ta' Gvern — 13 ta' Settembru 2016 37

Dikjarazzjoni ta' Bratislava — Laqgħa informali tas-27 Kap ta' Stat jew ta' Gvern — 16 ta' Settembru 2016 39

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 20–21 ta' Ottubru 2016 41

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 15 ta' Diċembru 2016 44

Dikjarazzjoni — Laqgħa informali tas-27 Kap ta' Stat jew ta' Gvern — 15 ta' Diċembru 2016 48

Ittra mill-President Donald Tusk lis-27 Kap ta' Stat jew ta' Gvern tal-UE qabel il-laqgħa informali ta' Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern f 'Malta — 31 ta' Jannar 2017 49

Dikjarazzjoni ta' Malta — Laqgħa informali tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern — 3 ta' Frar 2017 51

Konklużjonijiet tal-President tal-Kunsill Ewropew — 9 ta' Marzu 2017 53

Id-Dikjarazzjoni ta' Ruma tal-Mexxejja ta' 27 Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea — 25 ta' Marzu 2017. 55

Page 29: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

27

Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) dwar in-notifika mir-Renju Unit — 29 ta' Marzu 2017 57

Kummenti mill-President Donald Tusk dwar il-passi li jmiss wara n-notifika mir-Renju Unit — 31 ta' Marzu 2017 58

Linji Gwida — Laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 29 ta' April 2017 59

Kummenti mill-President Donald Tusk qabel is-summit tal-G7 f 'Taormina, l-Italja — 26 ta' Mejju 2017 62

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 22–23 ta' Ġunju 2017 63

Kummenti mill-President Donald Tusk qabel is-summit tal-G20 f 'Hamburg, il-Ġermanja — 7 ta' Lulju 2017 67

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 19 ta' Ottubru 2017 68

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 20 ta' Ottubru 2017 71

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 14 ta' Diċembru 2017 72

Linji Gwida — Kunsill Ewropew (Art. 50) — 15 ta' Diċembru 2017 74

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 22 ta' Marzu 2018 76

Linji Gwida — Kunsill Ewropew (Art. 50) — 23 ta' Marzu 2018 78

Kummenti mill-President Donald Tusk qabel is-summit UE-Balkani tal-Punent — 16 ta' Mejju 2018 81

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew — 28 ta' Ġunju 2018 82

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (Art. 50) — 29 ta' Ġunju 2018 86

Dikjarazzjoni tas-Summit taż-Żona tal-Euro — 29 ta' Ġunju 2018 87

Page 30: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

28

KUMMENTI MILL-PRESIDENT DONALD TUSK QABEL IS-SUMMIT TAL-G7

F'ISE-SHIMA, IL-ĠAPPUN — 26 TA' MEJJU 2016

L-għodwa t-tajba,Ippermettuli nibda b’kumment storiku qasir. Il-fatt li qegħdin hawn fil-Ġappun fis-summit tan-nazzjonijiet tal-G7 li jħaddnu l-istess valuri tad-demokrazija, il-libertà u l-istat tad-dritt, wieħed m’għandu qatt jinsa li din il-kooperazzjoni hija frott tat-tagħlimiet li ħadna minn passat mudlam. 71 sena ilu konna għadna fi gwerra kontra xulxin, gwerra li swiet għexieren ta’ miljuni ta’ ħajjiet mad-dinja kollha. U llum qed nieħdu l-impenn li nibnu dinja mingħajr periklu għal kulħadd.Il-G7 huwa l-aktar difensur b’saħħtu tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli mhux għax irridu nipproteġu lil min hu għani. Iżda għax qabelxejn ir-regoli qegħdin hemm biex jipproteġu lil min hu dgħajjef filwaqt li, f ’dinja mingħajr regoli, jirbaħ min huwa l-aktar b’saħħtu u l-aktar kattiv. Jeħtieġ li titfakkar din il-verità sempliċi, speċjalment illum il-ġurnata, meta qed jitqajmu dubji dwar l-osservanza ta’ ordni dinjija bbażata fuq ir-regoli. L-eżempju tal-pajjiżi tal-G7, tal-kapaċità tagħna li nikkompetu iżda wkoll li nikkooperaw ma’ xulxin u tal-fatt li ma nqisux biss l-interessi tagħna, għandu jkun ta’ ispirazzjoni għal oħrajn.Issa ppermettuli li ndur għall-migrazzjoni u l-kriżi tar-refuġjati. Ninsabu konxji li huwa minħabba l-ġeografija li l-parti l-kbira tar-responsabbiltà qed tingħata u ser tkompli tingħata lill-Ewropa. Madankollu, nixtiequ wkoll li l-komunità dinjija turi solidarjetà u tagħraf il-fatt li din hija kriżi dinjija. Għalhekk, ser infittxu li niksbu l-appoġġ ta’ sħabna tal-G7 fi tliet dimensjonijiet.L-ew wel, biex nieħdu l-impenn li nżidu l-assistenza dinjija sabiex naqdu l-ħtiġijiet immedjati u l-ħtiġijiet fit-tul tar-refuġjati u l-komunitajiet li qed jospitawhom. Il-komunità internazzjonali għandha tagħraf li meta t-Turkija, il-Libanu u l-Ġordan jassistu lir-refuġjati, fil-fatt ikunu qed jikkontribwixxu għall-ġid tad-dinja kollha. U dan il-ġid irid jiġi ffinanzjat mill-komunità dinjija.It-tieni, l i l-G7 jinkoraġġix xi l i l l-istituzzjonijiet f inanzjarji internazzjonali u lil donaturi oħra biex iżidu l-assistenza tagħhom. F’dan ir-rigward, il-fondi tal-UE għas-Sirja, l-Afrika u t-Turkija, f limkien mal-ħidma tal-Bank Ewropew tal-Investiment huma ta’ eżempju għalina lkoll.It-tielet, l i l-G7 jinkoraġġix x i l-istabbiliment ta’ skemi ta’ risistemazzjoni u forom legali oħra ta’ migrazzjoni mad-dinja kollha. Bħalma tafu l-Ewropa qed tagħmel ħafna u ninsabu kuntenti li qed naqsmu l-esperjenzi tagħna. Iżda d-dinja qed tħabbat wiċċha mal-ogħla numru ta’ refuġjati, persuni li jfittxu l-asil u persuni spostati f ’pajjiżhom mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn. Din hija r-raġuni għalfejn jeħtieġ li tittieħed aktar azzjoni li tagħmilha possibbli li jkun hemm mezzi legali għall-migrazzjoni. Dawk li jikkritikawna, minf lok, għandhom jaħsbu dwar kif ser iżidu l-assistenza tagħhom għaliex dak li qed tagħmel l-Ewropa diġà huwa enormi.Fit-tliet dimensjonijiet kollha msemmija hawn fuq tinħtieġ it-tmexxija tal-G7. U ħa nkun onest, jekk ma nkunux aħna li nieħdu

r-riedni f ’idejna fil-ġestjoni ta’ din il-kriżi, ħadd mhu ser jagħmel dan. Ser nappella lill-mexxejja tal-G7 biex jilqgħu din l-isfida.Sentejn ilu, il-G7 wera l-għaqda mal-Ewropa meta faqqa’ l-konf litt f l-Ukrajna. U  ser nibqgħu magħqudin waqt dan il-konf litt. L-Unjoni Ewropea, l-istess bħall-G7 kollu kemm hu, tibqa’ temmen li din il-kriżi tista’ tissolva biss b’osservanza sħiħa tad-dritt internazzjonali, speċjalment l-obbligu legali li jiġu rrispettati s-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza tal-Ukrajna. Nixtieq nagħmilha ċara li l-pożizzjoni tagħna fil-konfront tar-Russja, inkluż is-sanzjonijiet ekonomiċi, ser tibqa’ l-istess sakemm ma jiġux implimentati b’mod sħiħ il-ftehimiet ta’ Minsk. Sfortunatament, f l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk sar ħafna inqas progress milli ttamajna sena ilu f ’Elmau.Ladarba qed nitkellem fuq l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, nixtieq nenfasizza li din għandha tiġi rrispettata mhux biss f l-Ukrajna imma fil-partijiet kollha tad-dinja, u mhux biss fuq l-art iżda wkoll fuq il-baħar. Il-politika tal-G7 hija ċara: kwalunkwe rivendikazzjoni marittima jew territorjali għandha tkun imsejsa fuq id-dritt internazzjonali u kwalunkwe tilwim li jista’ jinqala’ għandu jissolva b’mezzi paċifiċi. Azzjonijiet unilaterali u l-użu tal-forza jew il-koerċizzjoni mhux ser jiġu aċċettati.Fl-aħħar nett, ippermettuli ndur għas-sitwazzjoni f l-Ewropa. Ninsab kuntent li ngħid li l-ftehim tal-Grupp tal-Euro jibgħat messaġġ qawwi ta’ stabbiltà għall-Greċja, għaż-Żona tal-Euro imma wkoll għall-ekonomija dinjija. Hawnhekk, nixtieq nirringrazzja lill-poplu Grieg, u speċjalment lill-Prim Ministru Alexis Tsipras, għad-determinazzjoni tagħhom li jtemmu din il-kriżi billi jirriformaw il-pajjiż. It-traġedja Griega mhux ser terġa’ sseħħ.Fis-summit tal-G7 ser inkunu qed niddiskutu r-referendum dwar jekk ir-Renju Unit jibqax membru jew le tal-Unjoni Ewropea u l-konsegwenzi tiegħu. Tafu li qed nittama għal riżultat pożittiv u nista’ nassigurakom li l-mexxejja kollha tal-G7 imlaqqgħin hawnhekk huma tal-istess fehma.Qabel nagħlaq ippermettuli nagħmel l-aħħar punt. L-eżami tal-kredibilità tagħna bħala l-G7 huwa l-kapaċità tagħna li niddefendu l-valuri komuni li nħaddnu. Dan l-eżami ser ngħadduh biss jekk nieħdu pożizzjoni ċara u soda dwar kull suġġett tad-diskussjonijiet tagħna hawnhekk f ’Ise-Shima. Nirreferi b’mod partikolari għall-kwistjoni tas-sigurtà marittima f l-ibħra tan-Nofsinhar u l-Lvant taċ-Ċina, il-kwistjoni tar-Russja u l-Ukrajna u l-kummerċ ħieles u ġust. Jekk irridu niddefendu l-valuri komuni tagħna, illum il-ġurnata mhuwiex biżżejjed li sempliċiment nemmnu fihom. Irridu nkunu lesti wkoll li nipproteġuhom. L-isfida proprja hija saħansitra akbar għaliex dawn il-valuri mhumiex qed jiġu ddubitati biss mill-istati li qed idgħajfu l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli, iżda wkoll minn avversarji fil-pajjiżi tagħna stess. L-avversarji interni tagħna ser jiġġudikaw ukoll il-kapaċità tagħna li niddefendu dawn il-valuri. Għalhekk jeħtieġ li nkunu verament sodi.Nirringrazzjakom.

Page 31: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

29

DIKJARAZZJONI MILL-MEXXEJJA TAL-UE U L-PRESIDENZA NETHERLANDIŻA

DWAR L-EŻITU TAR-REFERENDUM TAR-RENJU UNIT —

24 TA' ĠUNJU 2016

Il-President Tusk, il-President Martin Schulz u l-Prim Ministru Rutte dalgħodu ltaqgħu fi Brussell wara stedina mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Juncker. Huma ddiskutew l-eżitu tar-referendum tar-Renju Unit u għamlu d-dikjarazzjoni konġunta li ġejja:Fi proċess ħieles u demokratiku, il-poplu Brittaniku esprima x-xewqa tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Jiddispjaċina li ttieħdet din id-deċiżjoni iżda nirrispettawha.Din hija sitwazzjoni bla preċedent iżda ninsabu magħqudin fir-rispons tagħna. Ser nibqgħu sodi u  niddefendu l-valuri fundamentali tal-UE tal-promozzjoni tal-paċi u  l-benessri tal-popli tagħha. L-Unjoni ta’ 27 Stat Membru ser tkompli. L-Unjoni hija l-qafas tal-futur politiku komuni tagħna. Aħna marbutin f limkien bi storja, ġeografija u interessi komuni u ser niżviluppaw il-kooperazzjoni tagħna fuq din il-bażi. Flimkien, ser nindirizzaw l-isfidi komuni tagħna li jiġġeneraw it-tkabbir, iżidu l-prosperità u jiżguraw ambjent sigur u sikur għaċ-ċittadini tagħna. L-istituzzjonijiet ser jaqdu r-rwol sħiħ tagħhom f ’dan l-isforz.Issa nistennew li l-gvern tar-Renju Unit jagħti effett lil din id-deċiżjoni tal-poplu Brittaniku mill-aktar fis possibbli, minkejja

li dan il-proċess jista’ jkun diffiċli. Kwalunkwe dewmien itawwal l-inċertezza mingħajr bżonn. Għandna regoli li jittrattaw dan il-proċess b’mod ordnat. L-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-proċedura li għandha tiġi segwita jekk Stat Membru jiddeċiedi li jitlaq mill-Unjoni Ewropea. Aħna ninsabu lesti biex nibdew malajr negozjati mar-Renju Unit dwar it-termini u l-kondizzjonijiet għall-irtirar tiegħu mill-Unjoni Ewropea. Sakemm jintemm dan il-proċess ta’ negozjati, ir-Renju Unit jibqa’ membru tal-Unjoni Ewropea, bid-drittijiet u l-obbligi kollha li jirriżultaw minn dan. Skont it-Trattati li r-Renju Unit irratifika, il-liġi tal-UE tkompli tapplika bis-sħiħ għar-Renju Unit u ġo fih sakemm ma jkunx għadu Membru.Kif ġie maqbul, is-”Soluzzjoni l-Ġdida għar-Renju Unit fi ħdan l-Unjoni Ewropea”, li ntlaħaq qbil dwarha fil-Kunsill Ewropew fit-18 u d-19 ta’ Frar 2016, issa mhux ser issir effettiva u mhux ser tibqa’ teżisti. Mhu ser ikun hemm l-ebda negozjar mill-ġdid.Fir-rigward tar-Renju Unit, nittamaw li jkun wieħed mis-sħab qrib tal-Unjoni Ewropea fil-futur. Nistennew li r-Renju Unit jifformula l-proposti tiegħu f ’dan ir-rigward. Kwalunkwe ftehim li jiġi konkluż mar-Renju Unit bħala pajjiż terz, ser ikollu jirrif letti l-interessi taż-żewġ naħat u jkun ibbilanċjat f ’termini ta’ drittijiet u obbligi.

Page 32: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

30

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW —

28 TA' ĠUNJU 2016

I. MIGR AZZJONI1. B’segwitu għad-deċiżjoni li jiġi applikat b’mod sħiħ il-

Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen u  l-implimentazzjoni tad-dikjarazzjoni UE–Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016, il-qsim mit-Turkija lejn il-gżejjer Griegi naqas b’mod drastiku u issa kważi waqaf. Huwa importanti li din il-ħidma titkompla b’mod attiv biex tkompli tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni u tiġi żgurata soluzzjoni sostenibbli. Il-leġislazzjoni adottata reċentement mit-Turkija dwar it-trattament kemm tas-Sirjani kif ukoll ta’ nazzjonalitajiet oħra tippermetti r-ritorn tal-migranti lejn it-Turkija b’rispett sħiħ għad-dispożizzjonijiet dwar l-inammissibbiltà skont id-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil. Sar progress konsiderevoli miż-żewġ naħat f l-implimentazzjoni tal-firxa sħiħa ta’ punti ta’ azzjoni li jinsabu fid-dikjarazzjoni UE–Turkija, u l-Kunsill Ewropew jistenna bil-ħerqa aktar azzjoni determinata. Il-Kunsill Ewropew ifakkar fil-ħtieġa li jingħata appoġġ kontinwu lill-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, inkluż fil-ġlieda tagħhom kontra l-faċilitaturi ta’ dħul klandestin, u li nibqgħu viġilanti għal żviluppi potenzjali rigward rotot oħra sabiex tkun tista’ tittieħed azzjoni rapida u kkoordinata. Hija meħtieġa aktar azzjoni biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-iskemi eżistenti ta’ rilokazzjoni u risistemazzjoni.

2. Fil-Mediterran Ċentrali, il-f lussi ta’ migranti li l-biċċa l-kbira tagħhom ikunu migranti ekonomiċi baqgħu f l-istess livell tas-sena li għaddiet. Il-f lussi jeħtieġ li jitnaqqsu, u b’hekk jiġu salvati l-ħajjiet u  jisfaxxa l-mudell kummerċjali tal-faċilitaturi ta’ dħul klandestin. Il-proċeduri ta’ sigurtà rilevanti għandhom ikunu applikati b’mod sħiħ biex ikun żgurat kontroll sħiħ fuq il-fruntieri esterni. Il-kisba ta’ riżultati rapidi fil-prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali u  r-ritorn tal-migranti irregolari titlob Qafas ta’ Sħubija effettiv ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi individwali ta’ oriġini jew ta’ tranżitu. Dan ser jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Belt Valletta, li għandha tiżdied. Abbażi tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, l-UE ser tistabbilixxi u timplimenta malajr dan il-Qafas imsejjes fuq inċentivi effettivi u kondizzjonalità adegwata, u l-ewwel fost dawn ser ikun numru limitat ta’ pajjiżi prijoritarji ta’ oriġini u ta’ tranżitu, bl-objettivi li ġejjin:• il-ksib ta' riżultati speċifiċi u miżurabbli f 'termini ta' ritorni

rapidi u operazzjonali ta' migranti irregolari, inkluż bl-applikazzjoni ta' arranġamenti temporanji, sakemm jiġu konklużi ftehimiet ta' riammissjoni eżawrjenti;

• il-ħolqien u  l-applikazzjoni meħtieġa tas-setgħa li għandhom biex jinf luwenzaw, billi jintużaw il-politiki, l-istrumenti u l-għodod rilevanti kollha tal-UE, inkluż l-iżvilupp u l-kummerċ;

• il-mobilizzazzjoni wkoll ta' elementi li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri u l-ħidma għal sinerġiji mal-Istati Membri fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi speċifiċi.

Il-kooperazzjoni fuq ir-riammissjoni u r-ritorn ser tkun test kruċjali tas-sħubija bejn l-UE u dawn is-sħab.

3. Ir-Rappreżentant Għoli, inkluż fir-rwol tagħha bħala Viċi President tal-Kummissjoni, ser tmexxi l-implimentazzjoni ta’ dan l-approċċ il-ġdid u tiżgura koordinazzjoni mill-qrib u effettiva bejn l-istituzzjonijiet u s-servizzi tal-UE u l-Istati Membri, bil-ħsieb li jiġu konklużi l-ewwel patti qabel tmiem is-sena. Il-Kunsill u l-Kummissjoni ser jagħmlu monitoraġġ b’mod regolari tal-proċess, jivvalutaw ir-riżultati tiegħu u jirrapportaw lura lill-Kunsill Ewropew.

4. L-istrumenti u  s-sorsi rilevanti kollha ta’ finanzjament għandhom jiġu mobilizzati b’mod koerenti b’appoġġ għall-approċċ deskritt hawn fuq. Il-Kunsill mistieden jeżamina malajr il-proposti li saru mill-Kummissjoni biex isir dan. Barra minn hekk:• l-inizjattiva tal-Bank Ewropew tal-Investiment fil-Viċinat

tan-Nofsinhar u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, bħala l-ewwel pass fil-qafas il-ġdid ta' kooperazzjoni, ser tgħin biex jitrawwem investiment fil-pajjiżi sħab u għandha l-appoġġ sħiħ tagħna. Biex jimplimenta din l-inizjattiva malajr, il-Kunsill mitlub jesplora f 'qasir żmien kif jistgħu jiġu pprovduti r-riżorsi meħtieġa;

• Sa Settembru 2016, il-Kummissjoni mistiedna tippreżenta proposta għal Pjan ambizzjuż ta' Investiment Estern, li għandha tiġi eżaminata bħala prijorità mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Trid tiġi żgurata l-komplementarjetà fost l-inizjattivi kollha msemmijin hawn fuq.

5. L-approċċ deskritt hawn fuq ser ikun dinamiku u ser jiġi estiż jekk neċessarju għal pajjiżi jew reġjuni oħrajn biex jirrif letti l-f lussi ta’ migrazzjoni.

6. L-UE u  l-Istati Membri tagħha ser ikomplu jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni illegali, f ’kooperazzjoni mill-qrib u fi spirtu ta’ responsabbiltà reċiproka mal-pajjiżi ta’ oriġini.

7. Fil-perspettiva tas-Summit li jmiss tal-G20 u  l-laqgħa ta’ Livell Għoli tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar movimenti kbar ta’ refuġjati u migranti, il-Kunsill Ewropew ifakkar li l-migrazzjoni hija sfida globali li teħtieġ rispons qawwi mill-komunità internazzjonali.

8. Il-Kunsill Ewropew ser ikompli jindirizza u  jwettaq monitoraġġ tal-aspetti kollha tal-approċċ komprensiv tal-UE għall-isfida tal-migrazzjoni, kif imniżżel fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru 2015, u  jiddefinixxi d-direzzjonijiet u l-prioritajiet politiċi ġenerali. Filwaqt li jfakkar fil-ħtieġa li jissaħħaħ il-kontroll tal-fruntieri esterni tal-UE biex jintlaħqu kemm l-objettivi marbutin mal-migrazzjoni kif ukoll dawk tas-sigurtà, jilqa’ l-qbil politiku bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-proposta dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u jitlob għall-

Page 33: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

31

adozzjoni tagħha f ’qasir żmien u l-implimentazzjoni rapida tagħha.

II. IMPJIEGI, TKABBIR U INVESTIMENT

Semestru Ewropew9. Il-Kunsill Ewropew b’mod ġenerali appoġġa

r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi kif diskussi mill-Kunsill, u b’hekk jippermetti l-konklużjoni tas-Semestru Ewropew tal-2016.

Suq Uniku10. Il-kisba ta’ Suq Uniku aktar approfondit u ġust ser tkun

strumentali fil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, il-promozzjoni tal-produttività u l-iżgurar ta’ klima attraenti għall-investiment u  l-innovazzjoni. Dan jeħtieġ fokus imġedded madwar l-Ewropa. Il-Kunsill Ewropew jappella biex l-istrateġiji, inkluż dwar l-enerġija, u  l-pjanijiet ta’ azzjoni differenti għas-Suq Uniku proposti mill-Kummissjoni jitlestew u jiġu implimentati sal-2018.

11. Il-Kunsill Ewropew illum adotta aġenda li titlob progress rapidu u determinat biex:• jitwasslu l-benefiċċji kollha tas-Suq Uniku Diġitali lill-

partijiet ikkonċernati kollha permezz ta': – portabbiltà transfruntiera, li tippermetti lir-residenti

tal-UE jivvjaġġaw bil-kontenut diġitali li jkunu xtraw jew abbonaw għalih minn djarhom;

– it-tneħħija tal-ostakli għall-kummerċ-e, inkluż l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat li ma jħallix lill-klijenti online jaċċessaw u jixtru prodott jew servizz minn sit web ibbażat fi Stat Membru ieħor. It-tnaqqis tal-ispejjeż ta' konsenja ta' pakketti u l-immodernizzar tas-sistemi tal-VAT ser jiffaċilitaw aktar il-bejgħ transfruntier ta' oġġetti u servizzi;

– ir-rieżami tas-suq tar-roaming bl-ingrossa bil-ħsieb li jitneħħew il-ħlasijiet supplimentari għar-roaming sa Ġunju 2017;

– l-istedina lill-gvernijiet u l-istituzzjonijiet tal-UE biex jilħqu l-għanijiet tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Gvern-e;

– ir-riformi tad-drittijiet tal-awtur u l-oqfsa awdjoviżivi;• jinħolqu l-kondizzjonijiet tajbin li jistimulaw

opportunitajiet ġodda ta' negozju billi: – tiġi żgurata kapaċità kbira ħafna ta' konnettività

broadband fissa u  mingħajr fil f l-Ewropa kollha, li hija prekondizzjoni għall-kompetittività fil-futur. L-għan tar-rieżami tal-qafas regolatorju tat-telekomunikazzjoni għandu jkun li jiġu inċentivati investimenti f 'netwerks ewlenin filwaqt li jiġu promossi kompetizzjoni effettiva u  d-drittijiet tal-konsumatur;

– jiġu kkoordinati aħjar il-modalitajiet tal-assenjazzjoni tal-ispettru kif ukoll tiġi liberata f 'waqtha l-banda ta' 700 MHz sabiex ikun żgurat li l-Ewropa tkun fuq quddiem nett fil-varar tan-netwerks 5G;

– jiġu kkoordinati l-isforzi tal-UE fuq komputazzjoni ta' prestazzjoni għolja. F'dan il-kuntest il-Kunsill Ewropew jistenna bil-ħerqa t-tnedija ta' proġett importanti ta' interess Ewropew komuni f 'dan il-qasam;

• jingħata appoġġ għall-fornituri ta' servizzi, li jixtiequ jespandu lil hinn mill-fruntieri. Passaport għas-servizzi, konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-29 ta' Frar 2016, ser jippermetti lill-intraprendituri f 'setturi ewlenin joffru s-servizzi tagħhom fi Stati Membri oħra mingħajr ma jkollhom jgħaddu minn proċeduri bla bżonn u ser jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-innovazzjoni;

• jiġi żgurat aċċess aktar faċli għal finanzjament għan-negozji u jingħata appoġġ għall-investiment f l-ekonomija reali billi tiġi promossa l-aġenda tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. B'mod partikolari, għandu jsir progress rapidu fil-proposta għas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti tal-prospett u l-proposti għal titolizzazzjoni sempliċi, standardizzata u trasparenti, li għandu jsir qbil dwarhom sa tmiem l-2016;

• b'mod vigoruż ikun hemm sforzi għal regolamentazzjoni aħjar.

12. Il-Kunsill ser jirrapporta annwalment lura lill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju dwar il-progress f l-approfondiment tas-Suq Uniku f l-aspetti kollha tiegħu. Implimentazzjoni u  infurzar aħjar tal-leġislazzjoni eżistenti ser jgħinu ulterjorment fil-kisba tal-benefiċċji tal-objettivi tas-Suq Uniku tal-Ewropa.

Kummerċ13. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea aġġorna lill-Kunsill

Ewropew dwar in-negozjati li għaddejjin fuq il-kummerċ. Il-Kunsill Ewropew ifakkar fil-konklużjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kummerċ u dwar is-settur tal-azzar u ser jerġa’ lura għall-kwistjoni għal diskussjoni komprensiva fil-laqgħa li jmiss tiegħu f ’Ottubru. F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jappella għat-tlestija rapida tal-ħidma fuq strumenti għad-difiża tal-kummerċ.

Pjan ta’ Investiment (inkluż il-FEIS)14. Il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa, b’mod partikolari

l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), diġà ta riżultati konkreti u huwa pass importanti fil-mobilizzazzjoni ta’ investiment privat filwaqt li jsir użu għaqli tar-riżorsi baġitarji skarsi.

15. Il-Kummissjoni dalwaqt beħsiebha tipproponi proposti dwar il-futur tal-FEIS, li għandhom jiġu eżaminati b’urġenza mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Unjoni Ekonomika u Monetarja16. Il-Kunsill Ewropew ta ħarsa lejn il-progress li sar fil-ħidma

għall-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u  Monetarja, inkluż il-pjan direzzjonali sabiex tiġi kkompletata l-Unjoni Bankarja u jappella għal progress fil-ħidma. Huwa japprova r-rakkomandazzjoni dwar il-Bordijiet Nazzjonali għall-Produttività.

Tassazzjoni17. Il-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni u  l-evitar tat-taxxa,

u kontra l-ħasil tal-f lus, tibqa’ prijorità, kemm f l-UE kif ukoll internazzjonalment. Dan jidher ċar mill-adozzjoni reċenti tal-leġislazzjoni rilevanti tal-UE li taċċetta din l-isfida, b’mod partikolari fil-qasam tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u r-rappurtar pajjiż b’pajjiż , kif ukoll il-ftehim milħuq dwar id-Direttiva kontra l-Evitar tat-Taxxa. Il-pubblikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni li għandu fil-mira l-ħolqien ta’ spazju uniku tal-VAT

Page 34: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

32

modernizzat u reżistenti għall-frodi huwa wkoll element importanti tal-approċċ globali.

Agrikoltura18. Filwaqt li jfakkar fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Marzu 2016,

il-Kunsill Ewropew ta ħarsa lejn l-iżviluppi fis-settur agrikolu, partikolarment il-prodotti tal-ħalib u tal-laħam tal-majjal. Huwa jistieden lill-Kummissjoni biex b’mod urġenti timplimenta l-miżuri ta’ sostenn meħtieġa kollha inkluż, fejn adatt, l-appoġġ finanzjarju ta’ għajnuna lill-bdiewa, u jistieden lill-atturi kollha fil-katina tal-provvista biex jgħinu fit-titjib tal-kondizzjonijiet tas-suq.

III. RELAZZJONIJIET ESTERNI19. Il-Kunsill Ewropew itenni r-rieda tiegħu li jappoġġa lill-Gvern

ta’ Kunsens Nazzjonali (GNA), u jappella lill-gruppi kollha fil-Libja biex jaħdmu mal-GNA li hu l-uniku gvern leġittimu fil-Libja biex jerġa’ jġib l-istabbiltà, jiġġieled it-terroriżmu u  jindirizza l-migrazzjoni fil-Mediterran Ċentrali kollu. F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2292 tal-KSNU u r-rwol estiż tal-Operazzjoni Sophia f l-infurzar tal-embargo tal-armi fuq il-Libja u t-taħriġ tal-Gwardja Kostali Libjana.

20. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-preżentazzjoni tal-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea mir-Rappreżentant Għoli u  jistieden lir-Rappreżentant Għoli, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex ikomplu b’din il-ħidma.

21. Il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO ġiet diskussa fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO. Il-Kunsill Ewropew appella għal tisħiħ ulterjuri tar-relazzjoni, fid-dawl tal-għanijiet u l-valuri komuni tagħna u minħabba l-isfidi bla preċedent min-Nofsinhar u l-Lvant. Din l-ambizzjoni ġdida għandha tieħu l-forma ta’ kooperazzjoni prattika aċċellerata f ’oqsma magħżula. L-ispinta l-ġdida fil-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO ser isseħħ b’attitudni għalkollox miftuħa u b’rispett sħiħ tal-awtonomija tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-proċeduri taż-żewġ organizzazzjonijiet, tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-inklussività u tkun mingħajr preġudizzju għan-natura speċifika tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża ta’ kwalunkwe Stat Membru. Il-President tal-Kunsill Ewropew u  l-President tal-Kummissjoni Ewropea ser joħorġu dikjarazzjoni f limkien mas-Segretarju Ġenerali tan-NATO f ’Varsavja f ’Lulju.

22. Il-Prim Ministru Netherlandiż ippreżenta l-eżitu tar-referendum li sar fin-Netherlands dwar il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Ukrajna, kif ukoll it-tħassib espress fid-dibattitu li kien hemm qabel ir-referendum. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kunsill biex ifittex soluzzjoni li tindirizza dan it-tħassib mill-aktar fis possibbli.

IV. EŻITU TAR-REFERENDUM FIR-RENJU UNIT

23. Il-Prim Ministru tar-Renju Unit għarraf lill-Kunsill Ewropew dwar l-eżitu tar-referendum fir-Renju Unit.

Page 35: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

33

DIKJARAZZJONI — LAQGĦA INFORMALI TAS-27 KAP TA' STAT JEW TA' GVERN —

29 TA' ĠUNJU 2016

1. Aħna, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tas-27 Stat Membru, kif ukoll il-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, jiddispjaċina ferm mir-riżultat tar-referendum tar-Renju Unit iżda nirrispettaw ir-rieda espressa mill-maġġoranza tal-poplu Brittaniku. Sakemm ir-Renju Unit ma jkunx ħareġ mill-UE, tibqa’ tapplika l-liġi tal-UE għar-Renju Unit u ġewwa fih, kemm fir-rigward tad-drittijiet kif ukoll tal-obbligi.

2. Hemm bżonn li norganizzaw il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’mod ordnat. L-Artikolu 50 TUE jipprovdi l-bażi legali għal dan il-proċess. Huwa f ’idejn il-gvern Brittaniku li jinnotifika lill-Kunsill Ewropew bl-intenzjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni. Dan jeħtieġ li jsir malajr kemm jista’ jkun. Qabel ma tkun saret din in-notifika, ma jista jkun hemm ebda xorta ta’ negozjati.

3. Ladarba tasal in-notifika, il-Kunsill Ewropew ser jadotta linji gwida għan-negozjati ta’ ftehim mar-Renju Unit. Fil-proċess ulterjuri l-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew ser jaqdu r-rwol sħiħ tagħhom f ’konformità mat-Trattati.

4. Fil-futur, nittamaw li r-Renju Unit ikun sieħeb mill-qrib tal-UE u  nistennew bil-ħerqa li r-Renju Unit jiddikjara l-intenzjonijiet tiegħu f ’dan ir-rigward. Kwalunkwe ftehim, li ser jiġi konkluż mir-Renju Unit bħala pajjiż terz, irid ikun ibbażat fuq bilanċ bejn drittijiet u obbligi. L-aċċess għas-Suq

Uniku jirrikjedi l-aċċettazzjoni tal-erba’ libertajiet kollha kemm huma.

5. Ir-riżultat tar-referendum tar-Renju Unit joħloq sitwazzjoni ġdida għall-Unjoni Ewropea. Ninsabu determinati li nibqgħu magħqudin u naħdmu f l-ambitu tal-UE biex nindirizzaw l-isfidi tas-seklu 21 u  nsibu soluzzjonijiet f l-interess tan-nazzjonijiet u l-popli tagħna. Ninsabu lesti li nindirizzaw kull diffikultà li tista’ tinqala’ f ’din is-sitwazzjoni.

6. L-Unjoni Ewropea hija kisba storika ta’ paċi, prosperità u sigurtà fil-kontinent Ewropew u tibqa’ l-qafas komuni tagħna. Fl-istess waqt ħafna nies qed jesprimu nuqqas ta’ kuntentizza bis-sitwazzjoni attwali, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f ’dak nazzjonali. L-Ewropej jistennew aħjar minna għal dak li hu provvediment ta’ sigurtà, impjiegi u tkabbir, kif ukoll tama ta’ futur aħjar. Hemm bżonn li jkollna riżultati f ’dan ir-rigward, b’mod li jgħaqqadna f limkien, saħansitra f l-interess taż-żgħażagħ.

7. Għalhekk illum qed nibdew rif lessjoni politika biex nagħtu spinta għal aktar riformi, f ’konformità mal-Aġenda Strateġika tagħna, u għall-iżvilupp tal-UE b’27 Stat Membru. Dan jirrikjedi t-tmexxija tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern. Ser nerġgħu lura għal din il-kwistjoni f ’Settembru f ’laqgħa informali fi Bratislava.

Page 36: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

34

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA MILL-PRESIDENT TAL-KUNSILL EWROPEW,

IL-PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA U S-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-

ORGANIZZAZZJONI TAT-TRATTAT TAL-ATLANTIKU TAT-TRAMUNTANA (NATO) —

8 TA' LULJU 20161

1 Din id-dikjarazzjoni konġunta ġiet ippubblikata oriġinarjament bl-Ingliż u l-Franċiż biss.

Nemmnu li wasal iż-żmien li tingħata spinta ġdida u sustanza ġdida lis-sħubija strateġika bejn in-NATO u l-UE.F’konsultazzjoni mal-Istati Membri tal-UE u  l-A lleati tan-NATO, f ’ħidma konġunta, u għall-benefiċċju ta’ kulħadd, din is-sħubija ser issir f l-ispirtu ta’ ftuħ reċiproku totali u f ’konformità mal-awtonomija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u  l-proċeduri tal-organizzazzjonijiet rispettivi tagħna u mingħajr preġudizzju għan-natura speċifika tal-politika ta’ sigurtà u difiża ta’ kwalunkwe wieħed mill-membri tagħna.Illum, il-komunità Euro-Atlantika qed tiffaċċja sfidi bla preċedent ġejjin min-Nofsinhar u mil-Lvant. Iċ-ċittadini tagħna jitolbuna nużaw il-mezzi kollha disponibbli biex nindirizzaw dawn l-isfidi sabiex intejbu s-sigurtà tagħhom.L-Alleati u l-Istati Membri kollha, kif ukoll l-UE u n-NATO per se, diġà qed jagħtu kontributi sinifikanti għas-sigurtà Euro-Atlantika. Il-kooperazzjoni sostanzjali bejn in-NATO u l-UE, sħab uniċi u essenzjali, stabbilita aktar minn 15-il sena ilu, ukoll tikkontribwixxi għal dan l-għan.Fid-dawl tal-isfidi komuni li qed niffaċċjaw bħalissa, għandna nintensifikaw l-isforzi tagħna: neħtieġu modi ġodda ta’ ħidma f limkien u livell ġdid ta’ ambizzjoni; għax is-sigurtà tagħna hija interkonnessa; għax f limkien nistgħu nimmobilizzaw firxa wiesgħa ta’ għodod biex nirreaġixxu għall-isfidi li qed niffaċċjaw; u għax jeħtieġ li nużaw ir-riżorsi bl-aktar mod effiċjenti. NATO aktar b’saħħitha u UE aktar b’saħħitha jsaħħu lil xulxin b’mod reċiproku. Flimkien jistgħu jipprovdu sigurtà akbar f l-Ewropa u lil hinn.Ninsabu konvinti li t-tisħiħ tal-istabbiltà tal-ġirien tagħna u tas-sħab tagħna skont il-valuri tagħna, kif stabbilit fil-Karta tan-NU, jikkontribwixxi għas-sigurtà tagħna stess u għal paċi u prosperità sostenibbli. Sabiex il-ġirien u s-sħab tagħna jkunu f ’pożizzjoni aħjar biex jindirizzaw il-bosta sfidi li qed jiffaċċjaw bħalissa, ser inkomplu nappoġġaw is-sovranità, l-integrità territorjali u l-indipendenza tagħhom, kif ukoll l-isforz tagħhom għar-riformi.Nemmnu li, biex nilħqu dawn l-objettivi, jeħtieġ li b’mod urġenti:• Inżidu l-kapaċità tagħna li niġġieldu kontra t-theddid ibridu,

inkluż billi nsaħħu r-reżiljenza, naħdmu f limkien fuq l-analiżi, il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni bikrija, permezz tal-kondiviżjoni f 'waqtha ta' informazzjoni u, sa fejn ikun possibbli, il-kondiviżjoni ta' intelligenza bejn is-servizzi kompetenti; u nikkooperaw fil-qasam tal-komunikazzjoni strateġika u r-rispons. L-iżvilupp ta' proċeduri koordinati permezz tal-manwali rispettivi tagħna ser jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-isforzi tagħna.

• Inwessgħu u nadattaw il-kooperazzjoni operazzjonali tagħna inkluż fuq il-baħar, u rigward il-migrazzjoni, permezz ta' aktar kondiviżjoni tal-għarfien tas-sitwazzjoni marittima kif ukoll koordinazzjoni aħjar u tisħiħ reċiproku tal-attivitajiet tagħna fil-Mediterran u bnadi oħra.

• Nespandu l-koordinazzjoni tagħna fil-qasam taċ-ċibersigurtà u d-difiża inkluż fil-kuntest tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tagħna, l-eżerċizzji u fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

• Niżviluppaw kapaċitajiet ta' difiża koerenti, komplementari u interoperabbli tal-Istati Membri tal-UE u tal-Alleati tan-NATO, kif ukoll proġetti multilaterali.

• Niffaċilitaw industrija tad-difiża aktar b'saħħitha u aktar riċerka fil-qasam tad-difiża, kif ukoll kooperazzjoni industrijali ġewwa l-Ewropa u minn naħa għall-oħra tal-Atlantiku.

• Inżidu l-koordinazzjoni tagħna f 'dak li jirrigwarda eżerċizzji, inkluż fil-qasam ibridu, billi niżviluppaw, bħala l-ewwel pass, eżerċizzji paralleli u kkoordinati għall-2017 u l-2018.

• Nibnu l-kapaċità ta' difiża u sigurtà u nrawmu r-reżiljenza tas-sħab tagħna fil-Lvant u n-Nofsinhar b'mod komplementari permezz ta' proġetti speċifiċi f 'varjetà ta' oqsma għal pajjiżi benefiċjarji individwali, inkluż billi nsaħħu l-kapaċità marittima.

Il-kooperazzjoni f 'dawn l-oqsma hija prijorità strateġika. L-implimentazzjoni rapida hija essenzjali. Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Persunal Internazzjonali tan-NATO, f limkien mas-servizzi tal-Kummissjoni skont il-każ, ser jiżviluppaw opzjonijiet konkreti għall-implimentazzjoni, inkluż mekkaniżmi adegwati għall-koordinazzjoni tal-persunal, li għandhom jiġu ppreżentati lilna u lill-Kunsilli rispettivi tagħna sa Diċembru 2016. Min-naħa tal-UE, ir-Rappreżentant Għoli/Viċi President tal-Kummissjoni ser tmexxi u tikkoordina dan l-isforz.Ser nirreżaminaw il-progress regolarment.Nappella liż-żewġ organizzazzjonijiet biex jinvestu l-kapital politiku u r-riżorsi meħtieġa biex din is-sħubija msaħħa tkun suċċess.

Iffirmata f 'Varsavja fit-8 ta' Lulju 2016 fi tliet kopji.

Donald TuskPresident tal-Kunsill Ewropew

Jean Claude JunckerPresident tal-Kummissjoni Ewropea

Jens StoltenbergSegretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana

Page 37: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

35

DIKJARAZZJONI MILL-PRESIDENT TAL-KUNSILL EWROPEW, IL-PRESIDENT TAL-

KUMMISSJONI EWROPEA U R-RAPPREŻENTANT GĦOLI TAL-UE F'ISEM L-ISTATI

MEMBRI TAL-UE PREŻENTI FIS-SUMMIT TAL-ASEM DWAR IS-SITWAZZJONI FIT-

TURKIJA — 16 TA' LULJU 2016

It-Turkija hija sieħeb ewlieni għall-Unjoni Ewropea. L-UE tappoġġa bis-sħiħ il-gvern elett b'mod demokratiku, l-istituzzjonijiet tal-pajjiż u l-istat tad-dritt. Nappellaw biex jerġa' jkun hemm malajr ordni kostituzzjonali fit-Turkija. Inkomplu nsegwu l-iżviluppi mill-qrib u nikkoordinaw mat-28 Stat Membru tal-UE.

Page 38: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

36

KUMMENTI MILL-PRESIDENT DONALD TUSK QABEL IS-SUMMIT TAL-G20

F'HANGZHOU, IĊ-ĊINA — 4 TA' SETTEMBRU 2016

L-għodwa t-tajba,Waqt li nappoġġa b'mod sħiħ il-kummenti u l-valutazzjonijiet tal-President Juncker, nixtieq insemmi fil-qosor tliet suġġetti addizzjonali li l-Unjoni Ewropea ser tindirizza matul dan is-summit tal-G20.L-ewwel nett, il-kriżi tal-migrazzjoni u r-refuġjati, li hija sfida globali li teħtieġ soluzzjonijiet globali bbażati fuq l-ordni, ir-responsabbiltà u s-solidarjetà. Fid-dawl tal-għadd bla preċedent ta' 65 miljun persuna spustata madwar id-dinja, jeħtieġ li l-komunità tal-G20 tieħu aktar responsabbiltà. L-isforzi globali li jappoġġaw lir-refuġjati u lill-komunitajiet li jospitawhom biss jistgħu jħallu l-frott. Għalhekk irridu ninkoraġġixxu lis-sħab tagħna biex iżidu l-għajnuna umanitarja u għall-iżvilupp, kif ukoll ir-risistemazzjoni tar-refuġjati. Jeħtieġ li nindirizzaw il-kawżi prinċipali li jġiegħlu lil miljuni ta' nies jitilqu minn djarhom u jfittxu l-kenn imkien ieħor. Il-G20 għandu l-għarfien espert li jagħmel kontributi prattiċi permezz tal-kummerċ, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-aċċess mir-refuġjati għall-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol, u għandu jużah. Ser inħeġġu lill-G20 jaħtaf l-opportunità tas-summits li ġejjin dwar ir-refuġjati u l-migranti ospitati min-NU u l-President Obama biex jiżdiedu l-għajnuna u r-risistemazzjonijiet minn pajjiżi barra l-Ewropa. Huwa saħansitra aktar importanti fid-dawl tal-fatt li l-kapaċitajiet prattiċi tal-Ewropa li tospita mewġiet ġodda ta' refuġjati, biex ma nsemmux il-migranti ekonomiċi irregolari, dalwaqt jilħqu l-limitu.It-tieni nett, it-terroriżmu. L-attakki terroristiċi huma theddida għal l-pajjiżi kol lha tagħna. Approċċ komprensiv kontra t-terroriżmu jeħtieġ li jinvolvi azzjonijiet kontra l-estremiżmu

u r-radikalizzazzjoni. Dan jinkludi wkoll dimensjoni finanzjarja. Il-G20 diġà ħa passi importanti biex jindirizza n-netwerks li jiffinanzjaw it-terroriżmu u biex itejjeb il-kooperazzjoni fuq l-iskambji ta' informazzjoni, l-iffriżar tal-assi u l-kriminalizzazzjoni tal-finanzjament tat-terroriżmu. Jeħtieġ li nagħmlu aktar progress fil-ħidma tagħna fil-G20 sabiex nindirizzaw din l-isfida li l-ebda pajjiż ma jista' jegħleb waħdu.It-tielet nett, it-tibdil fil-klima. Il-G20 għandu rwol importanti x' jaqdi f 'din it-taqbida globali. Flimkien ma' emittenti ewlenin oħra madwar il-mejda jeħtieġ niżguraw li l-prijorità komuni tagħna tkun li nimplimentaw il-ftehim ta' Pariġi b'mod bikri u sod. L-UE hija impenjata bis-sħiħ għal dan l-għan u nixtiequ nħeġġu lill-membri kollha tal-G20 biex jagħmlu l-istess. Kuntenti wkoll li l-Istati Uniti u ċ-Ċina, l-akbar żewġ emittenti globali, irratifikaw il-ftehim. Qabel Pariġi, l-Ewropa kienet pjuttost waħidha fil-politika tagħna dwar it-tibdil fil-klima. Ir-ratifika mill-Istati Uniti u ċ-Ċina għalina hija tama li mhux ser nibqgħu waħidna. Diġà għal bosta snin, l-Ewropa kellha fis-seħħ politika komprensiva dwar it-tibdil fil-klima. Bħalissa qed niżviluppaw il-liġijiet li permezz tagħhom ser inkunu nistgħu nilħqu l-mira ambizzjuża tagħna għall-2030. Nistennew li l-isfida tat-tibdil fil-klima tiġi trattata bl-akbar serjetà mis-sħab tal-G20. Sadanittant, għaddej il-proċess tar-ratifika f l-UE u ser jitlesta malajr kemm jista' jkun.Fl-aħħar nett, ippermettuli ngħid li fiċ-Ċina kollha ma setax ikun hemm post aktar dinamiku minn Hangzhou biex jispira d-diskussjoni tagħna dwar kif nistgħu nsaħħu l-kooperazzjoni globali. L-Unjoni Ewropea tilqa' l-Presidenza taċ-Ċina tal-G20 din is-sena u nistennew bil-ħerqa li jkollna summit ta' suċċess f 'Hangzhou. Nirringrazzjakom.

Page 39: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

37

ITTRA MILL-PRESIDENT DONALD TUSK QABEL IL-LAQGĦA INFORMALI TA'

BRATISLAVA TAS-27 KAP TA' STAT JEW TA' GVERN —

13 TA' SETTEMBRU 2016

Għeżież kollegi,Wara li kkonsultajt il-biċċa l-kbira minnkom u sabiex jitħejja aħjar is-summit tagħna fi Bratislava, ippermettuli naqsam magħkom xi rif lessjonijiet personali. Naħseb li huwa importanti li nagħmlu evalwazzjoni onesta tas-sitwazzjoni attwali sabiex nipprovdu l-aħjar bażi possibbli biex nibnu l-ġejjieni tagħna f limkien.IAħna qed niltaqgħu fi Bratislava f 'mument partikolarment storiku. Sebgħa u għoxrin mexxej Ewropew ser jiddiskutu l-futur tal-Unjoni tagħna, wara l-ewwel deċiżjoni li qatt saret minn pajjiż biex iħalli l-UE. Aħna lkoll inħossu li f 'dawn iż-żminijiet ta' taqlib ikkaratterizzati minn kriżijiet u kunf litti, dak li għandna bżonn aktar minn qatt qabel huwa konferma tas-sens tal-komunità tagħna, li fi ftit xhur oħra ser tkun qed tiċċelebra s-sittin anniversarju tagħha.I l-Brex it ma tippreżentalniex biss l-isf ida l i ninnegozjaw relazzjonijiet ġodda mar-Renju Unit. F 'dan ir-rig ward, i l-pożizzjoni tagħna għandha tibqa' ċara u mingħajr ambigwità ("L-ebda negozjati mingħajr notifika"). Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat imfassla f 'każ ta' ħruġ mill-UE jipproteġu l-interessi tal-Unjoni. L-objettiv tagħna fin-negozjati futuri għandu jkun, minn naħa, li jiġu stabbiliti l-aħjar relazzjonijiet possibbli mar-Renju Unit; min-naħa l-oħra, madankollu, għandna nimxu mat-Trattat u nagħmlu l-affarijiet bil-kalma, b'mod konsistenti u kompletament magħqudin kif ukoll sodi f l-insistenza tagħna fuq bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi. Jekk nagħmlu hekk, mhu ser ikun hemm l-ebda dubju li hija ħaġa tajba li tkun membru tal-Unjoni.IIWaqt li qed nistennew lill-gvern tar-Renju Unit biex jagħti bidu għan-negozjati, għandna nanalizzaw l-istat u l-prospetti ta' UE wara l-Brexit. Ikun żball fatali jekk nassumu li r-riżultat negattiv tar-referendum tar-Renju Unit jirrappreżenta kwistjoni li hija speċifikament Brittanika; li l-Ewroxettiċiżmu Brittaniku huwa sintomu ta' aberrazzjoni politika jew sempliċiment logħba ċinika ta' populisti li qed jisfruttaw il-frustrazzjonijiet soċjali. Huwa minnu li l-kampanja Leave kienet mimlija argumenti foloz u ġeneralizzazzjonijiet mhux aċċettabbli. Iżda huwa minnu wkoll li l-vot Brexit huwa tentattiv iddisprat sabiex jitwieġbu l-mistoqsijiet li miljuni ta' Ewropej jistaqsu lilhom infushom kuljum, mistoqsijiet dwar x'inhu r-rwol proprju tal-politika. Mistoqsijiet dwar il-garanziji ta' sigurtà taċ-ċittadini u t-territorju tagħhom, mistoqsijiet dwar il-ħarsien tal-interessi, il-wirt kulturali u l-istil ta' ħajja tagħhom. Dawn huma l-mistoqsijiet li nkunu rridu niffaċċaw anke kieku r-Renju Unit kien ivvota li jibqa'.In-nies f l-Ewropa jridu jkunu jafu jekk l-elit tal-klassi politika humiex kapaċi jerġgħu jieħdu l-kontroll fuq ġrajjiet u proċessi li jħossuhom vulnerabbli fil-konfront tagħhom, ifixkluhom, u xi kultant iwaħħxuhom. Illum ħafna nies, mhux biss fir-Renju Unit, jaħsbu li l-appartenenza f l-Unjoni Ewropea tostakola l-istabbiltà u s-sigurtà.

In-nies bir-raġun jistennew li l-mexxejja tagħhom jipproteġu l-ispazju fejn jgħixu u jiżguraw is-sigurtà tagħhom. Jekk tkompli tissaħħaħ il-fehma li aħna rrinunzjajna din ir-responsabbiltà, ser jibdew ifittxu alternattivi. U ser isibuhom. L-istorja għallmitna li dan jista' jwassal biex il-poplu jitbiegħed fuq skala kbira mil-libertà u l-valuri fundamentali oħrajn li l-Unjoni Ewropea hija bbażata fuqhom. Għalhekk huwa kruċjali li nerġgħu nsibu l-bilanċ bejn il-ħtieġa tal-libertà u s-sigurtà, u bejn il-ħtieġa tal-ftuħ u l-protezzjoni. F'dan il-kuntest, il-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tagħna jiġi l-ewwel, u dan għandu dimensjoni prattika kif ukoll simbolika.IIIIl-kriżi tal-migrazzjoni kienet il-qatra li mliet il-ġarra. Il-kaos li kien hemm fil-fruntieri tagħna s-sena li għaddiet, immaġni ġodda kuljum ta' mijiet ta' eluf ta' persuni għaddejjin mill-kontinent tagħna mingħajr ebda kontroll, ħolqu sensazzjoni ta' theddida fost bosta Ewropej. Huma kellhom jistennew wisq biex tittieħed azzjoni li tikkontrolla s-sitwazzjoni, bħall-għeluq tar-rotta tal-Balkani tal-Punent u l-ftehim bejn l-UE u t-Turkija. Minf lok, ħafna drabi huma semgħu dikjarazzjonijiet politikament korretti li l-Ewropa ma tistax issir fortizza, li jeħtieġ li tibqa' miftuħa. In-nuqqas ta' azzjoni rapida u ta' strateġija Ewropea uniformi dgħajfu l-fiduċja taċ-ċittadini fil-gvernijiet tagħhom, l-istituzzjonijiet u l-istabbiliment inġenerali, li diġà kienu mminati mill-kriżi finanzjarja. Il-bini mill-ġdid ta' din il-fiduċja saret ħtieġa urġenti, fatt li l-Brexit uriet b'mod ċar ħafna.M'għandniex ħafna ħin x'nitilfu. Bratislava ser ikollha tkun mument ta' bidla deċiżiva f 'termini tal-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni. Jeħtieġ li nuru liċ-ċittadini tagħna li aħna ninsabu lesti u kapaċi li nipproteġuhom minn repetizzjoni tal-kaos tal-2015. Dan ser jirrikjedi l-kooperazzjoni sħiħa tal-gvernijiet u l-istituzzjonijiet Ewropej kollha.IVHuwa daqstantieħor importanti li jiġi miġġieled it-terroriżmu b'mod effettiv. Fil-prinċipju aħna lkoll naqblu, iżda għad hemm wisq ostakoli prattiċi u leġislattivi. Xi ħadd irid jagħti lura lill-Ewropej is-sens ta' sigurtà tagħhom. Il-kwistjoni hija min u b'liema mezzi. L-istrumenti prinċipali f 'dan il-qasam jibqgħu fil-livell nazzjonali, iżda nistgħu u rridu nagħmlu aktar f limkien. Għandna nikkooperaw aktar mill-qrib bejn il-forzi tal-pulizija u servizzi oħra tagħna f 'dak li għandu x' jaqsam mal-iskambju ta' informazzjoni u operazzjonijiet. Nistgħu wkoll nagħmlu aktar biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni tal-fornituri tal-internet fit-tneħħija ta' kontenut li jinċita l-mibegħda u jippromwovi t-terroriżmu. Fil-fruntieri esterni, jeħtieġ li niżguraw li kulħadd jiġi vverifikat mal-bażijiet ta' data tagħna, sabiex it-terroristi potenzjali ma jkunux jistgħu jidħlu f l-UE bla xkiel. U f 'kull wieħed mill-pajjiżi tagħna rridu nagħmlu sforz akbar biex niġġieldu r-radikalizzazzjoni. Mingħajr determinazzjoni ġenwina biex niġġieldu t-theddid terroristiku, mhux ser jirnexxielna nwaqqfu l-imġiba u l-attitudnijiet radikali u li qed isiru dejjem iktar aggressivi. Sa ftit ilu dawn kienu jirrappreżentaw biss marġni żgħira tal-politika u d-dibattitu pubbliku f l-Ewropa, iżda llum qed isiru parti mill-ħajja ta' kuljum b'mod dejjem aktar sfaċċat.

Page 40: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

38

Il-wegħda ta' ġlieda bla ħniena kontra t-terroriżmu saret wieħed mis-slogans ewlenin tal-estremisti tal-lemin. Barra minn hekk, minħabba l-fatt li minkejja l-akbar sforzi tagħna, ma kienx possibbli li jiġu prevenuti għadd ta' attakki, ir-retorika antiEwropea u antidemokratika tagħhom tidher saħansitra aktar attraenti.VIċ-ċittadini tagħna jistennew ukoll li l-Unjoni Ewropea tipproteġi aħjar l-interessi ekonomiċi u soċjali tagħhom. B'mod speċjali llum, f l-era tal-globalizzazzjoni, hija viżibbli aktar minn qatt qabel il-ħtieġa għall-aċċess għal informazzjoni xierqa, l-infurzar ta' regoli ġusti, l-istabbiliment ta' standards ċari, u l-assigurazzjoni li l-mexxejja tagħhom (jiġifieri l-gvernijiet u l-istituzzjonijiet tal-Ewropa) ser ikunu magħhom meta jikkonfrontaw kompetituri minn barra. Bla dubju li l-kummerċ ħieles u l-kompetizzjoni globali huma f l-interess tal-Ewropej, iżda huwa daqstant ieħor ovvju li dawn joħolqu sfidi sinifikanti u ħafna drabi bla preċedent.Għaldaqstant, filwaqt li nkomplu naħdmu fuq ftehimiet kummerċjali futuri, irridu niggarantixxu u nassiguraw liċ-ċittadini tagħna u lill-kumpanniji Ewropej li qabelxejn aħna nirrappreżentaw u nipproteġu l-interessi tagħhom f 'dan il-proċess. L-Ewropa għandha biżżejjed argumenti biex tkun il-promotur tal-kompetizzjoni globali, iżda kundizzjoni sine qua non sabiex dan iseħħ hija li l-atturi ewlenin, jiġifieri l-ħaddiem, il-konsumaturi u l-imprendituri, jerġa' jkollhom il-fiduċja f 'dawk li jirrappreżentawhom. F'dan il-każ iż-żmien ukoll għandu rwol ewlieni. Jekk ma jkunx hemm ftehimiet kummerċjali (u qed nitkellmu fuq xhur, mhux snin), dan inevitabbilment joħloq impressjoni li l-Brexit tkun tat bidu għal proċess li jeliminana mix-xena globali. Illum l-akbar parteċipanti tagħha, kif ikkonferma s-Summit tal-G20, jirrispettaw u jirrikonoxxu l-pożizzjoni tal-Ewropa bħala setgħa kummerċjali u ekonomika, u bħala sħab attraenti.VIJiena konxju li l-futur tal-Ewropa mhux ser jiddependi biss fuq kif nittrattaw il-kriżi tal-migrazzjoni, it-terroriżmu, u l-biżgħat assoċjati mal-globalizzazzjoni. Ir-ritorn tas-sens ta' sigurtà u ordni, il-fiduċja taċ-ċittadini tal-UE fit-tmexxija politika tagħhom kif ukoll il-bini mill-ġdid tar-reputazzjoni tal-Unjoni bħala sinonimu għall-protezzjoni u l-istabbiltà huma kollha kruċjali u indispensabbli, iżda lanqas huma biżżejjed. Għaldaqstant, Bratislava għandha tipprovdi wkoll pjan direzzjonali għal sforzi oħra daqstant importanti (bħall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-impjiegi u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ, is-suq uniku, l-aġenda diġitali u l-investimenti). Jeħtieġ li nieħdu deċiżjonijiet formali dwar dawn ta' hawn fuq u oqsma oħra waqt is-summits regolari tal-Kunsill Ewropew f 'Ottubru u Diċembru. Aħna ser inkomplu l-ħidma informali tagħna bħala 27 pajjiż anke fix-xitwa tal-2017. Kif diġà ħabbart, ir-relazzjonijiet tagħna mar-Russja ser jiġu eżaminati mill-ġdid waqt sessjoni separata fis-summit tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru. F'Diċembru ser nerġgħu naraw kif nistgħu nsaħħu l-kooperazzjoni prattika fid-difiża biex nagħtuha aktar sustanza mingħajr ma jkun hemm duplikazzjoni man-NATO. Aktar tard ser ikollna wkoll nerġgħu lura għal kwistjonijiet importanti oħra bħall-Unjoni Bankarja u l-iżvilupp ulterjuri tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.VIIWara l-Brexit, iż-żamma tal-istatus quo mhijiex alternattiva. Minn din il-kriżi nistgħu noħorgu aktar dgħajfa u b'aktar kunf litti, jew inkella aktar b'saħħitna u aktar magħquda. M'hemm l-ebda

fataliżmu mdendel fuq il-futur tagħna, kollox għadu f 'idejna, f 'qalbna u f 'moħħna. Il-potenzjal ekonomiku u kulturali tas-sebgħa u għoxrin pajjiż tagħna, it-talent u l-edukazzjoni taċ-ċittadini tagħna, huma aktar minn biżżejjed biex nemmnu f l-Ewropa u l-abbiltà tagħha li tikkompeti mal-bqija tad-dinja b'mod effettiv u sigur.In-nuqqasijiet tagħna, meta mqabbla ma' setgħat globali oħra, jidhru fil-"politiki ta' koerċizzjoni" (bħad-difiża u  s-setgħat eżekuttivi). Madankollu, aħna m'aħniex ser nibdlu l-Unjoni Ewropea fi stat wieħed. Għaldaqstant, ser ikun kruċjali għall-Istati Membri li jikkooperaw ma' xulxin aħjar, sabiex ngħaqqdu f limkien il-forzi tagħna f l-Unjoni. It-taħdidiet tiegħi magħkom juru li l-għoti ta' setgħat ġodda lill-istituzzjonijiet Ewropej mhijiex ir-riċetta mixtieqa. L-elettorati nazzjonali jridu aktar inf luwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-Unjoni. Madankollu, jekk nadottaw din id-direzzjoni jkun jeħtieġ li ssir bidla f l-attitudni tal-gvernijiet lejn l-Unjoni Ewropea bħala tali.Il lum l-UE hija ta' spiss meq jusa bħala l-ħażen neċessarju, mhux bħala ġid komuni. Is-slogan "inqas setgħa għal Brussell", li jinstema' attraenti fil-kampanji politiċi, għandu jissarraf bħala aktar responsabbiltà għall-Unjoni f l-ibliet kapitali nazzjonali. Din ir-responsabbiltà għall-Unjoni mhija xejn ħlief li tkun lesta li jiġu ssagrifikati parti mill-interessi proprji għall-komunità. Dan ifisser ukoll li wieħed joqgħod lura mill-akkużi kostanti mmirati lejn l-Unjoni, li xi drabi huma ġustifikati, iżda aktar iva milli le jservu bħala skuża faċli għan-nuqqasijiet ta' dak li jkun. Din kienet ukoll waħda mir-raġunijiet wara l-vot tal-Brexit.Iċ-ċ w ievet għal bi lanċ tajjeb bejn i l-prijoritajiet tal-Istati Membri u dawk tal-Unjoni jinsabu fil-pajjiżi kapitali nazzjonali. L-istituzzjonijiet għandhom jappoġġaw il-prijoritajiet kif maqbula bejn l-Istati Membri, u mhux jimponu l-prijoritajiet tagħhom. Din hija konklużjoni oħra li wasalt għaliha waqt il-konsultazzjonijiet magħkom.VIIIBejn ix-xettiċiżmu tal-pessimisti fuq naħa, u l-Ewro-entużjażmu fuq in-naħa l-oħra hemm biżżejjed lok għal "ottimiżmu reali". Id-dijanjożi kritika għandha ssir fis-sors tagħha. Jeħtieġ li nagħmlu minn kollox biex ma nħallux is-sitwazzjoni tiddeġenera għal waħda fejn il-ħmar iwaħħal f 'denbu, tant inutli u tipika għas-snin reċenti, jew għal kompetizzjoni tal-aktar slogan li jinstema' l-aħjar, bħal "Ewropa aħjar", "anqas Ewropa" jew "aktar Ewropa". Wara kollox, hemm imnejn li xi ħadd jaqtagħha fil-qasir għal "daqshekk Ewropa".IXIllum m'aħniex fis-sitwazzjoni tal-eroj ta' The Leopard, rumanz ta' Giuseppe Tomasi di Lampedusa. Ma rridux nibdlu kollox jekk irridu li l-affarijiet jibqgħu kif inhuma. Jeħtieġ li nirranġaw għadd ta' affarijiet sabiex nippreservaw dak li huwa l-aħjar. Sabiex dan jirnexxi, jeħtieġ li nkunu lesti nieħdu diversi deċiżjonijiet diffiċli, li fil-fatt huma deċiżjonijiet sempliċi. Dan mhuwiex dwar trattati ġodda jew bidliet proċedurali. Neħtieġu rieda politika qawwija u immaġinazzjoni. Wasal iż-żmien li nilqgħu l-isfida. Fil-fatt, ma teżistix triq oħra.

Dejjem tagħkom,

Donald Tusk

Page 41: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

39

DIKJARAZZJONI TA' BRATISLAVA — LAQGĦA INFORMALI TAS-27 KAP TA' STAT

JEW TA' GVERN — 16 TA' SETTEMBRU 2016

Illum iltqajna fi Bratislava f 'mument kritiku għall-proġett Ewropew tagħna. Is-Summit ta' Bratislava ta' 27 Stat Membru kien iddedikat biex nanalizzaw f limkien il-qagħda attwali tal-Unjoni Ewropea u niddiskutu l-futur komuni tagħna. Ilkoll qbilna dwar il-prinċipji ġenerali li ġejjin.M inkejja l i pajjiż w ieħed iddeċieda l i jit laq, l-UE tibqa' indispensabbli għall-bqija tagħna. Fiż-żmien ta' wara l-gwerer u d-diviżjonijiet profondi fil-kontinent tagħna, l-UE żgurat il-paċi, id-demokrazija u ppermettiet li l-pajjiżi tagħna jiffjorixxu. Bosta pajjiżi u reġjuni barra minnha għadhom qegħdin jirsistu biex jiksbu dan. Aħna determinati li nagħmlu suċċess mill-UE b'27 Stat Membru, billi nibnu fuq din l-istorja konġunta.L-UE mhijiex perfetta iżda hija l-aħjar strument li għandna biex nindirizzaw l-isfidi ġodda li qegħdin niffaċċjaw. Neħtieġu li l-UE mhux biss tiggarantix xi l-paċi u d-demokrazija iżda wkoll is-sigurtà tal-popli tagħna. Neħtieġu li l-UE taqdi aħjar il-bżonnijiet u x-xewqat ta' għajxien, studju, ħidma, moviment u prosperità liberi tagħhom fil-kontinent tagħna u jibbenefikaw mill-wirt kulturali Ewropew għani.Jeħtieġ li ntejbu l-komunikazzjoni bejnietna — fost l-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet tal-UE, iżda l-iktar importanti maċ-ċittadini tagħna. Irridu nżidu ċ-ċarezza fid-deċiżjonijiet tagħna. Nużaw lingwaġġ ċar u onest. Niffokaw fuq l-aspettattivi taċ-ċittadini filwaqt li b'kuraġġ nindirizzaw is-soluzzjonijiet simplistiċi ta' forzi politiċi estremi jew populisti.Fi Bratislava impenjajna ruħna li fix-xhur li ġejjin noffru liċ-ċittadini tagħna viżjoni ta' UE attraenti li jistgħu jafdaw u jappoġġaw. Ninsabu kunfidenti li għandna r-rieda u l-kapaċità li niksbu dan.Ilqajna b'sodisfazzjon id-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni mill-President tal-Kummissjoni.Kellna dibattitu wiesa' dwar il-prijoritajiet ewlenin għax-xhur li ġejjin. Abbażi ta' dan, il-President tal-Kunsill Ewropew, il-Presidenza tal-Kunsill u tal-Kummissjoni pproponew il-programm ta' ħidma li ġej (il-"Pjan Direzzjonali ta' Bratislava"):

IL-PJAN DIREZZJONALI TA' BR ATISLAVA

I. DIJANJOŻI ĠENER ALI U OBJETTIV• Determinati li l-UE b'27 pajjiż tkun ta' suċċess• Bosta sfidi komuni quddiemna: in-nies huma nkwetati

minħabba nuqqas perċepit ta' kontroll u biżgħat relatati mal-migrazzjoni, it-terroriżmu u l-insikurezza ekonomika u dik soċjali. Jeħtieġ li dawn il-kwistjonijiet jiġu ttrattati bħala prijorità fix-xhur li ġejjin

• Billi jaħdmu f limkien, l-UE 27 għandhom il-mezzi biex jittrattaw dawn l-isfidi. Aħna determinati li nsibu soluzzjonijiet komuni anke fir-rigward ta' kwistjonijiet li ma naqblux dwarhom; il-prijorità immedjata hija li nuru unità u niżguraw kontroll politiku fuq l-iżviluppi sabiex nibnu l-futur komuni tagħna

• Jeħtieġ li nkunu ċari dwar x'tista' tagħmel l-UE, u  xi jridu jagħmlu l-Istati Membri, sabiex niżguraw li nistgħu nwettqu l-wegħdiet tagħna

II. IL-MIGR AZZJONI U L-FRUNTIERI ESTERNI

Objettiv• Qatt aktar ma jerġa' jkun hemm f lussi bla kontroll bħal

dawk tas-sena l-oħra u  jkompli jitnaqqas l-għadd ta' migranti irregolari

• Jiġi żgurat kontroll sħiħ tal-fruntieri esterni tagħna u nerġgħu lura għal Schengen

• Jitwessa' l-kunsens tal-UE dwar il-politika tal-migrazzjoni fit-tul u  jiġu applikati l-prinċipji ta' responsabbiltà u solidarjetà

Miżuri konkretia) impenn sħiħ biex tiġi implimentata d-dikjarazzjoni UE-

Turkija kif ukoll appoġġ kontinwu għall-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent

b) impenn mil-lum minn għadd ta' Stati Membri biex tingħata assistenza immedjata biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-fruntiera tal-Bulgarija mat-Turkija, u jitkompla l-appoġġ għal Stati oħra fil-fruntiera

c) qabel tmiem is-sena, kapaċità sħiħa għal reazzjoni rapida tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u  tal-Kosta, li issa tinsab iffirmata bħala liġi

d) patti dwar il-migrazzjoni għall-kooperazzjoni u d-djalogu ma' pajjiżi terzi biex iwasslu għal f lussi mnaqqsa ta' migrazzjoni illegali u rati miżjuda ta' ritorn, li għandhom jiġu vvalutati fil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru

e) ħidma li għandha tkompli biex twessgħa l-kunsens tal-UE fir-rigward tal-politika dwar il-migrazzjoni fit-tul, inkluż dwar kif jiġu applikati l-prinċipji tar-responsabbiltà u s-solidarjetà fil-futur

III. IS-SIGURTÀ INTERNA U ESTERNA

– Is-sigurtà interna

Objettiv• Isir dak kollu li hemm bżonn biex jingħata appoġġ lill-

Istati Membri biex jiżguraw is-sigurtà interna u jiġġieldu kontra t-terroriżmu

Miżuri konkretia) kooperazzjoni intensifikata u skambju ta' informazzjoni

bejn is-servizzi tas-sigurtà tal-Istati Membrib) adozzjoni tal-miżuri neċessarji biex jiġi żgurat li l-persuni

kollha, inklużi ċ-ċittadini mill-Istati Membri tal-UE, li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Unjoni jiġu

Page 42: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

40

vverifikati mal-bażijiet tad-data rilevanti, li għandhom ikunu interkonnessi

c) jibda l-istabbiliment ta' Sistema ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) biex ikunu jistgħu jsiru verifiki avvanzati u, jekk meħtieġ, jiġi rrifjutat id-dħul ta' persuni eżentati mill-viża li jkunu qed jivvjaġġaw

d) sforz sistematiku kontra r-radikalizzazzjoni, inkluż permezz ta' tkeċċijiet u projbizzjonijiet fuq id-dħul fejn meħtieġ, kif ukoll appoġġ mill-UE għall-azzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-prevenzjoni

– Is-sigurtà esterna u d-difiża

Objettiv• F'ambjent ġeopolitiku mimli sfidi, it-tisħiħ tal-

kooperazzjoni tal-UE fir-rigward tas-sigurtà esterna u d-difiża

Miżuri konkretia) fil-Kunsill Ewropew ta' Diċembru jiġi deċiż pjan ta'

implimentazzjoni konkret dwar is-sigurtà u  d-difiża u  dwar kif isir użu aħjar mill-għażliet fit-Trattati, speċjalment rigward il-kapaċitajiet

b) tibda tiġi implimentata d-dikjarazzjoni konġunta man-NATO immedjatament

IV. L-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Objettiv• Jinħoloq futur ekonomiku promettenti għal kulħadd,

jiġi ssalvagwardjat l-istil tal-ħajja tagħna u jiġu pprovduti opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ

Miżuri konkretia) f 'Diċembru: deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-Fond

Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi fid-dawl tal-evalwazzjoni

b) fil-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa 2017: rieżami tal-progress fir-rigward tat-twettiq tal-istrateġiji differenti tas-Suq Uniku (inkluż is-Suq Uniku Diġitali, l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, l-Unjoni tal-Enerġija)

c) il-Kunsill Ewropew ta' Ottubru ser jindirizza kif ser tiġi żgurata politika robusta dwar il-kummerċ li tibbenefika mis-swieq miftuħa filwaqt li jitqies it-tħassib taċ-ċittadini

d) f 'Diċembru — deċiżjonijiet dwar appoġġ mill-UE lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u dwar programmi tal-UE msaħħa ddedikati liż-żgħażagħ

V. IT-TRIQ ‘IL QUDDIEM• Jitwettqu l-wegħdiet: jissaħħaħ il-mekkaniżmu għar-

rieżami tal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda. Il-kooperazzjoni u l-komunikazzjoni leali tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet

• Bratislava hija l-bidu ta' proċess. Il-laqgħat formali tal-Kunsill Ewropew li ġejjin ser jippermettu biex isir segwitu konkret dwar it-temi msemmija hawnhekk. Il-Kapijiet tas-27 pajjiż ser jiltaqgħu informalment fil-bidu tal-2017 f 'Malta. Iċ-ċelebrazzjonijiet ta' Marzu tal-2017 tas-60 anniversarju mit-Trattati ta' Ruma ser jiġbru f limkien il-Kapijiet f 'Ruma u ser jintużaw biex jingħalaq il-proċess imniedi fi Bratislava, u biex jiġu stabbiliti l-orjentazzjonijiet għall-futur komuni tagħna f limkien.

Page 43: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

41

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW —

20–21 TA' OTTUBRU 2016

I. MIGR AZZJONI1. Il-Kunsill Ewropew ħa nota tal-aktar żviluppi reċenti rigward

il-politika komprensiva tal-UE dwar il-migrazzjoni, b’enfasi fuq l-importanza tal-implimentazzjoni. Id-dibattitu ffoka b’mod partikolari fuq id-dimensjoni esterna.

Il-protezzjoni tal-fruntieri esterni2. Id-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea

tal-Fruntiera u tal-Kosta fis-6 ta’ Ottubru u l-isforzi nazzjonali huma passi importanti fit-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri esterni tagħna u biex “nerġgħu lura għax-Schengen” billi jiġu aġġustati temporanjament il-kontrolli tal-fruntieri interni sabiex jiġu rif lessi l-ħtiġijiet attwali. L-Istati Membri qegħdin issa jimmobilizzaw membri tal-persunal u tagħmir lejn il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, sabiex tintlaħaq il-kapaċità sħiħa għal reazzjoni rapida u ritorni sal-aħħar tas-sena.

3. Il-Kunsill Ewropew jappella għal adozzjoni rapida tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen rivedut li jinforza kontrolli sistematiċi fuq il-vjaġġaturi kollha li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE u jappella lill-Kunsill biex jistabbilixxi l-pożizzjoni tiegħu dwar sistema ta’ dħul/ħruġ qabel tmiem l-2016. Huwa jistenna b’interess il-proposta li ġejja dalwaqt tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u  ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), biex ikunu jistgħu jsiru verifiki tas-sigurtà minn qabel fuq vjaġġaturi eżentati mill-obbligu tal-viża u, fejn meħtieġ, ma jitħallewx jidħlu.

L-indirizzar tal-f lussi migratorji

a) Il-prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali4. Huma meħtieġa aktar sforzi biex jitwaqqfu l-f lussi ta’ migranti

irregolari, partikolarment mill-Afrika, u biex jitjiebu r-rati ta’ ritorn. Filwaqt li jagħraf il-kontribut sinifikanti, inkluż dak ta’ natura finanzjarja, li sar f ’dawn l-aħħar snin mill-Istati Membri l-aktar esposti, il-Kunsill Ewropew:• ifakkar f l-importanza li l-ħidma għall-implimentazzjoni

ta' Qafas ta' Sħubija ta' kooperazzjoni tissokta ma' pajjiżi individwali ta' oriġini jew ta' transitu, b'enfasi inizjali fuq l-Afrika. L-għan tiegħu huwa li jikseb riżultati speċifiċi u miżurabbli f 'termini ta' prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali u r-ritorn tal-migranti irregolari, kif ukoll li joħloq u  japplika l-effett ta' lieva neċessarju, billi jintużaw il-politiki, l-istrumenti u l-għodod rilevanti kollha tal-UE, inkluż l-iżvilupp u l-kummerċ;

• ifakkar fil-ħtieġa li jiġu indirizzati l-għeruq ta' dak li jikkawża l-migrazzjoni fir-reġjun, inkluż bl-appoġġ għall-persuni spostati fir-reġjun, biex b'hekk jgħin fil-prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali, u  jissottolinja

l-kontribut tal-Pjan ta' Azzjoni tal-Belt Valletta u l-Pjan ta' Investiment Estern propost f 'dan il-kuntest. Jilqa' d-Dikjarazzjoni ta' New York għar-Refuġjati u l-Migranti u jappella lill-atturi globali kollha biex jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom f 'dan ir-rigward;

• jieħu nota tal-"Ewwel rapport ta' progress dwar il-Qafas ta' Sħubija ma' pajjiżi terzi skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni" tal-Kummissjoni;

• jappella lir-Rappreżentant Għoli, inkluż fir-rwol tagħha bħala l-Viċi President tal-Kummissjoni, biex fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru tippreżenta l-progress li sar mal-ħames pajjiżi Afrikani magħżula u  l-ewwel riżultati miksuba f 'dawk li huma wasliet u ritorni. Huwa ser jistabbilixxi l-orjentazzjonijiet għal aktar ħidma dwar il-patti u jikkunsidra jestendi l-approċċ għal pajjiżi oħrajn;

• jistieden lill-atturi kollha biex ikomplu bil-kooperazzjoni mill-qrib dwar il-patti bil-ħsieb tal-intensifikazzjoni tar-riżultati operazzjonali, u lill-Istati Membri biex isaħħu l-proċessi amministrattivi nazzjonali għar-ritorn.

b) Iż-żamma u ż-żieda tal-kontroll fir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran5. Stabbilizzazzjoni dejjiema tas-sitwazzjoni fir-rotta tal-Lvant

tal-Mediterran teħtieġ l-implimentazzjoni ulterjuri tad-dikjarazzjoni UE-Turkija u appoġġ kontinwu għall-pajjiżi tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent. Il-Kunsill Ewropew jappella għal:• aktar sforzi biex jitħaffef ir-ritorn mill-gżejjer Griegi lejn

it-Turkija, f 'konformità mad-Dikjarazzjoni UE–Turkija, b'mod partikolari biż-żieda f l-effiċjenza u  l-ħeffa tal-proċeduri ta' asil;

• il-ħatra rapida ta' koordinaturi permanenti fil-hotspots Griegi;

• lill-Istati Membri biex iwieġbu b'mod sħiħ għas-sejħiet ta' riżorsi identifikati mill-aġenziji rilevanti tal-UE bħala neċessarji biex jgħinu lill-Greċja;

• aktar progress fuq il-firxa wiesgħa ta' impenji, vis-à-vis l-Istati Membri kollha, li jinsabu fid-dikjarazzjoni UE–Turkija, inkluż fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-viża. Il-koleġislaturi huma mistiedna jilħqu ftehim fil-ftit ġimgħat li ġejjin dwar ir-reviżjoni tal-mekkaniżmu ta' sospensjoni applikat għall-viżi.

6. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-progress li sar dwar l-iżvilupp ta’ patti mal-Libanu u  l-Ġordan biex jiżdied l-appoġġ għar-refuġjati u  lill-komunitajiet ospitanti fiż-żewġ pajjiżi, u  l-iffirmar tat-”Triq Konġunta ‘l Quddiem dwar Kwistjonijiet ta’ Migrazzjoni UE–Afganistan” fit-2 ta’ Ottubru biex jiġu indirizzati sfidi marbutin mal-migrazzjoni irregolari u titjieb il-kooperazzjoni prattika dwar ir-ritorni, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni.

Page 44: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

42

c) Nibqgħu viġilanti fuq rotot oħra7. L-UE ser tibqa’ tikkoopera ma’ pajjiżi oħra u ssegwi mill-

qrib il-f lussi tul rotot migratorji oħra, inkluż il-Mediterran tal-Punent, sabiex tkun kapaċi tirreaġixxi rapidament għall-iżviluppi.

L-indirizzar ta’ elementi oħra tal-istrateġija komprensiva8. Il-Kunsill Ewropew jappella lil:

• EASO biex jiżgura li r-riżerva ta' intervent għall-asil issir operazzjonali malajr kemm jista' jkun biex tappoġġa fi kwalunkwe waqt u b'għadd suffiċjenti l-Istati Membri l-aktar esposti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri ser jikkomunikaw malajr kemm jista' jkun l-esperti neċessarji lill-EASO, u  l-EASO ser jikkomplementa l-isforzi tal-Istati Membri billi jipprovdi t-taħriġ neċessarju u billi jikkuntratta esperti jew servizzi addizzjonali kif meħtieġ, bl-appoġġ tal-Kummissjoni;

• l-Istati Membri biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex iħaffu r-rilokazzjoni, b'mod partikolari għal minorenni mhux akkumpanjati, u  l-iskemi ta' risistemazzjoni eżistenti2;

• il-Kunsill sabiex qabel tmiem is-sena jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar il-Pjan ta' Investiment Estern, li huwa maħsub li jagħti spinta lill-investimenti u l-ħolqien tax-xogħol f 'pajjiżi sħab, bil-ħsieb ta' qbil rapidu mal-Parlament Ewropew f l-ewwel nofs tal-2017.

9. Il-Kunsill Ewropew jappella wkoll biex tkompli l-ħidma għar-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, inkluż kif għandhom jiġu applikati l-prinċipji tar-responsabbiltà u s-solidarjetà fil-futur. Il-Kunsill Ewropew ser jerġa’ lura għal din il-kwistjoni f ’Diċembru.

II. KUMMERĊ10. L-UE hija impenjata lejn politika kummerċjali robusta

li tibbenefika mis-swieq miftuħa għat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, filwaqt li jitqies it-tħassib taċ-ċittadini tagħha. Ħafna miljuni ta’ impjiegi f l-UE jiddependu mill-kummerċ, li huwa u ser jibqa’ mutur b’saħħtu għat-tkabbir. Bl-istess mod, il-kummerċ joffri lill-konsumaturi għażla usa’ u jipprovdi aktar opportunitajiet għan-negozji Ewropej, inkluż l-SMEs. Il-Kunsill Ewropew jirriafferma l-impenn tal-UE għal sistema kummerċjali multilaterali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli.

11. L-interessi kummerċjali tal-UE jinkludu l-protezzjoni u  l-promozzjoni sħaħ tal-istandards soċjali, ambjentali u tal-konsumatur li huma ċentrali għall-mod ta’ għajxien Ewropew, kif ukoll id-dritt tal-gvernijiet li jirregolaw. Bħala l-akbar blokk kummerċjali fid-dinja, u promotur ewlieni tal-istandards globali, l-UE ser tkompli tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini, u tassisti lill-Istati Membri biex jakkumpanjaw il-bidliet li jseħħu f ’dinja globalizzata u mgħaġġla.

12. F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jemmen li prattiki kummerċjali żleali jeħtieġ jiġu indirizzati b’mod effiċjenti u sod. Sabiex jiġu mħarsa l-impjiegi Ewropej, tiġi żgurata l-kompetizzjoni ġusta fis-swieq miftuħa, u jiġi ppreservat il-

2 Dan huwa bla ħsara għall-pożizzjoni tal-Ungerija u tas-Slovakkja, kif tinsab fil-proċedimenti tal-Qorti mnedija b’rabta mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 2015/1601, u għall-pożizzjoni tal-Polonja, li intervjeniet b’appoġġ għar-rikorrenti.

kummerċ ħieles, huwa ta’ importanza kruċjali li l-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ tal-UE jkunu effettivi quddiem l-isfidi globali . Dan jeħtieġ qbil urġenti u bilanċjat dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-modernizzazzjoni komprensiva tal-istrumenti kollha għad-difiża tal-kummerċ sa tmiem l-2016. Dispożizzjonijiet adegwati għandhom jindirizzaw sitwazzjonijiet fejn il-kondizzjonijiet tas-suq mhumiex prevalenti . F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn politika ta’ kummerċ robusta għall-UE f l-interess tal-impjiegi u t-tkabbir” tat-18 ta’ Ottubru 2016.

13. Il-Kunsill Ewropew ivvaluta s-sitwazzjoni attwali ta’ negozjati li għaddejjin dwar ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ma’ sħab ewlenin. Huwa enfasizza l-importanza ta’ deċiżjoni rapida li jiġi ffirmat u applikat b’mod proviżorju l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv UE–Kanada u inkoraġġixxa li jkomplu n-negozjati bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni għall-kwistjonijiet pendenti kemm jista’ jkun malajr.

14. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex b’mod attiv issegwi n-negozjati dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles mal-Ġappun, bil-ħsieb li jintlaħaq qbil politiku sal-aħħar tas-sena. Jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tkompli bin-negozjati mal-awtoritajiet tal-Istati Uniti sabiex ikun jista’ jiġi ppreżentat ftehim ta’ kummerċ ħieles ambizzjuż, bilanċjat u komprensiv.

15. Il-Kunsill Ewropew jissottolinja l-importanza li jiġu intensifikati n-negozjati li għaddejjin ma’ sħab kummerċjali oħra, inkluż il-Mercosur, impenjati għall-ftuħ ta’ suq b’benefiċċju reċiproku.

III. KWISTJONIJIET GLOBALI U EKONOMIĊI OĦR A

16. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ r-ratifika tal-Unjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, li wasslet għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Huwa ser jibqa’ janalizza l-Unjoni tal-Enerġija, inkluż l-elementi kollha tal-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030. Filwaqt li jfakkar fil-konklużjonijiet preċedenti u fil-qbil milħuq fil-Kunsill tat-30 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill Ewropew ser ikompli jagħti orjentazzjoni strateġika dwar proposti leġislattivi relatati.

17. Il-Kunsill Ewropew jerġa’ jikkonferma l-konklużjonijiet tiegħu preċedenti, li fihom appella biex l-istrateġiji differenti għal Suq Uniku (is-Suq Uniku Diġitali, l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, l-Unjoni tal-Enerġija u l-Aġenda tas-Suq Uniku) jiġu kkompletati u implimentati sal-2018. F’dan il-kuntest, għandha titwettaq ħidma f ’waqtha dwar il-proposti reċenti li saru mill-Kummissjoni, inkluż fir-rigward tar-riforma tar-regoli tal-UE għat-telekomunikazzjoni u d-drittijiet tal-awtur u  l-użu tal-banda ta’ 700Mhz għas-servizzi tat-telefonija ċellulari, u  t-tkomplija tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, partikolarment billi jinstab qbil malajr mal-Parlament Ewropew dwar ir-regoli tal-prospett biex jitjieb l-aċċess għall-finanzjament tal-kumpaniji u dwar it-titolizzazzjoni.

18. Il-Kunsill Ewropew jappella lill-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni ta’ negozjar tiegħu għall-proposta l-ġdida

Page 45: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

43

tal-Kummissjoni dwar il-FEIS fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta’ Diċembru, filwaqt li titqies l-evalwazzjoni esterna indipendenti li ser tiġi ppreżentata f ’Novembru.

19. Il-Kunsill Ewropew itenni l-importanza li jinkisbu riżultati tanġibbli sa Diċembru dwar appoġġ mill-UE lill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ u dwar programmi tal-UE msaħħa ddedikati liż-żgħażagħ.

IV. RELAZZJONIJIET ESTERNI20. Il-Kunsill Ewropew jikkundanna bil-qawwa l-attakki mir-

reġim Sirjan u l-alleati tiegħu, b’mod partikolari r-Russja, fuq iċ-ċivili f ’Aleppo. Huwa jappellalhom biex itemmu l-atroċitajiet u  jieħdu passi urġenti biex jiżguraw aċċess umanitarju mingħajr xkiel lejn Aleppo u partijiet oħrajn tal-pajjiż. Il-Kunsill Ewropew jappella għal waqfien immedjat tal-ostilitajiet u l-issoktar ta’ proċess politiku kredibbli taħt

l-awspiċi tan-NU. Dawk responsabbli mill-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem iridu jwieġbu għal għemilhom. L-UE qed tikkunsidra l-opzjonijiet disponibbli kollha, jekk l-atroċitajiet attwali ma jiqfux. Għandu jsir minn kollox sabiex il-waqfien mill-ġlied jiġi estiż, titwassal l-għajnuna umanitarja lill-popolazzjoni ċivili u jinħolqu l-kondizzjonijiet biex jinfetħu negozjati dwar tranżizzjoni politika fis-Sirja.

21. Il-Kunsill Ewropew jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex, f limkien mal-Kummissjoni, tkompli taħdem favur l-inizjattiva umanitarja tal-UE u l-evakwazzjonijiet mediċi f ’kooperazzjoni man-NU; u tikkomunika ma’ atturi ewlenin fir-reġjun rigward tranżizzjoni politika u dwar it-tħejjijiet għal rikonċiljazzjoni u rikostruzzjoni postkonf littwali.

22. Il-Kunsill Ewropew kellu dibattitu politiku strateġiku dwar ir-relazzjonijiet mar-Russja.

Page 46: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

44

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW —

15 TA' DIĊEMBRU 2016

3 Dan huwa bla ħsara għall-pożizzjoni tal-Ungerija u tas-Slovakkja, kif tinsab fil-proċedimenti tal-Qorti mnedija b’rabta mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru. 2015/1601, u għall-pożizzjoni tal-Polonja, li intervjeniet b’appoġġ għar-rikorrenti.

I. MIGR AZZJONI

Dimensjoni esterna1. Il-Kunsill Ewropew ifakkar fil-konklużjonijiet tiegħu ta’

Ottubru dwar ir-rotta tal-Mediterran tal-Lvant. Huwa jtenni l-impenn tiegħu favur id-Dikjarazzjoni UE–Turkija u  jissottolinja l-importanza ta’ implimentazzjoni sħiħa u  nondiskriminatorja tal-aspetti kollha. Huwa jġedded ukoll l-impenn tiegħu li jkompli jappoġġa lill-pajjiżi tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent. Huwa japprova l-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt dwar l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE–Turkija elaborat bejn il-Greċja u l-Kummissjoni u jilqa’ l-fatt li l-Greċja diġà ħadet l-ewwel passi lejn l-implimentazzjoni tiegħu. Il-Kunsill Ewropew jappella lill-Istati Membri kollha biex jiżguraw implimentazzjoni rapida tal-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt.

2. Il-Qafas ta’ Sħubija l-ġdid ta’ kooperazzjoni huwa għodda importanti biex jiġu indirizzati l-migrazzjoni illegali u  l-kawżi ewlenin tagħha, b’mod partikolari fir-rigward tar-rotta tal-Mediterran Ċentrali. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-progress f l-implimentazzjoni tal-patti ma’ ħames pajjiżi Afrikani ta’ oriġini jew ta’ transitu u s-sjieda li qed tiżdied fil-pajjiżi sħab. Fid-dawl ta’ din l-esperjenza, jistgħu jiġu previsti patti addizzjonali jew forom oħra ta’ kooperazzjoni, b’konsiderazzjoni tar-riżorsi disponibbli. L-objettivi tal-Qafas ta’ Sħubija stabbiliti mill-Kunsill Ewropew f ’Ġunju li għadda għandhom jiġu integrati fi strumenti u politiki esterni oħrajn tal-UE u l-Istati Membri tagħha. Il-Kunsill Ewropew jappella lill-Istati Membri biex ikomplu u  jintensifikaw l-impenn tagħhom taħt il-Qafas ta’ Sħubija u ser isegwi mill-qrib il-progress fit-trażżin tal-f lussi u t-titjib tar-rati ta’ ritorn.

3. Sabiex tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Belt Valletta u tal-Qafas ta’ Sħubija, il-qbil milħuq fil-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli u dwar il-Mandat ta’ Self Estern tal-BEI għandu jiġi segwit bl-adozzjoni rapida tal-leġislazzjoni rilevanti. F’dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-fatt li l-BEI beda jimplimenta l-Inizjattiva ta’ Reżiljenza tiegħu għall-Balkani tal-Punent u għall-Viċinat tan-Nofsinhar.

4. Il-Kunsill Ewropew jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħaħ l-appoġġ għall-gwardja tal-kosta Libjana, inkluż permezz ta’ EUNAVFOR MED operazzjoni Sophia sabiex tiżdied il-kapaċità tagħha biex tipprevjeni t-telf ta’ ħajjiet fil-baħar u biex jisfaxxa l-mudell kummerċjali tal-faċilitaturi ta’ dħul klandestin. B’mod parallel, jenħtieġ li jittieħdu inizjattivi biex jiġu offruti opportunitajiet ta’ ritorn volontarju assistit lill-migranti maqbudin fil-Libja u jitnaqqsu l-vjaġġi perikolużi.

5. Il-Kunsill Ewropew ifakkar f l-importanza li jitqiegħdu riżorsi adegwati għad-dispożizzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Huwa jilqa’ l-fatt li l-EASO ser jibda jirrekluta persunal iddedikat biex jiżgura li jkun hemm kapaċità stabbli u sostenibbli. Huwa jtenni wkoll il-ħtieġa li wieħed jibqa’ viġilanti fuq rotot oħra, inkluż fil-Mediterran tal-Punent, sabiex ikun jista’ jirreaġixxi malajr għall-iżviluppi.

Dimensjoni interna6. L-applikazzjoni effettiva tal-prinċipji ta’ responsabbiltà

u  solidarjetà tibqa’ objettiv komuni. L-isforzi kontinwi matul dawn l-aħħar xhur għar-rieżami tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil indikaw xi oqsma ta’ konverġenza, filwaqt li oqsma oħrajn jirrikjedu aktar ħidma. Filwaqt li jibni fuq din il-ħidma, il-Kunsill huwa mistieden ikompli l-proċess bl-għan li, matul il-Presidenza li jmiss, jikseb il-kunsens dwar il-politika tal-asil tal-UE.

7. L-Istati Membri għandhom jintensifikaw aktar l-isforzi tagħhom biex jaċċelleraw ir-rilokazzjoni, b’mod partikolari għal minorenni mhux akkumpanjati, u l-iskemi eżistenti ta’ risistemazzjoni.3

II. SIGURTÀ

Sigurtà interna8. Il-Kunsill Ewropew jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu

favur l-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna għall-Unjoni Ewropea 2015–2020. Il-qbil politiku bejn il-koleġislaturi rigward id-Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu huwa pass importanti u għandu jiġi segwit bl-adozzjoni rapida tal-proposta dwar l-armi tan-nar u l-proposta kontra l-ħasil tal-f lus u bl-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni ġdida dwar ir-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR). Il-Kunsill Ewropew jappella għal kooperazzjoni effettiva ma’ fornituri ta’ servizzi elettroniċi bbażati kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE.

9. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-qbil dwar il-Kodiċi rivedut tal-Fruntieri ta’ Schengen li jinforza l-kontrolli sistematiċi fuq il-vjaġġaturi kollha li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE u jappella biex dan jiġi implimentat malajr mill-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ wħud mill-Istati Membri. Il-koleġislaturi għandhom jaqblu sa Ġunju 2017 dwar is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ u sal-aħħar tal-2017 dwar Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar biex jiġi żgurat li l-vjaġġaturi eżenti mill-viża jiġu skrinjati b’mod sistematiku. Huwa jappella wkoll

Page 47: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

45

li jibqgħu jinkisbu riżultati b’rabta mal-interoperabbiltà ta’ sistemi ta’ informazzjoni u bażijiet ta’ data.

Sigurtà esterna u difiża10. L-Ewropej għandhom jieħdu aktar responsabbiltà għas-

sigurtà tagħhom. Sabiex jissaħħu s-sigurtà u d-difiża tal-Ewropa f ’ambjent ġeopolitiku mimli sfidi u biex jitħarsu aħjar iċ-ċittadini tagħha, filwaqt li jiġu kkonfermati l-impenji preċedenti f ’dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew jenfasizza l-ħtieġa li jsir aktar, inkluż billi jiġu ddedikati biżżejjed riżorsi addizzjonali, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali u l-impenji legali. Għall-Istati Membri li huma wkoll membri tan-NATO, dan huwa f ’konformità mal-linji gwida tan-NATO dwar in-nefqa għad-difiża . Il-Kunsill Ewropew jappella wkoll għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni f l-iżvilupp tal-kapaċitajiet meħtieġa kif ukoll għall-impenn biex dawn il-kapaċitajiet ikunu disponibbli meta jkun meħtieġ. Jenħtieġ li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jkunu kapaċi jikkontribwixxu b’mod deċiżiv għal sforzi kollettivi, kif ukoll li jaġixxu b’mod awtonomu meta u fejn meħtieġ u f limkien ma’ sħab kull fejn hu possibbli. Il-Kunsill Ewropew jistenna b’interess reviżjoni komprensiva tal-mekkaniżmu Athena, sal-aħħar tal-2017.

11. Il-Kunsill Ewropew japprova l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru u s-17 ta’ Ottubru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE fil-qasam tas-Sigurtà u d-Difiża, li tistabbilixxi l-livell ta’ ambizzjoni tal-UE. Huwa jappella għal segwitu komprensiv tagħhom mir-Rappreżentant Għoli u l-Istati Membri. B’mod partikolari, b’żieda mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli ser tippreżenta proposti fix-xhur li ġejjin fir-rigward tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ċivili, il-parametri tar-Rieżami Annwali Kkoordinat dwar id-Difiża li jkun immexxi mill-Istati Membri, il-proċess tal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet militari b’konsiderazzjoni meħuda tar-Riċerka u  t-Teknoloġija (R&T) u l-aspetti industrijali, l-istabbiliment ta’ kapaċità operazzjonali permanenti ta’ ppjanar u  twettiq fil-livell strateġiku, it-tisħiħ tar-rilevanza, l-użu u l-iskjerament tas-sett ta’ għodod għar-reazzjoni rapida tal-UE, l-elementi u l-opzjonijiet għal Kooperazzjoni Strutturata Permanenti inklużiva abbażi ta’ approċċ modulari u  d-deskrizzjoni ta’ proġetti potenzjali, u l-kopertura tar-r-rekwiżiti kollha tat-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet għas-Sigurtà u  l-Iżvilupp (CBSD). F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jappella lill-koleġislaturi biex jaħdmu b’pass mgħaġġel fuq il-proposta tal-Kummissjoni dwar is-CBSD bil-ħsieb li jintlaħaq qbil f l-ewwel nofs tal-2017.

12. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni rigward il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża u l-kontribut tagħha għall-iżvilupp ta’ politika Ewropea ta’ sigurtà u  difiża, u  jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jiġu involuti b’mod sħiħ, u jappella lill-atturi rilevanti kollha biex imexxu l-ħidma ‘l quddiem. Il-Kunsill huwa mistieden jeżamina malajr il-proposti tal-Kummissjoni f ’dan ir-rigward. Il-BEI huwa mistieden jeżamina l-passi bil-ħsieb li jappoġġa l-investimenti favur ir-riċerka fid-difiża u  l-attivitajiet ta’ żvilupp. Il-Kummissjoni hija wkoll mistiedna tippreżenta proposti f l-ewwel semestru tal-2017 għall-istabbiliment ta’

4 Għall-Polonja, dan ifisser fost l-oħrajn il-libertà li tiddetermina t-taħlita tal-enerġija tagħha u li tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.

Fond Ewropew għad-Difiża inkluż opportunità ta’ iżvilupp konġunt ta’ kapaċitajiet komunement miftiehma mill-Istati Membri.

13. Il-Kunsill Ewropew iħeġġeġ azzjoni rapida biex jingħata segwitu għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2016 li jimplimentaw id-Dikjarazzjoni Konġunta ffirmata f ’Varsavja mill-mexxejja tal-UE u tan-NATO, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn l-UE u  n-NATO, fir-rigward tat-theddid ibridu, il-kwistjonijiet marittimi, iċ-ċibersigurtà, il-komunikazzjoni strateġika, il-kapaċitajiet ta’ difiża, l-industrija u r-riċerka fil-qasam tad-difiża, l-eżerċizzji u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża.

14. Il-Kunsill Ewropew jappella biex il-ħidma marbuta mas-sigurtà esterna u d-difiża titmexxa ‘l quddiem b’urġenza u jitlob lill-Kunsill biex jirrapporta lura f ’Marzu sabiex il-Kunsill Ewropew ikun jista’ jevalwa l-progress. Huwa ser jipprovdi gwida strateġika ulterjuri f ’Ġunju.

15. Il-Kunsill Ewropew ser iżomm fuq l-aġenda l-kwistjonijiet relatati mas-sigurtà u d-difiża, bl-għan li jivvaluta regolarment il-progress u  jiddetermina, abbażi ta’ dan, il-prijoritajiet strateġiċi u politiċi xierqa.

III. ŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI, ŻGĦAŻAGĦ

16. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-qbil milħuq fil-Kunsill dwar l-estensjoni tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), li għandu jiġi adottat mill-koleġislaturi f l-ewwel nofs tal-2017. Huwa jinnota wkoll li l-Kunsill issa jinsab lest biex jidħol f ’negozjati mal-Parlament Ewropew dwar il-modernizzazzjoni tal-Istrumenti għad-Difiża tal-Kummerċ.

17. Huwa jtenni l-importanza tad-diversi strateġiji tas-Suq Uniku u l-Unjoni tal-Enerġija, li għandhom jitlestew u jiġu implimentati sal-2018. Sa dak iż-żmien, jenħtieġ li ċerti kwistjonijiet ewlenin jiġu riżolti.4 Huwa jilqa’ l-progress li sar s’issa u jħeġġeġ lill-Istituzzjonijiet kollha biex jibnu fuq dan il-momentum u jgħollu aktar il-livell ta’ ambizzjoni, partikolarment f l-oqsma vitali tas-servizzi u s-Suq Uniku Diġitali, qabel il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2017. Huwa jappella biex jitneħħew l-ostakli li fadal fis-Suq Uniku, inkluż dawk li jfixklu l-f luss liberu tad-data.

18. Il-Kunsill Ewropew jappella biex titkompla l-Garanzija għaż-Żgħażagħ u jilqa’ appoġġ akbar għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ. Huwa jappella wkoll biex titmexxa ‘l quddiem il-ħidma fuq l-inizjattivi reċenti tal-Kummissjoni ddedikati għaż-żgħażagħ, inkluż dawk dwar il-mobbiltà, l-edukazzjoni, l-iżvilupp tal-ħiliet u  l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

19. Il-Kunsill Ewropew jappella lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jevalwaw l-impatt tal-integrazzjoni tal-politika industrijali f l-inizjattivi strateġiċi tal-UE u biex jikkunsidraw azzjoni konkreta biex tissaħħaħ u tiġi mmodernizzata l-bażi industrijali tas-Suq Uniku.

20. Il-Kunsill Ewropew jissottolinja l-ħtieġa li tiġi kkompletata l-Unjoni Bankarja f ’termini ta’ tnaqqis u kodiviżjoni tar-riskji fis-settur finanzjarju, f l-ordni xierqa, kif stabbilit fil-

Page 48: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

46

konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2016 dwar pjan direzzjonali għal dan il-għan. F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jappella lill-Kunsill biex jeżamina malajr il-proposti reċenti tal-Kummissjoni biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur finanzjarju.

IV. ĊIPRU21. Wara preżentazzjoni mill-President tar-Repubblika ta’

Ċipru b’rabta man-negozjati dwar ir-Riżoluzzjoni ta’ Ċipru, il-Kunsill Ewropew tenna l-appoġġ tiegħu għall-proċess li għaddej bħalissa għar-riunifikazzjoni ta’ Ċipru. L-UE, filwaqt li tqis li Ċipru huwa u ser jibqa’ membru tal-Unjoni tagħna wara r-Riżoluzzjoni, tinsab lesta li tieħu sehem fil-Konferenza ta’ Ġinevra dwar Ċipru fit-12 ta’ Jannar 2017.

V. RELAZZJONIJIET ESTERNI

Ukrajna22. Il-Kunsill Ewropew jikkonferma mill-ġdid l-impenn tiegħu

favur id-dritt internazzjonali u  l-integrità territorjali tal-Ukrajna kif ukoll il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna, inkluż l-istabbiliment ta’ Żona ta’ Kummerċ Ħieles Profonda u  Komprensiva. L-għan tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni huwa li jappoġġaw lill-pajjiżi sħab fi triqthom biex isiru demokraziji stabbli u prosperi, u li jirrif lettu l-importanza strateġika u ġeopolitika li l-Unjoni Ewropea tagħti lill-kuntest reġjonali. Għaldaqstant, it-tlestija tal-proċess ta’ ratifika tibqa’ għan essenzjali tal-UE.

23. Wara li ħa nota bir-reqqa tar-riżultat tar-referendum Netherlandiż tas-6 ta’ April 2016 dwar l-abbozz ta’ liġi li tapprova l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u t-tħassib espress qabel ir-referendum kif imwassal mill-Prim Ministru Netherlandiż, il-Kunsill Ewropew jieħu nota ta’ Deċiżjoni tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tat-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill Ewropew (Anness), li tindirizza dan it-tħassib f ’konformità sħiħa mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u t-trattati tal-UE.

24. Il-Kunsill Ewropew jinnota li d-Deċiżjoni stabbilita f l-Anness hija legalment vinkolanti għat-28  Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, u tista’ tiġi emendata jew imħassra biss bi qbil komuni mill-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tagħhom. Din għandha ssir effettiva ladarba r-Renju tan-Netherlands jirratifika l-ftehim u l-Unjoni tkun ikkonkludietu. Jekk dan ma jkunx il-każ, id-Deċiżjoni ma tibqax teżisti.

25. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ r-riżultati tas-Summit bejn l-UE u  l-Ukrajna f l-24  ta’  Novembru  2016 u  jenfasizza d-determinazzjoni kontinwa tal-Unjoni biex tapprofondixxi u  ssaħħaħ ir-relazzjoni tagħha mal-Ukrajna, minkejja l-isfidi attwali. Huwa jirrikonoxxi l-kisbiet tal-Ukrajna f l-implimentazzjoni tar-riformi biex jintlaħqu l-istandards Ewropej u l-fatt li hija ssodisfat il-kondizzjonijiet għal reġim mingħajr viżi mal-Unjoni. Wara l-adozzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sospensjoni b’saħħtu, il-koleġislaturi huma mistiedna jlestu l-proċedura li twassal għat-tneħħija tal-obbligi ta’ viża għall-Ukrajna u l-Georgia.

Sirja26. Il-Kunsill Ewropew jikkundanna bil-qawwa l-attakki

kontinwi fuq Aleppo mir-reġim Sirjan u  l-alleati tiegħu, partikolarment ir-Russja u  l-Iran, inkluż l-immirar intenzjonat ta’ persuni ċivili u sptarijiet. Il-Kunsill Ewropew

jagħmel appell urġenti lir-reġim u lir-Russja, kif ukoll lill-partijiet kollha fil-kunf litt Sirjan biex jimplimentaw b’mod immedjat l-erba’ miżuri ta’ emerġenza li ġejjin:a) l-evakwazzjoni b’konsiderazzjoni għas--sigurtà u d-dinjità

tal-abitanti tal-parti tal-Lvant ta’ Aleppo taħt is-sorveljanza u  l-koordinazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, lejn id-destinazzjoni tal-għażla tagħhom. Jenħtieġ li l-membri tal-protezzjoni ċivili u tal-amministrazzjoni ċivili jiġu wkoll evakwati mingħajr xkiel taħt is-sorveljanza tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-persuni l-aktar midruba gravi għandhom jiġu evakwati l-ewwel;

b) għajnuna u protezzjoni immedjati u mingħajr kondizzjoni għall-abitanti kollha tal-parti tal-Lvant ta’ Aleppo, mingħajr diskriminazzjoni u  f ’konformità mad-dritt umanitarju internazzjoni, filwaqt li jiġi ggarantit aċċess totali fuq il-post u mingħajr xkiel lin-Nazzjonijiet Uniti u lis-sħab tagħha għall-forniment tal-bżonnijiet essenzjali u tal-kura medika urġenti, kif previst fir-Riżoluzzjoni 2258 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, għas-Sirja kollha;

c) protezzjoni ġenwina għall-persunal u l-faċilitajiet mediċi kollha fil-pajjiż kollu, f ’konformità mar-Riżoluzzjoni 2286 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u b’mod partikolari għall-isptarijiet fil-fruntieri ta’ Atmeh, Darkoush, Bab Al Hawa u Bab Al Salamah;

d) jenħtieġ li d-dritt umanitarju internazzjonali jiġi applikat fil-parti tal-Lvant ta’ Aleppo iżda wkoll fil-pajjiż kollu u  b’mod partikolari f ’dawk iż-żoni kollha fejn ġew assedjati persuni ċivili.

L-UE, bħala l-ewwel fornitur ta’ appoġġ umanitarju għall-popolazzjoni Sirjana, ser tkompli taħdem biex jinkisbu dawn l-għanijiet.

27. Jenħtieġ li l-ostilitajiet fis-Sirja jieqfu immedjatament. L-UE ser taħdem b’mod kostruttiv mas-sħab kollha, taħt l-awspiċji tan-NU, għal transizzjoni kif miftiehem fir-Riżoluzzjoni 2254 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Għal dan il-għan, il-Kunsill Ewropew jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex tkompli bl-impenn dirett attwali tagħha mas-sħab rilevanti kollha. Dawk responsabbli għal ksur tad-dritt internazzjonali, li parti minnu jista’ jikkostitwixxi delitti tal-gwerra, għandhom iwieġbu għal għemilhom. L-UE qed tikkunsidra l-opzjonijiet kollha disponibbli. L-UE ser tipprovdi appoġġ għar-rikostruzzjoni tas-Sirja biss ladarba tkun qed issir transizzjoni politika kredibbli b’mod deċiżiv.

ANNESSDeċiżjoni tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tat-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill Ewropew, dwar il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħraIl-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tat-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, li l-gvernijiet tagħhom huma firmatarji tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”),

Page 49: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

47

Filwaqt li jieħdu nota tar-riżultat tar-referendum tan-Netherlands tas-6 ta’ April 2016 dwar il-liġi li tapprova l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukrajna u t-tħassib li tqajjem qabel ir-referendum kif ikkomunikat mill-Prim Ministru tar-Renju tan-Netherlands,Filwaqt li jixtiequ jindirizzaw dawk il-punti ta’ tħassib f ’konformità sħiħa mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Ukrajna u t-trattati tal-UE, u skont il-mira tal-UE li tapprofondixxi r-relazzjonijiet mal-Ukrajna,Wara li kkunsidraw il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2016,Iddeċidew li jadottaw li ġej, bħala l-fehim komuni tagħhom, li għandu jsir effettiv ladarba r-Renju tan-Netherlands ikun irratifika l-Ftehim u l-Unjoni Ewropea tkun ikkonkludietu:AFilwaqt li għandu l-għan li jistabbilixxi relazzjoni dejjiema u mill-qrib bejn il-partijiet għall-Ftehim abbażi ta’ valuri komuni, il-Ftehim la jagħti lill-Ukrajna l-istatus ta’ pajjiż kandidat għall-adeżjoni mal-Unjoni, u lanqas ma jikkostitwixxi impenn li dan l-istatus jingħata lill-Ukrajna fil-futur.BIl-Ftehim jirriafferma l-kooperazzjoni mal-Ukrajna f l-oqsma tas-sigurtà, partikolarment fir-rigward tal-prevenzjoni tal-kunf litti, l-immaniġġar tal-kriżijiet u n-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva. Dan ma jinkludix obbligu għall-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha li jipprovdu garanziji ta’ sigurtà kollettiva jew għajnuna jew assistenza militari oħra lill-Ukrajna.CFilwaqt li jistabbilixxi l-objettiv li titjieb il-mobilità taċ-ċittadini, i l-Ftehim ma jagħti x l iċ-ċittadini Uk reni jew tal-Unjoni, rispettivament, id-dritt li jirrisjedu u jaħdmu liberament fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri jew tal-Ukrajna. Il-Ftehim ma jaffettwax

id-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-volumi ta’ ammissjoni ta’ ċittadini Ukreni fit-territorju tagħhom sabiex ifittxu xogħol, kemm bħala impjegati kif ukoll għal rashom.DIl-Ftehim itenni l-impenn tal-Unjoni li tappoġġa l-proċess ta’ riforma f l-Ukrajna. Il-Ftehim ma jirrikjedix appoġġ finanzjarju addizzjonali mill-Istati Membri lill-Ukrajna, u lanqas ma jbiddel id-dritt esklużiv ta’ kull Stat Membru li jiddetermina n-natura u l-volumi tal-appoġġ finanzjarju bilaterali tiegħu.EIl-ġlieda kontra l-korruzzjoni hija kruċjali biex titjieb ir-relazzjoni bejn il-Partijiet għall-Ftehim. Skont il-Ftehim, il-Partijiet ser jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-prevenzjoni tagħha kemm fis-settur privat kif ukoll dak pubbliku. Il-kooperazzjoni bejn il-Partijiet relatata mal-istat tad-dritt hija mmirata b’mod partikolari għat-tisħiħ tal-ġudikatura, it-titjib tal-effiċjenza tagħha, is-salvagwardja tal-indipendenza u l-imparzjalità tagħha, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.FIr-rispett għall-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett għall-prinċipju tal-istat tad-dritt, inkluż kif imsemmi taħt punt E, huma elementi essenzjali għall-Ftehim. Il-Partijiet huma meħtieġa jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim u l-implimentazzjoni u l-infurzar tiegħu ser jiġu sorveljati. F’konformità mal-Artikolu 478 tal-Ftehim, kull Parti tista’ tieħu miżuri xierqa f ’każ li ma jiġux issodisfatti l-obbligi. Fl-għażla ta’ miżuri xierqa, ser tingħata prijorità lil dawk li l-inqas ifixklu l-funzjonament tal-Ftehim. Bħala l-aħħar soluzzjoni, dawn il-miżuri jistgħu jinkludu s-sospensjoni ta’ kwalunkwe dritt jew obbligu previst skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim.

Page 50: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

48

DIKJARAZZJONI — LAQGĦA INFORMALI TAS-27 KAP TA' STAT JEW TA' GVERN —

15 TA' DIĊEMBRU 2016

Aħna, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern ta’ 27 Stat Membru, kif ukoll tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li aħna determinati li naraw lill-Unjoni tirnexxi, ninsabu lesti sabiex nibdew in-negozjati mar-Renju Unit ladarba r-Renju Unit ikun innotifika skont l-Artikolu 50. Nilqgħu l-intenzjoni tar-Renju Unit biex jagħmel dan qabel l-aħħar ta’ Marzu 2017, sabiex inkunu nistgħu nindirizzaw l-inċertezzi li jirriżultaw mill-prospett tal-ħruġ tar-Renju Unit.Aħna nappoġġaw bis-sħiħ id-dikjarazzjoni tagħna tad-29 ta’ Ġunju 2016 fil-intier tagħha u ser inkomplu naderixxu mal-prinċipji stabbiliti fiha. Intennu li kwalunkwe ftehim għandu jkun ibbażat fuq bilanċ bejn id-drittijiet u l-obbligi, u li l-aċċess għas-Suq Uniku jirrikjedi l-aċċettazzjoni tal-erba’ libertajiet kollha kemm huma.Biħsiebna mmexxu n-negozjati dwar l-irtirar fi spirtu ta’ fiduċja u unità fostna. Għal dan l-għan, napprovaw l-arranġamenti proċedurali għal dawn in-negozjati kif stabbiliti f l-anness.

ANNESS1. L-ewwel pass wara n-notifika mir-Renju Unit ser ikun

l-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew ta’ linji gwida li ser jiddefinixxu l-qafas għan-negozjati taħt l-Artikolu 50 TUE u jistabbilixxu l-pożizzjonijiet u prinċipji ġenerali li l-UE ser issegwi matul in-negozjati. Il-Kunsill Ewropew ser jibqa’ jsegwi permanentement il-kwistjoni, u ser jaġġorna dawn il-linji gwida matul in-negozjati, skont il-ħtieġa.

2. Wara l-adozzjoni tal-linji gwida, il-Kunsill Ewropew ser jistieden lill-Kunsill Affarijiet Ġenerali biex jipproċedi rapidament bl-adozzjoni tad-deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati, wara rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, u biex jittratta l-passi sussegwenti fil-proċess. Il-Kunsill ser jadotta wkoll id-direttivi ta’ negozjar dwar is-sustanza kif ukoll l-arranġamenti dettaljati li jirregolaw ir-relazzjoni bejn il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu minn naħa u n-negozjatur tal-Unjoni min-naħa l-oħra. Dawn id-direttivi ta’ negozjar jistgħu jiġu emendati u ssupplimentati

skont il-ħtieġa matul in-negozjati, sabiex jirrif lettu l-linji gwida tal-Kunsill Ewropew hekk kif jevolvu.

3. Il-Kunsill ser ikun mistieden jinnomina lill-Kummissjoni Ewropea bħala n-negozjatur tal-Unjoni. Nilqgħu n-nomina tal-Kummissjoni ta’ Michel Barnier bħala n-negozjatur ewlieni. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u tinbena l-fiduċja, it-tim tan-negozjatur tal-Unjoni ser ikun lest li jintegra rappreżentant tal-Presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill. Rappreżentanti tal-President tal-Kunsill Ewropew ser ikunu preżenti u  jipparteċipaw fi rwol ta’ appoġġ, fis-sessjonijiet kollha ta’ negozjar, f limkien mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea. In-negozjatur tal-Unjoni ser jirrapporta sistematikament lill-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u l-korpi preparatorji tiegħu.

4. Bejn il-laqgħat tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u Coreper, megħjuna minn Grupp ta’ Ħidma apposta b’sedja permanenti, ser jiżguraw li n-negozjati jitwettqu skont il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew u d-direttivi ta’ negozjar tal-Kunsill, u jipprovdu gwida lin-negozjatur tal-Unjoni.

5. Il-membri tal-Kunsill Ewropew, il-Kunsill u  l-korpi preparatorji tiegħu li jirrappreżentaw lir-Renju Unit mhux ser jipparteċipaw fid-diskussjonijiet jew id-deċiżjonijiet li jikkonċernawh.

6. Ir-rappreżentanti tas-27 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern (Sherpas/Rappreżentanti Permanenti) ser ikunu involuti fit-tħejjija tal-Kunsill Ewropew skont il-ħtieġa. Ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew ser ikunu mistiedna fit-tali laqgħat ta’ tħejjija.

7. In-negozjatur tal-Unjoni ser ikun mistieden biex iżomm lill-Parlament Ewropew infurmat mill-qrib u regolarment matul in-negozjati. Il-Presidenza tal-Kunsill ser tkun imħejjija biex tinforma lill-Parlament Ewropew u jkollha skambju ta’ fehmiet miegħu qabel u  wara kull laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali. Il-President tal-Parlament Ewropew ser ikun mistieden biex jinstema’ fil-bidu tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew.

Page 51: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

49

ITTRA MILL-PRESIDENT DONALD TUSK LIS-27 KAP TA' STAT JEW TA' GVERN TAL-UE

QABEL IL-LAQGĦA INFORMALI TA' KAPIJIET TA' STAT JEW TA' GVERN F'MALTA —

31 TA' JANNAR 2017

Għeżież kollegi,Biex inħejju bl-aħjar mod għad-diskussjoni tagħna f ’Malta dwar il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea ta’ 27 stat membru, u fid-dawl tad-diskursati li kelli ma’ xi wħud minnkom, ippermettuli nressaq ftit ħsibijiet li naħseb ilkoll naqblu dwarhom.L-isfidi li għandha quddiemha bħalissa l-Unjoni Ewropea huma aktar perikolużi milli qatt kienu minn meta ġie ffirmat it-Trattat ta’ Ruma. Issa qed inħabbtuha ma’ tliet theddidiet, li qabel ma kinux seħħew, għall-inqas mhux fuq din l-iskala.L-ewwel theddida hija waħda esterna, u marbuta mas-sitwazzjoni ġeopolitika l-ġdida fid-dinja u madwar l-Ewropa. L-atteġġament dejjem aktar, ejja ngħidu, assertiv, taċ-Ċina, speċjalment fuq il-baħar, il-politika aggressiva tar-Russja fil-konfront tal-Ukrajna u l-ġirien tagħha, gwerer, terrur u anarkija fil-Lvant Nofsani u f l-Afrika, bl-Iżlam radikali jassumi rwol prinċipali, kif ukoll dikjarazzjonijiet li jqanqlu tħassib mill-amministrazzjoni l-ġdida Amerikana, kollha jrendu l-futur tagħna ferm imprevedibbli. Għall-ew wel darba f l-istorja tagħna, f ’dinja esterna dejjem aktar multipolari, ħafna nies qed isiru apertament anti-Ewropej, jew tal-inqas Ew roxettiċi . I l-bidla f ’ Washing ton, b ’mod partikolari, tqiegħed lill-Unjoni Ewropea f ’sitwazzjoni diffiċli; bl-amministrazzjoni l-ġdida li apparentement qed toħloq dubji dwar il-politika barranija Amerikana tal-aħħar 70 sena.It-tieni theddida, waħda interna, hija marbuta mal-qawmien ta’ sentiment kontra l-UE, nazzjonalist u  kulma jmur aktar ksenofobu f l-UE stess. L-egoiżmu nazzjonali qiegħed ukoll isir alternattiva attraenti għall-integrazzjoni. Barra minn hekk, tendenzi ċentrifugi japprofittaw mill-iżbalji ta’ dawk li għalihom l-ideoloġija u l-istituzzjonijiet saru aktar importanti mill-interessi u l-emozzjonijiet tan-nies.It-tielet t-theddida tinsab f l-imħuħ tal-elit pro-Ewropej. In-nuqqas ta’ fiduċja f l-integrazzjoni politika, is-sottomissjoni għal argumenti populisti kif ukoll id-dubju fil-valuri fundamentali tad-demokrazija liberali qed jidhru dejjem aktar ċari.F’dinja mimlija tensjoni u konfrontazzjoni, li hemm bżonn huwa l-kuraġġ, id-determinazzjoni u s-solidarjetà politika tal-Ewropej. Jekk ma jkollniex dawn ser nogħsfru. Jekk ma nemmnux fina nfusna, fil-għan profond tal-integrazzjoni, għaliex għandu ħaddieħor? F’Ruma għandna nġeddu din id-dikjarazzjoni ta’ fiduċja. Fid-dinja tal-lum ta’ stati-kontinenti b’popolazzjonijiet ta’ mijiet ta’ miljuni, il-pajjiżi Ewropej meħuda separatament ftit għandhom saħħa. Iżda l-UE għandha potenzjal demografiku u ekonomiku li jagħmilha sieħba indaqs mal-ikbar potenzi. Għal din ir-raġuni, l-iktar sinjal importanti li għandu joħroġ minn Ruma huwa r-rieda tas-27 li jkunu magħquda. Sinjal li mhux biss jeħtieġ, imma li rridu nkunu magħquda.Ejja nuru li aħna kburin li Ewropej. Jekk nagħmlu tabirruħna li m’aħniex nisimgħu l-kliem u li m’aħniex ninnutaw id-deċiżjonijiet immirati kontra l-UE u l-ġejjieni tagħna, in-nies mhux ser jibqgħu jqisu l-Ewropa bħala l-art usa’ tagħhom. Hemm il-perik lu

daqstant kbir li s-sħab globali tagħna ma jibqgħux jirrispettawna. Oġ ġettivament, m’ hemm ebda raġ uni għal iex l-Ew ropa u l-mexxejja tagħha għandhom joqogħdu għax-xewqat ta’ poteri esterni u min qed jaħkimhom. Naf li fil-politika, l-argument tad-dinjità m’għandux jintuża żżejjed, għax spiss iwassal għal konf litt u emozzjonijiet negattivi. Iżda llum irridu niddefendu b’mod ċar ħafna d-dinjità tagħna, id-dinjità ta’ Ewropa magħquda — irrispettivament minn jekk hux qed nitkellmu fuq ir-Russja, iċ-Ċina, l-Istati Uniti jew t-Turkija. Għalhekk, ejja jkollna l-kuraġġ li nkunu kburin mill-kisbiet tagħna, li għamlu l-kontinent tagħna l-aqwa post fid-dinja. Ejja jkollna l-kuraġġ li nopponu r-retorika demagoġika, li tallega li l-integrazzjoni Ewropea jgawdu minnha biss l-elit, li ċ-ċittadini normali raw biss tbatija minħabba fiha, u li l-pajjiżi jkampaw aħjar waħedhom milli f limkien.Irridu nħarsu lejn il-ġejjieni — din kienet it-talba li għamiltu l-aktar spiss meta kkonsultajna f ’dawn l-aħħar ftit xhur. U m’hemmx dubju dwar dan. Iżda m’għandna qatt, taħt ebda ċirkostanza, ninsew ir-raġunijiet l-aktar importanti għaliex 60 sena ilu ddeċidejna li ngħaqqdu l-Ewropa. Ħafna drabi nisimgħu l-argument li l-memorja tat-traġedji tal-imgħoddi ta’ Ewropa maqsuma m’għadhomx argument validu, li l-ġenerazzjonijiet il-ġodda ma jiftakrux is-sors tal-ispirazzjoni tagħna. Iżda l-amneżija ma tħassarx dawn l-ispirazzjonijiet, u lanqas ma tneħħi mid-dmir tagħna li nibqgħu l-ħin kollu niftakru t-tagħlimiet traġiċi ta’ Ewropa mifruda. F’Ruma, għandna ntennu bil-qawwa dawn iż-żewġ veritajiet bażiċi, għalkemm minsija: l-ewwel nett, ingħaqadna biex nevitaw diżastru storiku ieħor, u t-tieni li ż-żminijiet tal-għaqda Ewropea kienu l-aħjar żmien fis-sekli twal tal-istorja tal-Ewropa. Irridu nagħmluha ċara daqs il-kristall li d-diżintegrazzjoni tal-Unjoni Ewropea ma twassalx għar-restawr ta’ xi sovranità mitika sħiħa tal-istati membri tagħha, iżda għad-dipendenza reali u fattwali tagħhom fuq is-superpotenzi l-kbar: l-Istati Uniti, ir-Russja u ċ-Ċina. Huwa f limkien biss li nistgħu nkunu għalkollox indipendenti.Għalhekk, irridu nieħdu passi assertivi u spettakolari li jibdlu l-emozzjonijiet kollettivi u  jirxuxtaw l-aspirazzjoni sabiex l-integrazzjoni Ewropea togħla għal-livell li jmiss. Biex nagħmlu dan, irridu nġibu lura s-sens ta’ sigurtà esterna u interna kif ukoll il-ġid soċjoekonomiku għaċ-ċittadini Ewropej. Dan jeħtieġ tisħiħ definittiv tal-fruntieri esterni tal-UE; titjib fil-kooperazzjoni bejn is-servizzi responsabbli għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-protezzjoni tal-ordni u l-paċi fi ħdan iż-żona mingħajr fruntieri; żieda fin-nefqa għad-difiża; tisħiħ tal-politika barranija tal-UE b’mod ġenerali kif ukoll koordinazzjoni aħjar tal-politika barranija tal-istati membri individwali; u l-aħħar iżda mhux l-inqas li jitrawmu l-investiment, l-inklużjoni soċjali, it-tkabbir, l-impjiegi, l-isfruttament tal-benefiċċji tal-progress teknoloġiku u l-konverġenza fiż-żona tal-euro kif ukoll f l-Ewropa kollha kemm hi.Għandna nużaw il-bidla f l-istrateġija kummerċjali tal-Istati Uniti għall-vantaġġ tal-UE billi nintensifikaw it-taħditiet tagħna ma’ sħab interessati, waqt li f l-istess ħin niddefendu l-interessi tagħna. L-Unjoni Ewropea m’għandhiex tabbanduna r-rwol tagħha bħala

Page 52: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

50

superpotenza kummerċjali li hija miftuħa lejn ħaddieħor, filwaqt li tipproteġi ċ-ċittadini u n-negozji tagħha, u tiftakar li kummerċ ħieles ifisser kummerċ ġust. Għandna wkoll niddefendu bis-saħħa l-ordni internazzjonali bbażat fuq l-istat tad-dritt. Ma nistgħux

inċedu għal dawk li jridu jdgħajfu jew iħassru r-rabta trans-Atlantika, li mingħajrha ma jibqgħux jeżistu la l-ordni globali u lanqas il-paċi. Għandna nfakkru lil ħbiebna l-Amerikani fil-motto tagħhom stess: “United we stand, divided we fall”.

Page 53: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

51

DIKJARAZZJONI TA' MALTA — LAQGĦA INFORMALI TAL-KAPIJIET TA' STAT JEW TA'

GVERN — 3 TA' FRAR 2017

1. Aħna nilqgħu u nappoġġaw l-isforzi tal-Presidenza Maltija biex isir progress f l-elementi kollha tal-politika komprensiva tal-UE dwar il-migrazzjoni. Aħna ntennu d-determinazzjoni tagħna li naġixxu fir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, id-dritt internazzjonali u l-valuri Ewropej, u f limkien mal-UNHCR u l-IOM.

2. Element essenzjali ta’ politika sostenibbli dwar il-migrazzjoni huwa li niżguraw kontroll effettiv tal-fruntiera esterna tagħna u  li nwaqqfu l-f lussi illegali lejn l-UE. Fl-2016, il-wasliet naqsu għal terz tal-livelli f l-2015. Fuq ir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran, filwaqt li għadhom jeżistu pressjonijiet, il-wasliet f l-aħħar erba’ xhur tal-2016 naqsu bi 98 % minn sena għal sena. Aħna nibqgħu impenjati favur id-Dikjarazzjoni UE-Turkija u l-implimentazzjoni sħiħa u nondiskriminatorja tal-aspetti kollha tagħha, kif ukoll favur appoġġ kontinwu għall-pajjiżi tul ir-rotta tal-Balkani tal-Punent.

3. Madankollu, fuq ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali, ġew identifikati aktar minn 181 000 wasla f l-2016, waqt li l-għadd ta’ persuni li mietu jew ma nstabux fuq il-baħar laħaq livell rekord kull sena mill-2013 ‘il hawn. Meta diġà tilfu ħajjithom mijiet ta’ bnedmin f l-2017 u  bir-rebbiegħa qed toqrob, ninsabu determinati li nieħdu aktar azzjoni biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-f lussi migratorji tul ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali u nfarrku l-mudell kummerċjali tal-faċilitaturi ta’ dħul klandestin, waqt li nżommu għassa fuq il-Lvant tal-Mediterran kif ukoll rotot oħra. Ser inżidu l-ħidma tagħna mal-Libja bħala l-pajjiż ewlieni tat-tluq kif ukoll mal-ġirien tagħha mit-Tramuntana tal-Afrika u mis-sub-Saħara.

4. Il-Qafas ta’ Sħubija u  l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Belt Valletta għamluha possibbli li nsaħħu kooperazzjoni fit-tul ma’ għadd ta’ pajjiżi sħab, inkluż dwar il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, permezz ta’ sħubija soda bbażata fuq fiduċja reċiproka. Din il-ħidma diġà qed tagħti l-frott u ser tiżdied. Fl-istess ħin, l-urġenza tas-sitwazzjoni titlob li jittieħdu aktar miżuri operazzjonali immedjati fil-livell reġjonali, b’approċċ pragmatiku, f lessibbli u mfassal apposta f ’kull punt li jinvolvi l-atturi kollha tul ir-rotta migratorja. F’dan il-kuntest, nilqgħu b’sodisfazzjon il-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli “Il-migrazzjoni fuq ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali — Niġġestixxu l-f lussi, insalvaw il-ħajjiet”.

5. Iktar minn qatt qabel, huma importanti sforzi biex tiġi stabbilizzata l-Libja, u l-UE ser tagħmel l-almu tagħha biex tikkontribwixxi għal dak l-objettiv. Fil-Libja, il-bini tal-kapaċità huwa essenzjali biex l-awtoritajiet jiksbu kontroll fuq il-fruntieri tal-art u tal-baħar u biex jikkumbattu l-attivitajiet ta’ transitu u ta’ faċilitazzjoni. L-UE tibqa’ impenjata favur soluzzjoni politika inklużiva skont il-qafas tal-Ftehim Politiku Libjan u favur li tappoġġa l-Presidenza tal-Kunsill u l-Gvern ta’ Kunsens Nazzjonali appoġġat min-Nazzjonijiet

Uniti. Fejn possibbli l-UE u  l-Istati Membri ser isaħħu l-assistenza lill-komunitajiet reġjonali u lokali Libjani kif ukoll il-kooperazzjoni magħhom u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fil-pajjiż.

6. Ser tingħata prijorità lill-elementi li ġejjin:a) taħriġ, tagħmir u appoġġ lill-gwardja tal-kosta nazzjonali

Libjana u aġenziji rilevanti oħra. Jeħtieġ li l-programmi komplementari ta’ taħriġ tal-UE jissaħħu malajr, kemm f l-intensità kif ukoll fil-kwantità, dawk diġà mibdija mill-Operazzjoni Sophia u oħrajn abbażi tal-esperjenza miksuba minnha. Il-finanzjament u l-ippjanar ta’ dawn l-attivitajiet irid ikun sostenibbli u prevedibbli, inkluż permezz tas-Seahorse Mediterranean Network;

b) aktar sforzi biex jiġi sfrattat il-mudell kummerċjali tat-traffikanti permezz ta’ azzjoni operazzjonali msaħħa, fil-qafas ta’ approċċ integrat li jinvolvi l-Libja u pajjiżi oħra fir-rotta u sħab internazzjonali rilevanti, Stati Membri impenjati, missjonijiet u  operazzjonijiet tal-PSDK, l-Europol u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;

c) appoġġ fejn possibbli għall-iżvilupp tal-komunitajiet lokali fil-Libja, speċjalment fiż-żoni qrib il-kosta u l-fruntieri tal-art tal-Libja fir-rotot migratorji, biex titjieb is-sitwazzjoni soċjoekonomika tagħhom u  tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom bħala komunitajiet ospitanti;

d) ikun żgurat, f limkien mal-UNHCR u  l-IOM, li l-kapaċitajiet u  l-kundizzjonijiet tal-akkoljenza għall-migranti fil-Libja jkunu adegwati;

e) appoġġ lill-IOM biex iżżid sostanzjalment l-attivitajiet ta’ ritorn volontarju assistit;

f) tisħiħ ta’ kampanji ta’ informazzjoni u  ta’ kuntatt indirizzati lejn il-migranti fil-Libja u  fil-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, f ’kooperazzjoni ma’ atturi lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari biex ifixklu l-mudell kummerċjali tat-traffikanti;

g) tingħata għajnuna biex tonqos il-pressjoni fuq il-fruntieri tal-art tal-Libja, permezz ta’ ħidma kemm mal-awtoritajiet Libjani kif ukoll mal-ġirien kollha tal-Libja, inkluż appoġġ għal proġetti li jsaħħu il-kapaċità tagħhom għall-ġestjoni tal-fruntiera;

h) tinżamm nota tar-rotot alternattivi u  d-devjazzjoni possibbli tal-attivitajiet tat-traffikanti, permezz ta’ sforzi ta’ kooperazzjoni mal-ġirien tal-Libja u l-pajjiżi involuti fil-Qafas ta’ Sħubija, bl-appoġġ tal-Istati Membri u tal-aġenziji kollha rilevanti tal-UE u billi jitħallew disponibbli l-istrumenti kollha ta’ sorveljanza meħtieġa;

i) jitkompla l-appoġġ għall-isforzi u  l-inizjattivi minn Stati Membri individwali impenjati direttament mal-Libja; f ’dan ir-rigward, l-UE tilqa’ u lesta tappoġġa lill-Italja f l-implimentazzjoni tagħha tal-Memorandum ta’

Page 54: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

52

Qbil iffirmat fit-2 ta’ Frar 2017 mill-Awtoritajiet Taljani u l-President tal-Kunsill Presidenzjali al-Serraj;

j) jiġu approfonditi d-djalogu u l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni mal-pajjiżi kollha ġirien tal-Libja, inkluż kooperazzjoni operazzjonali aħjar mal-Istati Membri u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar il-prevenzjoni tat-tluq u l-ġestjoni tar-ritorni.

7. Dawn l-objettivi għandhom ikunu mirfuda bir-riżorsi meħtieġa. F’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Belt Valletta, l-Unjoni Ewropea qed issaħħaħ l-integrazzjoni tal-migrazzjoni fi ħdan l-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp tagħha għall-Afrika, li tammonta għal EUR 31 biljun matul dan il-perijodu finanzjarju. Xi wħud mill-azzjonijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jiġu ffinanzjati fi ħdan proġetti li diġà għaddejjin, partikolarment proġetti ffinanzjati permezz tal-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika kif xieraq, li jimmobilizza EUR 1.8 biljun mill-baġit tal-UE u EUR 152 miljun minn kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri. Sabiex inkopru l-ħtiġijiet ta’ finanzjament l-aktar urġenti issa u matul l-2017, nilqgħu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timmobilizza bħala l-ewwel pass EUR 200 miljun addizzjonali għall-parti tal-Afrika ta’ Fuq tal-Fond u li tagħti prijorità lil proġetti relatati mal-migrazzjoni li jikkonċernaw il-Libja.

8. Ser inkomplu niżviluppaw il-politika esterna tagħna dwar il-migrazzjoni sabiex nagħmluha reżiljenti għal kriżijiet futuri. Ser nidentifikaw l-ostakli potenzjali, pereżempju fir-rigward tal-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati għar-ritorni, u nsaħħu l-kapaċitajiet ta’ ritorn tal-UE, filwaqt li jiġi rrispettat id-dritt internazzjonali. Nilqgħu l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta malajr, bħala l-ewwel pass, Pjan ta’ Azzjoni aġġornat dwar ir-Ritorn, u li toffri gwida għal aktar ritorni operazzjonali mill-UE u l-Istati Membri u għal riammissjoni effettiva abbażi tal-acquis eżistenti.

9. Naqblu li nieħdu azzjoni determinata u rapida biex niksbu l-objettivi stabbiliti f ’din id-Dikjarazzjoni u  nappellaw lill-atturi kollha biex jaħdmu għal dan il-għan. Nilqgħu l-intenzjoni tal-Presidenza Maltija, f ’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli, li mal-ewwel opportunità tippreżenta lill-Kunsill pjan konkret għall-implimentazzjoni għal dan l-għan, biex titmexxa l-ħidma ‘l quddiem u biex jiġi żgurat monitoraġġ mill-qrib tar-riżultati. Il-Kunsill Ewropew ser jevalwa l-progress f l-approċċ ġenerali fil-laqgħat tiegħu f ’Marzu u f ’Ġunju abbażi ta’ rapport mill-Presidenza Maltija.

Page 55: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

53

KONKLUŻJONIJIET TAL-PRESIDENT TAL-KUNSILL EWROPEW —

9 TA' MARZU 2017

Il-Kunsill Ewropew iddiskuta d-dokument mehmuż. Dan ġie appoġġat minn 27 Membru tal-Kunsill Ewropew, iżda ma ġabarx kunsens, għal raġunijiet mhux relatati mas-sustanza tiegħu.Ir-referenzi għall-Kunsill Ewropew fid-dokument mehmuż m’għandhomx jinftiehmu bħala li jimplikaw approvazzjoni formali mill-Kunsill Ewropew li jaġixxi bħala istituzzjoni.

I. IMPJIEGI, TKABBIR U KOMPETITTIVITÀ

1. L-aġenda ta’ riforma attwata mill-UE u  l-Istati Membri tagħha wara l-kriżi tal-2008 qed tħalli l-frott. Reġa’ kien hemm tkabbir ekonomiku f ’kull wieħed mit-28 Stat Membru u  l-prospetti huma inkoraġġanti, kemm għaż-żona tal-euro kif ukoll għall-UE b’mod ġenerali. Il-qgħad, għalkemm għadu f ’livell għoli wisq, jinsab fil-livell l-aktar baxx tiegħu mill-2009, l-istat tal-finanzi pubbliċi qed jitjieb u l-investiment, filwaqt li għadu dgħajjef wisq, qed jikber.

2. Madankollu, l-inċertezzi jippersistu u  għalhekk huwa importanti li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-irkupru. Għal dan il-għan, għandna nfittxu riformi strutturali mmirati lejn l-immodernizzar tal-ekonomiji tagħna, insaħħu l-finanzi pubbliċi u  nippromwovu l-investiment, inkluż permezz tal-estensjoni rapida tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, anke bil-ħsieb li jsiru sforzi speċjali fil-ġlieda kontra l-qgħad f l-Istati Membri fejn il-livelli huma partikolarment għoljin.

3. Waqt li jfakkar fil-konklużjonijiet preċedenti tiegħu, il-Kunsill Ewropew itenni l-importanza għall-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività ta’ Suq Uniku li jiffunzjona tajjeb bl-erba’ libertajiet tiegħu. Azzjoni determinata dwar l-aġenda diġitali ser tippermetti li jinkisbu l-benefiċċji tal-era diġitali u minnha ser tibbenefika l-innovazzjoni. Deċiżjonijiet meħuda diġà għandhom jiġu implimentati b’mod effettiv u  l-lakuni eżistenti għandhom jingħelbu permezz ta’ progress rapidu dwar proposti leġislattivi, f ’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2016 u  d-Dikjarazzjoni Konġunta tat-13  ta’  Diċembru  2016 dwar il-prijoritajiet leġislattivi tal-UE għall-2017. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tindirizza l-kwistjoni tal-kwalità doppja tal-prodotti alimentari fis-suq intern fil-Forum ta’ Livell Għoli dwar it-titjib tal-funzjonament tal-katina tal-provvista tal-ikel. L-UE teħtieġ azzjoni konkreta biex tiżgura bażi industrijali b’saħħitha u kompetittiva, kif stipulat fil-konklużjonijiet ta’ Diċembru 2016, suq tal-enerġija li jiffunzjona bis-sħiħ u interkonness u settur tas-servizzi li jirnexxi. Dawn kollha ser jibbenefikaw minn Suq Uniku aktar b’saħħtu. Għalhekk, il-kompletezza u l-implimentazzjoni tad-diversi strateġiji tas-Suq Uniku sal-2018 tibqa’ l-objettiv komuni tagħna. Il-Kunsill Ewropew ser jeżamina l-progress f ’Ġunju.

4. Il-kummerċ jibqa’ wieħed mill-iktar xpruni b’saħħithom għat-tkabbir, li jappoġġa miljuni ta’ impjiegi u jikkontribwixxi għall-prosperità. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-vot pożittiv fil-Parlament Ewropew dwar il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv bejn l-UE u l-Kanada (CETA) u jistenna b’interess l-applikazzjoni proviżorja imminenti tiegħu. Dan huwa sinjal ċar fi żmien meta t-tendenzi protezzjonisti qed jerġgħu jitfaċċaw. L-UE tibqa’ impenjata bis-sħiħ lejn politika kummerċjali robusta u  sistema kummerċjali multilaterali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli, bi rwol ċentrali għad-WTO. Fl-istess waqt, l-UE trid tgħammar lilha nnifisha b’għodod modernizzati u kompatibbli mad-WTO biex jiġu indirizzati prattiki kummerċjali inġusti u distorsjonijiet fis-suq. Il-Kunsill Ewropew jappella għall-adozzjoni rapida tal-proposti rilevanti f ’dan ir-rigward. L-UE ser tkompli timpenja ruħha b’mod attiv ma’ sħab kummerċjali internazzjonali. Dan jinkludi li tagħmel progress b’mod riżolut fin-negozjati kollha li għaddejjin għal ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ambizzjużi u bbilanċjati, inkluż mal-Mercosur u l-Messiku; in-negozjati mal-Ġappun huma l-eqreb għal konklużjoni kmieni. Ir-relazzjonijiet kummerċjali maċ-Ċina għandhom jissaħħu abbażi ta’ fehim kondiviż ta’ benefiċċji reċiproċi u komuni. L-UE ser tkun partikolarment viġilanti rigward ir-rispett u l-promozzjoni tal-istandards ewlenin, kif ukoll il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni.

5. Il-Kunsill Ewropew itenni l-ħtieġa li tiġi kkompletata l-Unjoni Bankarja f ’termini ta’ tnaqqis u kodiviżjoni tar-riskji fis-settur finanzjarju, f l-ordni opportun, kif stipulat fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2016. Huwa jfakkar l-importanza tal-kooperazzjoni internazzjonali fit-tfassil ta’ standards prudenzjali u superviżorji komuni għas-servizzi finanzjarji.

6. Huwa ta’ importanza kbira li l-benefiċċji tat-tkabbir ekonomiku jaslu għand iċ-ċittadini kollha. Il-Kunsill Ewropew jistenna b’interess l-organizzazzjoni tas-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir f ’Gothenburg fis-17 ta’ Novembru 2017.

7. Il-Kunsill Ewropew japprova l-oqsma ta’ prijorità tal-politika tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, u jistieden lill-Istati Membri biex jirrif lettuhom fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u fil-Programmi ta’ Stabbiltà u ta’ Konverġenza tagħhom li jmiss. Il-Kunsill Ewropew japprova wkoll l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro.

II. SIGURTÀ U DIFIŻA8. Il-Kunsill Ewropew irid li d-dinamika mibdija mill-

konklużjonijiet tiegħu dwar is-Sigurtà Esterna u d-Difiża ta’ Diċembru 2016 tinżamm u tiġi rinfurzata, f ’konformità mal-parametri stabbiliti fihom. Fl-ambjent internazzjonali preżenti, l-Ewropa għandha tagħmel aktar biex tipproteġi liċ-

Page 56: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

54

ċittadini tagħha u biex tikkontribwixxi għall-paċi u żżomm l-istabbiltà fil-viċinat tagħha u lil hinn minnu, inkluż billi jiġu ddedikati biżżejjed riżorsi addizzjonali, filwaqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi nazzjonali u impenji legali. F’dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-ħidma li saret mill-Kunsill fis-6 ta’ Marzu, li tipprovdi ħarsa ġenerali estensiva ta’ fejn ninsabu fuq il-kwistjonijiet kollha (strutturi tal-PSDK għall-immaniġġar ta’ kriżijiet, Kooperazzjoni Strutturata Permanenti, Rieżami Annwali Kkoordinat dwar id-Difiża, Żvilupp ta’ Kapaċitajiet Ċivili) u turi progress reali f ’xi oqsma ewlenin. Huwa jfakkar ukoll fil-ħtieġa li jiġi implimentat is-”Sett komuni ta’ proposti” għal kooperazzjoni msaħħa man-NATO. Filwaqt li nibnu fuq dak il-momentum, il-ħidma għandha tiġi avvanzata b’aktar determinazzjoni u rapidità. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-organizzazzjoni ta’ konferenza ta’ livell għoli dwar is-sigurtà u d-difiża fi Praga fid-9 ta’ Ġunju 2017. Il-Kunsill Ewropew ser jerġa’ lura għal din il-kwistjoni f ’Ġunju 2017 u jipprovdi gwida strateġika ulterjuri.

9. L-UE tibqa’ impenjata bis-sħiħ li tappoġġa lill-Istati Membri biex jiżguraw is-sigurtà interna u jiġġieldu kontra t-terroriżmu. Għamilna progress kbir f ’dan ir-rigward f ’dawn l-aħħar snin iżda qed inkomplu niffaċċaw sfidi mingħajr preċedent. Il-Kunsill Ewropew jappella lill-koleġislaturi biex jaqblu dwar il-proposta għal Sistema ta’ Dħul u Ħruġ sa Ġunju 2017 u jaċċelleraw il-ħidma dwar il-proposta għas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar. Għaldaqstant, huwa kruċjali li tkompli tiġi implimentata l-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna mġedda għall-Unjoni Ewropea 2015–2020; il-Kunsill Ewropew ser iżomm dan taħt eżami. Il-Jum Ewropew b’Tif kira tal-Vittmi tat-Terroriżmu fil-11 ta’ Marzu huwa tfakkira importanti għaliex dan huwa daqshekk essenzjali.

III. MIGR AZZJONI10. Kif jidher fir-rapport mill-Prim Ministru Malti, ħafna

miżuri operazzjonali deċiżi fil-laqgħa informali f ’Malta fit-3 ta’ Frar 2017 huma fil-proċess li jiġu implimentati. Il-Kunsill Ewropew itenni d-determinazzjoni tiegħu li jikseb riżultati dwar l-elementi kollha tad-Dikjarazzjoni ta’ Malta u jappoġġa bis-sħiħ il-ħidma tal-Presidenza tal-Kunsill, f ’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli. Huwa jappoġġa wkoll l-azzjonijiet li ttieħdu minn Stati Membri individwali biex jappoġġaw lill-awtoritajiet Libjani kif ukoll il-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq u l-ġirien tan-nofsinhar f l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw l-isfidi tal-migrazzjoni illegali. Il-UNHCR u l-IOM huma sħab importanti f ’dan ir-rigward. L-UE ser tkompli tibqa’ viġilanti fuq ir-rotot migratorji ewlenin kollha sabiex tkun tista’ tirreaġixxi rapidament għall-iżviluppi. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni Mġedded dwar ir-Ritorn, mitluba fid-Dikjarazzjoni ta’ Malta, kif ukoll ir-Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri li takkumpanjaha,

u  jistieden lill-Kunsill biex jeżaminahom malajr. Huwa jfakkar fil-ħtieġa li titkompla l-ħidma fuq sensiela ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi li jaħdmu tajjeb.

11. Rigward id-dimensjoni interna, l-applikazzjoni effettiva tal-prinċipji ta’ responsabbiltà u solidarjetà tibqa’ objettiv komuni. Il-Kunsill Ewropew jappella għal aktar sforzi biex jinkisbu riżultati f l-aspetti kollha tal-politika komprensiva dwar il-migrazzjoni li tkun reżiljenti għal kriżijiet futuri, inkluż bl-għan li jintlaħaq kunsens dwar il-politika tal-UE dwar l-asil matul il-Presidenza attwali.

12. Il-Kunsill Ewropew ser jerġa’ lura għal din il-kwistjoni f ’Ġunju 2017.

IV. BALKANI TAL-PUNENT13. Fid-dawl tal-isfidi interni u esterni li qed jiffaċċa r-reġjun,

il-Kunsill Ewropew iddiskuta s-sitwazzjoni fraġli fil-Balkani tal-Punent, li huwa ser iżomm taħt eżami. Huwa jisħaq fuq l-importanza li nkomplu għaddejjin fit-triq ta’ riforma, ir-relazzjonijiet tajba mal-viċinat u inizjattivi ta’ kooperazzjoni reġjonali inklużivi. Huwa rriafferma l-appoġġ inekwivoku tiegħu għall-perspettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent. Filwaqt li jilqa’ l-progress li sar mill-pajjiżi tar-reġjun, il-Kunsill Ewropew jenfasizza li l-UE tibqa’ impenjata u involuta fil-livelli kollha biex tappoġġahom fit-twettiq ta’ riformi u proġetti orjentati lejn l-UE.

V. PUNTI OĦR A

Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew14. Wara li l-abbozz ta’ Regolament dwar l-istabbiliment tal-

Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tressaq minn 17-il Stat Membru skont l-Artikolu 86(1), it-tieni subparagrafu, TFUE, il-Kunsill Ewropew iddiskuta l-abbozz u  nnota li l-kondizzjoni stipulata fil-bidu tal-Artikolu  86(1), it-tielet subparagrafu ġiet sodisfatta, u b’hekk infetħet it-triq għall-istabbiliment possibbli ta’ kooperazzjoni msaħħa, f ’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati.

Elezzjoni tal-President tal-Kunsill Ewropew15. Il-Kunsill Ewropew reġa’ eleġġa lis-Sur Donald Tusk bħala

President tal-Kunsill Ewropew għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2017 sat-30 ta’ Novembru 2019.

16. Il-Kunsill Ewropew innota d-deċiżjoni tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u  l-Governanza f l-Unjoni Ekonomika u Monetarja li l-munita tagħhom hija l-euro li jerġgħu jaħtru lis-Sur Donald Tusk bħala President tas-Summit tal-Euro għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju 2017 sat-30 ta’ Novembru 2019.

17. Il-Kunsill Ewropew iddeċieda li, aktar tard din is-sena, jerġa’ lura għall-proċess, il-kriterji u l-bilanċi meħtieġa rigward il-ħatriet ta’ livell għoli għaċ-ċiklu istituzzjonali li jmiss.

Page 57: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

55

ID-DIKJARAZZJONI TA' RUMA TAL-MEXXEJJA TA' 27

STAT MEMBRU U TAL-KUNSILL EWROPEW, TAL-PARLAMENT EWROPEW

U TAL-KUMMISSJONI EWROPEA — 25 TA' MARZU 2017.

Aħna, il-mexxejja ta’ 27 Stat Membru u tal-istituzzjonijiet tal-UE, kburin bil-kisbiet tal-Unjoni Ewropea: il-kostruzzjoni tal-unità Ewropea tirrappreżenta sforz kuraġġuż u viżjonarju. Sittin sena ilu, hekk kif konna qed nirkupraw mit-traġedja ta’ żewġ gwerer dinjija, iddeċidejna li ningħaqdu f limkien u nibnu mill-ġdid il-kontinent mill-irmied tiegħu. Bnejna Unjoni unika b’istituzzjonijiet komuni u valuri sodi, komunità ta’ paċi, libertà, demokrazija, drittijiet tal-bnedmin u l-istat tad-dritt, forza ekonomika kbira b’livelli bla preċedent ta’ protezzjoni soċjali u benesseri.L-unità Ewropea bdiet bħala l-ħolma ta’ ftit nies, saret it-tama ta’ ħafna. Dakinhar l-Ewropa reġgħet saret waħda. Illum, ninsabu magħqudin u aktar b’saħħitna: mijiet ta’ miljuni ta’ nies minn madwar l-Ewropa kollha jibbenefikaw mill-fatt li jgħixu f ’Unjoni mkabbra li għelbet il-firdiet antiki.L-Unjoni Ewropea qed tiffaċċa sfidi mingħajr preċedent, kemm globali kif ukoll domestiċi: kunf litti reġjonali, terroriżmu, pressjon ijiet m ig rator ji dejjem a kba r, protezzjon i ż mu u inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi. Flimkien, aħna determinati li nindirizzaw l-isfidi ta’ dinja li qed tinbidel rapidament u li noffru liċ-ċittadini tagħna kemm is-sigurtà kif ukoll opportunitajiet ġodda.Ser nagħmlu l-Unjoni Ewropea aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti, permezz ta’ unità u solidarjetà saħansitra akbar fostna u r-rispett għar-regoli komuni. L-unità hija kemm neċessità kif ukoll l-għażla ħielsa tagħna. Individwalment, kieku ningħataw il-ġenb mid-dinamika globali. L-aħjar mod biex ninf luwenzawha, u niddefendu l-interessi u l-valuri komuni tagħna, huwa billi nkunu spalla ma’ spalla ma’ xulxin. Ser naġixxu f limkien, fejn meħtieġ b’veloċitajiet u intensitajiet differenti, filwaqt li nimxu f l-istess direzzjoni, kif għamilna f l-imgħoddi, skont it-Trattati u filwaqt li żammejna l-bieb miftuħ għal dawk li jridu jingħaqdu aktar tard. L-Unjoni tagħna hi magħquda u indiviżibbli.Fl-għaxar snin li ġejjin irridu Unjoni li tkun sikura u sigura, prospera, kompetittiva, sostenibbli u soċjalment responsabbli, u bir-rieda u l-ħila li jkollha rwol ewlieni fid-dinja u li tifforma l-globalizzazzjoni. Irridu Unjoni fejn iċ-ċittadini jkollhom opportunitajiet ġodda għal żvilupp kulturali u soċjali u tkabbir ekonomiku. Irridu Unjoni li tibqa’ miftuħa għal dawk il-pajjiżi Ewropej li jirrispettaw il-valuri tagħna u li jimpenjaw ruħhom biex jippromwovuhom.F’dawn iż-żminijiet ta’ bidla, u konxji mit-tħassib taċ-ċittadini tagħna, aħna nikkommettu ruħna għall-Aġenda ta’ Ruma u nwiegħdu li naħdmu lejn:1. Ewropa sikura u  sigura: Unjoni fejn iċ-ċittadini kollha

jħossuhom sikuri u  jistgħu jiċċaqilqu liberament, fejn il-fruntieri esterni tagħna huma siguri, li għandha politika effiċjenti, responsabbli u sostenibbli dwar il-migrazzjoni, u li tirrispetta n-normi internazzjonali; Ewropa determinata li tiġġieled kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata.

2. Ewropa prospera u sostenibbli: Unjoni li toħloq it-tkabbir u l-impjiegi; Unjoni li toħloq it-tkabbir u l-impjiegi, Unjoni fejn Suq Uniku b’saħħtu, konness, li qed jiżviluppa u  li jħaddan it-trasformazzjoni teknoloġika, u  munita unika stabbli u msaħħa aktar, jiftħu opportunitajiet għat-tkabbir, il-koeżjoni, il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-iskambju, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju; Unjoni li tippromwovi tkabbir sostnut u sostenibbli permezz tal-investiment, riformi strutturali u l-ħidma għall-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja; Unjoni fejn l-ekonomiji jikkonverġu; Unjoni fejn l-enerġija hija sigura u affordabbli u fejn l-ambjent huwa nadif u sikur.

3. Ewropa soċjali: Unjoni li, ibbażata fuq it-tkabbir sostenibbli, tippromwovi l-progress ekonomiku u soċjali kif ukoll il-koeżjoni u  l-konverġenza, filwaqt li tappoġġa l-integrità tas-suq intern; Unjoni li tqis id-diversità tas-sistemi nazzjonali u  r-rwol ewlieni tas-sħab soċjali; Unjoni li tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll drittijiet u opportunitajiet indaqs għal kulħadd; Unjoni li tiġġieled kontra l-qgħad, id-diskriminazzjoni, l-esklużjoni soċjali u  l-faqar; Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aqwa edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjiegi mal-kontinent kollu; Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali tagħna u tippromwovi d-diversità kulturali.

4. Ewropa aktar b’saħħitha fix-xena globali:Unjoni li qed tiżviluppa aktar is-sħubiji eżistenti, filwaqt li tibni sħubiji ġodda u tippromwovi l-istabbiltà u l-prosperità fil-viċinat immedjat fil-Lvant u n-Nofsinhar tagħha, u wkoll fil-Lvant Nofsani u  f l-Afrika kollha u  globalment; Unjoni li hija lesta tassumi aktar responsabbiltajiet u tgħin fil-ħolqien ta’ industrija tad-difiża aktar kompetittiva u integrata; Unjoni kommessa li ssaħħaħ is-sigurtà u d-difiża komuni tagħha, fost oħrajn, f ’kooperazzjoni u  b’komplimentarjetà mal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, filwaqt li tqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali u  impenji legali; Unjoni impenjata fin-Nazzjonijiet Uniti u li tistinka għal sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli, kburija bil-valuri tagħha u li tipproteġi lill-popli tagħha, filwaqt li tippromwovi l-kummerċ ħieles u ġust u politika pożittiva dwar il-klima globali.

Aħna ser insegwu dawn l-objettivi, bil-konvinzjoni li l-futur tal-Ewropa huwa f ’idejna u li l-Unjoni Ewropea hija l-aqwa strument biex niksbu l-objettivi tagħna. Aħna nwiegħdu li ser nisimgħu u nwieġbu l-preokkupazzjonijiet taċ-ċittadini tagħna u ser naħdmu mal-parlamenti nazzjonali tagħna. Ser naħdmu f limkien f ’livell li jwassal għal differenza reali, kemm jekk ikun fil-livell tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll f ’dak nazzjonali, reġjonali, u lokali u fi spirtu ta’ fiduċja u kooperazzjoni leali, kemm fost l-Istati Membri kif ukoll bejnhom u l-istituzzjonijiet tal-UE, f ’konformità mal-prinċipju tas-solidarjetà. Ser inħallu l-ispazju meħtieġ għal manuvrar fid-diversi

Page 58: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

56

livelli sabiex insaħħu l-potenzjal tal-Ewropa għall-innovazzjoni u t-tkabbir. Irridu li l-Unjoni tkun inf luwenti fuq kwistjonijiet kbar u inqas fuq kwistjonijiet żgħar. Ser nippromwovu proċess demokratiku, effettiv u trasparenti għat-teħid ta’ deċiżjonijiet u twettiq aħjar.

Aħna, bħala Mexxejja, filwaqt li naħdmu f limkien mal-Kunsill u mal-istituzzjonijiet tagħna, ser niżguraw li l-aġenda tal-lum tiġi implimentata, sabiex issir ir-realtà ta’ għada. Aħna ngħaqadna għall-aħjar. L-Ewropa hija l-ġejjieni komuni tagħna.

Page 59: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

57

DIKJARAZZJONI TAL-KUNSILL EWROPEW5 (ART. 50) DWAR IN-NOTIFIKA MIR-

RENJU UNIT — 29 TA' MARZU 2017

5 Wara n-notifika skont l-Artikolu 50 TUE, il-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkun ħiereġ m’għandux jieħu sehem fid-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew fid-deċiżjonijiet li jikkonċernawh.

Illum, il-Kunsill Ewropew irċieva ittra mingħand il-Prim Ministru Brittaniku, Theresa May, li tinnotifika l-intenzjoni tar-Renju Unit li jħalli l-Unjoni Ewropea. Din in-notifika ssegwi r-referendum tat-23 ta’ Ġunju 2016 u jibda l-proċess ta’ ħruġ skont l-Artikolu 50 tat-Trattat. Jiddispjaċina li r-Renju Unit ser iħalli l-Unjoni Ewropea, iżda aħna lesti għall-proċess li issa ser ikollna nsegwu.Għall-Unjoni Ewropea, l-ewwel pass issa ser ikun l-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew ta’ linji gwida għan-negozjati. Dawn il-linji gwida ser jistabbilixxu l-pożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali li fid-dawl tagħhom l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, ser tinnegozja mar-Renju Unit.

F’dawn in-negozjati l-Unjoni ser taġixxi bħala entità waħda u ser tippreserva l-interessi tagħha. L-ewwel prijorità tagħna ser tkun li tiġi minimizzata l-inċertezza kkawżata mid-deċiżjoni tar-Renju Unit għaċ-ċittadini, in-negozji u l-Istati Membri tagħna. Għalhekk, aħna ser nibdew billi niffukaw fuq l-arranġamenti prinċipali kollha għal ħruġ ordnat.Aħna ser nersqu għal dawn it-taħditiet b’mod kostruttiv u ser nagħmlu ħilitna biex insibu ftehim. Fil-futur, nittamaw li jkollna lir-Renju Unit bħala sieħeb qrib tagħna.Il-President Tusk sejjaħ laqgħa tal-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ April 2017.

Page 60: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

58

KUMMENTI MILL-PRESIDENT DONALD TUSK DWAR IL-PASSI LI JMISS WARA

N-NOTIFIKA MIR-RENJU UNIT — 31 TA' MARZU 2017

L-għodwa t-tajba. L-ewwel nett, nixtieq nirringrazzja lill-Prim Ministru Muscat tal-ospitalità tiegħu u tal-ħidma straordinarja li diġà saret mill-presidenza Maltija. Presidenza b’rotazzjoni tal-Kunsill soda, solida u stupenda hija saħansitra aktar importanti fi żminijiet bħal dawn. Għalhekk grazzi mill-ġdid ta’ xogħlok, Joseph.Il-punt ewlieni f l-aġenda tagħna ovvjament kien il-Brexit.Illum il-kompitu tiegħi hu li nipproponi l-abbozz ta’ linji gwida għan-negozjar dwar il-Brexit lis-27 mexxej tal-UE. Lis-27, għaliex mill-Erbgħa, wara li attiva l-Artikolu 50, ir-Renju Unit issa qiegħed fuq in-naħa l-oħra tal-mejda tan-negozjati. Ħdimna malajr ħafna, għaliex, kif tafu, it-Trattat jagħtina biss sentejn biex nilħqu ftehim.Ippermettuli niddeskrivi fil-qosor l-elementi u l-prinċipji ewlenin tal-proposta tiegħi. Dawn inqisuhom fundamentali u ser inżommu magħhom bis-sħiħ.Dmirna hu li nnaqqsu kemm jista’ jkun l-inċertezza u t-tfixkil, ikkawżati mid-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE, għaċ-ċittadini, in-negozji u l-Istati Membri tagħna. K if diġà għidt, essenzjalment huwa dwar il-kontroll tal-ħsara.Jeħtieġ li l-ewwel naħsbu fin-nies. Ċittadini minn madwar l-UE kollha jgħixu, jaħdmu u jistudjaw fir-Renju Unit. U sakemm ir-Renju Unit jibqa’ membru, id-drittijiet tagħhom huma protetti bis-sħiħ. Iżda jeħtieġ li nsibu soluzzjoni għall-istatus u s-sitwazzjonijiet tagħhom wara l-ħruġ permezz ta’ garanziji reċiproċi, infurzabbli u mhux diskriminatorji.It-tieni, irridu nevitaw vojt ġuridiku għall-kumpaniji tagħna li jirriżulta mill-fatt li wara l-Brexit il-liġijiet tal-UE ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit.It-tielet, jeħtieġ ukoll niżguraw li r-Renju Unit jonora l-impenji u r-responsabbiltajiet finanzjarji kollha li kellu bħala Stat Membru. Huwa biss xieraq fir-rigward ta’ dawk in-nies kollha, il-komunitajiet,

ix-xjenzjati, il-bdiewa eċċ. li lilhom aħna, it-28 kollha, wegħidna u għandna nagħtu dawn il-f lus. Nista’ niggarantixxi li aħna min-naħa tagħna, l-UE, ser nonoraw l-impenji kollha tagħna.Ir-raba’, ser infittxu soluzzjonijiet f lessibbli u kreattivi bl-għan li tiġi evitata fruntiera iebsa bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda. Huwa ta’ importanza kruċjali li jiġi appoġġat il-proċess ta’ paċi f l-Irlanda ta’ Fuq.Dawn l-erba’ kwistjonijiet huma kollha parti mill-ewwel fażi tan-negozjati tagħna. Ladarba, u ladarba biss inkunu ksibna progress suffiċjenti dwar il-ħruġ, inkunu nistgħu niddiskutu l-qafas għar-relazzjoni futura tagħna. It-tnedija ta’ taħditiet paralleli fuq il-kwistjonijiet kollha f ’daqqa, kif issuġġerit minn xi wħud fir-Renju Unit, mhux ser isseħħ.U meta nitkellmu dwar ir-relazzjoni futura tagħna, aħna naturalment għandna l-istess xewqa tar-Renju Unit li nistabbilixxu sħubija mill-qrib bejnietna. Rabtiet b’saħħithom, li jmorru lil hinn mill-ekonomija u jinkludu l-kooperazzjoni fis-sigurtà, jibqgħu f l-interess komuni tagħna.Ippermettul i nik konk ludi bi l l i ngħid l i t-ta ħditiet l i ser jibdew dalwaqt ser ikunu diffiċli, kumplessi u  kultant anki konfrontazzjonali. Ma jistax ikun mod ieħor. L-EU27 ma ssegwix u mhux ser issegwi approċċ li jikkastiga. Il-Brexit fih innifsu huwa diġà kastig biżżejjed. Wara aktar minn erbgħin sena magħqudin, nafuh lil xulxin li nagħmlu minn kollox biex dan id-divorzju joħloq kemm jista’ jkun ftit problemi.Din hija wkoll ir-raġuni għaliex il-Prim Ministru May u jien qbilna li nibqgħu f ’kuntatt mill-qrib u regolari matul dan il-proċess. L-intenzjoni tiegħi hi li nżur lil Theresa May f ’Londra qabel il-Kunsill Ewropew ta’ April. Grazzi.

Page 61: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

59

LINJI GWIDA — LAQGĦA STRAORDINARJA TAL-KUNSILL EWROPEW6 (ART. 50) —

29 TA' APRIL 2017

6 Wara n-notifika skont l-Artikolu 50 TUE, il-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkun ħiereġ m’għandux jieħu sehem fid-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew fid-deċiżjonijiet li jikkonċernawh.

Fid-29 ta’ Marzu 2017, il-Kunsill Ewropew irċieva n-notifika mir-Renju Unit tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom. Dan jippermetti l-ftuħ ta’ negozjati kif previsti fit-Trattat.L-integrazzjoni Ewropea ġabet il-paċi u l-prosperità f l-Ewropa u ppermettiet livell u portata ta’ kooperazzjoni mingħajr preċedenti rigward materji ta’ interess komuni f ’dinja f ’evoluzzjoni rapida. Għaldaqstant, l-objettiv ġenerali tal-Unjoni f ’dawn in-negozjati ser ikun il-preservazzjoni tal-interessi tagħha, dawk taċ-ċittadini tagħha, tan-negozji tagħha u tal-Istati Membri tagħha.Id-deċiżjoni tar-Renju Unit li jħalli l-Unjoni toħloq inċertezzi sinifikanti li potenzjalment jikkawżaw tfixkil, b’mod partikolari fir-Renju Unit imma wkoll, f ’ livell inqas, fi Stati Membri oħra. Iċ-ċittadini li bnew ħajjithom abbażi tad-drittijiet li jirriżultaw mis-sħubija Brittanika f l-UE qed jiffaċċjaw il-prospett li jitilfu dawk id-drittijiet. In-negozji u partijiet ikkonċernati oħrajn ser jitilfu l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza li d-dritt tal-UE jġib miegħu. Ser ikun hemm impatt ukoll fuq l-awtoritajiet pubbliċi. F’dan il-kuntest, jinħtieġ li nipproċedu b’approċċ f ’fażijiet u nagħtu prijorità lil ħruġ ordnat. L-awtoritajiet nazzjonali, in-negozji u partijiet ikkonċernati oħra għandhom ilkoll jieħdu l-passi meħtieġa biex iħejju għall-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit.Matul dawn in-negozjati l-Unjoni ser tibqa’ unita u taġixxi bħala entità waħda bil-għan li jintlaħaq riżultat li jkun ġust u ekwu għall-Istati Membri kollha u f l-interess taċ-ċittadini tagħha. Ser tkun kostruttiva u tagħmel ħilitha biex jinstab ftehim. Dan hu f l-aħjar interess taż-żewġ partijiet. L-Unjoni ser tistinka biex tasal għal dak ir-riżultat, imma ser tipprepara ruħha biex tkun tista’ timmaniġġa s-sitwazzjoni anke f ’każ li n-negozjati jfallu.Dawn il-linji gwida jiddefinixxu l-qafas għan-negozjati skont l-Artikolu 50 TUE u jiddeterminaw il-pożizzjonijiet u l-prinċipji ġenerali li l-Unjoni ser issegwi matul in-negozjati. F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jilqa’ pożittivament ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ April 2017. Il-Kunsill Ewropew ser jibqa’ jsegwi permanentement il-kwistjoni, u ser jaġġorna dawn il-linji gwida matul in-negozjati kif meħtieġ. Id-direttivi ta’ negozjati ser jiġu aġġustati skont dan.

I. PRINĊIPJI FUNDAMENTALI1. Il-Kunsill Ewropew ser ikompli jibbaża fuq il-prinċipji

mniżżla fid-dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern u tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni fid-29 ta’ Ġunju 2016. Itenni x-xewqa tiegħu li jkollu r-Renju Unit bħala sieħeb qrib tiegħu fil-futur. Itenni wkoll li kwalunkwe ftehim mar-Renju Unit irid ikun ibbażat fuq bilanċ ta’

drittijiet u obbligi, u jrid jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti għal kulħadd. Il-preservazzjoni tal-integrità tas-Suq Uniku teskludi l-parteċipazzjoni bbażata fuq approċċ skont is-settur. Pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni, li ma għandux l-istess obbligi ta’ membru, ma jistax ikollu l-istess drittijiet u jgawdi mill-istess benefiċċji ta’ membru. F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jilqa’ pożittivament il-fatt li l-Gvern Brittaniku rrikonoxxa li l-erba’ libertajiet tas-Suq Uniku huma indiviżibbli u li ma jistax ikun hemm min jagħżel biss dak li jaqbillu. L-Unjoni ser tippreserva l-awtonomija tagħha fir-rigward tat-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha kif ukoll ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

2. In-negozjati skont l-Artikolu 50 TUE ser jitmexxew bi trasparenza u  bħala pakkett wieħed. F’konformità mal-prinċipju li xejn mhu miftiehem sakemm kollox ikun miftiehem, ma jistax ikun hemm ftehim separat rigward elementi individwali. L-Unjoni ser tersaq għan-negozjati b’pożizzjonijiet unifikati, u ser tiddjaloga mar-Renju Unit esklużivament bil-mezzi determinati f ’dawn il-linji gwida u fid-direttivi ta’ negozjati. Sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni ma tiddgħajjifx, mhux ser isiru negozjati separati bejn Stati Membri individwali u r-Renju Unit dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni.

3. Il-prinċipji fundamentali mniżżla hawn fuq għandhom japplikaw bl-istess mod għan-negozjati dwar ħruġ ordnat, għal kull diskussjoni preliminari u preparatorja dwar il-qafas għal relazzjoni futura, u għal kull forma ta’ arranġamenti transizzjonali.

II. APPROĊĊ F’FAŻIJIET GĦAN-NEGOZJATI

4. Fid-data tal-ħruġ, it-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit, għall-pajjiżi u  t-territorji barranin tiegħu li attwalment huma assoċjati mal-Unjoni, u għat-territorji li r-relazzjonijiet esterni tagħhom huma r-responsabbiltà tar-Renju Unit. L-iskop prinċipali tan-negozjati ser ikun li jiżgura l-ħruġ ordnat tar-Renju Unit b’mod li titnaqqas l-inċertezza u, sa fejn possibbli, jiġi minimizzat it-tfixkil ikkawżat minn din il-bidla f ’daqqa.Għal dak l-għan, l-ewwel fażi tan-negozjati ser ikollha bħala mira li:

– tingħata kemm jista’ jkun ċarezza u ċertezza tad-dritt liċ-ċittadini, lin-negozji, lill-partijiet ikkonċernati u lis-sħab internazzjonali dwar l-effetti immedjati tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni;

Page 62: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

60

– jiġi solvut kif ir-Renju Unit ser jinħall mill-Unjoni u mid-drittijiet u l-obbligi kollha tiegħu li jirriżultaw mill-impenji meħuda bħala Stat Membru.

Il-Kunsill Ewropew ser isegwi l-progress mill-qrib u ser jiddetermina jekk ikunx sar progress biżżejjed biex in-negozjati jkunu jistgħu jipproċedu għall-fażi li jmiss.

5. Filwaqt li ftehim dwar relazzjoni futura bejn l-Unjoni u r-Renju Unit bħala tali ma jistax jiġi konkluż u finalizzat qabel ma r-Renju Unit ikun sar pajjiż terz, l-Artikolu 50 TUE jirrikjedi li f l-arranġamenti għall-ħruġ għandu jiġi kkunsidratil-qafas tar-relazzjonijiet futuri tiegħu mal-Unjoni. Għal dan il-għan, matul tieni fażi tan-negozjati skont l-Artikolu 50 għandu jiġi identifikat fehim ġenerali dwar il-qafas għar-relazzjonijiet futuri. Ninsabu lesti li nidħlu f ’diskussjonijiet preliminari u preparatorji għal dan il-għan fil-kuntest tan-negozjati skont l-Artikolu 50 TUE, hekk kif il-Kunsill Ewropew jiddeċiedi li jkun sar biżżejjed progress f l-ewwel fażi lejn ftehim sodisfaċenti dwar l-arranġamenti għal ħruġ ordnat.

6. Sal-punt neċessarju u legalment possibbli, in-negozjati jistgħu wkoll jipprovaw jiddeterminaw arranġamenti transizzjonali li jkunu f l-interess tal-Unjoni u, kif opportun, joħolqu pontijiet li jwasslu għall-qafas prevedibbli għar-relazzjoni futura fid-dawl tal-progress miksub. Kwalunkwe arranġament transizzjonali bħal dan irid ikun definit b’mod ċar, limitat fiż-żmien, u soġġett għal mekkaniżmi effettivi ta’ infurzar. Jekk tiġi kkunsidrata estensjoni limitata fiż-żmien tal-acquis tal-Unjoni, ikun hemm bżonn li japplikaw l-istrutturi u  l-istrumenti eżistenti tal-Unjoni fil-kamp regolatorju, baġitarju, superviżorju, ġudizzjarju u tal-infurzar.

7. Il-perijodu ta’ sentejn stipulat f l-Artikolu 50 TUE jintemm fid-29 ta’ Marzu 2019.

III. FTEHIM DWAR L-ARR ANĠAMENTI GĦAL ĦRUĠ ORDNAT

8. Id-dritt taċ-ċittadini kollha tal-UE, u tal-membri tal-familji tagħhom, li jgħixu, jaħdmu jew jistudjaw fi kwalunkwe Stat Membru tal-UE hu aspett fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Flimkien ma’ drittijiet oħra previsti fid-dritt tal-UE, dan sawwar il-ħajjiet u l-għażliet ta’ miljuni ta’ nies. Qbil dwar garanziji reċiproċi biex jitħarsu l-istatus u d-drittijiet li jirriżultaw mid-dritt tal-UE fid-data tal-ħruġ taċ-ċittadini tal-UE u tar-Renju Unit, u l-familji tagħhom, li jkunu affettwati bil-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ser ikun l-ewwel prijorità għan-negozjati. Dawk il-garanziji jridu jkunu effettivi, infurzabbli, nondiskriminatorji u komprensivi, inkluż id-dritt tal-kisba ta’ residenza permanenti wara perijodu kontinwu ta’ ħames snin ta’ residenza legali. Iċ-ċittadini għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom permezz ta’ proċeduri amministrattivi sempliċi u bla xkiel.

9. Barra dan, il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ser ikollu impatt fuq impriżi tal-UE li jinnegozjaw mar-Renju Unit u li joperaw fir-Renju Unit, kif ukoll fuq impriżi tar-Renju Unit li jinnegozjaw mal-Unjoni u li joperaw f l-Unjoni. Bl-istess mod, jista’ jaffettwa wkoll lil min ikkonkluda kuntratti u arranġamenti kummerċjali jew li jieħu sehem fi programmi ffinanzjati mill-UE abbażi tas-suppożizzjoni li r-Renju Unit jibqa’ membru tal-UE. In-negozjati għandhom jipprovaw

jevitaw vojt ġuridiku ladarba t-Trattati ma jibqgħux japplikaw għar-Renju Unit u, kemm jista’ jkun, jindirizzaw l-inċertezzi.

10. Saldu finanzjarju wieħed — inkluż kwistjonijiet li jirriżultaw mill-QFP kif ukoll dawk relatati mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) — għandu jiżgura li kemm l-Unjoni kif ukoll ir-Renju Unit jirrispettaw l-obbligi li jirriżultaw mill-perijodu kollu tas-sħubija tar-Renju Unit f l-Unjoni. Is-saldu għandu jkopri l-impenji kollha kif ukoll l-obbligazzjonijiet, inkluż l-obbligazzjonijiet kontinġenti.

11. L-Unjoni appoġġat b’mod konsistenti l-objettiv ta’ paċi u rikonċiljazzjoni minqux fil-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira fil-partijiet kollha tiegħu, u t-tkomplija tal-appoġġ u l-protezzjoni tal-kisbiet, il-benefiċċji u l-impenji tal-Proċess ta’ Paċi ser tibqa’ ta’ importanza assoluta. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi uniċi fil-gżira tal-Irlanda, ser ikunu meħtieġa soluzzjonijiet f lessibbli u  immaġinattivi, inkluż l-għan li tiġi evitata fruntiera fiżika, waqt li tiġi rrispettata l-integrità tal-ordni legali tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, l-Unjoni għandha wkoll tirrikonoxxi l-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali eżistenti bejn ir-Renju Unit u l-Irlanda li huma kompatibbli mad-dritt tal-UE.

12. L-Unjoni għandha taqbel mar-Renju Unit dwar l-arranġamenti fir-rigward taż-Żoni ta’ Bażi Sovrana tar-Renju Unit f ’Ċipru u tirrikonoxxi f ’dak ir-rigward il-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u r-Renju Unit li huma kompatibbli mad-dritt tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet u l-interessi ta’ dawk iċ-ċittadini tal-UE li huma residenti jew li qed jaħdmu fiż-Żoni ta’ Bażi Sovrana.

13. Wara l-ħruġ, ir-Renju Unit ma jibqax kopert bi ftehimiet konklużi mill-Unjoni jew mill-Istati Membri li jaġixxu f ’isimha jew mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li jaġixxu f limkien. L-Unjoni ser ikompli jkollha d-drittijiet u l-obbligi tagħha fir-rigward ta’ ftehimiet internazzjonali. F’dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew jistenna li r-Renju Unit jonora s-sehem tiegħu tal-impenji internazzjonali kollha li daħal għalihom fil-kuntest tas-sħubija tiegħu f l-UE. F’każijiet bħal dawn, għandu jkun hemm djalogu kostruttiv mar-Renju Unit dwar approċċ komuni possibbli lejn pajjiżi terzi sħab, organizzazzjonijiet internazzjonali u konvenzjonijiet ikkonċernati.

14. Il-ftehim dwar il-ħruġ ikun jeħtieġ jindirizza wkoll kwistjonijiet potenzjali li jirriżultaw mill-ħruġ f ’oqsma oħra ta’ kooperazzjoni, inkluż kooperazzjoni ġudizzjarja, infurzar tal-liġi u sigurtà.

15. Filwaqt li l-post futur tas-sedi tal-aġenziji u  l-faċilitajiet tal-UE li jinsabu fir-Renju Unit hija kwistjoni li trid tiġi solvuta malajr mis-27 Stat Membru, għandhom jinstabu arranġamenti biex jiġi ffaċilitat it-trasferiment tagħhom.

16. Għandhom jinstabu arranġamenti li jiżguraw iċ-ċertezza tad-dritt u t-trattament ugwali għall-proċeduri ġudizzjarji kollha pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fid-data tal-ħruġ li jinvolvu lir-Renju Unit jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi fir-Renju Unit. Il-qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha tibqa’ kompetenti li tiddeċiedi dwar dawn il-proċeduri. Bl-istess mod, għandhom jinstabu arranġamenti għall-proċeduri amministrattivi pendenti quddiem il-Kummissjoni Ewropea u l-aġenziji tal-Unjoni

Page 63: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

61

fid-data tal-ħruġ li jinvolvu lir-Renju Unit jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi fir-Renju Unit. Barra minn hekk, għandhom ikunu previsti arranġamenti għall-possibbiltà li proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji jinbdew wara l-ħruġ għal fatti li jkunu seħħew qabel id-data tal-ħruġ.

17. Il-ftehim dwar il-ħruġ għandu jkun fih mekkaniżmi adatti għas-soluzzjoni tat-tilwim u għall-infurzar rigward l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-ftehim dwar il-ħruġ, kif ukoll tal-arranġamenti istituzzjonali debitament ċirkoskritti li jippermettu l-adozzjoni ta’ miżuri neċessarji biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet mhux previsti fil-ftehim dwar il-ħruġ. Dan għandu jsir filwaqt li jitqies l-interess tal-Unjoni li tipproteġi b’mod effettiv l-awtonomija tagħha u l-ordni legali tagħha, inkluż ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

IV. DISKUSSJONIJIET PRELIMINARI U PREPAR ATORJI DWAR QAFAS GĦAR-RELAZZJONI FUTUR A BEJN L-UNJONI U R-RENJU UNIT

18. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ pożittivament u  jikkondividi x-xewqa tar-Renju Unit li tiġi stabbilita sħubija mill-qrib bejn l-Unjoni u r-Renju Unit wara l-ħruġ tiegħu. Għalkemm relazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiż li mhux Stat Membru ma tistax toffri l-istess benefiċċji bħas-sħubija f l-Unjoni, jibqa’ f l-interess taż-żewġ partijiet li jkun hemm rabtiet qawwija u  kostruttivi u  li dawn jinkludu aktar minn sempliċi kummerċ.

19. Il-Gvern Brittaniku indika li mhuwiex ser ifittex li jibqa’ fis-Suq Uniku, iżda li jixtieq jasal għal ftehim ta’ kummerċ ħieles ambizzjuż mal-Unjoni Ewropea. Fuq il-bażi tal-interessi tal-Unjoni, il-Kunsill Ewropew jinsab lest li jibda ħidma lejn ftehim dwar il-kummerċ, li jiġi ffinalizzat u konkluż ladarba r-Renju Unit ma jkunx għadu Stat Membru.

20. Kwalunkwe ftehim ta’ kummerċ ħieles għandu jkun bilanċjat, ambizzjuż u estensiv. Madankollu, dan ma jistax ikun ekwivalenti għall-parteċipazzjoni fis-Suq Uniku jew f ’partijiet minnu, għar-raġuni li dan jista’ jdgħajjef l-integrità u l-funzjonament tajjeb tiegħu. Għandu jiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti għal kulħadd, b’mod partikolari f ’termini ta’ kompetizzjoni u għajnuna mill-istat, u f ’dan ir-rigward jinkludi salvagwardji kontra vantaġġi kompetittivi żleali li jirriżultaw, fost l-oħrajn, minn miżuri u prattiki fiskali, soċjali, ambjentali u regolatorji.

21. Kwalunkwe qafas futur għandu jħares l-istabbiltà finanzjarja f l-Unjoni u jirrispetta s-sistema u l-istandards regolatorji u superviżorji tagħha u l-applikazzjoni tagħhom.

22. L-UE lesta biex tistabbilixxi sħubijiet f ’oqsma mhux relatati mal-kummerċ, b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità internazzjonali, kif ukoll is-sigurtà, id-difiża u l-politika barranija.

23. Jinħtieġ li s-sħubija futura tinkludi mekkaniżmi adatti ta’ infurzar u  ta’ soluzzjoni tat-tilwim li ma jaffettwawx l-awtonomija tal-Unjoni, b’mod partikolari l-proċeduri tagħha għat-teħid tad-deċiżjonijiet.

24. Wara li r-Renju Unit iħalli l-Unjoni, ebda ftehim bejn l-UE u r-Renju ma jista’ japplika għat-territorju ta’ Ġibiltà mingħajr qbil bejn ir-Renju ta’ Spanja u r-Renju Unit.

V. PRINĊIPJU TA’ KOOPER AZZJONI LEALI

25. Sal-mument li jħalli l-Unjoni, ir-Renju Unit jibqa’ Membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea, soġġett għad-drittijiet u l-obbligi kollha stipulati fit-Trattati u skont id-dritt tal-UE, inkluż il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali.

26. Il-Kunsill Ewropew jirrikonoxxi l-ħtieġa, fil-kuntest internazzjonali, li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi tar-Renju Unit bħala Stat Membru li ħiereġ, dment li dan jirrispetta l-obbligi tiegħu u jibqa’ leali lejn l-interessi tal-Unjoni waqt li jkun għadu Membru. Bl-istess mod, l-Unjoni tistenna li r-Renju Unit jirrikonoxxi l-ħtieġa tas-27 Stat Membru li jiltaqgħu u jiddiskutu kwistjonijiet relatati mas-sitwazzjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit.

27. Sakemm ir-Renju Unit jibqa’ membru, jinħtieġ li l-ħidma kollha tal-UE li tkun għaddejja tibqa’ tipproċedi kemm jista’ jkun mingħajr xkiel bħala ħidma tat-28. Il-Kunsill Ewropew jibqa’ kommess li jmexxi ‘l quddiem b’ambizzjoni l-prioritajiet li l-Unjoni għamlet għaliha nfisha. In-negozjati mar-Renju Unit ser jinżammu separati mill-ħidma li tkun għaddejja tal-Unjoni, u ma għandhomx ifixklu l-progress ta’ din il-ħidma.

VI. ARR ANĠAMENTI PROĊEDUR ALI GĦAN-NEGOZJATI SKONT L-ARTIKOLU 50

28. Il-Kunsill Ewropew japprova l-arranġamenti deskritti fid-dikjarazzjoni tas-27 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern fil-15 ta’ Diċembru 2016.

Page 64: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

62

KUMMENTI MILL-PRESIDENT DONALD TUSK QABEL IS-SUMMIT TAL-G7

F'TAORMINA, L-ITALJA — 26 TA' MEJJU 2017

Qegħdin niltaqgħu hawnhekk f ’Taormina bħala l-G7 biex niddiskutu l-aktar kwistjonijiet globali urġenti. M’hemmx dubju li dan ser ikun l-aktar Summit tal-G7 ta’ sfida f ’dawn l-aħħar snin. Kulħadd jaf li l-mexxejja li qed jiltaqgħu llum, kultant ikollhom pożizzjonijiet tassew differenti dwar suġġetti bħat-tibdil fil-klima u l-kummerċ. Iżda r-rwol tagħna bħala l-UE huwa li nagħmlu minn kollox sabiex inżommu l-għaqda tal-G7 minn kull aspett.L-aktar importanti, jeħtieġ li l-għaqda tinżamm fir-rigward tad-difiża tal-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli. Inħabbtu wiċċna kuljum ma’ dawn il-problemi globali strateġiċi li huma ta’ theddida għall-paċi u s-sigurtà f l-Ewropa, f l-Asja u fil-Lvant Nofsani. Mill-gwerra fis-Sirja u l-aggressjoni Russa f l-Ukrajna, sat-testijiet tal-missili nukleari u  ballistiċi fil-Korea ta’ Fuq, u  r-reklamazzjoni tal-art u  l-militarizzazzjoni fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar. Jekk il-grupp tagħna ma jkunx determinat u magħqud biżżejjed, nistgħu nitilfu l-kontroll tas-sitwazzjoni fid-dinja.Nistenna li l-G7 juri għaqda fir-rigward tal-kunf litt f l-Ukrajna. Nappoġġaw bis-sħiħ l-indipendenza, l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna. Soluzzjoni għal dan il-kunf litt tista’

tintlaħaq biss permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta’ Minsk. Mill-aħħar summit tal-G7 fil-Ġappun ‘l hawn ma rajna xejn li jista’ jiġġustifika bidla fil-politika tas-sanzjonijiet tagħna fil-konfront tar-Russja. Għalhekk, nappella lill-mexxejja l-oħra tal-G7 biex jikkonfermaw mill-ġdid din il-politika.Il-G7 għandu wkoll jibqa’ magħqud fir-rigward tat-tmiem tal-brutalità fis-Sirja. Għandna nkunu lesti nżidu l-isforzi tagħna biex negħlbu t-terroriżmu fis-Sirja, u biex tinstab soluzzjoni politika. Dawk li kienu involuti fil-kriżi u kkooperaw mar-reġim ta’ Assad, bħall-Iran u r-Russja, għandhom responsabbiltà partikolari. Minf lok jaħlu ż-żmien, dawn għandhom jużaw l-inf luwenza tagħhom biex jimplimentaw waqfien mill-ġlied reali, iwaqqfu l-użu tal-armi kimiċi u jiżguraw aċċess umanitarju sigur u immedjat lill-persuni kollha fil-bżonn.Fl-aħħar nett, ippermettuli ngħid li neħtieġu wkoll l-għaqda tal-G7 fil-ġestjoni tal-kriżi tal-migrazzjoni. Din hija sfida globali, iżda hawnhekk fi Sqallija din hija wkoll problema reali fil-livell lokali. L-għan tal-UE kien li tal-inqas jinżamm il-livell attwali ta’ kooperazzjoni internazzjonali f l-indirizzar ta’ din il-kriżi. Għad irridu naraw hux ser jirnexxielna. Nirringrazzjakom.

Page 65: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

63

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW —

22–23 TA' ĠUNJU 2017

Illum il-Kunsill Ewropew iffoka fuq it-tisħiħ tal-Ewropa u l-protezzjoni taċ-ċittadini tagħha permezz ta’ miżuri effettivi għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u biex ikunu żviluppati s-sigurtà u d-difiża komuni tagħha, biex ikun żgurat l-iżvilupp ekonomiku tagħha f ’dinja globalizzata, biex tiġi trattata l-migrazzjoni u biex ikunu protetti l-fruntieri esterni tagħha. Unjoni b’saħħitha u determinata hija l-aqwa mod kif jiġu promossi l-valuri u l-interessi tagħna, tkun appoġ ġata sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli u jiġu mmobilizzati sħab favur politika pożittiva dwar il-klima. Tgħin ukoll issawwar globalizzazzjoni sabiex jinkisbu l-benefiċċji ta’ swieq miftuħa, filwaqt li tipproteġi kontra prattiki inġusti u tippromwovi l-istandards soċjali, ambjentali, tas-saħħa u dawk tal-konsumatur li huma ċentrali għall-mod ta’ għajxien Ewropew. Il-Kunsill Ewropew ta ġieħ lil Helmut Kohl, Ċittadin Onorarju tal-Ewropa, li miet fis-16 ta’ Ġunju 2017.

I. SIGURTÀ U DIFIŻA

Sigurtà interna u l-ġlieda kontra t-terroriżmu1. Il-Kunsill Ewropew jikkundanna bil-qawwa l-attakki

terroristiċi reċenti u  jinsab magħqud u  determinat fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-mibegħda u  l-estremiżmu vjolenti. Dawn l-atti saħħew id-determinazzjoni tagħna biex nikkooperaw fil-livell tal-UE sabiex insaħħu s-sigurtà interna tagħna: aħna ser niġġieldu kontra t-tixrid tar-radikalizzazzjoni online, nikkoordinaw il-ħidma tagħna fuq il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti u  l-indirizzar tal-ideoloġija, infixklu l-finanzjament tat-terroriżmu, niffaċilitaw skambji rapidi u  mmirati ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inkluż mas-sħab ta’ fiduċja, u ntejbu l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet ta’ data.

2. L-industrija għandha r-responsabbiltà tagħha stess biex tgħin fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità online. Abbażi tal-ħidma tal-Forum tal-UE dwar l-Internet, il-Kunsill Ewropew jistenna li l-industrija tistabbilixxi Forum għall-Industrija u li tiżviluppa teknoloġija u għodod ġodda biex jittejbu d-detezzjoni awtomatika u t-tneħħija ta’ kontenut li jinċita l-atti terroristiċi. Dan għandu jiġi kkumplimentat bil-miżuri leġislattivi rilevanti fil-livell tal-UE, jekk meħtieġ. Huwa jappella biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minn sistemi li jippermettu li t-terroristi jikkomunikaw b’modi li l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jaċċessaw, inkluż il-kriptaġġ minn tarf sa tarf, filwaqt li jiġu ssalvagwardati l-benefiċċji li jirriżultaw minn dawn is-sistemi għall-protezzjoni tal-privatezza, tad-data u tal-komunikazzjoni. Il-Kunsill Ewropew iqis li l-aċċess effettiv għall-evidenza elettronika huwa essenzjali fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu u li d-disponibbiltà tad-data għandha tkun żgurata, soġġett għal salvagwardji adatti.

3. Il-qbil dwar is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ, li mistenni jintlaħaq dalwaqt, u l-finalizzazzjoni qabel tmiem is-sena ta’ Sistema

Ewropea ta’ Informazzjoni u  ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) ser iwittu t-triq għal implimentazzjoni rapida tagħhom, u b’hekk jissaħħu l-kontroll fil-fruntieri esterni u  s-sigurtà interna filwaqt li jiġu kkunsidrati is-sitwazzjonijiet speċifiċi f l-Istati Membri li għadhom ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ. F’dak il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex tħejji kemm jista’ jkun malajr abbozz ta’ leġislazzjoni li tippromulga l-proposti li saru mill-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar l-interoperabbiltà.

4. Jeħtieġ li naċċelleraw l-isforzi kollettivi tagħna biex nikkondividu l-għarfien dwar il-ġellieda terroristi barranin kif ukoll dwar l-individwi radikalizzati internament u mmexxu ‘l quddiem miżuri legali u ta’ politika biex it-theddida tiġi ġestita.

5. Il-Kunsill Ewropew jissottolinja l-importanza li jingħata appoġġ lill-vittmi ta’ atti terroristiċi.

Sigurtà esterna u difiża6. Il-Kunsill Ewropew itenni l-impenn tiegħu biex isaħħaħ

il-kooperazzjoni tal-UE fir-rigward tas-sigurtà esterna u d-difiża sabiex jipproteġi l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha u jikkontribwixxi għall-paċi u l-istabbiltà fil-viċinat tagħha u  ‘l hinn minnu. Flimkien mal-kapaċitajiet diplomatiċi u  ċivili kollha tagħha, l-UE ġġib magħha taħlita unika ta’ possibbiltajiet għall-benefiċċju ta’ dan il-proġett. Kif rif less fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju u tad-19 ta’ Ġunju 2017, sar progress sinifikanti f l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE fil-qasam tas-Sigurtà u d-Difiża u  d-Dikjarazzjoni Konġunta ffirmata f ’Varsavja mill-mexxejja tal-UE u n-NATO. Ir-relazzjoni trans-Atlantika u l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO jibqgħu kruċjali għas-sigurtà globali tagħna, biex b’hekk inkunu nistgħu nwieġbu għat-theddid għas-sigurtà li qed jevolvi, inkluż it-theddid ċibernetiku, dak ibridu u t-terroriżmu. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-istabbiliment f ’Helsinki ta’ Ċentru Ewropew ta’ Eċċellenza għall-Ġlieda Kontra t-Theddid Ibridu. Il-konferenza ta’ livell għoli dwar is-sigurtà u d-difiża li saret fi Praga fid-9 ta’ Ġunju 2017 issottolinjat kemm il-kumplimentarjetà bejn l-UE u n-NATO kif ukoll il-ħtieġa li jsiru sforzi Ewropej akbar sabiex jissaħħu r-riċerka, il-kapaċitajiet u l-operazzjonijiet tagħna relatati mad-difiża.

7. L-iżvilupp konġunt ta’ proġetti ta’ kapaċità maqbula b’mod komuni mill-Istati Membri biex ikunu indirizzati n-nuqqasijiet sinifikanti eżistenti u  jiġu żviluppati t-teknoloġiji tal-ġejjieni, huwa kruċjali biex jiġi ssodisfat il-livell ta’ ambizzjoni tal-UE approvat mill-Kunsill Ewropew f ’Diċembru  2016. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Fond Ewropew għad-Difiża, magħmul minn parti għar-riċerka u parti għall-kapaċitajiet, u jistenna b’interess l-operazzjonalizzazzjoni

Page 66: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

64

rapida tiegħu. Huwa jappella għal ftehim rapidu dwar il-proposta għal Programm Ewropew għall-Iżvilupp f l-Industrija tad-Difiża bil-ħsieb tal-implimentazzjoni rapida tiegħu, qabel ma jkunu jistgħu jiġu previsti programmi aktar komprensivi fuq terminu medju. Il-Kunsill Ewropew jappella lill-Istati Membri biex jidentifikaw proġetti ta’ kapaċità adatti għall-Fond Ewropew għad-Difiża u għall-Programm Ewropew għall-Iżvilupp f l-Industrija tad-Difiża. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Istati Membri biex ikomplu l-ħidma fuq għażliet għall-akkwist konġunt ta’ kapaċitajiet fi ħdan il-Fond Ewropew għad-Difiża bbażati fuq mekkaniżmi ta’ finanzjament sodi. L-objettiv huwa li jitwasslu l-kapaċitajiet, li tkun żgurata bażi kompetittiva, innovattiva u bbilanċjata għall-industrija tad-difiża tal-Ewropa f l-UE kollha, inkluż permezz tal-kooperazzjoni transfruntiera u l-parteċipazzjoni tal-SMEs, u li jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tad-difiża, billi jkunu sfruttati sinerġiji u jkun mobilizzat l-appoġġ tal-UE f limkien mal-finanzjament tal-Istati Membri. L-iżvilupp f l-industrija tad-difiża Ewropea ser jeħtieġ ukoll l-appoġġ tal-UE għal investimenti minn SMEs u intermedjarji (mid-cap) fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża. F’dan ir-rigward, il-Kunsill Ewropew ifakkar f l-istedina tiegħu lill-Bank Ewropew tal-Investiment biex jeżamina l-passi bil-ħsieb li jingħata appoġġ għall-investimenti f ’attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp fil-qasam tad-difiża.

8. Biex isaħħaħ is-sigurtà u d-difiża tal-Ewropa f l-ambjent ġeopolitiku mimli sfidi tal-lum u biex jgħin fil-kisba tal-livell ta’ ambizzjoni tal-UE espress f l-Istrateġija Globali tal-UE, il-Kunsill Ewropew jaqbel dwar il-ħtieġa għat-tnedija ta’ Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) li tkun inklużiva u  ambizzjuża. Fi żmien tliet xhur, l-Istati Membri ser ifasslu lista komuni ta’ kriterji u  impenji vinkolanti, kompletament konformi mal-Artikoli 42(6) u 46 TUE u mal-Protokoll 10 għat-Trattat, inkluż bil-ħsieb li jitwettqu l-missjonijiet l-aktar impenjattivi, b’kalendarju preċiż u mekkaniżmi ta’ valutazzjoni speċifiċi, sabiex l-Istati Membri li huma f ’pożizzjoni li jagħmlu dan, ikunu jistgħu jinnotifikaw l-intenzjonijiet tagħhom li jipparteċipaw mingħajr dewmien. Din il-ħidma għandha tkun konsistenti mal-ippjanar u  l-impenji fid-difiża nazzjonali tal-Istati Membri maqbula fi ħdan in-NATO u  n-NU mill-Istati Membri kkonċernati. Jenħtieġ li jiġu wkoll identifikati proġetti u inizjattivi kollaborattivi konkreti b’appoġġ għall-miri, impenji u kriterji komuni tal-PESCO.

9. Bl-għan li jissaħħu l-istrumenti għar-reazzjoni rapida tal-UE, il-Kunsill Ewropew jaqbel li jenħtieġ li l-iskjerament tal-Gruppi Tattiċi tal-UE jitħallas bħala spiża komuni permezz tal-mekkaniżmu Athena li jiġi amministrat mill-UE, fuq bażi permanenti. Iħeġġeġ ukoll lill-Kunsill biex iħaffef il-ħidma tiegħu fuq rispons aħjar tal-immaniġġar ċivili ta’ kriżijiet.

10. Il-Kunsill Ewropew ser jerġa’ lura għal dawn il-kwistjonijiet f ’waħda mil-laqgħat tiegħu li jmiss.

II. IL-FTEHIM TA’ PARIĠI DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA

11. Il-Kunsill Ewropew jerġa’ jafferma bil-qawwa l-impenn tal-UE u l-Istati Membri tagħha li jimplimentaw il-Ftehim ta’ Pariġi malajr u b’mod sħiħ, biex jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-finanzjament għall-klima, u biex

ikomplu jmexxu fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-Ftehim jibqa’ pedament ta’ sforzi globali biex jiġi indirizzat b’mod effettiv it-tibdil fil-klima, u ma jistax jiġi nnegozjat mill-ġdid. Il-Ftehim huwa element ewlieni għall-modernizzazzjoni tal-industrija u l-ekonomija tal-Ewropa. Huwa wkoll kruċjali għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli; l-adozzjoni reċenti tal-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp, filwaqt li taħdem għal aġenda usa’, ser tikkontribwixxi wkoll għal dan l-objettiv. L-UE u l-Istati Membri tagħha ser issaħħu l-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali fil-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari mal-pajjiżi l-aktar vulnerabbli, u b’hekk ser turi solidarjetà mal-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni u  responsabbiltà għall-pjaneta kollha. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni jeżaminaw il-mezzi kollha biex jinkisbu dawn l-għanijiet. L-UE ser tkompli taħdem mill-qrib mal-atturi mhux statali kollha, billi tibni fuq l-eżempju li rnexxa pprovdut mill-Aġenda għal Azzjoni Klimatika Globali.

III. IMPJIEGI, TKABBIR U KOMPETITTIVITÀ

12. L-Ewropa teħtieġ impjiegi, tkabbir u kompetittività. Ir-ritorn tat-tkabbir ekonomiku fit-28 Stat Membru kollha huwa żvilupp pożittiv li jeħtieġ jiġi kkonsolidat. Il-Kunsill Ewropew iddiskuta kif l-aħjar jintuża l-potenzjal tas-Suq Uniku u tal-kummerċ u l-industrija għal dan l-għan, filwaqt li jiġi żgurat li dawn l-iżviluppi jkunu ta’ benefiċċju għall-partijiet kollha tas-soċjetà.

Suq Uniku13. Il-Kunsill Ewropew itenni l-importanza ta’ Suq Uniku li

jiffunzjona tajjeb bl-erba’ libertajiet tiegħu biex jitrawwem it-tkabbir, jinħolqu impjiegi u jkunu promossi l-investimenti u  l-innovazzjoni. Il-koleġislaturi għamluha possibbli li jinkiseb progress sinifikanti lejn il-ksib tal-objettiv komuni li jiġu kkompletati u jkunu implimentati d-diversi strateġiji sal-2018. Madankollu, għad hemm lakuni li jeħtieġu aktar attenzjoni. Għaldaqstant, il-Kunsill Ewropew +jenfasizza li jenħtieġu sforzi ulterjuri mill-UE u l-Istati Membri tagħha biex jinkiseb il-livell ta’ ambizzjoni kif inhu rif less fil-konklużjonijiet ta’ Ġunju 2016 għas-Suq Uniku, fosthom dwar is-servizzi, is-Suq Uniku Diġitali, l-Unjoni tas-Swieq Kapitali u l-Unjoni tal-Enerġija, inkluż l-interkonnessjonijiet. F’dan il-kuntest huwa jilqa’ r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu mill-Kummissjoni tas-Suq Uniku Diġitali u  tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Implimentazzjoni f ’waqtha u infurzar aħjar tal-leġislazzjoni eżistenti huma wkoll kruċjali għall-kisba tal-benefiċċji tas-Suq Uniku tal-Ewropa. Il-Kunsill ser jirrapporta lura lill-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2018 dwar il-progress f l-approfondiment, l-implimentazzjoni u  l-infurzar tas-Suq Uniku f l-aspetti kollha tiegħu. Sabiex inħarsu lil hinn mill-finalizzazzjoni tal-istrateġiji differenti tas-Suq Uniku u nevolvu lejn Suq Uniku ġust u validu għall-ħtiġijiet tal-ġejjieni, il-Kunsill Ewropew jappella lill-Kummissjoni biex tkompli r-rif lessjonijiet tagħha dwar mezzi innovattivi ta’ kif għandhom ikunu indirizzati opportunitajiet ġodda, sfidi u l-ostakli li fadal.

14. Il-Kunsill Ewropew jevalwa l-progress li sar dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u  jappella lil-

Page 67: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

65

leġislaturi biex jaqblu malajr dwar l-estensjoni u t-tisħiħ tal-Fond.

15. Filwaqt li jibbaża fuq l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Mejju 2017, li jappellaw għal strateġija futura għall-politika industrijali, il-Kunsill Ewropew jissottolinja r-rwol essenzjali tal-industrija bħala mutur ewlieni għat-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni f l-Ewropa. F’konformità mal-konklużjonijiet preċedenti tiegħu, huwa jappella għal azzjoni konkreta biex tiġi żgurata bażi industrijali b’saħħitha u kompetittiva tas-Suq Uniku.

Kummerċ16. L-UE ser taħdem għal politika kummerċjali robusta li

tiddefendi sistema kummerċjali multilaterali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli, bi rwol ċentrali għad-WTO. Filwaqt li temmen bis-sħiħ li l-kummerċ jikkontribwixxi għall-ħolqien tal-ġid u  l-impjiegi, huwa ser iżżomm is-swieq miftuħa u tiġġieled il-protezzjoniżmu. Ser tippromwovi b’mod attiv aġenda ambizzjuża għall-kummerċ ħieles fuq ix-xena globali. Għal dan l-għan, ser tfittex li trawwem kundizzjonijiet ekwi tassew, filwaqt li tibqa’ viġilanti fir-rigward tar-rispett u  l-promozzjoni ta’ standards ewlenin, inkluż standards soċjali, ambjentali, tas-saħħa u  tal-konsumatur, li huma fatturi essenzjali tal-istil ta’ ħajja Ewropea.

17. Il-Kunsill Ewropew huwa konvint li l-kummerċ u l-investiment jistgħu biss ikunu ħielsa jekk ikunu ukoll ġusti u ta’ benefiċċju reċiproku. Għaldaqstant, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-koleġislaturi biex jilħqu malajr qbil dwar strumenti għad-difiża tal-kummerċ moderni u kampatibbli mad-WTO, li ser jinfurzaw l-abbiltà tal-UE biex tindirizza b’mod effettiv prattiki kummerċjali inġusti u diskriminatorji u distorsjonijiet tas-suq. Huwa jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura l-applikazzjoni rapida u effettiva tagħhom permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni mhux leġislattivi sabiex il-prattiki kummerċjali u l-istrumenti ta’ difiża tal-UE jsiru aktar reattivi u effiċjenti u biex tipproponi, jekk ikun meħtieġ, miżuri komplimentari. Jappella wkoll lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex japprofondixxu u jmexxu ‘l quddiem id-dibattitu dwar kif tista’ titjieb reċiproċità fil-qasam tal-akkwist pubbliku u l-investiment. F’dan il-kuntest, jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tieħu r-riedni tal-globalizzazzjoni f ’idejha u, fost l-oħrajn, tanalizza l-investimenti minn pajjiżi terzi f ’setturi strateġiċi, filwaqt li tirrispetta b’mod sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri. Il-Kunsill Ewropew ser jerġa’ lura għal din il-kwistjoni f ’waħda mil-laqgħat li jmiss tiegħu.

18. Il-Kunsill Ewropew jinkoraġġixxi l-progress fin-negozjati kollha li għaddejjin bħalissa, inkluż dawk mal-Messiku, l-Mercosur u r-reġjun tal-Asja u l-Paċifiku, għal ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ambizzjużi u bbilanċjati, bir-reċiproċità u l-benefiċċji reċiproċi bħala prinċipji ta’ gwida. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-progress miksub reċentement fin-negozjati mal-Ġappun li jista’ jwitti t-triq għal ftehim politiku.

Semestru Ewropew19. Il-Kunsill Ewropew b’mod ġenerali jappoġġa

r-rakkomandazzjonijiet integrati speċifiċi għall-pajjiż kif diskussi mill-Kunsill, u b’hekk jippermetti l-konklużjoni tas-Semestru Ewropew tal-2017.

IV. MIGR AZZJONI20. Il-Kunsill Ewropew jibqa’ kommess lejn l-approċċ

komprensiv tal-Unjoni rigward il-migrazzjoni, il-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni biex irażżan u jimpedixxi l-f lussi illegali, ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u l-implimentazzjoni sħiħa u mhux diskriminatorja tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija f l-aspetti kollha tagħha u  fil-konfront tal-Istati Membri kollha. Il-viġilanza fuq ir-rotot migratorji kollha, inkluż ir-rotta tal-Balkani tal-Punent, ser tibqa’. Ser inkomplu nsaħħu u nagħmlu użu sħiħ tal-kapaċitajiet operazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u  tal-Kosta u  ta’ aġenziji oħrajn. Il-kontroll effettiv fil-fruntieri esterni għandu jippermetti li jitneħħew il-kontrolli temporanji fil-fruntieri interni.

21. Il-ħajjiet li qed jintilfu u  l-f lussi migratorji kontinwi ta’ migranti primarjament ekonomiċi fuq ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali huma sfida strutturali u  jibqgħu kwistjonijiet ta’ tħassib urġenti u serju. L-UE u l-Istati Membri tagħha ser ikollhom jerġgħu jġibu l-kontroll biex jevitaw kriżi umanitarja agħar. Għaldaqstant jeħtieġ li jaġixxu issa u  b’mod deċiżiv billi jagħtu spinta lill-koordinazzjoni u r-riżultati f l-elementi kollha li jinsabu fid-Dikjarazzjoni ta’ Malta, il-Qafas ta’ Sħubija u l-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt tal-Belt Valletta, b’appoġġ ta’ riżorsi finanzjarji suffiċjenti. Dan jimplika wkoll kooperazzjoni kontinwa u msaħħa mal-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ transitu, inkluż it-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali għall-attivitajiet ta’ Tfittxija u Salvataġġ li tibqa’ prijorità għolja. It-taħriġ u l-għoti ta’ tagħmir lill-Gwardja tal-Kosta Libjana huma komponent ewlieni tal-approċċ tal-UE u għandhom jitħaffu. L-IOM u l-UNHCR ser jibqgħu sħab importanti, inkluż sabiex jiġi ffaċilitat ir-ritorn volontarju u jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza. Il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi ta’ oriġini u ta’ transitu għandha tkun rinfurzata sabiex tkun ikkontrollata l-pressjoni migratorja fuq il-fruntieri tal-art tal-Libja u ta’ pajjiżi oħra viċini. F’dan il-kuntest il-Kunsill Ewropew jissottolinja l-importanza li tiġi appoġġata l-forza Konġunta tal-G5 tas-Saħel. Hemmhekk, bħal postijiet oħra, l-isfrattu ta’ mudelli kummerċjali tal-faċilitaturi ta’ dħul klandestin u traffikanti ta’ bnedmin jibqa’ objettiv kruċjali, inkluż permezz ta’ kontroll aħjar tal-kummerċ tat-tagħmir użat minnhom.

22. Għandhom isiru wkoll aktar sforzi biex jinkiseb progress reali fil-politika ta’ ritorn u ta’ riammissjoni. Abbażi tal-Pjan ta’ Azzjoni Mġedded dwar ir-Ritorn, għandhom jiġu stabbiliti ftehimiet ta’ riammissjoni li joperaw sew u arranġamenti prammatiċi ma’ pajjiżi terzi mingħajr aktar dewmien, billi jintużaw il-lievi possibbli kollha, inkluż billi tiġi vvalutata mill-ġdid il-politika dwar il-viżi fil-konfront ta’ pajjiżi terzi, kif meħtieġ. Arranġamenti bilaterali tal-Istati Membri ma’ pajjiżi terzi jikkontribwixxu wkoll għal dan l-objettiv.

23. Il-Kunsill Ewropew jirriafferma l-konklużjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil (SEK A). Bis-saħħa tal-progress li sar taħt il-Presidenza Maltija, hemm fehim komuni li jeħtieġ li s-SEK A riformata issib l-aħjar bilanċ bejn ir-responsabbiltà u  s-solidarjetà u li jeħtieġ li hi tiżgura r-reżiljenza għal kriżijiet futuri. Is-sistema trid tkun effiċjenti, tkun tista’ tirreżisti l-pressjoni

Page 68: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

66

migratorja, telimina fatturi ta’ attrazzjoni kif ukoll movimenti sekondarji, f ’konformità mal-liġi internazzjonali, tiġġieled kontra l-abbuż u tipprovdi appoġġ adegwat lill-Istati Membri l-aktar milquta. Il-Kummissjoni hija mistiedna tesplora soluzzjonijiet possibbli biex jitnaqqas il-piż fuq l-Istat Membri l-aktar esposti. Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u jkunu evitati kriżijiet ġodda, il-kunċett ta’ “pajjiż terz bla periklu” għandu jkun allinjat mar-rekwiżiti effettivi li jirriżultaw mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra u l-liġi primarja tal-UE, filwaqt li jkunu rispettati l-kompetenzi tal-UE u dawk tal-Istati Membri skont it-Trattati. F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jappella li tiġi avvanzata l-ħidma fuq lista tal-UE ta’ pajjiżi terzi bla periklu. Dan ser ikun parti minn ftehim globali futur dwar is-SEK A. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kunsill ikompli n-negozjati abbażi ta’ dan u jemenda l-proposti leġislattivi kif meħtieġ, bl-għajnuna attiva tal-Kummissjoni. Il-Kunsill Ewropew ser jerġa’ lura għal dawn il-kwistjonijiet.

V. EWROPA DIĠITALI24. Jekk inħarsu ‘l quddiem lejn il-programm ta’ ħidma għat-tieni

nofs tas-sena, u b’mod partikolari s-Summit Diġitali f ’Tallinn fid-29 ta’ Settembru 2017, il-Kunsill Ewropew jenfasizza l-importanza sovrastanti ta’ viżjoni diġitali ambizzjuża għall-Ewropa, is-soċjetà u l-ekonomija tagħha. Jenħtieġ approċċ olistiku għal dak li hu diġitali biex jiġu ffaċċjati l-isfidi tar-raba’ rivoluzzjoni industrijali u jintużaw l-opportunitajiet li jirriżultaw minnha. Dan jirrikjedi l-implimentazzjoni tal-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali f l-elementi kollha tagħha. Fl-istess ħin, għandna nieħdu ħarsa usa’ lejn is-swieq, l-infrastruttura, il-konnettività, l-aspetti soċjali u kulturali, inkluż il-qasma diġitali, normi u standards, kontenut u data, l-investiment, is-sigurtà ċibernetika, il-gvern elettroniku (e-government) u r-riċerka & l-iżvilupp. Sabiex jintlaħqu l-isfidi taċ-ċibersigurtà attwali u futuri, il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel rieżami tal-Istrateġija taċ-Ċibersigurtà f ’Settembru u biex tipproponi aktar azzjonijiet immirati qabel tmiem is-sena.

Page 69: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

67

KUMMENTI MILL-PRESIDENT DONALD TUSK QABEL IS-SUMMIT TAL-G20

F'HAMBURG, IL-ĠERMANJA — 7 TA' LULJU 2017

K if tafu, wieħed mis-suġġetti tal-G20 huwa l-migrazzjoni. L-Ewropa i lha tissara ma’ mewġa mingħajr preċedent ta’ migrazzjoni illegali għal dawn l-aħħar sentejn. Irnexxielna negħlbu mill-biċċa l-kbira l-kriżi fuq ir-rotta tal-Lvant tal-Mediterran. Ikkonkludejna ftehim mat-Turkija u saħħaħna l-kooperazzjoni tagħna mal-istati Balkani. Ir-riżultat huwa t-tnaqqis fin-numru ta’ immigranti irregolari minn 158 elf f l-ewwel nofs tal-2016, għal disat elef f l-ewwel nofs tal-2017. Madankollu, is-sitwazzjoni fir-rotta tal-Mediterran Ċentrali, jiġifieri mil-Libja lejn l-Italja, għadha kritika. Sabiex din tiġi indirizzata, neħtieġu s-solidarjetà u l-kooperazzjoni tal-komunità internazzjonali. Illum b’mod partikolari hija l-Italja li teħtieġ din is-solidarjetà. L-objettiv tagħna għandu jkun li nwaqqfu b’mod effettiv din il-mewġa mill-oriġini tagħha, jiġifieri f l-Afrika ta’ Fuq. Dan huwa l-kompitu ewlieni għall-UE. F’dan ir-rigward, l-Italja tista’ toqgħod fuq l-għajnuna tal-Ewropa f ’kull dimensjoni. Iżda dan ma jfissirx li l-Ewropa tkompli tiftaħ il-bieb għall-migrazzjoni illegali. Għaldaqstant, hawnhekk fil-G20, jien nitlob lill-mexxejja kollha biex jaħdmu qatigħ fil-ġlieda kontra l-persuni li jiffaċilitaw l-immigrazzjoni illegali.

Ninsabu impenjati f ’dan mhux biss minħabba l-pressjoni tal-migrazzjoni fuq l-Ewropa, iżda peress li din hija kwistjoni umanitarja reali. Il-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta’ migranti huwa kummerċ organizzat. Is-sena li għaddiet dan iġġenera 1.6 biljun dollaru fil-Libja biss. Dan il-qligħ jippermetti lit-traffikanti tad-dħul klandestin biex jikkontrollaw xi partijiet mill-pajjiż. Huma jikkooperaw ukoll mat-terroristi u jkomplu jdgħajfu l-istabbilizzazzjoni tal-Libja. Iżda fuq kollox, qed jintilfu ħajjiet innoċenti. S’issa din is-sena mietu aktar minn 2,000 persuna fuq il-baħar. U l-għadd ta’ persuni li jmutu fid-deżert huwa saħansitra ogħla.Neħtieġu aktar sforzi fil-livell internazzjonali biex jitkisser il-mudell kummerċjali tal-faċilitaturi tad-dħul klandestin. Għalhekk ser nipproponi li l-mexxejja kollha tal-G20 jsegwu s-sanzjonijiet tan-NU immirati kontra t-traffikanti tad-dħul klandestin. B’dan irrid infisser iffriżar tal-assi u projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar. Dan huwa l-minimu assolut li jista’ jsir fil-livell globali. Sfortunatament ikolli ngħid li llum lanqas għal dan il-minimu ma għandna l-appoġġ sħiħ. Jekk ma nirċevuhx, din ser tkun prova kerha tal-ipokresija ta’ wħud mill-membri tal-G20. Iżda jien għadni nittama li ser jirnexxielna. Nirringrazzjakom.

Page 70: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

68

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW —

19 TA' OTTUBRU 2017

Fil-bidu tal-laqgħa, il-Membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta lill-Istat Membru li għandu l-Presidenza ta’ sitt xhur tal-Kunsill ta ħarsa ġenerali lejn il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet preċedenti tal-Kunsill Ewropew.

I. MIGR AZZJONI1. L-approċċ segwit mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-

UE biex ikun żgurat kontroll sħiħ tal-fruntieri esterni qed jagħti r-riżultati u jrid jiġi kkonsolidat. B’mod ġenerali, il-f lussi migratorji qed jonqsu b’mod sinifikanti u l-għadd ta’ mwiet fuq il-baħar naqas.

2. Il-Kunsill Ewropew huwa determinat li jkompli bl-approċċ komprensiv, prammatiku u determinat tiegħu, u li japplikah kull fejn ikun meħtieġ. Dan jitlob:• viġilanza fuq ir-rotot migratorji kollha u  rieda li jkun

hemm reazzjoni għal kwalunkwe tendenza ġdida;• użu prammatiku, f lessibbli u kkoordinat tal-istrumenti

disponibbli kollha tal-UE u tal-Istati Membri;• appoġġ lill-Istati Membri affettwati jew involuti

direttament, inkluż permezz tal-appoġġ kontinwu minn aġenziji tal-UE;

• kooperazzjoni b'saħħitha ma' sħab internazzjonali kif ukoll ma' pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u ta' tluq;

• tnaqqis tal-inċentivi għall-migrazzjoni illegali permezz ta' ritorni effettivi;

• riżorsi finanzjarji u riżorsi oħrajn adegwati.3. Biex dan l-approċċ jiġi kkonsolidat u approfondit fuq ir-rotot

migratorji kollha, il-Kunsill Ewropew jappella wkoll għal dan li ġej:• impenn sħiħ espliċitu fir-rigward tal-kooperazzjoni

tagħna mat-Turkija dwar il-migrazzjoni u appoġġ għall-Balkani tal-Punent;

• implimentazzjoni sħiħa u nondiskriminatorja tal-Ftehim ta' Riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija mal-Istati Membri kollha;

• l-iżgurar ta' ritorni intensifikati b'mod sinifikanti permezz ta' azzjonijiet kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f 'dak tal-Istati Membri, bħal ftehimiet u arranġamenti ta' riammissjoni effettivi; l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiġi msaħħa aktar u taqdi rwol dejjem akbar f l-organizzazzjoni tar-ritorni;

• l-iżgurar li l-missjonijiet u  l-operazzjonijiet tal-PSDK ikollhom il-persunal kollu u  li l-mandati tagħhom jiġu adattati kif meħtieġ biex jassistu fil-ġlieda kontra n-netwerks tat-traffikanti u tal-faċilitaturi u biex jgħinu jiġi sfrattat il-mudell tan-negozju tagħhom; l-appoġġ għall-azzjoni tas-sħab tagħna tal-G5 tas-Saħel;

• l-applikazzjoni tal-iskemi ta' risistemazzjoni volontarja u l-iżvilupp tagħhom f limkien ma' sħab internazzjonali, b'mod partikolari mal-UNHCR;

• it-tisħiħ tal-informazzjoni u  l-kondiviżjoni tad-data fi ħdan l-UE, bejn l-Istati Membri, l-aġenziji  tal-ĠAI, u l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, kif ukoll mas-sħab internazzjonali; f 'dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jappella biex l-iskwadri ta' investigazzjoni konġunta operazzjonali jiġu estiżi fil-pajjiżi rilevanti;

• il-ħolqien u l-applikazzjoni tal-mezzi ta' inċentiv meħtieġa, bl-użu tal-politiki, l-istrumenti u l-għodod kollha rilevanti tal-UE, inkluż dawk dwar l-iżvilupp, il-kummerċ u l-viża, sabiex jinkisbu riżultati miżurabbli f 'termini ta' prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali u r-ritorn tal-migranti irregolari.

4. Fir-rigward tar-rotta tal-Mediterran Ċentrali, il-Kunsill Ewropew:• jirrikonoxxi l-kontribut sinifikanti li sar mill-Italja fuq ir-

rotta tal-Mediterran Ċentrali;• jappella għal sforzi kontinwi mill-UE u għal appoġġ lill-

Istati Membri biex iwaqqfu l-f lussi u jżidu r-ritorni, kif ukoll sabiex jibnu kooperazzjoni b'saħħitha mal-pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u ta' tluq;

• itenni l-importanza tal-ħidma mal-awtoritajiet Libjani u l-ġirien kollha tal-Libja sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-ġestjoni tal-fruntieri u jenfasizza l-urġenza li jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-komunitajiet lokali fil-Libja tul ir-rotot migratorji;

• iħeġġeġ u  jappella biex jiġu appoġġati, anke finanzjarjament, l-isforzi tal-UNHCR u l-IOM fil-Libja, is-Saħel u  fir-reġjun, inkluż biex jiġu ffaċilitati aktar ir-ritorni u  r-risistemazzjoni volontarji u  biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-akkoljenza f 'kooperazzjoni mal-awtoritajiet Libjani sabiex jiġi żgurat it-trattament uman tal-migranti;

• jieħu l-impenn li jiżgura finanzjament biżżejjed u mmirat, inkluż permezz tal-parti tal-Afrika ta' Fuq tal-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika, biex jirfed l-azzjonijiet meħtieġa relatati mal-migrazzjoni f l-Afrika ta' Fuq u jiffinanzja l-proġetti kollha rilevanti f l-2017 u wara, bi ħruġ ta' f lus f 'waqtu. Huwa jagħti lill-Kunsill l-inkarigu, bl-assistenza tal-Kummissjoni, li jagħmel segwitu operazzjonali immedjat biex jiżgura li dan l-impenn jitwettaq qabel il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru;

• jappella għal aktar sforzi biex tiġi stabbilita malajr preżenza permanenti tal-UE fil-Libja, wara konsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet fuq il-post.

Page 71: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

69

5. Il-Kunsill Ewropew jappella għal monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni tul ir-rotot tal-Mediterran tal-Lvant u tal-Punent fid-dawl taż-żidiet reċenti fil-f lussi migratorji.

6. Il-Kunsill Ewropew ifakkar li l-indirizzar tal-għeruq ta’ dak li jikkawża l-migrazzjoni u l-għoti ta’ opportunitajiet ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi ta’ tranżitu u ta’ oriġini huma parti mill-approċċ fit-tul tiegħu dwar il-migrazzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jilqa’ t-tnedija reċenti tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli, li jappoġġa l-investiment fil-pajjiżi Afrikani u  dawk tal-Viċinat. Huwa jilqa’ wkoll l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva ta’ Reżiljenza Ekonomika tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), li timmobilizza investimenti fil-pajjiżi tal-Viċinat. Huwa jistenna b’interess li jiddiskuti l-kooperazzjoni mas-sħab Afrikani fil-laqgħa li jmiss tas-Summit bejn l-Unjoni Afrikana u  l-Unjoni Ewropea.

7. Il-Kunsill Ewropew itenni l-impenn tiegħu lejn is-sistema ta’ Schengen u  jesprimi l-intenzjoni li jerġa’ “Lura għal Schengen” malajr kemm jista’ jkun filwaqt li jieħu kont sħiħ tal-interessi ta’ sigurtà proporzjonati tal-Istati Membri.

8. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-progress miksub s’issa fir-riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u jappella għal aktar konverġenza lejn ftehim li jikseb il-bilanċ it-tajjeb bejn ir-responsabbiltà u s-solidarjetà u jiżgura reżiljenza għal kriżijiet futuri, f ’konformità mal-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2017. Il-Kunsill Ewropew ser jerġa’ lura għal din il-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu f ’Diċembru, u ser ifittex li jilħaq kunsens matul l-ewwel nofs tal-2018.

II. EWROPA DIĠITALI9. Is-Summit Diġitali ta’ Tallinn fid-29 ta’ Settembru 2017

bagħat messaġġ qawwi dwar il-ħtieġa għal Ewropa Diġitali aktar b’saħħitha u aktar koerenti. Il-konklużjonijiet tal-Prim Ministru Ratas wara s-Summit jipprovdu bażi eċċellenti għal aktar ħidma fil-livelli kollha.

10. Id-diġitalizzazzjoni toffri opportunitajiet enormi għall-innovazzjoni, it-tkabbir u  l-impjiegi, ser tikkontribwixxi għall-kompetittività globali tagħna, u ser ittejjeb id-diversità kreattiva u kulturali. Biex jiġu sfruttati dawn l-opportunitajiet jeħtieġ li jiġu ttrattati b’mod kollettiv uħud mill-isfidi li ġġib magħha t-trasformazzjoni diġitali u jiġu rrieżaminati l-politiki affettwati mid-diġitalizzazzjoni. Il-Kunsill Ewropew jinsab lest jagħmel dak kollu li hu meħtieġ biex l-Ewropa ssir diġitali.

11. Biex tinbena b’suċċess Ewropa Diġitali, l-UE teħtieġ b’mod partikolari:• gvernijiet u setturi pubbliċi li jidħlu b'mod sħiħ f l-

era diġitali u li jmexxu bl-eżempju: gvern elettroniku u  l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda, aċċessibilità, gvern b'punt ta' kuntatt waħdieni u l-prinċipju ta' darba biss, u  settur pubbliku diġitalizzat huma importanti għat-trasformazzjoni tas-soċjetajiet tagħna u biex jiġu appoġġati l-erba' libertajiet tal-UE. Il-Kunsill Ewropew jappella għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Ministerjali ta' Tallinn dwar il-Gvern elettroniku;

• qafas regolatorju orjentat lejn il-futur: it-tlestija tal-Istrateġija għal Suq Uniku Diġitali f l-elementi kollha tagħha sa tmiem l-2018 jibqa' kompitu essenzjali. Minkejja l-progress konsiderevoli li sar, jeħtieġ li l-ħidma f 'dan il-

qasam titħaffef sabiex tintlaħaq din l-iskadenza. Għal dan il-għan, il-Kunsill TTE/Telekomunikazzjoni addizzjonali f l-24  ta' Ottubru għandu jiddiskuti dwar kif titħaffef u tiġi pprijoritizzata l-ħidma fuq is-Suq Uniku Diġitali. Għandu jintlaħaq ftehim bejn il-koleġislaturi dwar l-imblukkar ġeografiku, is-servizzi tal-mezzi awdjoviżivi u l-konsenja tal-pakketti sa tmiem l-2017. Sa Ġunju 2018, il-koleġislaturi għandhom jaqblu wkoll dwar il-proposta tal-moviment liberu ta' data mhux personali u l-kodiċi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Il-Kunsill Ewropew jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati regoli adegwati dwar f lussi ta' data ma' pajjiżi terzi fi ftehimiet kummerċjali, mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni tal-UE. Barra minn hekk, għandhom isiru sforzi biex in-negozjati dwar id-drittijiet tal-awtur u  d-Direttiva dwar il-Kontenut Diġitali jkunu kwistjoni ta' prijorità. Il-Kunsill Ewropew jissottolinja wkoll il-ħtieġa ta' żieda fit-trasparenza fil-prattiki u l-użi tal-pjattaformi;

• infrastruttura u netwerk ta' komunikazzjoni tal-ogħla livell: dan jeħtieġ kooperazzjoni fil-livell tal-UE, fost l-oħrajn bil-għan li jinkisbu netwerks fissi u mobbli (5G) b'veloċità għolja ħafna u avvanzati fuq livell dinji madwar l-UE kollha u  disponibbiltajiet ikkoordinati u  miżjuda tal-ispettru sal-2020 skont kundizzjonijiet regolatorji u ekonomiċi konsistenti; dan min-naħa l-oħra jitlob li jiġu ddedikati r-riżorsi leġislattivi meħtieġa kollha, inkluż għadd suffiċjenti ta' trilogi, biex jintlaħaq ftehim dwar il-kodiċi għall-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż id-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar l-ispettru;

• approċċ komuni għaċ-ċibersigurtà: id-dinja diġitali teħtieġ il-fiduċja, u l-fiduċja tista' tinkiseb biss jekk niżguraw sigurtà aktar proattiva sa mit-tfassil tal-politiki diġitali kollha, nipprovdu ċertifikazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti u s-servizzi adegwata, u nżidu l-kapaċità tagħna li nipprevjenu, niskoraġġixxu, naqbdu u nittrattaw iċ-ċiberattakki. Għal dak il-għan, il-proposti tal-Kummissjoni dwar iċ-ċibersigurtà għandhom jiġu żviluppati b'mod olistiku, ippreżentati f 'waqthom u eżaminati mingħajr dewmien, abbażi ta' pjan ta' azzjoni li għandu jiġi stabbilit mill-Kunsill;

• il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità online: għandhom jiġu intensifikati l-isforzi għal dan il-għan kif stipulat mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Ġunju 2017. Il-Kunsill Ewropew jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Indirizzar tal-Kontenut Illegali Online u jtenni li huwa lest jappoġġa miżuri adatti fil-livell tal-UE, jekk dan ikun meħtieġ;

• swieq tax-xogħol, sistemi ta' taħriġ/edukazzjoni li huma adegwati għall-era diġitali: huwa meħtieġ li jsir investiment fil-ħiliet diġitali u li l-Ewropej kollha jingħataw is-setgħa u jiġu abilitati;

• sforz determinat għar-R&Ż u l-investiment: jiġu appoġġati forom ġodda ta' intraprenditorija, u  tiġi stimulata u  assistita t-trasformazzjoni diġitali tal-industriji u tas-servizzi. Strumenti tal-UE bħalma huma l-Programmi Qafas tal-UE, inkluż Orizzont 2020, il-Fondi Strutturali u  ta' Investiment Ewropej u  l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi jistgħu jgħinu biex jintlaħaq dan l-objettiv. L-UE għandha tesplora wkoll

Page 72: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

70

modi kif tistabbilixxi l-istrutturi u l-finanzjament xierqa biex tiġi appoġġata innovazzjoni rivoluzzjonarja;

• sens ta' urġenza li jiġu indirizzati xejriet emerġenti: dan jinkludi kwistjonijiet bħall-intelliġenza artifiċjali u  teknoloġiji tal-blockchain, waqt li f l-istess ħin jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tad-data, ta' drittijiet diġitali u ta' standards etiċi. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta approċċ Ewropew għall-intelliġenza artifiċjali sa kmieni f l-2018 u jappella lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-inizjattivi meħtieġa għat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet ta' qafas bil-ħsieb li jippermettu lill-UE tesplora swieq ġodda permezz ta' innovazzjonijiet radikali bbażati fuq ir-riskju u tafferma mill-ġdid ir-rwol minn ta' quddiem tal-industrija tagħha;

• sistema effettiva u  ġusta ta' tassazzjoni li hija adegwata għall-era diġitali: huwa importanti li jiġi żgurat li l-kumpaniji kollha jħallsu s-sehem ġust tagħhom tat-taxxi u  li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti globali ta' kompetizzjoni f 'konformità mal-ħidma tal-OECD li għaddejja bħalissa. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kunsill biex ikompli bl-eżami tiegħu tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni u jistenna b'interess proposti xierqa mill-Kummissjoni sa kmieni f l-2018.

12. L-objettiv tagħna jrid ikun li jinħoloq Suq Uniku aktar integrat u  li jinkisbu benefiċċji prattiċi għaċ-ċittadini u n-negozji Ewropej. Il-Kunsill Ewropew ser isegwi mill-qrib l-iżviluppi f ’dan il-qasam u  ser jipprovdi l-gwida meħtieġa. Huwa jistieden lill-istituzzjonijiet biex iżidu l-ħidma leġislattiva, u lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-leġislazzjoni rilevanti tal-UE u  jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa fi ħdan l-isfera ta’ kompetenza tagħhom sabiex isawru l-era diġitali l-ġdida. Il-Kunsill Ewropew ser jindirizza, fil-livell tiegħu, kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu solvuti fil-livell tal-Kunsill.

III. SIGURTÀ U DIFIŻA13. Il-Kunsill Ewropew ifakkar fil-konklużjonijiet tiegħu ta’

Ġunju 2017. Huwa jilqa’ l-progress sinifikanti li sar mill-Istati Membri fit-tħejjija ta’ notifika tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) b’lista komuni ta’ impenji, u fir-rigward tal-governanza tal-PESCO. Huwa jħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li huma f ’pożizzjoni li jagħmlu dan biex jinnotifikaw minnufih lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli bl-intenzjonijiet tagħhom li jipparteċipaw fil-PESCO. Dan ikun jippermetti t-tnedija tal-PESCO qabel tmiem is-sena, bil-ħsieb li jiġu implimentati minnufih l-impenji, inkluż it-tnedija tal-ewwel proġetti. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-ħidma li saret sa issa mill-koleġislaturi dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Programm Ewropew għall-Iżvilupp f l-Industrija tad-Difiża (EDIDP). Huwa jappella għal qbil fil-Kunsill sa tmiem is-sena, bil-ħsieb li jiġu konklużi malajr kemm jista’ jkun in-negozjati mal-Parlament Ewropew sabiex l-ewwel proġetti tal-kapaċitajiet identifikati mill-Istati Membri jkunu ffinanzjati f l-2019.

14. Il-Kunsill Ewropew iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżviluppaw mekkaniżmi ta’ finanzjament f lessibbli u sodi fil-Fond Ewropew għad-Difiża, biex ikun possibbli l-akkwist konġunt ta’ kapaċitajiet u/jew il-manutenzjoni konġunta tagħhom u bħala mod biex jittejjeb l-aċċess għal kapaċitajiet ta’ livell avvanzat. L-objettiv huwa li jitwasslu l-kapaċitajiet, li tkun żgurata bażi kompetittiva, innovattiva u bbilanċjata għall-industrija tad-difiża tal-Ewropa f l-UE kollha, inkluż permezz tal-kooperazzjoni transfruntiera u l-parteċipazzjoni tal-SMEs, u li jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tad-difiża, billi jkunu sfruttati sinerġiji u jkun mobilizzat l-appoġġ tal-UE f limkien mal-finanzjament tal-Istati Membri. L-iżvilupp f l-industrija tad-difiża Ewropea ser jeħtieġ ukoll l-appoġġ tal-UE għal investimenti minn SMEs u intermedjarji (mid-cap) fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża. Huwa jħeġġeġ lill-BEI biex jeżamina passi ulterjuri bil-ħsieb li jappoġġa l-investimenti favur ir-riċerka fid-difiża u l-attivitajiet ta’ żvilupp. Huwa jilqa’ t-tnedija tal-prova tar-Rieżami Annwali Kkoordinat dwar id-Difiża (CARD) li għandha tgħin biex tixpruna t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tad-difiża.

15. Il-Kunsill Ewropew jenfasizza l-ħtieġa għall-PESCO, il-Fond Ewropew għad-Difiża u l-CARD li jirrinforzaw lil xulxin b’mod reċiproku sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tad-difiża.

16. Il-Kunsill Ewropew ser jerġa’ lura għal din il-kwistjoni f ’Diċembru 2017 u ser jevalwa l-progress miksub fir-rigward tal-aspetti kollha tal-aġenda tas-sigurtà esterna u d-difiża kif imniżżel f ’Diċembru 2016.

IV. RELAZZJONIJIET ESTERNI17. Il-Kunsill Ewropew kellu dibattitu dwar ir-relazzjonijiet mat-

Turkija.18. Il-Kunsill Ewropew jappella lir-RDPK biex, mingħajr

dewmien, tikkonforma b’mod sħiħ u bla kundizzjonijiet mal-obbligi tagħha skont ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u tabbanduna l-programmi nukleari u ta’ missili ballistiċi tagħha b’mod komplet, verifikabbli u irreversibbli. L-imġiba reċenti tar-RDPK hija inaċċettabbli u  toħloq theddida sinifikanti lill-peniżola Koreana u  lil hinn. Il-Kunsill Ewropew jenfasizza li paċi dejjiema u  denuklearizzazzjoni tal-peniżola Koreana għandhom jinkisbu permezz ta’ mezzi paċifiċi, permezz ta’ djalogu kredibbli u sinifikattiv. Ir-reġim ta’ sanzjonijiet tal-UE fir-rigward tar-RDPK issaħħaħ aktar permezz tas-sanzjonijiet awtonomi tal-UE adottati mill-Kunsill Affarijiet Barranin fis-16 ta’ Ottubru 2017. Il-Kunsill Ewropew ser jikkunsidra aktar reazzjonijiet f ’konsultazzjoni mill-qrib ma’ sħab u l-UE ser tkompli tgħin lill-pajjiżi terzi filwaqt li tħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa ta’ sanzjonijiet tan-NU.

19. Il-Kunsill Ewropew itenni l-impenn sħiħ tiegħu favur il-ftehim nukleari mal-Iran u japprova d-dikjarazzjoni mill-Kunsill Affarijiet Barranin tas-16 ta’ Ottubru 2017.

Page 73: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

71

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW7 (ART. 50) —

20 TA' OTTUBRU 2017

7 Wara n-notifika skont l-Artikolu 50 TUE, il-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkun ħiereġ m’għandux jieħu sehem fid-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew fid-deċiżjonijiet li jikkonċernawh.

1. Fid-dawl tal-ewwel ħames ċikli ta’ negozjati, filwaqt li jikkunsidral-valutazzjoni ppreżentata min-negozjatur tal-Unjoni u filwaqt li jafferma mill-ġdid il-linji gwida tiegħu tad-29 ta’ April 2017, il-Kunsill Ewropew:• jilqa' l-progress li sar rigward id-drittijiet taċ-ċittadini

u jistieden lin-negozjatur biex jibni fuq il-konverġenza miksuba sabiex jipprovdi ċ-ċertezza legali u l-garanziji meħtieġa għaċ-ċittadini kkonċernati kollha u l-membri tal-familja tagħhom li għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw direttament id-drittijiet tagħhom derivati mil-liġi tal-UE u protetti mill-ftehim ta' ħruġ, inkluż permezz ta' proċeduri amministrattivi sempliċi u bla xkiel u r-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

• jirrikonoxxi li, fir-rigward tal-Irlanda, sar xi progress fuq il-konverġenza dwar prinċipji u objettivi li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira u ż-żamma taż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar, u jistieden lin-negozjatur tal-Unjoni biex ikompli jaħdem għall-irfinar ulterjuri ta' dawn il-prinċipji, filwaqt li jikkunsidral-isfida kbira ħafna li jirrappreżenta l-ħruġ tar-Renju Unit, inkluż rigward l-evitar ta' fruntiera fiżika, u għalhekk jistenna li r-Renju Unit jippreżenta u  jimpenja ruħu għal soluzzjonijiet

f lessibbli u  immaġinattivi ġustifikati mis-sitwazzjoni unika tal-Irlanda;

• jinnota li, waqt li r-Renju Unit iddikjara li ser jonora l-obbligi finanzjarji tiegħu li ħa matul is-sħubija tiegħu, dan għadu ma ssarrafx f 'impenn sod u konkret mir-Renju Unit li jagħmel tajjeb għal dawn l-obbligi kollha.

2. Waqt li jibni fuq dan il-progress, il-Kunsill Ewropew jappella biex tissokta l-ħidma bil-ħsieb tal-konsolidazzjoni tal-konverġenza miksuba u t-tkomplija tan-negozjati sabiex ikun possibbli li ngħaddu għat-tieni fażi tan-negozjati kemm jista’ jkun malajr.

3. Fis-sessjoni li jmiss tiegħu f ’Diċembru, il-Kunsill Ewropew ser jerġa’ jivvaluta l-progress fin-negozjati bil-ħsieb li jiddetermina jekk sarx progress suffiċjenti fuq kull waħda mit-tliet kwistjonijiet ta’ hawn fuq. Jekk dan ikun il-każ, huwa ser jadotta linji gwida addizzjonali b’rabta mal-qafas għar-relazzjoni futura u dwar arranġamenti transizzjonali possibbli li jkunu f l-interess tal-Unjoni u f ’konformità mal-kondizzjonijiet u l-prinċipji fundamentali tal-linji gwida tad-29 ta’ April 2017. F’dan l-isfond, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kunsill (Art. 50) f limkien man-negozjatur tal-Unjoni biex jibdew diskussjonijiet interni ta’ tħejjija.

Page 74: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

72

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW —

14 TA' DIĊEMBRU 2017

I. SIGURTÀ U DIFIŻAB’seg witu għall-konk lużjonijiet tiegħu ta’ Diċembru  2016 u Ġunju 2017, il-Kunsill Ewropew irrieżamina l-progress miksub fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, u:

• jilqa' t-twaqqif ta' kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) ambizzjuża u  inklużiva u  jenfasizza l-importanza li jiġu implimentati malajr l-ewwel proġetti; jappella lill-Istati Membri parteċipanti biex iwettqu l-pjanijiet ta' implimentazzjoni nazzjonali tagħhom;

• jappella għal aktar ħidma b'rabta mal-Fond Ewropew għad-Difiża, u b'mod partikolari l-adozzjoni rapida f l-2018 tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp f l-Industrija tad-Difiża, fil-ħin biex jiġu ffinanzjati l-ewwel proġetti fil-qasam tal-kapaċitajiet f l-2019;

• jistenna li l-Kunsill ilesti r-reviżjoni komprensiva tal-mekkaniżmu Athena għall-iffinanzjar ta' spejjeż komuni ta' missjonijiet u operazzjonijiet militari tal-UE;

• jitlob li l-Kunsill jadotta, fir-rebbiegħa 2018, rakkomandazzjoni dwar strument ġdid apposta li jkopri r-rekwiżiti kollha tat-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet b'appoġġ għas-Sigurtà u l-Iżvilupp wara l-2020;

• jitlob li tkompli l-ħidma fuq l-implimentazzjoni tas-sett sħiħ ta' proposti dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO, inkluż dawk addizzjonali maqbula f 'Diċembru;

• jistieden lir-Rappreżentant Għoli, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex imexxu 'l quddiem il-ħidma fuq il-mobbiltà militari, kemm fil-PESCO kif ukoll fil-kuntest tal-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO;

• jistieden lir-Rappreżentant Għoli biex f 'Ġunju 2018 tirrapporta dwar il-ħidma mwettqa biex tissaħħaħ il-PSDK ċivili u tipproduċi, f 'konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-Kummissjoni, Patt Ċivili tal-PSDK f l-2018.

Il-Kunsill Ewropew ser jerġa' lura għal dawn il-kwistjonijiet f 'Ġunju 2018.

II. DIMENSJONI SOĊJALI, EDUKAZZJONI U KULTUR A

Il-mexxejja enfasizzaw l-importanza tad-dimensjoni soċjali, edukattiva u kulturali tal-politiki tagħna biex l-Ewropej jingħaqdu flimkien u biex nibnu l-futur komuni tagħna. Taħt it-Trattati, l-Istati Membri jibqgħu l-entitajiet primarjament responsabbli għal dawn l-oqsma, iżda jista’ jsir ħafna billi jaħdmu flimkien, filwaqt li jirrispettaw b’mod sħiħ il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità.

Dimensjoni soċjaliIs-Summit Soċjali f ’Gothenburg fakkar fil-ħtieġa li ċ-ċittadin jiġi l-ewwel, li d-dimensjoni soċjali tal-Unjoni tkompli tiżviluppa abbażi ta’ impenn komuni u  kompetenzi stabbiliti, u  li ssir promozzjoni tal-konverġenza permezz ta’ sforzi fil-livelli kollha,

inkluż mis-sħab soċjali. Bħala l-ewwel pass għandu jsir progress f l-azzjonijiet li ġejjin:• l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

fil-livell tal-Unjoni u  tal-Istati Membri, bl-attenzjoni dovuta għall-kompetenzi rispettivi tagħhom; il-Kummissjoni mistiedna tipproponi monitoraġġ adatt;

• il-faċilitazzjoni ta' djalogu soċjali li jiffunzjona tajjeb fil-livelli kollha, inkluż "bidu ġdid għad-djalogu soċjali" fil-livell tal-UE;

• il-progress rapidu fuq fajls soċjali pendenti fil-livell tal-UE, u d-dispożizzjoni li jiġu eżaminati inizjattivi futuri mħabbra mill-Kummissjoni fil-Programm ta' Ħidma tagħha għall-2018;

• segwitu għall-prijoritajiet tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE biex tiġi indirizzata d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa;

• aktar riżultati b'rabta mal-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Ħiliet, b'enfasi partikolari f l-2018 fuq l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet, maħsuba għal dawk bl-akbar ħtiġijiet ta' żvilupp tal-ħiliet.

Il-Kunsill Ewropew ser jerġa' lura għal dawn il-kwistjonijiet f 'Marzu 2018 biex jiżgura segwitu adatt.

Edukazzjoni u kulturaL-edukazzjoni u l-kultura huma kruċjali għall-bini ta' soċjetajiet inklużivi u  koeżivi, u  biex isostnu l-kompetittività tagħna. F'Gothenburg esprimejna r-rieda li ssir aktar ħidma f 'dawn l-oqsma, li fihom l-UE taqdi rwol importanti ta' tisħiħ u appoġġ. B'riżultat ta' dan, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni, f 'konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom, biex imexxu l-ħidma 'l quddiem bil-ħsieb li:• jiġu intensifikati l-mobbiltà u  l-iskambji, inkluż permezz ta'

programm Erasmus+ sostanzjalment imsaħħaħ, inklużiv u estiż;• jissaħħu s-sħubiji strateġiċi bejn istituzzjonijiet tal-edukazzjoni

għolja f l-UE kollha u jiġi inkoraġġit li sal-2024 jinbtu madwar għoxrin "Università Ewropea", li jikkonsistu minn netwerks ta' universitajiet madwar l-UE kkaratterizzati minn approċċ minn isfel għal fuq, li ser jippermettu lill-istudenti jiksbu lawrja billi jikkombinaw l-istudji f 'diversi pajjiżi tal-UE u jikkontribwixxu għall-kompetittività internazzjonali tal-universitajiet Ewropej;

• jittejjeb it-tagħlim tal-lingwi, sabiex aktar żgħażagħ jitkellmu mill-anqas żewġ lingwi Ewropej oħra f limkien mal-lingwa tagħhom;

• jiġu promossi l-mobbiltà u  l-parteċipazzjoni tal-istudenti f 'attivitajiet edukattivi u  kulturali, inkluż permezz ta' "Kard Ewropea tal-Istudenti";

• tiġi promossa l-kooperazzjoni tal-Istati Membri dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati ta' edukazzjoni għolja u ta' tmiem l-iskola fil-livell ta' edukazzjoni sekondarja fil-qafas xieraq;

• tittieħed l-opportunità tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali biex isir eżerċizzju ta' sensibilizzazzjoni dwar l-importanza soċjali u ekonomika tal-kultura u l-wirt kulturali.

Page 75: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

73

Il-Kummissjoni mistiedna tippreżenta, fejn rilevanti, proposti għal rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill fir-rebbiegħa 2018 bil-ħsieb tal-adozzjoni mill-Kunsill malajr kemm jista' jkun.Il-Kunsill Ewropew jitlob ukoll lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jeżaminaw miżuri possibbli li jindirizzaw:• l-isfidi f l-ambitu tal-ħiliet marbuta mad-diġitalizzazzjoni, iċ-

ċibersigurtà, il-litteriżmu fil-media u l-intelliġenza artifiċjali;• il-ħtieġa ta' approċċ għall-edukazzjoni u t-taħriġ li jkun inklużiv,

ibbażat fuq it-tagħlim tul il-ħajja u xprunat mill-innovazzjoni;• il-kundizzjonijiet ta' qafas legali u finanzjarju għall-iżvilupp ta'

industriji kulturali u kreattivi u l-mobbiltà tal-professjonisti tas-settur kulturali.

Il-kwistjoni ta' riżorsi baġitarji għall-attivitajiet ta' hawn fuq ser tiġi indirizzata fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.

III. TIBDIL FIL-KLIMAIl-Kunsill Ewropew jilqa’ l-eżitu tas-Summit One Planet f ’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2017 bl-għan li jiżdied il-finanzjament pubbliku u privat b’appoġġ għall-azzjoni klimatika, b’segwitu għall-COP 23 li saret f ’Bonn mis-6 sas-17 ta’ Novembru 2017 u fit-triq lejn il-COP 24 li ser issir f ’Katowice, fejn ser jiġi adottat il-pakkett ta’ implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi. Huwa jerġa’ jafferma bis-sħiħ l-impenn tal-UE u l-Istati Membri tagħha li jimplimentaw il-Ftehim ta’ Pariġi malajr u b’mod sħiħ u li jkomplu jmexxu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, inkluż permezz tal-adozzjoni ta’ proposti leġislattivi pendenti fil-livell tal-UE.

IV. ĠERUSALEMML-UE ttenni l-impenn sod tagħha favur is-soluzzjoni ta’ żewġ stati u, f ’dan il-kuntest, il-pożizzjoni tal-UE dwar Ġerusalemm ma nbidlitx.

Page 76: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

74

LINJI GWIDA — KUNSILL EWROPEW8 (ART. 50) —

15 TA' DIĊEMBRU 2017

8 Wara n-notifika skont l-Artikolu 50 TUE, il-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkun ħiereġ m’għandux jieħu sehem fid-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew fid-deċiżjonijiet li jikkonċernawh.

9 Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew (Artikolu 50) dwar l-istat ta’ progress tan-negozjati mar-Renju Unit skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, COM (2017) 784 final.

10 Rapport konġunt min-negozjaturi tal-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Renju Unit dwar il-progress matul l-ewwel fażi tan-negozjati skont l-Artikolu 50 TUE dwar il-ħruġ ordnat tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

1. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-progress miksub matul l-ewwel fażi tan-negozjati kif rif less fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni9 u fir-Rapport Konġunt10 u jiddeċiedi li huwa biżżejjed biex tinbeda t-tieni fażi marbuta mat-transizzjoni u  l-qafas għar-relazzjoni futura. Hu jitlob lin-negozjatur tal-Unjoni u  lir-Renju Unit biex ilestu l-ħidma fuq il-kwistjonijiet kollha tal-ħruġ, inkluż dawk li għadhom ma ġewx indirizzati f l-ewwel fażi, f ’konformità mal-linji gwida tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ April 2017, biex jikkonsolidaw ir-riżultati miksuba, u jibdew ifasslu l-partijiet rilevanti tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Huwa jissottolinja li n-negozjati fit-tieni fażi jistgħu jimxu ‘l quddiem biss jekk l-impenji kollha meħuda f l-ewwel fażi jiġu rrispettati b’mod sħiħ u tradotti b’mod preċiż f ’termini legali malajr kemm jista’ jkun.

2. Il-linji gwida tal-Kunsill Ewropew tad-29 ta’ April 2017 jibqgħu japplikaw f l-intier tagħhom u għandhom ikunu rispettati fin-negozjati ta’ matul it-tieni fażi li jindirizzaw l-arranġamenti transizzjonali kif ukoll il-qbil globali dwar il-qafas tar-relazzjoni futura.

3. F’dak li għandu x’jaqsam mat-transizzjoni, il-Kunsill Ewropew jinnota l-proposta mressqa mir-Renju Unit għal perijodu ta’ transizzjoni ta’ madwar sentejn, u  jaqbel li jinnegozja perijodu ta’ transizzjoni li jkopri l-acquis kollu tal-UE, filwaqt li r-Renju Unit, bħala pajjiż terz, la mhu ser jibqa’ jipparteċipa f l-istituzzjonijiet tal-UE jew jinnomina jew jeleġġi l-membri tagħhom, u lanqas mhu ser jieħu sehem fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni.

4. Tali arranġamenti tranżitorji, li ser ikunu parti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ, iridu jkunu f l-interess tal-Unjoni, definiti b’mod ċar u  limitati b’mod preċiż fiż-żmien. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ugwali bbażati fuq l-applikazzjoni tal-istess regoli fis-Suq Uniku kollu, il-bidliet għall-acquis adottati mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE ser ikollhom japplikaw kemm fir-Renju Unit kif ukoll f l-UE. Ser japplikaw ukoll l-istrumenti u l-istrutturi regolatorji, baġitarji, superviżorji, ġudizzjarji u ta’ infurzar eżistenti kollha tal-Unjoni, inkluż il-kompetenza tal-Qorti

tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Peress li r-Renju Unit ser jibqa’ jieħu sehem f l-Unjoni Doganali u s-Suq Uniku (bl-erba’ libertajiet kollha) matul it-transizzjoni, huwa ser ikollu jkompli jikkonforma mal-politika kummerċjali tal-UE, japplika t-tariffi doganali tal-UE u jiġbor id-dazji doganali tal-UE, u jiżgura li jkunu qed isiru l-verifiki kollha tal-UE fil-fruntiera vis-à-vis pajjiżi terzi oħra.

5. Il-Kunsill Ewropew jappella lill-Kummissjoni biex tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa għal dan il-għan, u  lill-Kunsill biex jadotta direttivi ta’ negozjar addizzjonali dwar l-arranġamenti transizzjonali f ’Jannar 2018.

6. Il-Kunsill Ewropew jikkonferma mill-ġdid ix-xewqa tiegħu li jistabbilixxi sħubija mill-qrib bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Filwaqt li ftehim dwar relazzjoni futura jista’ jiġi ffinalizzat u  konkluż biss ladarba r-Renju Unit ikun sar pajjiż terz, l-Unjoni ser tkun lesta tinvolvi ruħha f ’diskussjonijiet preliminari u  preparatorji bil-għan li jiġi identifikat qbil ġenerali dwar il-qafas għar-relazzjoni futura, ladarba jkunu ġew adottati linji gwida addizzjonali għal dan l-għan. Dan il-qbil jenħtieġ li jiġi elaborat f ’dikjarazzjoni politika li takkumpanja l-Ftehim dwar il-Ħruġ u tissemma fih.

7. L-Unjoni tieħu nota tal-fatt li r-Renju Unit stqarr l-intenzjoni tiegħu li ma jkomplix jieħu sehem f l-Unjoni Doganali u s-Suq Uniku wara t-tmiem tal-perijodu ta’ transizzjoni, u  l-Kunsill Ewropew ser jiżen l-approċċ tiegħu b’rabta mal-kooperazzjoni fin-negozju u l-ekonomija fid-dawl ta’ din il-pożizzjoni sabiex jiżgura bilanċ ta’ drittijiet u obbligi, jippreserva l-kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, jevita li jxekkel ir-relazzjonijiet eżistenti ma’ pajjiżi terzi oħra, u jħares il-prinċipji l-oħra kollha stipulati fil-linji gwida tiegħu tad-29 ta’ April 2017, b’mod partikolari l-ħtieġa li l-integrità u l-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku jiġu preservati.

8. Il-Kunsill Ewropew jikkonferma mill-ġdid li jinsab lest li jistabbilixxi sħubijiet f ’oqsma mhux relatati mal-kooperazzjoni fin-negozju u l-ekonomija, b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità internazzjonali, kif ukoll is-sigurtà, id-difiża u l-politika barranija.

Page 77: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

75

Il-Kunsill Ewropew ser ikompli jsegwi n-negozjati mill-qrib u ser jadotta linji gwida addizzjonali f ’Marzu 2018, b’mod partikolari b’rabta mal-qafas għar-relazzjoni futura. Huwa jappella lir-Renju Unit biex jipprovdi aktar ċarezza dwar il-pożizzjoni tiegħu fuq il-qafas għar-relazzjoni futura. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kunsill (Art. 50) f limkien man-negozjatur tal-Unjoni biex ikomplu bid-diskussjonijiet preparatorji interni, inkluż dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-qafas għar-relazzjoni futura.

Page 78: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

76

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW —

22 TA' MARZU 2018

I. IMPJIEGI, TKABBIR U KOMPETITTIVITÀ

Suq Uniku1. Il-Kunsill Ewropew jappella biex jiżdiedu l-isforzi sabiex

ikun hemm riżultati, qabel ma jintemm iċ-ċiklu leġislattiv attwali, dwar l-istrateġija tas-Suq Uniku, l-istrateġija għal Suq Uniku Diġitali, il-Pjan ta’ Azzjoni għal Unjoni tas-Swieq Kapitali u  l-Unjoni tal-Enerġija, inkluż permezz ta’ eżami rapidu tal-proposti reċenti tal-Kummissjoni. Id-deċiżjonijiet li diġà ttieħdu jridu jiġu implimentati b’mod effettiv. Lil hinn mit-tlestija u  l-implimentazzjoni tal-istrateġiji, l-UE teħtieġ tkompli l-ħidma lejn suq uniku ġust u  li jibqa’ validu fil-futur li jkun jixraq għall-era diġitali u  li jippromwovi l-kompetittività, l-innovazzjoni u  s-sostenibbiltà. Għaldaqstant, il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta lill-Kunsill, qabel id-diskussjoni tal-Aġenda tal-Mexxejja f ’Diċembru 2018, is-sitwazzjoni attwali rigward l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tal-leġislazzjoni eżistenti li hija l-qofol għall-funzjonament tas-Suq Uniku u valutazzjoni tal-ostakli li fadal u  l-opportunitajiet għal Suq Uniku li jiffunzjona b’mod sħiħ. Sabiex jinkisbu l-benefiċċji kollha possibbli tas-Suq Uniku, l-UE teħtieġ politika industrijali b’saħħitha.

Kummerċ2. Il-Kunsill Ewropew jirriafferma l-impenn tiegħu għal

sistema kummerċjali multilaterali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli bid-WTO fil-qalba tagħha, billi jemmen bis-sħiħ li l-kummerċ liberu u ġust huwa wieħed mill-aktar muturi b’saħħithom għat-tkabbir, li jappoġġa miljuni ta’ impjiegi u  jikkontribwixxi għall-prosperità. Il-Kunsill Ewropew iħeġġeġ il-progress fin-negozjati kollha li għaddejjin rigward ftehimiet ta’ kummerċ ħieles ambizzjużi u bilanċjati, b’mod partikolari mal-Messiku u  l-Mercosur. Huwa jistenna b’interess l-iffirmar u l-konklużjoni tal-ftehimiet li ntlaħqu mal-Ġappun u Singapore. Il-Kummissjoni ser teżamina kif issaħħaħ l-infurzar tal-impenji meħuda minn pajjiżi terzi. L-UE ser tkompli ssegwi politika kummerċjali robusta, tippromwovi l-valuri u  l-istandards tagħha globalment u tfittex kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jappella lill-koleġislaturi biex jagħmlu progress fil-proposti leġislattivi pendenti f l-oqsma tal-investiment u l-akkwist pubbliku.

3. Il-Kunsill Ewropew jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Istati Uniti li jimponu tariffi tal-importazzjoni fuq l-azzar u l-aluminju. Dawn il-miżuri ma jistgħux jiġu ġġustifikati minħabba raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali, u l-protezzjoni tas-settur sħiħ f l-Istati Uniti hija rimedju inadegwat għall-problemi reali ta’ kapaċità żejda, li fir-rigward tagħhom l-UE diġà offriet lill-Istati Unit l-kooperazzjoni sħiħa tagħha

f ’bosta fora, inkluż fil-Forum Globali. Huwa jieħu nota li l-konsenji ta’ azzar u aluminju mill-Unjoni Ewropea ġew eżentati temporanjament minn tali miżuri u jappella biex din l-eżenzjoni ssir permanenti. Il-Kunsill Ewropew jappoġġa bil-qawwa l-passi meħuda mill-Kummissjoni biex tiżgura li l-interessi tal-UE jiġu protetti b’mod sħiħ u li tirriżerva d-drittijiet tagħha, skont ir-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li tirrispondi għall-miżuri tal-Istati Uniti b’mod xieraq u proporzjonat. Il-Kunsill Ewropew ifakkar f l-impenn tiegħu favur relazzjonijiet transatlantiċi b’saħħithom bħala l-pedament tas-sigurtà u l-prosperità kemm tal-Istati Uniti kif ukoll tal-Unjoni Ewropea, u jissottolinja l-appoġġ tiegħu għal djalogu dwar kwistjonijiet ta’ kummerċ ta’ interess komuni.

Semestru Ewropew4. Il-Kunsill Ewropew japprova l-oqsma ta’ prijorità tal-politika

tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir, u jistieden lill-Istati Membri biex jirrif lettuhom fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u fil-Programmi ta’ Stabbiltà u Konverġenza tagħhom li jmiss. Il-Kunsill Ewropew japprova wkoll l-abbozz ta’ rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro.

Kwistjonijiet soċjali5. It-twettiq tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

jikkostitwixxi impenn u responsabbiltà politiċi kondiviżi tal-UE u l-Istati Membri tagħha. L-implimentazzjoni tiegħu ser tiġi segwita bir-rispett dovut għall-kompetenzi rispettivi tal-Unjoni u l-Istati Membri. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kunsill jeżamina l-inizjattivi ppreżentati mill-Kummissjoni skont il-pakkett dwar il-Ġustizzja Soċjali, inkluż il-proposta dwar Awtorità Ewropea tax-Xogħol.

II. PUNTI OĦR A

Ftehim ta’ Pariġi6. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta

sal-ewwel kwart tal-2019 proposta għal Strateġija fit-tul tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjoni ta’ gass b’effett ta’ serra f ’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi, b’kont meħud tal-pjanijiet nazzjonali.

Ewropa Diġitali7. In-netwerks soċjali u  l-pjattaformi diġitali jeħtieġu li

jiggarantixxu prattiki trasparenti u protezzjoni sħiħa tal-privatezza u tad-data personali taċ-ċittadini. Il-leġislazzjoni tal-UE u dik nazzjonali jridu jiġu rispettati u infurzati. Din il-kwistjoni importanti, f limkien ma’ kwistjonijiet oħra relatati mal-Ewropa Diġitali, inkluż l-adozzjoni tal-istrumenti leġislattivi kollha li jistabbilixxu s-Suq Uniku Diġitali f l-2018, u l-promozzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni, bħall-intelliġenza artifiċjali u l-mezzi li jappoġġaw l-innovazzjoni

Page 79: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

77

rivoluzzjonarja u l-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali, ser jiġu diskussi mill-Kapijiet fil-laqgħa informali tagħhom f ’Sofija f ’Mejju.

Balkani tal-Punent8. Fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-

6 ta’ Frar 2018, il-Kunsill Ewropew:• jistenna b'interess is-Summit UE-Balkani tal-Punent li

għandu jsir f 'Sofija fis-17 ta' Mejju 2018, li huwa mistenni jiffoka fuq ir-riaffermazzjoni tal-prospettiva Ewropea tar-reġjun, il-varar ta' inizjattivi konkreti u viżibbli biex tittejjeb il-konnettività fiżika u umana fir-reġjun u mal-UE u l-eżami ta' kif jista' jkun hemm kooperazzjoni aħjar dwar sfidi komuni bħas-sigurtà u l-migrazzjoni;

• jikkonferma li t-tkabbir ser jiġi indirizzat mill-Kunsill f 'Ġunju.

Attakk ta' Salisbury9. Il-Kunsill Ewropew jikkundanna bl-aktar mod qawwi

possibbli l-attakk reċenti f ’Salisbury, jesprimi s-solidarjetà profonda tiegħu ma’ dawk kollha li kellhom ħajjithom mhedda u  jagħti l-appoġġ tiegħu lill-investigazzjoni li għaddejja. Huwa jaqbel mal-valutazzjoni tal-gvern tar-Renju Unit li hemm probabbiltà kbira li l-Federazzjoni Russa hija responsabbli u li ma hemm l-ebda spjegazzjoni alternattiva plawsibbli. Aħna nagħtu s-solidarjetà mingħajr riżervi tagħna lir-Renju Unit quddiem din l-isfida gravi għas-sigurtà komuni tagħna.

10. L-użu ta’ armi kimiċi, inkluż l-użu ta’ kwalunkwe sustanza kimika tossika bħala arma fi kwalunkwe ċirkostanza huwa għal kollox inaċċettabbli, irid jiġi kkundannat sistematikament u fermament u jikkostitwixxi theddida għas-sigurtà tagħna lkoll. L-Istati Membri ser jikkoordinaw dwar il-konsegwenzi li jirriżultaw fid-dawl tat-tweġibiet ipprovduti mill-awtoritajiet Russi. L-Unjoni Ewropea ser tibqa’ tagħti l-attenzjoni kollha tagħha lil din il-kwistjoni u l-implikazzjonijiet tagħha.

11. F’dan l-isfond, l-Unjoni Ewropea trid issaħħaħ ir-reżiljenza tagħha relatata mar-riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u  l-Istati Membri kif ukoll

in-NATO. L-Unjoni Ewropea u  l-Istati Membri tagħha għandhom ukoll ikomplu jsaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex jindirizzaw it-theddid ibridu, inkluż f l-oqsma taċ-ċibernetika, il-komunikazzjoni strateġika u  l-counter-intelligence. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lir-Rappreżentant Għoli jmexxu ‘l quddiem din il-ħidma u  jirrapportaw dwar il-progress sal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju.

Azzjonijiet mit-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran u l-Baħar Eġew12. Il-Kunsill Ewropew jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet

illegali kontinwi tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran u fil-Baħar Eġew u jissottolinja s-solidarjetà sħiħa tiegħu ma’ Ċipru u l-Greċja.

13. Filwaqt li jfakkar fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ Ottubru 2014 u  fid-Dikjarazzjoni tal-21 ta’ Settembru 2005, il-Kunsill Ewropew jappella urġentement lit-Turkija biex twaqqaf dawn l-azzjonijiet u tirrispetta d-drittijiet sovrani ta’ Ċipru li jesplora u jisfrutta r-riżorsi naturali tiegħu f ’konformità mad-Dritt tal-UE u dak Internazzjonali.

14. F’dan il-kuntest, ifakkar f l-obbligu tat-Turkija li tirrispetta d-Dritt Internazzjonali u r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, u tinnormalizza r-relazzjonijiet mal-Istati Membri tal-UE kollha inkluż ir-Repubblika ta’ Ċipru.

15. Il-Kunsill Ewropew esprima t-tħassib serju tiegħu dwar id-detenzjoni kontinwa ta’ ċittadini tal-UE fit-Turkija, inkluż żewġ suldati Griegi, u jappella għal soluzzjoni malajr u  pożittiva ta’ dawn il-kwistjonijiet fi djalogu mal-Istati Membri.

16. Il-Kunsill Ewropew ser jibqa’ impenjat f ’dawn il-kwistjonijiet.

Page 80: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

78

LINJI GWIDA — KUNSILL EWROPEW11 (ART. 50) —

23 TA' MARZU 2018

11 Wara notifika skont l-Artikolu 50 TUE, il-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkun ħiereġ m’għandux jieħu sehem fid-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew fid-deċiżjonijiet li jikkonċernawh.

1. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-qbil li ntlaħaq min-negozjaturi dwar partijiet mit-test legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ li jkopru d-drittijiet taċ-ċittadini, is-saldu finanzjarju, għadd ta’ kwistjonijiet oħra tal-ħruġ u  t-tranżizzjoni. Il-Kunsill Ewropew ifakkar li kwistjonijiet oħra għad irid jintlaħaq qbil dwarhom u jista’ jsir progress fin-negozjati biss dment li l-impenji kollha meħuda s’issa jiġu rrispettati bis-sħiħ, u  jilqa’ f ’dan ir-rigward l-assigurazzjonijiet bil-miktub tal-Prim Ministru May partikolarment fir-rigward tal-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq. Il-Kunsill Ewropew jappella għal sforzi intensifikati fuq il-kwistjonijiet ta’ ħruġ li fadal kif ukoll kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni territorjali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, b’mod partikolari fir-rigward ta’ Ġibiltà, u jtenni li ma jkun intlaħaq l-ebda qbil qabel ma jintlaħaq qbil fuq kollox.

2. Il-Kunsill Ewropew ifakkar u jikkonferma mill-ġdid il-linji gwida tiegħu tad-29 ta’ April u l-15 ta’ Diċembru 2017, li jkomplu japplikaw b’mod sħiħ u li l-prinċipji tagħhom ser ikollhom jiġu rrispettati mir-relazzjoni futura mar-Renju Unit. Il-Kunsill Ewropew jieħu nota tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2018 dwar il-qafas tar-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit.

3. Il-Kunsill Ewropew jiddikjara mill-ġdid id-determinazzjoni tal-Unjoni li jkollha sħubija kemm jista’ jkun mill-qrib mar-Renju Unit fil-ġejjieni. Din is-sħubija għandha tkopri l-kummerċ u l-kooperazzjoni ekonomika kif ukoll oqsma oħrajn, b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità internazzjonali, kif ukoll is-sigurtà, id-difiża u l-politika barranija.

4. Fl-istess ħin, il-Kunsill Ewropew irid iqis il-pożizzjonijiet li r-Renju Unit iddikjara kemm-il darba, li jillimitaw il-profondità ta’ din is-sħubija futura. Li jkun barra mill-Unjoni Doganali u s-Suq Uniku inevitabbilment ser iwassal għal xkiel fil-kummerċ. Id-diverġenza fit-tariffi esterni u r-regoli interni kif ukoll in-nuqqas ta’ istituzzjonijiet komuni u  sistema legali komuni jitolbu verifiki u  kontrolli biex tinżamm l-integrità tas-Suq Uniku tal-UE kif ukoll tas-suq tar-Renju Unit. Sfortunatament dan ser ikollu konsegwenzi ekonomiċi negattivi, partikolarment fir-Renju Unit.

5. F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jistipula l-linji gwida li ġejjin bil-ħsieb li jinfetħu n-negozjati dwar il-qbil ġenerali tal-qafas għar-relazzjoni futura, li ser jiġi elaborat f ’dikjarazzjoni politika li takkumpanja l-Ftehim dwar il-Ħruġ u jissemma fih.

6. L-approċċ indikat hawn taħt jirrif letti l-livell tad-drittijiet u l-obbligi kompatibbli mal-pożizzjonijiet iddikjarati mir-

Renju Unit. Jekk dawn il-pożizzjonijiet jevolvu, l-Unjoni ser tkun lesta tikkunsidra mill-ġdid l-offerta tagħha f ’konformità mal-prinċipji ddikjarati fil-linji gwida tad-29 ta’ April u tal-15 ta’ Diċembru 2017, kif ukoll f ’dawn il-linji gwida.

7. F’dan il-kuntest, il-Kunsill Ewropew itenni b’mod partikolari li kwalunkwe ftehim mar-Renju Unit ser ikollu jiġi bbażat fuq bilanċ ta’ drittijiet u obbligi, u jiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti. Pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni, li ma għandux l-istess obbligi ta’ membru, ma jistax ikollu l-istess drittijiet u jgawdi mill-istess benefiċċji ta’ membru.Il-Kunsill Ewropew ifakkar li l-erba’ libertajiet ma jistgħux jinqasmu u li wieħed ma jistax joqgħod jagħżel biss dak li jaqbillu permezz ta’ parteċipazzjoni fis-Suq Uniku bbażata fuq approċċ skont is-settur, li jdgħajjef l-integrità u l-funzjonament xieraq tas-Suq Uniku.Il-Kunsill Ewropew itenni wkoll li l-Unjoni ser tippreserva l-awtonomija tagħha fir-rigward tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, li jeskludi l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit bħala pajjiż terz f l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-parteċipazzjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni. Ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea wkoll ser jiġi rrispettat b’mod sħiħ.

8. F’dak li għandu x’jaqsam mal-qalba tar-relazzjoni ekonomika, il-Kunsill Ewropew jikkonferma li hu jinsab lest biex jibda l-ħidma għal ftehim ta’ kummerċ ħieles bilanċjat, ambizzjuż u  estensiv sakemm ikun hemm biżżejjed garanziji għal kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. Dan il-ftehim ser jiġi finalizzat u konkluż ladarba r-Renju Unit ma jkunx għadu Stat Membru. Ftehim bħal dan, madankollu, ma jistax joffri l-istess benefiċċji bħal Sħubija u ma jistax jammonta għal parteċipazzjoni sħiħa jew parzjali fis-Suq Uniku. Dan il-ftehim ikun jindirizza:i) kummerċ fil-prodotti, bil-għan li jkopri s-setturi kollha

u li jfittex li ma jkun hemmx tariffi u lanqas restrizzjonijiet kwantitattivi filwaqt li jkun hemm regoli xierqa dwar l-oriġini.F’dan il-kuntest ġenerali tal-ftehim ta’ kummerċ ħieles, għandu jinżamm l-aċċess reċiproku eżistenti għall-ilmijiet u r-riżorsi tas-sajd;

ii) kooperazzjoni doganali xierqa, li tippreserva l-awtonomija regolatorja u ġurisdizzjonali tal-partijiet u l-integrità tal-Unjoni Doganali tal-UE;

iii) dixxiplini dwar l-ostakli tekniċi għall-kummerċ u miżuri sanitarji u fitosanitarji;

iv) qafas għal kooperazzjoni regolatorja volontarja;

Page 81: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

79

v) kummerċ fis-servizzi, bil-għan li l-aċċess għas-suq ikun jista’ jipprovdi servizzi skont ir-regoli tal-istat ospitanti, fost l-oħrajn fir-rigward tad-dritt tal-istabbiliment għall-fornituri, sa punt konsistenti mal-fatt li r-Renju Unit ser isir pajjiż terz u li l-Unjoni u r-Renju Unit mhux ser jibqgħu jikkondividu qafas komuni regolatorju, superviżorju, ġudizzjarju u tal-infurzar;

vi) aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku, tal-investimenti u tal-protezzjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, inkluż l-indikazzjonijiet ġeografiċi, u  oqsma oħra ta’ interess għall-Unjoni.

9. Is-sħubija futura għandha tindirizza sfidi globali, b’mod partikolari f l-oqsma tat-tibdil fil-klima u  l-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll it-tniġġis transfruntier, fejn l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom ikomplu l-kooperazzjoni mill-qrib.

10. Is-sħubija futura għandha tinkludi dispożizzjonijiet ambizzjużi dwar il-moviment ta’ persuni fiżiċi, ibbażati fuq ir-reċiproċità u n-nondiskriminazzjoni sħiħa bejn l-Istati Membri, u oqsma relatati bħall-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali u r-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali. F’dan il-kuntest, l-opzjonijiet għal kooperazzjoni ġudizzjarja fir-rigward ta’ responsabbiltà matrimonjali, tal-ġenituri u oqsma oħra relatati jistgħu jiġu esplorati, filwaqt li jittieħed kont li r-Renju Unit ser ikun pajjiż terz barra Schengen u li t-tali kooperazzjoni tkun teħtieġ salvagwardji b’saħħithom biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittjiet fundamentali.

11. F’termini ta’ kooperazzjoni soċjoekonomika, jistgħu jiġu previsti dawn li ġejjin:i) fir-rigward tas-servizzi tat-trasport, l-għan għandu

jkun li tiġi żgurata konnettività kontinwa bejn ir-Renju Unit u  l-UE wara l-ħruġ tar-Renju Unit. Dan ikun jista’ jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ ftehim dwar it-trasport bl-ajru, f limkien ma’ ftehimiet dwar is-sikurezza u s-sigurtà tal-avjazzjoni, kif ukoll ftehimiet dwar modi oħra ta’ trasport, filwaqt li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti b’saħħithom f ’setturi kompetittivi ħafna;

ii) fir-rigward ta’ ċerti programmi tal-Unjoni, pereżempju f l-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni, u tal-edukazzjoni u l-kultura, kwalunkwe parteċipazzjoni tar-Renju Unit għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet rilevanti għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi li għandhom jiġu stabbiliti fil-programmi korrispondenti.

12. Minħabba l-viċinanza ġeografika u  l-interdipendenza ekonomika tar-Renju Unit mal-EU27, ir-relazzjoni futura tista’ biss tagħti riżultati b’mod reċiprokament sodisfaċenti jekk hija tinkludi garanziji sodi li jiżguraw kondizzjonijiet ekwivalenti. L-għan għandu jkun li jiġi prekluż vantaġġ kompetittiv inġust li r-Renju Unit jista’ jgawdi minnu billi jdgħajjef il-livelli ta’ protezzjoni fir-rigward, fost l-oħrajn, tal-miżuri u l-prattiki fiskali, soċjali, ambjentali u regolatorji, kif ukoll f l-oqsma tal-kompetizzjoni u l-għajnuna mill-Istat. Dan ser jirrikjedi taħlita ta’ regoli sostantivi allinjati mal-istandards tal-UE u  dawk internazzjonali, mekkaniżmi adegwati biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva fil-livell

domestiku, mekkaniżmi ta’ infurzar u għas-soluzzjoni ta’ tilwim fil-ftehim kif ukoll rimedji awtonomi tal-Unjoni, li jkunu kollha proporzjonati mal-livell u l-firxa tal-konnettività ekonomika bejn l-UE u r-Renju Unit.Kwalunkwe qafas futur għandu jħares l-istabbiltà finanzjarja f l-Unjoni u jirrispetta s-sistema u l-istandards regolatorji u superviżorji tagħha u l-applikazzjoni tagħhom.

13. F’oqsma oħra għajr il-kummerċ u  l-kooperazzjoni ekonomika, fejn l-Unjoni diġà indikat li hija lesta tistabbilixxi sħubijiet speċifiċi, il-Kunsill Ewropew iqis li:i) l-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f ’materji

kriminali għandha tikkostitwixxi element importanti fir-relazzjoni futura bejn l-UE u r-Renju Unit fid-dawl tal-viċinanza ġeografika u t-theddid komuni li jiffaċċjaw l-Unjoni u r-Renju Unit, waqt li jittieħed kont tal-fatt li r-Renju Unit ser ikun pajjiż terz barra Schengen. Is-sħubija futura għandha tkopri skambji effettivi ta’ informazzjoni, appoġġ għall-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f ’materji kriminali. Ser ikun meħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji sodi li jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u mekkaniżmi effettivi ta’ infurzar u għas-soluzzjoni tat-tilwim;

ii) fid-dawl tal-valuri kondiviżi u l-isfidi komuni tagħna, għandu jkun hemm kooperazzjoni b’saħħitha bejn l-UE u r-Renju Unit f l-oqsma tal-politika barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża. Sħubija futura għandha tirrispetta l-awtonomija tal-Unjoni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, filwaqt li tieħu kont li r-Renju Unit ser ikun pajjiż terz, u tipprevedi djalogu, konsultazzjoni, koordinazzjoni, skambju ta’ informazzjoni, u  mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni adegwati. Bħala prerekwiżit għall-iskambju ta’ informazzjoni fil-qafas ta’ tali kooperazzjoni għandu jiġi stabbilit Ftehim dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni.

14. Fid-dawl tal-importanza tal-f lussi ta’ data f ’diversi komponenti tar-relazzjoni futura, dan għandu jinkludi regoli dwar id-data. Fir-rigward ta’ data personali, il-protezzjoni għandha tiġi rregolata mir-regoli tal-Unjoni dwar l-adegwatezza bil-ħsieb li jiġi żgurat livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak tal-Unjoni.

15. Ser ikun meħtieġ li l-governanza tar-relazzjoni futura tagħna mar-Renju Unit tindirizza mekkaniżmi għall-ġestjoni u s-superviżjoni, għas-soluzzjoni ta’ tilwim u għall-infurzar, inkluż sanzjonijiet u mekkaniżmi ta’ kontroritaljazzjoni. It-tfassil tal-governanza ġenerali tar-relazzjoni futura ser jirrikjedi li jittieħed kont ta’:i) il-kontenut u l-livell tar-relazzjoni futura;ii) il-ħtieġa li jiġu żgurati l-effettività u ċ-ċertezza legali;iii) ir-rekwiżiti tal-awtonomija tal-ordni legali tal-UE, inkluż

ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari kif ġew żviluppati fil-ġurisprudenza.

16. Il-Kunsill Ewropew, bl-appoġġ tal-Kunsill, ser ikompli jsegwi n-negozjati mill-qrib, f l-aspetti kollha tagħhom, u ser jerġa’

Page 82: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

80

lura b’mod partikolari għall-kwistjonijiet ta’ ħruġ li fadal u għall-qafas tar-relazzjoni futura fil-laqgħa tiegħu f ’Ġunju. Sadanittant, il-Kunsill Ewropew jappella lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u  l-Politika ta’ Sigurtà u  lill-Istati Membri biex ikomplu jaħdmu fuq it-tħejjija, fil-livelli kollha, għall-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit, filwaqt li jikkunsidraw l-eżiti kollha possibbli.

Page 83: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

81

KUMMENTI MILL-PRESIDENT DONALD TUSK QABEL IS-SUMMIT UE-BALKANI

TAL-PUNENT — 16 TA' MEJJU 2018

Ninsabu qabel summit li matulu l-mexxejja tal-UE ser jiddiskutu l-innovazzjoni, il-ġejjieni Ewropew għall-Balkani tal-Punent, u r-rispons għall-politiki tal-President Trump dwar il-kummerċ u l-Iran.Nibdew bl-ik la tagħ na l lejla , ser ikol lna dibatt itu dwar l-innovazzjoni u l-ekonomija diġitali. L-Ewropa waqgħet lura meta mqabbla ma’ ekonomiji kbar oħra f ’termini ta’ innovazzjoni. L-innovazzjoni mistennija jkollha impatt fuq ħajjitna fis-snin li ġejjin b’ritmu dejjem jiżdied aktar minn qatt qabel, li tqajjem mhux biss tama iżda wkoll kwistjonijiet etiċi. L-Ewropa teħtieġ li tieħu sehem attiv f ’din it-trasformazzjoni, peress li ser tkun ir-realtà tal-Ewropej kollha. Huwa għalhekk li llejla, jien ser nistaqsi lill-mexxejja tal-UE żewġ mistoqsijiet: X’iridu jagħmlu fil-livell tal-UE biex tingħata spinta għall-innovazzjoni rivoluzzjonarja? U: Kif iridu l-UE ssir attur ewlieni fil-qasam tal-big data?Wara li l-ġimgħa li għaddiet tħabbar l-irtirar tal-Istati Uniti mill-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt mal-Iran, għandna bżonn front Ewropew magħqud. Irrid lill-mexxejja jikkonfermaw mill-ġdid li l-UE żżomm mal-ftehim sakemm l-Iran jagħmel l-istess. Il-Ftehim huwa tajjeb għas-sigurtà Ewropea u dinjija, u huwa għalhekk li għandna nżommuh. Minkejja l-eżitazzjoni tal-Istati Uniti. Ser inħarsu wkoll lejn opzjonijiet għall-UE biex kumpaniji Ewropej jiġu protetti minn konsegwenzi negattivi tad-deċiżjoni tal-Istati Uniti. U  rrid li l-Kummissjoni Ewropea tingħata l-approvazzjoni, sabiex tkun lesta biex taġixxi kull meta l-interessi Ewropej jiġu affettwati. Jenħtieġ infittxu wkoll modi, f limkien ma’ sħab oħra, biex jindirizzaw it-tħassib reali ħafna dwar il-programm ta’ missili ballistiċi tal-Iran u l-attivitajiet reġjonali tiegħu.Il-kummerċ huwa suġġett ieħor għad-diskussjoni tal-lejla. Aħna ser niddeċiedu dwar l-aħjar triq ‘ il quddiem fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Istati Uniti. Hawnhekk ukoll, l-għaqda hija l-akbar saħħa tagħna. U l-għan tiegħi huwa sempliċi: ma niċċaqalqux mill-pożizzjoni tagħna. Dan ifisser eżenzjoni permanenti mit-tariffi tal-Istati Uniti fuq l-aluminju u l-azzar jekk ikollna niddiskutu l-possibilità ta’ liberalizzazzjoni kummerċjali mal-Istati Uniti. L-UE u l-Istati Uniti huma ħbieb u sħab, għalhekk it-tariffi tal-Istati Uniti ma jistgħux jiġu ġġustifikati fuq il-bażi tas-sigurtà nazzjonali. Huwa assurd li anke taħseb li l-UE tista’ tkun

ta’ theddida għall-Istati Uniti. Jeħtiġilna nġibu lura r-realtà f ’din id-diskussjoni, li mhuwiex il-każ illum.Għada, ser niltaqgħu mas-sħab tagħna tal-Balkani tal-Punent b’mod kollettiv għall-ewwel darba fi ħmistax-il sena. Din ser tkun opportunità biex iż-żewġ naħat jirriaffermaw li l-perspettiva Ewropea tibqa’ l-għażla ġeostrateġika tal-Balkani tal-Punent. Lil hinn mill-perspettiva fit-tul, irridu nuru li aħna nagħtu każ l-iżvilupp soċjo-ekonomiku fir-reġjun hawn u issa stess. L-investiment f ’kollegamenti infrastrutturali u umani mal-Balkani tal-Punent u fi ħdanhom huwa f l-aħjar interess tal-UE. U dan ser ikun l-objettiv tas-summit tagħna. Nittama li nġib lill-ħbieb tagħna tal-Balkani tal-Punent eqreb lejn l-UE.Dak kollu li ser nkunu qed niddiskutu llum u għada, għandu dimensjoni globali. M’għandi l-ebda dubju li fix-xena globali l-ġdida, l-Ewropa jew ser tkun waħda mill-parteċipanti ewlenin, jew pedina. Din hija l-unika alternattiva reali. Sabiex tkun is-suġġett u mhux l-oġġett tal-politika globali, l-Ewropa trid tkun magħquda ekonomikament, politikament u anke militarment bħal qatt qabel. B’mod aktar sempliċi: jew nkunu f limkien, jew ma nkunu xejn f limkien.Minbarra l-isfidi politiċi tradizzjonali bħall-avvanz taċ-Ċina, jew il-pożizzjoni aggressiva tar-Russja, illum qed naraw quddiemna fenomenu ġdid: l-assertività kapriċċuża tal-amministrazzjoni Amerikana. Meta wieħed iħares lejn l-aħħar deċiżjonijiet tal-President Trump wieħed jista’ saħansitra jaħseb: bi ħbieb bħal dawk min jeħtieġ għedewwa. Iżda frankament, l-Ewropa għandha tkun grata lill-President Trump. Għaliex minħabba fih ħlisna mill-illużjonijiet kollha. Huwa ġagħlna nirrealizzaw li jekk ikollok bżonn daqqa t’id, f l-aħħar issibha x’imkien. L-Ewropa għandha tagħmel dak kollu li huwa fis-setgħa tagħha biex tipproteġi, minkejja l-atmosfera tal-lum, ir-rabta transatlantika. Iżda f l-istess ħin irridu nkunu mħejjija għal dawn ix-xenarji, fejn ikollna naġixxu waħidna. Għandna biżżejjed potenzjal biex nilqgħu l-isfida. Iżda li neħtieġu huma aktar għaqda u determinazzjoni politika. M’hemm l-ebda raġuni oġġettiva waħda għaliex l-Ewropa għandu jkollha kumplessi dwar xi ħadd ieħor. Li aħna Ewropej hija raġuni biex inkunu kburin. Għandna dritt u obbligu li nkunu fiduċjużi u kburin, kemm meta mal-għedewwa tagħna kif ukoll meta ma’ sħabna. U dan huwa dak li, f ’ċertu sens, is-summit tagħna ser jittratta.

Page 84: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

82

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW — 28 TA' ĠUNJU 2018

I. MIGR AZZJONI1. Il-Kunsill Ewropew jerġa’ jikkonferma li prekondizzjoni għal

politika tal-UE li taħdem tiddependi fuq approċċ komprensiv għall-migrazzjoni li jikkombina kontroll aktar effettiv tal-fruntieri esterni tal-UE, aktar azzjoni esterna u  l-aspetti interni, f ’konformità mal-prinċipji u l-valuri tagħna. Din hija sfida mhux biss għal Stat Membru wieħed, iżda għall-Ewropa kollha. Mill-2015 ‘il hawn ġew attwati għadd ta’ miżuri biex jinkiseb il-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-UE. B’riżultat ta’ dan, l-għadd ta’ każijiet individwati ta’ qsim illegali tal-fruntieri għal ġewwa l-UE tnaqqas b’95 % mill-ogħla livelli f ’Ottubru 2015, anki jekk il-f lussi kienu qed jiżdiedu reċentement fuq ir-rotot tal-Lvant u l-Punent tal-Mediterran.

2. Il-Kunsill Ewropew hu ddeterminat li jkompli u jsaħħaħ din il-politika biex jevita ritorn għall-f lussi mhux ikkontrollati tal-2015 u biex ikompli jwaqqaf il-migrazzjoni illegali fuq ir-rotot eżistenti u emerġenti kollha.

3. B’rabta mar-Rotta tal-Mediterran Ċentrali, għandhom ikomplu jissaħħu l-isforzi biex itġtraffikanti ta’ dħul klandestin jitwaqqfu milli joperaw mil-Libja jew minn kwalunkwe post ieħor. L-UE ser tkompli tkun solidali mal-Italja u Stati Membri oħrajn l-aktar esposti f ’dan ir-rigward. Hija ser iżżid l-appoġġ tagħha għar-reġjun tas-Saħel, il-Gwardja Kostali Libjana, il-komunitajiet kostali u tan-Nofsinhar, għall-kondizzjonijiet umani ta’ akkoljenza, ir-ritorni umanitarji volontarji, il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi oħrajn ta’ oriġini u ta’ tranżitu, kif ukoll ir-risistemazzjoni volontarja. Il-bastimenti kollha li joperaw fil-Mediterran għandhom jirrispettaw il-liġijiet applikabbli u mhux itellfu l-operazzjonijiet tal-Gwardja Kostali Libjana.

4. F’dak li jirrigwarda r-Rotta tal-Lvant tal-Mediterran, jenħtieġu sforzi addizzjonali biex id-Dikjarazzjoni bejn l-UE u t-Turkija tiġi implimentata b’mod sħiħ, jiġi evitat qsim ġdid mit-Turkija u  jitwaqqfu l-f lussi. Il-ftehim ta’ riammissjoni bejn l-UE u t-Turkija u l-ftehimiet bilaterali ta’ riammissjoni għandhom jiġu implimentati b’mod sħiħ u nondiskriminatorju fir-rigward tal-Istati Membri kollha. Jenħtieġu b’urġenza aktar sforzi biex jiġu żgurati ritorni rapidi u jiġi evitat l-iżvilupp ta’ rotot ġodda fil-baħar jew fuq l-art. Il-kooperazzjoni mas-sħab fir-reġjun tal-Balkani tal-Punent u l-appoġġ li jingħataw f ’dan ir-rigward jibqgħu kruċjali biex tiġi skambjata informazzjoni dwar il-f lussi migratorji, tiġi evitata l-migrazzjoni illegali, jiżdiedu l-kapaċitajiet b’rabta mal-protezzjoni tal-fruntieri u jitjiebu l-proċeduri ta’ ritorn u ta’ riammissjoni. Fid-dawl taż-żieda reċenti fil-f lussi fil-Mediterran tal-Punent, l-UE ser tappoġġa, finanzjarjament u b’modi oħra, l-isforzi kollha mill-Istati Membri, speċjalment Spanja, u l-pajjiżi ta’ oriġini u ta’ tranżitu, b’mod partikolari l-Marokk, biex jipprevjenu l-migrazzjoni illegali.

5. Sabiex jitkisser definittivament il-mudell kummerċjali tat-traffikanti ta’ dħul klandestin, u b’hekk jiġi evitat it-telf traġiku ta’ ħajjiet, jenħtieġ li jiġi eliminat l-inċentiv li jsiru vjaġġi perikolużi. Dan jeħtieġ approċċ ġdid ibbażat fuq azzjonijiet kondiviżi jew komplementari fost l-Istati Membri għall-iżbark ta’ dawk li jiġu salvati f ’operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ. F’dak il-kuntest, il-Kunsill Ewropew jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex b’mod rapidu jesploraw il-kunċett ta’ pjattaformi reġjonali ta’ żbark, f ’kooperazzjoni mill-qrib ma’ pajjiżi terzi rilevanti kif ukoll il-UNHCR u  l-IOM. Pjattaformi bħal dawn għandhom joperaw sitwazzjonijiet individwali distinti, b’rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali u mingħajr ma jinħoloq fattur ta’ attrazzjoni.

6. Fit-territorju tal-UE, dawk li jiġu salvati, skont id-dritt internazzjonali, għandu jittieħed l-inkarigu tagħhom, abbażi ta’ sforz kondiviż, permezz tat-trasferiment f ’ċentri kkontrollati mwaqqfa f l-Istati Membri, fuq bażi volontarja biss, fejn l-ipproċessar rapidu u sigur jkun jippermetti, bl-appoġġ sħiħ tal-UE, biex issir distinzjoni bejn il-migranti irregolari li ser jiġu ritornati, u dawk fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, li għalihom ikun japplika l-prinċipju tas-solidarjetà. Il-miżuri kollha fil-kuntest ta’ dawn iċ-ċentri kkontrollati, inkluż ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni, ser ikunu fuq bażi volontarja, mingħajr preġudizzju għar-riforma ta’ Dublin.

7. Il-Kunsill Ewropew jaqbel dwar it-tnedija tat-tieni porzjon tal-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija u f l-istess ħin dwar it-trasferiment ta’ 500 miljun euro mill-11-il riserva tal-FEŻ għall-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika. L-Istati Membri huma barra minn hekk mitluba jikkontribwixxu aktar għall-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Afrika bil-ħsieb li dan jiġi rikostitwit.

8. L-indirizzar tal-problema tal-migrazzjoni fil-qalba tagħha jirrikjedi sħubija mal-Afrika li timmira lejn trasformazzjoni soċjo-ekonomika sostanzjali tal-kontinent Afrikan fuq il-bażi tal-prinċipji u l-objettivi kif definiti mill-pajjiżi Afrikani f l-Aġenda 2063 tagħhom. L-Unjoni Ewropea u  l-Istati Membri tagħha jridu jilqgħu din l-isfida. Jenħtieġ li nieħdu l-ambitu u l-kwalità tal-kooperazzjoni tagħna mal-Afrika f ’livell ġdid. Dan mhux ser jirrikjedi biss aktar finanzjament għall-iżvilupp iżda wkoll passi lejn il-ħolqien ta’ qafas ġdid li jippermetti żieda sostanzjali ta’ investiment privat sew mill-Afrikani kif ukoll mill-Ewropej. Għandha ssir enfasi partikolari fuq l-edukazzjoni, is-saħħa, l-infrastruttura, l-innovazzjoni, il-governanza t-tajba u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa. L-Afrika hija l-ġar tagħna u dan għandu jsarraf f ’aktar skambji u kuntatti bejn il-popli taż-żewġ kontinenti fil-livelli kollha tas-soċjetà ċivili. Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni Afrikana hija element importanti tar-relazzjoni tagħna. Il-Kunsill Ewropew jappella biex din tiġi żviluppata u promossa aktar.

Page 85: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

83

9. Fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, il-Kunsill Ewropew jissottolinja l-ħtieġa għal strumenti f lessibbli, li jippermettu żborż rapidu, għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali. Il-fond għas-sigurtà interna, dak għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri, u dak għall-asil u l-migrazzjoni għandhom għaldaqstant jinkludu komponenti sinifikanti ddedikati għall-ġestjoni tal-migrazzjoni esterna.

10. Il-Kunsill Ewropew ifakkar fil-ħtieġa li l-Istati Membri jiżguraw il-kontroll effettiv tal-fruntieri esterni tal-UE bl-appoġġ finanzjarju u materjali tal-UE. Huwa jissottolinja wkoll il-ħtieġa li jiżdied b’mod sinifikanti r-ritorn effettiv ta’ migranti irregolari. Fir-rigward ta’ dawn iż-żewġ aspetti, ir-rwol ta’ appoġġ tal-FRONTEX, inkluż fil-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, għandu jissaħħaħ aktar permezz ta’ aktar riżorsi u mandat imsaħħaħ. Huwa jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel proposti leġislattivi għal politika Ewropea ta’ ritorn aktar effettiva u koerenti.

11. B’rabta mas-sitwazzjoni interna f l-UE, movimenti sekondarji minn Stat Membru għal ieħor ta’ persuni li jfittxu asil jirriskjaw li jipperikolaw l-integrità tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u l-acquis ta’ Schengen. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġislattivi u amministrattivi interni kollha meħtieġa biex iwaqqfu dawn il-movimenti u biex jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin għal dak il-għan.

12. F’dak li jirrigwarda r-riforma ta’ Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, sar ħafna progress bis-saħħa tal-isforzi bla heda tal-Presidenza Bulgara u  l-Presidenzi ta’ qabilha. Diversi fajls jinsabu qrib li jiġu ffinalizzati. Jenħtieġ li jintlaħaq kunsens dwar ir-Regolament ta’ Dublin sabiex jiġi rriformat abbażi ta’ bilanċ ta’ responsabbiltà u solidarjetà, filwaqt li jitqiesu l-persuni żbarkati wara operazzjonijiet ta’ Tfittxija u  Salvataġġ. Huwa meħtieġ ukoll eżami ulterjuri fuq il-proposta dwar il-Proċeduri ta’ Asil. Il-Kunsill Ewropew jissottolinja l-ħtieġa li tinsab soluzzjoni rapida għall-pakkett kollu u jistieden lill-Kunsill biex ikompli jaħdem bil-għan li jikkonkludi mill-aktar fis possibbli. Ser ikun hemm rapport dwar il-progress matul il-Kunsill Ewropew ta’ Ottubru.

II. SIGURTÀ U DIFIŻA13. Jeħtieġ li l-Ewropa terfa’ responsabbiltà akbar għas-sigurtà

tagħha stess u  tirfed ir-rwol tagħha bħala attur u sieħba kredibbli u  affidabbli fil-qasam tas-sigurtà u  d-difiża. L-Unjoni għaldaqstant qed tieħu passi biex issaħħaħ id-difiża Ewropea, billi żżid l-investiment fid-difiża, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u  l-livell ta’ tħejjija operazzjonali. Dawn l-inizjattivi jżidu l-awtonomija strateġika tagħha filwaqt li jikkomplementaw u  jsaħħu l-attivitajiet tan-NATO, f ’konformità ma’ konklużjonijiet preċedenti. Il-Kunsill Ewropew:• jappella għat-twettiq tal-impenji tal-kooperazzjoni

strutturata permanenti (PESCO) u biex ikomplu jiġu żviluppati l-proġetti inizjali u  l-qafas istituzzjonali, b'mod li jkun għalkollox konsistenti mar-Rieżami Annwali Koordinat dwar id-Difiża u l-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet rivedut adottat fi ħdan l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża. Il-ġabra li jmiss ta' proġetti ser jintlaħaq qbil dwarha f 'Novembru 2018. Huwa jistieden lill-Kunsill sabiex jiddeċiedi dwar il-kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' Stati terzi fi proġetti tal-PESCO;

• jilqa' l-progress fil-mobbiltà militari fil-qafas tal-PESCO u  tal-kooperazzjoni bejn l-UE u  n-NATO, jistenna li r-rekwiżiti militari fil-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-mobbiltà militari issa jiġu ffinalizzati, u jappella lill-Istati Membri biex jissimplifikaw u jistandardizzaw ir-regoli u l-proċeduri rilevanti sal-2024. Dawn l-isforzi, li għandhom jirrispettaw b'mod sħiħ is-sovranità tal-Istati Membri, jirrinfurzaw lil xulxin u jsegwu approċċ globali minn kull livell tal-gvern, ser jiġu eżaminati kull sena, mir-rebbiegħa tal-2019 'il quddiem, fuq il-bażi ta' rapport mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli;

• jappella għall-implimentazzjoni rapida tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp f l-Industrija tad-Difiża u għal aktar progress fil-Fond Ewropew għad-Difiża kemm fil-fergħa tar-riċerka kif ukoll fil-fergħa tal-kapaċitajiet tiegħu;

• jilqa' l-ħidma li saret biex tissaħħaħ id-dimensjoni ċivili tal-PSDK u jappella għal qbil fuq Patt dwar id-dimensjoni ċivili tal-PSDK sa tmiem din is-sena, biex b'hekk jiġi pprovdut qafas ġdid tal-UE għall-imaniġġar ċivili ta' kriżijiet u missjonijiet tal-PSDK, b'impenji ambizzjużi fil-livell tal-UE u  dak nazzjonali. Ifakkar li l-aspetti militari u ċivili jeħtieġ li jiġu indirizzati b'mod komprensiv b'attenzjoni fuq riżultati konkreti;

• jilqa' l-Komunikazzjoni Konġunta dwar ir-reżiljenza tal-Ewropa għal theddid ibridu u  ta' natura Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u  Nukleari u  jappella għall-adozzjoni malajr kemm jista' jkun ta' reġim ġdid tal-UE ta' miżuri restrittivi biex jiġu indirizzati l-użu u l-proliferazzjoni tal-armi kimiċi. Wara l-Konferenza straordinarja tal-Istati Parti għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi, l-UE timpenja ruħha li tappoġġa l-implimentazzjoni tar-riżultati tagħha;

• jistieden lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni biex sa Diċembru 2018, f 'kooperazzjoni mal-Istati Membri u f 'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2015, jippreżentaw pjan ta' azzjoni bi proposti speċifiċi għal rispons koordinat tal-UE għall-isfida tad-diżinformazzjoni, inkluż mandati xierqa u riżorsi suffiċjenti għat-timijiet rilevanti ta' Komunikazzjoni Strateġika tas-SEAE;

• jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet kontra t-theddid għaċ-ċibersigurtà minn barra l-UE u  jitlob lill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri biex jimplimentaw il-miżuri msemmija fil-Komunikazzjoni Konġunta, inkluż il-ħidma fuq l-attribuzzjoni ta' ċiberattakki u l-użu prattiku tas-sett ta' għodod taċ-ċiberdiplomazija;

• jappella għal aktar koordinazzjoni fost l-Istati Membri u, kif opportun, fil-livell tal-UE u f 'konsultazzjoni man-NATO, biex titnaqqas it-theddida minn attivitajiet ta' intelligence ostili;

• jappella biex tkompli tiġi approfondita l-kooperazzjoni bejn l-UE u  n-NATO, b'rispett sħiħ tal-prinċipji ta' inklużività, reċiproċità u  awtonomija tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, inkluż permezz ta' Dikjarazzjoni Konġunta ġdida, fuq il-bażi tal-progress li sar f l-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-2016 u l-proposti għal azzjoni marbutin magħha;

Page 86: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

84

• jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta leġislattiva biex jitjieb il-kxif u t-tneħħija ta' kontenut li jinċita l-mibegħda u t-twettiq ta' atti terroristiċi.

III. IMPJIEGI, TKABBIR U KOMPETITTIVITÀ

14. Il-Kunsill Ewropew japprova r-rakkomandazzjonijiet integrati speċifiċi għall-pajjiżi kif diskussi mill-Kunsill, u b’hekk jippermetti l-konklużjoni tas-Semestru Ewropew tal-2018. Is-sitwazzjoni ekonomika tajba attwali għandha tintuża biex jissaħħaħ il-momentum ta’ riforma.

15. L-iżgurar ta’ tassazzjoni ġusta u effettiva għadu prijorità ewlenija. F’dak il-kuntest, il-ġlieda kontra l-evitar, l-evażjoni u l-frodi tat-taxxa trid titkompla b’mod qawwi kemm fil-livell dinji (partikolarment f l-OECD) kif ukoll fi ħdan l-UE. Fl-istess waqt, hemm bżonn reali li nadattaw is-sistemi ta’ tassazzjoni tagħna għall-era diġitali. Il-Kunsill għaldaqstant għandu jmexxi ‘l quddiem il-ħidma fuq il-proposti tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni diġitali. Għandha tkompli wkoll il-ħidma fuq kif jista’ jiġi żgurat il-ġbir effettiv tal-VAT, inkluż progress rapidu fil-proposti tal-Kummissjoni dwar il-miżuri fuq perijodu qasir.

16. Fil-kuntest ta’ tensjonijiet dejjem jikbru fil-kummerċ, il-Kunsill Ewropew jenfasizza l-importanza li tiġi ppreservata u approfondita s-sistema multilaterali bbażata fuq ir-regoli. L-UE impenjata li taħdem għall-modernizzazzjoni tagħha u tappella lis-sħab kollha biex jagħtu kontribut pożittiv għal din il-mira. Huwa jistieden lill-Kummissjoni tipproponi approċċ komprensiv għat-titjib, f limkien ma’ sħab tal-istess fehma, tal-mod kif id-WTO taħdem f ’oqsma kruċjali bħal (i) negozjati aktar f lessibbli, (ii) regoli ġodda li jindirizzaw sfidi attwali, inkluż fil-qasam tas-sussidji industrijali, il-proprjetà intellettwali u t-trasferimenti furzati tat-teknoloġija, (iii)  tnaqqis tal-ispejjeż tal-kummerċ, (iv)  approċċ ġdid għall-iżvilupp, (v) soluzzjoni aktar effettiva u trasparenti ta’ tilwim, inkluż il-Korp tal-Appell, bil-ħsieb li jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, u (vi) it-tisħiħ tad-WTO bħala istituzzjoni, inkluż fil-funzjoni tagħha ta’ trasparenza u sorveljanza.

17. Bħala parti mill-aġenda kummerċjali pożittiva tagħha, l-UE ser tkompli tinnegozja ftehimiet kummerċjali ambizzjużi, ibbilanċjati u ta’ benefiċċju reċiproku ma’ sħab ewlenin madwar id-dinja, filwaqt li tippromwovi l-valuri u l-istandards tagħha. L-adozzjoni reċenti tar-regolament dwar il-modernizzazzjoni tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ ser tagħti kontribut biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. Il-Kunsill Ewropew jappella biex il-proposta leġislattiva dwar l-iskrinjar ta’ investimenti diretti barranin tiġi adottata malajr kemm jista’ jkun.

18. B’reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Istati Uniti li jiġu imposti tariffi fuq l-UE għal prodotti tal-azzar u tal-aluminju, li ma tistax tiġi ġġustifikata għal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali, il-Kunsill Ewropew jappoġġa b’mod sħiħ il-miżuri ta’ riekwilibriju, il-miżuri potenzjali ta’ salvagwardja biex inħarsu s-swieq tagħna, u  l-proċedimenti legali fid-WTO, kif deċiżi fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. L-UE trid tirrispondi għall-azzjonijiet kollha ta’ natura protezzjonista ċara, inkluż dawk li jixħtu dubju fuq il-Politika Agrikola Komuni.

IV. INNOVAZZJONI U DIĠITALI19. Jeħtieġ li l-Ewropa tkompli tiżviluppa r-riċerka ta’ kwalità

għolja tagħha madwar l-UE u ssarraf ha fi prodotti, servizzi u mudelli ta’ negozju ġodda. Għandna bżonn ekosistema tal-innovazzjoni inklużiva u aktar b’saħħitha biex titrawwem innovazzjoni rivoluzzjonarja u li twassal għal ħolqien ta’ swieq u jingħata appoġġ komprensiv biex negozji, inkluż SMEs, b’potenzjal fixkiel jidħlu fis-swieq dinjin b’suċċess.

20. Hu essenzjali li niksbu riżultati fil-proposti leġislattivi li għad fadal li jikkonċernaw is-Suq Uniku Diġitali qabel tmiem iċ-ċiklu leġislattiv attwali. Biex tinbena ekonomija Ewropea tad-data, hi meħtieġa aktar azzjoni biex jittejjeb l-użu effiċjenti tad-data madwar l-UE u titrawwem fiduċja permezz ta’ standards għoljin ta’ protezzjoni tad-data u  l-implimentazzjoni sħiħa u  l-infurzar proporzjonat tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data fir-rigward tal-atturi ekonomiċi kollha li jwettqu negozju fis-suq uniku tagħna. Data ta’ kwalità għolja hi essenzjali għall-iżvilupp tal-Intelliġenza Artifiċjali. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-koleġislaturi biex malajr jeżaminaw l-aktar pakkett reċenti dwar id-data. Jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri fuq pjan ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali, imsejjes fuq il-komunikazzjoni reċenti tagħha.

21. MISSING22. F’konformità mad-diskussjoni informali tal-Mexxejja

f ’Sofija, il-Kunsill Ewropew jinsisti fuq it-titjib tal-aċċess tan-negozji għall-finanzjament, inkluż billi jiġu kkoordinati aħjar l-iskemi u l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE u nazzjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni, fuq il-provvediment ta’ ambjent regolatorju favorevoli li jappoġġa aktar teħid ta’ riskji, u fuq il-promozzjoni ta’ ħiliet diġitali kif ukoll rabtiet bejn id-dinja akkademika, l-industrija u l-gvernijiet. Għandha titħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni, inkluż permezz tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej.

23. Il-Kunsill Ewropew jistieden lill-Kummissjoni tniedi inizjattiva pilota ġdida dwar l-innovazzjoni rivoluzzjonarja fiż-żmien li għad fadal f ’Orizzont 2020. Ser jitwaqqaf Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss biex jidentifika u jespandi innovazzjoni rivoluzzjonarja u fixkiela.

V. KWISTJONIJIET OĦR AJN24. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ u jappoġġa bis-sħiħ il-ftehim li

ntlaħaq bejn l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Greċja dwar il-kwistjoni tal-isem. Dan, f limkien mal-ftehim bejn il-Bulgarija u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar it-Trattat ta’ Ħbiberija, Relazzjonijiet Tajbin ta’ Viċinat, u Kooperazzjoni, jistabbilixxi eżempju qawwi għal oħrajn fir-reġjun biex isaħħu r-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat.

25. Il-Kunsill Ewropew japprova l-konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ assoċjazzjoni adottati mill-Kunsill fis-26 ta’ Ġunju 2018.

26. Il-Kunsill Ewropew itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għar-Riżoluzzjoni 2166 tal-KSNU dwar it-twaqqigħ tat-titjira MH-17. Jappella lill-Federazzjoni Russa biex taċċetta r-responsabbiltà tagħha u  biex tikkoopera b’mod sħiħ

Page 87: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

85

mal-isforzi kollha biex jiġu stabbiliti l-verità, il-ġustizzja u r-responsabbiltà.

27. Il-Kunsill Ewropew jieħu nota tal-pakkett ta’ proposti dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perijodu 2021–2027 ippreżentat mill-Kummissjoni fit-2 ta’ Mejju 2018, kif

ukoll tal-proposti leġislattivi settorjali għall-programmi li jappoġġaw il-politiki Ewropej li ġew ippreżentati minn dakinhar. Jistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jeżaminaw dawn il-proposti b’mod komprensiv u mill-aktar fis possibbli.

Page 88: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

86

KONKLUŻJONIJIET TAL-KUNSILL EWROPEW12 (ART. 50) —

29 TA' ĠUNJU 2018

12 Wara notifika skont l-Artikolu 50 TUE, il-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkun ħiereġ m’għandux jieħu sehem fid-diskussjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew fid-deċiżjonijiet li jikkonċernawh.

1. Fid-dawl tal-istat attwali ppreżentat min-negozjatur tal-Unjoni, il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-progress ulterjuri li sar f ’partijiet mit-test legali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ. Il-Kunsill Ewropew jieħu nota, madankollu, li għad irid isir qbil fuq aspetti oħra importanti, inkluż l-applikazzjoni territorjali tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, b’mod partikolari fir-rigward ta’ Ġibiltà.

2. Il-Kunsill Ewropew jesprimi t-tħassib tiegħu li għadu ma nkiseb l-ebda progress sostanzjali dwar qbil fuq soluzzjoni ta’ kontinġenza għall-Irlanda/Irlanda ta’ Fuq. Ifakkar f l-impenji meħuda mir-Renju Unit f ’dan ir-rigward f ’Diċembru 2017 u Marzu 2018, u jinsisti fuq il-ħtieġa għal sforzi intensifikati sabiex il-Ftehim dwar il-Ħruġ, inkluż id-dispożizzjonijiet tiegħu dwar it-tranżizzjoni, jistgħu jiġu konklużi kemm jista’ jkun malajr sabiex jidħlu fis-seħħ fid-data tal-ħruġ. Ifakkar li n-negozjati jistgħu jimxu ‘l quddiem biss dment li l-impenji kollha meħuda s’issa jiġu rispettati bis-sħiħ.

3. Trid titħaffef ukoll il-ħidma bil-ħsieb tat-tħejjija ta’ dikjarazzjoni politika dwar il-qafas għar-relazzjoni futura. Dan jeħtieġ aktar ċarezza kif ukoll proposti realistiċi u fattibbli mir-Renju Unit rigward il-pożizzjoni tiegħu dwar ir-relazzjoni futura. Il-Kunsill Ewropew jikkonferma mill-ġdid il-prinċipji stabbiliti fil-linji gwida tiegħu u l-pożizzjoni definita f ’Marzu 2018. Il-Kunsill Ewropew ifakkar li jekk il-pożizzjonijiet tar-Renju Unit jevolvu, l-Unjoni ser tkun lesta tikkunsidra mill-ġdid l-offerta tagħha f ’konformità mal-prinċipji ddikjarati fil-linji gwida tad-29 ta’ April u tal-15 ta’ Diċembru 2017, kif ukoll f ’dawk tat-23 ta’ Marzu 2018.

4. Il-Kunsill Ewropew iġedded l-appell tiegħu lill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-partijiet ikkonċernati kollha biex jintensifikaw il-ħidma tagħhom dwar it-tħejjija fil-livelli kollha u għall-eżiti kollha.

Page 89: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

87

DIKJARAZZJONI TAS-SUMMIT TAŻ-ŻONA TAL-EURO — 29 TA' ĠUNJU 2018

F’konformità mal-Aġenda tal-Mexxejja u l-eżitu tal-laqgħa tiegħu ta’ Diċembru 2017, filwaqt li jilqa’ l-kontribuzzjonijiet nazzjonali, inkluż dik ippreżentata minn Franza u l-Ġermanja, is-Summit tal-Euro llum qabel dwar li ġej:1. Il-qbil fil-Kunsill dwar il-Pakkett bankarju għandu

jippermetti li l-koleġislaturi jadottawh qabel tmiem is-sena mingħajr filwaqt li jinżamm il-bilanċ ġenerali. F’konformità mal-elementi kollha tal-pjan direzzjonali tal-2016 fis-sekwenza adatta, għandha tibda l-ħidma fuq pjan direzzjonali biex jibdew negozjati politiċi dwar l-Iskema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti.

2. Il-MES ser jipprovdi l-garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) u ser jissaħħaħ filwaqt li jaħdem fuq il-bażi tal-elementi kollha ta’ riforma

tal-MES kif indikat f l-ittra mill-President tal-Grupp tal-Euro. Il-Grupp tal-Euro ser iħejji t-termini ta’ referenza tal-garanzija ta’ kontinġenza komuni u ser jilħaq qbil fuq dokument dwar il-kondizzjonijiet għal aktar żvilupp tal-MES sa Diċembru 2018.

3. Il-Grupp tal-Euro ser ikompli jiddiskuti l-punti kollha msemmija f l-ittra mill-President tal-Grupp tal-Euro.

4. Is-Summit tal-Euro ser jerġa’ lura għal dawn il-kwistjonijiet f ’Diċembru 2018.

Is-Summit tal-Euro jilqa’ d-Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tal-21 ta’ Ġunju 2018 dwar l-iżborż finali ta’ finanzjament tal-MES lill-Greċja u dwar il-miżuri ta’ ħelsien mid-dejn fuq perijodu medju, li jikkompletaw b’suċċess l-assistenza finanzjarja lill-Greċja.

Page 90: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

Ritratti tal-qoxraFuq, mix-xellug: Mexxejja dinjija waqt il-laqgħa tal-G7 f ’Charlevoix, il-Kanada, Ġunju 2018; il-Kunsill Ewropew waqt laqgħa fil-bini Europa fi Brussell; il-President Donald Tusk

Taħt: il-laqgħa tal-PESCO fil-bini Europa fi Brussell, Diċembru 2017Sorsi tar-ritratti© Unjoni Ewropea, 2018Paġni 6, 7: © FrontexPaġna 18, l-ewwel ringiela fuq il-lemin: © Saul Loeb/AFPPaġna 20, taħt: © T. BarchielliPaġna 23: © Dominik Werner/AeroLab

Page 91: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni
Page 92: Il-Kunsill Ewropew · 2018-11-23 · Mejju 2016 sa Ġunju 2018 Introduzzjoni Dan ir-rapport jispjega fid-dettall il-ħidma tal-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-mexxejja tal-Unjoni

Rue de la Loi/Wetstraat 1751048 Bruxelles/BrusselBELGIQUE/BELGIËTel. +32 (0)2 281 61 11www.consilium.europa.eu

Print PDFISBN 978-92-824-6156-3 ISBN 978-92-824-6120-4ISSN 1977-3242 ISSN 2363-295Xdoi:10.2860/146467 doi:10.2860/327284QC-AO-17-001-MT-C QC-AO-17-001-MT-N