Ħames passi biex taċċessja pakkett tal-kura fid-dar · web viewĦames passi biex taċċessja...

76
Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Upload: duongkiet

Post on 03-Mar-2019

229 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames
Page 2: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 3: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

ISBN 978-1-925318-03-6

Bl-eċċezzjoni tal-Emblema tal-Commonwealth u fejn hu nnotat mod ieħor, il-materjal kollu f’dan id-dokument hu pprovdut skont l-Attribuzzjoni tal-Komuni Kreattivi 3.0 Awstralja (http://creativecommons.org/licences/by/3.0/au) liċenzja.

Id-dettalji tal-kondizzjonijiet tal-liċenzja relevanti jinsabu fuq il-websajt tal-Komuni Kreattivi (aċċessibbli billi tuża l-links ipprovduti), kif ukoll il-kodiċi legali sħiħa għall-liċenzja CC BY 3.0 AU (http://creativecommons.org/licences/by/3.0/au/legalcode). Id-dokument jrid ikun attribwit bħala il-Ħames passi biex taċċessja l-Pakkett tal-Kura fid-Dar tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali.

Ikkuntattjana

Mistoqsijiet dwar il-liċenzja u kwalunkwe użu ta’ dan id-dokument jistgħu jintbagħtu lil:

Communication and Media BranchDepartment of Social ServicesPO Box 7576Canberra BC 2610

Email: [email protected]

Int tista’ ssib dan il-prodott f’ www.myagedcare.gov.au

Dan il-fuljett hu mfassal biex jgħinek tieħu deċiżjonijiet importanti dwar il-kura tiegħek. Minkejja l-fatt li ppruvajna nagħmluh komprensiv kemm nistgħu, int għandek mnejn tkun trid tagħrif aktar speċifiku dwar is-sistema tal-kura tal-anzjan biex tagħmel deċiżjoni infurmata.

L-għan ta’ dan il-ktejjeb hu li jgħin persuni akbar fl-età, familji, kerers jifhmu il-proċess għall-aċċessjar tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar. Jispjega fuq fuq il-passi li għandek bżonn issegwi u x’għandek tagħmel f’kull pass

It-tagħrif hu kurrenti mill-1 ta’ Lulju 2015 sa Jannar 2017.

3

Page 4: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 5: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Dan il-ktejjeb jgħodd għalik?Dan il-ktejjeb jispjega kif persuni akbar fl-età li għandhom firxa ta’ bżonnijiet ta’ kura ogħla jistgħu jaċċessjaw sapport f’darhom, permezz ta’ Pakkett koordinat tal-Kura fid-Dar.

Hemm tipi differenti ta’ kura tal-anzjani ffinanzjata mill-Commonwealth. Dawn ġeneralment jinkludu:

1. Il-Programm tal-Commonwealth tas-Sapport fid-Dar (CHSP), li jipprovdi sapport inizjali għall-persuni akbar fl-età

2. Il-Programm tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar li jipprovdi sapport għall-persuni li għandhom bżonnijiet ta’ kura ta’ livell ogħla u maniġġjar tal-każi biex jgħinhom jgħixu indipendentement f’darhom

3. Il-Kura Residenzjali tal-Anzjani li tipprovdi kura fultajm f’faċilità residenzjali

2

Page 6: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

It-tabella li ġejja turi fuq fuq id-differenzi prinċipali bejn dawn it-tipi ta’ kura tal-anzjani:

Għal aktar tagħrif dwar it-tipi differenti ta’ kura tal-anzjani, ċempel lil My Aged Care fuq 1800 200 422 jew mur fuq www.myagedcare.gov.au.

3

Sapport fid-Dar tal-CommonwealthSapport Inizjali fid-darRespajt ippjanat, għajnuna fil-faċendi tad-dar, kura personali, bukkuni u preparazzjoni tal-ikel, trasport, xirja, sapport relatat tas-saħħa u soċjali huma biss uħud mis-servizzi skont il-programm

Pakketti tal-Kura fid-DarSapport aktar kompless fid-darErba’ livelli ta’ pakketti koordinati u diretti mill-konsumatur ta’ servizzi li jinkludu kura personali, servizzi ta’ sapport u nersink, servizzi kliniċi ta’ saħħa relatata

Kura Residenzjali tal-AnzjaniKura personali u tan-nersink f’djar ta’ kura tal-anzjani għal persuni akbar fl-età li ma jistgħux jgħixu b’mod indipendenti f’djarhom stess

Dan il-ktejjeb

Page 7: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

2

Page 8: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

X’Inhu Pakkett tal-Kura fid-Dar?.............................6

My Aged Care........................................................8

Pass 1: Iċċekkja l-eliġibilità tiegħek......................10

Pass 2: Sib provveditur tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar...................................................................14

Pass 3: Aħdem l-ispiża.........................................16

Pass 4: Aċċetta l-Pakkett tal-Kura fid-Dar............24

Pass 5: Tibda s-servizzi tiegħek...........................30

Mistoqsijiet li Jsiru ta’ Spiss..................................36

Lista tal-Iċċekkjar..................................................42

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 4225

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 9: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

X’Inhu Pakkett tal-Kura fid-Dar?l-Programm tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar jipprovdi pakketti ta’ kura u servizzi li jissodisfaw bżonnijiet ta’ livell ogħla ta’ kura u jgħinek tgħix b’mod indipendenti f’darek. Il-Programm tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar iħallik tfassal firxa ikkoordinata ta’ kura u servizzi biex jgħinuk tissodisfa l-bżonnijiet tiegħek tal-kura u tilħaq il-miri tiegħek.

Meta l-Programm tal-Commonwealth tas-Sapport fid-Dar (CHSP) jipprovdi servizzi inizjali, il-Programm tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar jipprovdi firxa ta’ kura u servizzi aktar komprensivi u mfasslin għal persuni akbar fl-età li għandhom bżonnijiet ta’ livell ogħla ta’ kura.

Il-firxa ta’ kura u servizzi disponibbli skont il-Pakkett tal-Kura fid-Dar jinkludu, imma mhux limitati għal:

Servizzi ta’ sapport: bħal ngħidu aħna għajnuna fil-ħasla u l-mogħdija, tindif tad-dar, xogħol fil-ġnien, manutenzjoni bażika fid-dar, modifikazzjonijiet fid-dar li għandhom x’jaqsmu mal-bżonnijiet tal-kura tiegħek, u trasport biex jgħinek tagħmel ix-xirja, żżur it-tabib tiegħek jew tattendi attivitajiet soċjali

Kura personali: bħal ngħidu aħna tieħu doċċa jew banju, tilbes u mobilità

Nersink, saħħa relatata u servizzi kliniċi oħra: servizzi tas-smigħ servizzi tal-viżta

Koordinazzjoni tal-kura u l-immaniġġjar tal-każ

Hemm erba’ livelli ta’ Pakketti tal-Kura fid-Dar li jistgħu jagħtuk il-kura u s-servizzi li għandek bżonn:

Livell 1 jissapportja persuni li għandhom bżonnijiet ta’ kura bażika

Livell 2 jissapportja persuni li għandhom bżonnijiet ta’ kura ta’ livell baxx

Livell 3 jissapportja persuni li għandhom bżonnijiet ta’ kura intermedja

Livell 4 jissapportja persuni li għandhom bżonnijiet ta’ kura ta’ livell għoli

6

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 10: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Kull livell ta’ pakkett għandu ammont differenti ta’ finanzjament (sussidju) li jitħallas lill-provveditur tiegħek mill-Gvern Awstraljan biex jipprovdi l-kura u s-servizz tiegħek. Int tista’ ssib aktar tagħrif dwar ir-rati tas-sussidju fuq il-websajt tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali f’www.dss.gov.au.

Int tista’ tfassal Pakkett tal-Kura fid-Dar li l-aktar jissapportja l-bżonnijiet u l-miri tiegħek billi taħdem flimkien mal-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar biex tipproduċu flimkien il-pjan tiegħek ta’ kura. Dan hi parti importanti tal-proċess, u ser jgħinek tikseb kemm tista’ mill-kura u s-servizzi li hemm għalik.

L-għan ta’ dan il-ktejjeb hu li jgħinek, lill-familja tiegħek u lill-kerers tiegħek, tifhmu l-proċess meta tieħdu Pakkett tal-Kura fid-Dar. Jispjega fuq fuq il-ħames passi li trid issegwi u xi trid tagħmel f’kull pass.

Hemm ħames passi li huma:

1. Iċċekkja l-eliġibilità tiegħek

2. Sib provveditur tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar

3. Aħdem l-ispejjeż

4. Aċċetta l-Pakkett tal-Kura fid-Dar

5. Ibda uża s-servizzi tiegħek

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 4227

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 11: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

My Aged CareInt tista’ ssib, matul iż-żmien, li xi affarijiet qed isiru aktar tqal timmaniġġjahom waħdek. Meta tifhem li jista’ jkollok bżonn xi għajnuna jista’ jkun żmien stressanti li jinvolvi fehim ta’ x’servizzi hemm, kemm jiswew u kif taċċessjahom.

My Aged Care jista’ jgħinek. Hu l-ewwel post ta’ kuntatt għall-bżonnijiet kollha tiegħek tal-kura tal-anzjani.

Meta ċċempel My Aged Car l-istaff taċ-ċentru tal-kuntatt ser jistaqsuk mistoqsijiet biex jgħinuhom jifhmu l-bżonnijiet tiegħek.

L-istaff taċ-ċentru tal-kuntatt jistgħu:

jistaqsu firxa ta’ mistoqsijiet fuq it-telefown biex jiffurmaw stampa tal-bżonnijiet u l-arranġamenti tal-kura tiegħek biex jinfurmaw il-passi li jmiss taċ-ċentru tal-kuntatt

jorganizzaw assessjament wiċċ imb wiċċ tal-bżonnijiet tiegħek li jsir f’darek minn assessjatur imħarreġ

jirreferuk għand servizzi tal-kura tal-anzjani, li jirriflettu kwalunkwe preferenzi li jista’ jkollok għall-provvedituri ta’ servizz partikulari

jagħtuk tagħrif dwar il-kura tal-anzjani u dettalji dwar is-servizzi li jistgħu jgħinuk

L-istaff taċ-ċentru tal-kuntatt ser jitlob il-kunsens tiegħek biex joħloq rekord personalizzat tal-klijent. Dan ser ikun hemm fih tagħrif aġġornat dwar il-bżonnijiet tiegħek, ir-riżultati ta’ kwalunkwe assessjamenti u kwalunkwe servizzi li tirċievi. Ir-rekord tal-klijent ser inaqqas il-bżonn li int terġa’ tgħidilna l-istorja tiegħek.

Bħala klijent ta’ My Aged Care, int tista’ tagħżel li tara r-rekord tal-klijent b’mod sigur onlajn permezz tal-portal tal-klijent f’www.myagedcare.gov.au

Int tista’ tinnomina wkoll membri tal-familja u ħbieb bħala r-rappreżentanti tiegħek. Dawn ir-rappreżentanti ser ikunu jistgħu wkoll jaraw ir-rekord tiegħek tal-klijent.

8

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 12: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Kif nikkuntattja lil My Aged Care?My Aged Care għandhom websajt (www.myagedcare.gov.au) li tagħtik tagħrif li għandek bżonn dwar il-kura tal-anzjani.

Toffri wkoll ċentru tal-kuntatt li ser ikun miftuħ bejn it-8am u t-8pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa u mill-10am sas-2pm is-Sibtijiet (ħin lokali) billi ċċempel 1800 200 422.

Is-Servizzz tat-Traduzzjoni u tal-Interpretar (TIS) fuq 131 450 jkopri aktar minn 100 lingwa u jkun miftuħ 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa.

Ċempel u staqsi għal My Aged Care fuq 1800 200 422.

Jekk għandek impediment tas-smigħ jew tat-taħdit, tista’ tikkuntattja lil My Aged Care permezz tas-Servizz tar-Relay Nazzjonali (NRS) f’żewġ passi ħfief:

żur il-websajt tas-Servizz tar-Relay Nazzjonali (NRS) (www.relayservice.gov.au) biex tagħżel il-punt preferut minnek tal-aċċess

staqsi għal My Aged Care fuq 1800 200 422

Dawn iż-żewġ servizzi jistgħu jintużaw u tħallas biss il-prezz ta’ telefonata lokali.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 4229

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 13: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Pass 1: Iċċekkja l-eliġibilità tiegħekJekk għandek bżonnijiet ta’ kura ogħla u qed tara jekk għandekx taċċessja l-kura fid-dar, l-ewwelnett int għandek bżonn tikkuntattja lil My Aged Care billi ċċempel 1800 200 422 jew billi tmur fuq www.myagedcare.gov.au.

Jekk il-bżonnijiet tiegħek tal-kura jindikaw li jista’ jkollok bżonn Pakkett ta’ Kura fid-Dar, My Aged Care ser tirreferik għand Tim tal-Assessjament tal-Kura tal-Anzjani (ACAT, ACAS f’Victoria) biex ikollok assessjament. Dan l-assessjament ser jidentifika jekk għandekx bżonnijiet ta’ kura ta’ livell għoli jew ta’ livell baxx.

L-ACATS ikopru l-Awstralja kollha u huma bbażati fl-isptarijiet u fil-komunità lokali.

Membru tal-ACAT ser ikellmek dwar is-sitwazzjoni kurrenti tiegħek u jassessja u japprova l-eliġibilità tiegħek biex tirċievi servizzi ta’ kura tal-anzjani ssussidjati mill-Gvern Awstraljan. Dawn l-assessjamenti huma bla ħlas.

Hu importanti tkun taf li l-preferenzi tiegħek ser ikunu dejjem ikkunsidrati, u m’għandex bżonn tieħu l-ebda deċiżjoni dwar il-futur tiegħek matul l-assessjament tiegħek.

Aħna kuntenti jekk iġġib miegħek xi ħaddieħor-pereżempju ħabib, membru tal-familja jew il-kerer tiegħek-biex jattendu l-assessjament tiegħek għal aktar sapport.

10

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 14: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

L-assessjamentL-ACAT ser, bil-kunsens tiegħek:

jassessja u japprova l-eliġibilità tiegħek għal kura fid-dar biex jgħinek tibqa’ tgħix f’darek stess jew jirreferik għal servizzi oħra

jagħtik tagħrif dwar is-servizzi tal-kura fid-dar fiż-żona tiegħek

jgħinek taċċessja l-kura li għandek bżonn

jgħinek torganizza kura ta’ respajt residenzjali, jekk għandek bżonn dan.

Il-membru lokali tiegħek tal-ACAT (normalment ners, social worker, jew professjonist ieħor tal-kura tas-saħħa) ser jiffissa ħin biex jiġi jarak f’darek (jew l-isptar jekk int tinsab bħalissa l-isptar) u jkellmek dwar kemm qed timmaniġġja tajjeb il-ħajja tiegħek ta’ kuljum. Huma jispjegaw ukoll il-proċess tal-assessjament.

Il-membru tal-ACAT ser jitolbok tagħtih permess biex jitkellem mat-tabib tiegħek dwar il-passat tiegħek mediku tiegħek qabel ma jiltaqa’ miegħek. Jekk taqbel, il-kunsens tiegħek ikun irrekordjat mill-membru tal-ACAT. It-tagħrif kollu mogħti ser ikun meqjus bħala konfidenzjali.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42211

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 15: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Wara l-assessjamentACAT jista’ japprovak bħala eliġibbli għal kura ta’ livell baxx (Pakkett ta’ livell 1 jew 2) jew kura ta’ livell għoli (pakkett ta’ Livell 3 jew 4).

L-ACAT ser jiktiblek biex jagħrfek dwar ir-riżultat tal-assessjament tiegħek, il-livell ta’ kura li int eliġibbli għalih u li int ġejt approvat li tirċievi, kif ukoll ħarsa ġenerali ta’ dik il-kura.

Żomm kopja ta’ dawn id-dokumenti biex turi li int eliġibbli li tirċievi servizzi ta’ kura tal-anzjani ssussidjati mill-Gvern Awstraljan.

Jekk ma tirċevix ittra li tispjega r-riżultat tal-assessjament tiegħek, ikkuntattja lil ACAT u itlobhom kopja.

L-approvazzjoni tiegħek tal-ACAT ma tiskadix għajr jekk hemm limitazzjoni ta’ żmien speċifiku fuq l-approvazzjoni. Għajr meta l-bżonnijiet tal-kura tiegħek inbidlu b’mod sinifikanti, int mhux ser ikollok bżonn assessjament ieħor biex tkun eliġibbli għall-Pakkett tal-Kura fid-Dar.

Jekk il-bżonnijiet tal-kura tiegħek jinbidlu b’mod sinifikanti waqt li int tkun qed tistenna Pakkett tal-Kura fid-Dar, int tista’ titlob assessjament ġdid tal-ACAT billi tikkuntattja lil My Aged Care.

X’jiġri jekk ikollok xi tħassib dwar l-assessjament tal-ACAT?Jekk int imħasseb dwar is-servizz li rċevejt matul l-assessjament tiegħek jew dwar id-deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni tiegħek, int għandek kull dritt li tqajjem dak li jkun qed iħassbek.

Kull ACAT għandu proċeduri stabbiliti biex jinvestiga t-tħassib tiegħek. L-ewwelnett kellem lil ACAT biex tara jekk jistgħux jgħinuk. Spiss l-aħjar mod għalik u li int, jew għall-persuna li qed tirrappreżentak, titkellem direttament lit-tim leader tal-ACAT biex issolvu kwalunkwe problemi. Jinsabu hemm biex jgħinuk u ser jisimgħu t-tħassib tiegħek. Int għandek mnejn tkun trid lil xi ħaddieħor ikun miegħek meta tiddiskuti t-tħassib tiegħek.

12

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 16: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

L-ACATs huma impjegati mill-gvernijiet Statali u Territorjali, biex hekk kull tim hu kopert mill-proċeduri tal-ilmenti tal-Gvern tagħhom. Jekk int u l-ACAT ma tistgħux issolvu l-problema, int tista’ tqajjem l-inkwiet tiegħek mal-gvern relevanti Statali jew Territorjali.

X’jiġri jekk m’intix sodisfatt bir-riżultat tal-assessjament?Jekk, wara li kont tkellimt mal-ACAT tiegħek, int xorta waħda taħseb li r-riżultat tal-assessjament għandu jinbidel, int tista’ tikteb lis-Segretarju tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali u għidilhom għala taħseb li għandu jinbidel. Int għandek tikteb lill-indirizz li ġej:

Is-SegretarjuDepartment of Social ServicesC/- DirectorAged Care Branch (NSW and ACT)GPO Box 9820Sydney NSW 2001

Int trid tikteb lis-Segretarju fi żmien 28-il ġurnata minn meta tirċievi l-ittra tiegħek mingħand l-ACAT. L-ittra tiegħek mill-ACAT ser tinkludi aktar tagħrif dwar kif tista’ tilmenta jew tappella.

Mhux ser ikollok tħallas xejn biex titlob reviżjoni tal-approvazzjoni tal-ACAT l-ewwel darba. Jekk ma taqbilx mar-riżultat tar-reviżjoni u tixtieq li tinstema’ quddiem it-Tribunal tal-Appelli Amministrattivi allura ser ikun hemm ħlas.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42213

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 17: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Pass 2: Sib provveditur tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar.Hekk kif tirċievi l-approvazzjoni tiegħek tal-ACAT, int ser ikollok bżonn issib provveditur tal-kura fid-dar fiż-żona lokali tiegħek li jista’ joffrilek Pakkett tal-Kura fid-Dar.

Jekk trid issib il-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar, int tista’ tikkuntattja lil My Aged Care fuq 1800 200 422 jew uża l-Għajnuna biex Issib Servizz (Service Finder) fuq il-websajt ta’ My Aged Care.

Il-membru tal-ACAT tiegħek ser jgħinek issib provveditur tal-kura fid-dar.

Is-Service Finder ser jagħtik tagħrif ġenerali tal-provvedituri fiż-żona lokali tiegħek u d-dettalji tal-websajt tagħhom biex int tifhem aħjar x’qed joffru. Int tista’ wkoll tikseb id-dettalji tal-kuntatt tagħhom biex tkun tista’ tiffissa ħin biex tmur tarahom.

Kull provveditur hu differenti, allura meta tiltaqa’ magħhom, dan għandu jgħinek tifhem x’għandek tistenna. Int ser tkun ukoll tista’ tara x’tipi ta’ kura, ta’ servizzi u attivitajiet joffru.

14

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 18: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Perjodi ta’ stennijaF’xi żoni, jista’ jkun hemm perjodu ta’ stennija bejn l-approvazzjoni tal-ACAT u żmien meta int tkun offrut Pakkett tal-Kura fid-Dar minn provveditur tal-kura fid-dar.

Kemm ser ikollok tistenna biex tirċievi pakkett ser jiddependi minn numru ta’ fatturi inklużi:

kemm hemm persuni oħra jistennew Pakkett tal-Kura fid-Dar

in-numru tal-provvedituri tal-kura fid-dar b’Pakketti tal-Kura fid-Dar fiż-żona tiegħek

jekk il-provveditur tal-kura fid-dar għandux pakkett li jissodisfa l-bżonnijiet tiegħek

Il-persuni mhux dejjem jirċievu kura fuq bażi ta’ ‘min ikun applika l-ewwel jinqeda l-ewwel’. Il-provvedituri tal-kura fid-dar huma mħeġġa jagħtu prijorità lill-bżonnijiet tal-kura ta’ kull individwu a paragun ta’ oħrajn.

Int tista’ titlob li tkun magħdud fuq il-lista ta’ stennija tal-akbar numru ta’ provvedituri tal-kura fid-dar li trid. Il-provvedituri tal-kura fid-dar ma jistgħux jiċċarġjawk miżata biex tidher fuq il-lista ta’ stennija tagħhom. Meta tkun fuq il-lista ta’ stennija, int għandek iżżomm kuntatt mal-provvedituri tal-kura fid-dar biex tgħarrafhom li int għadek interessat f’pakkett.

X’jigri jekk livell addatt ta’ pakkett ma jkunx disponibbli?Jekk int ġejt approvat bħala eliġibbli għall-livell għoli ta’ kura (pakkett Livell 3 jew 4), int tista’ tiġi offrut kura ta’ livell baxx (pakkett Livell 1 jew 2) sakemm jinstab pakkett tal-livell aktar addatt. Int tista’ tirċievi biss livell aktar baxx ta’ kura u servizzi fil-pakkett tiegħek matul dan iż-żmien.

F’xi partijiet tal-pajjiż jista’ jkun hemm biss provveditur wieħed tal-kura fid-dar għal dik iż-żona partikulari. Dan hu aktar komuni f’żoni rurali u remoti tal-Awstralja.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42215

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 19: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Pass 3: Aħdem l-ispiżaIl-Gvern Awstraljan jissussidja firxa ta’ kura tal-anzjani fl-Awstralja. Jekk iċ-ċirkustanzi personali tiegħek jippermettu, int mistenni tikkontribwixxi għall-ispiża tal-kura tiegħek.

Kwalunkwe miżati u eliġibilità għas-sussidji ser ikunu diskussi u miftehma mall-provveditur tas-servizz tiegħek qabel ma tirċievi s-servizzi relevanti.

X’tipi ta’ miżati hemm?Hemm żewġ tipi ta’ miżati li int mistenni tħallas:

miżata bażika ta’ kuljum

miżata tal-kura soġġetta għat-test tad-dħul (jekk id-dħul tiegħek hu aktar mid-dħul massimu għall-pensjonant li jircievi l-pensjoni sħiħa, int tista’ tiġi mitlub tħallas din il-miżata)

16

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 20: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

X’inhi l-miżata bażika ta’ kuljum?Jekk int taċċetta Pakkett tal-Kura fid-Dar int tista’ tiġi mitlub tħallas miżata bażika ta’ kuljum hu x’inhu d-dħul tiegħek. Jekk int ma tistax tħallas il-miżata bażika ta’ kuljum kollha jew parti minnha, int tista’ tiddiskuti din il-miżata mal-provveditur tiegħek biex jara jistax inaqqashielek. Imma, dan ser inaqqas il-fondi li hemm fil-baġit tal-pakkett tiegħek.

Il-miżata massima bażika ta’ kuljum hi 17.5 fil-mija tar-rata tal-Pensjoni tal-Eta’ bażika ta’ persuna waħidha.

Ir-rata togħla fl-20 ta’ Marzu u fl-20 ta’ Settembru kull sena skont it-tibdil fil-Pensjoni tal-Età. Dan japplika għal kull persuna li qed jirċievi Pakkett tal-Kura fid-Dar, anki jekk int parti minn koppja.

X’inhi l-miżata tal-kura soġġetta għat-test tad-dħul?Int tista’ tiġi mitlub tikkontribwixxi aktar għall-ispiża tal-kura tiegħek dejjem jiddependi mid-dħul tiegħek. Dan hu magħruf bħala ‘miżata tal-kura soġġetta għat-test tad-dħul’ u hi addizzjonalment għall-miżata bażika ta’ kuljum.

Hemm ukoll limiti ta’ kuljum, annwali u ta’ matul ħajtek kollha fuq l-ammont ta’ miżata tal-kura soġġetta għat-test tad-dħul li int tista’ tiġi mitlub tħallas.

Id-dar tiegħek mhix inkluża fl-assessjament tad-dħul tiegħek għall-fini tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar.

Pensjonanti li qed jirċievu l-pensjoni sħiħa ma jistgħux jiġu mitluba jħallsu miżata tal-kura soġġetta għat-test tad-dħulInt mhux ser tiġi mitlub tħallas miżata tal-kura soġġetta għat-test tad-dħul jekk id-dħul tiegħek fis-sena ikun inqas mill-ammont massimu ta’ dħul li persuna jista’ jkollha biex tkun ikklassifikata bħala pensjonant li jirċievi l-pensjoni sħiħa.

Id-dħul tal-konjugiJekk int parti minn koppja, il-miżati pagabbli ser ikunu determinati billi niddividu bin-nofs id-dħul tagħkom magħdud, indipendentement minn min qala’ d-dħul.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42217

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 21: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Għajnuna biex tikkalkula l-miżati tiegħekMy Aged Care tista’ tagħtik aktar tagħrif dwar il-miżati tal-kura fid-dar, kif ukoll stima ta’ x’jistgħu jkunu l-miżati tiegħek. Ċempel lil Iċ-ċentru tal-kuntatt ta’ My Aged Care (1800 200 422) u mur fuq www.myagedcare.gov.au.

My Aged Care tista’ tagħtik ukoll stima tal-miżati tiegħek billi tuża l-Kalkulatur tal-Miżati tal-Kura fid-Dar. Int tista’ tuża l-Kalkulatur tal-Miżata fuq il-websajt f’ www.myagedcare.gov.au/fee-estimator/home-care.

X’jiġri jekk diġà nirċievi pagament tas-sapport mill-Gvern?Jekk qed tirċievi pagament tas-sapport tad-dħul li hu soġġett għat-test tal-mezzi, pereżempju il-Pensjoni tal-Età (sħiħa jew parti), il-Pensjoni tas-Sapport tad-Diżabilità jew il-Pensjoni tas-Servizz, id-Dipartiment tas-Servizzi Umani (jew id-Dipartiment tal-Affarijiet tal-Veterani) ser ikollu biżżejjed tagħrif biex jaħdem il-miżati massimi pagabbli biex ma jkollokx bżonn timla’ l-formola tal-assessjament. Hekk kif tibda l-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar, id-Dipartiment tas-Servizzi Umani ser jagħrfek u lill-provveditur tiegħek x’inhuma l-miżati massimi bbażati fuq it-tagħrif li diġà għandu.

Pagamenti tas-sapport tad-dħul li mhumiex suġġetti għat-test tal-mezzi jinkludu:

Pensjoni tal-Età - Għomja

Pensjoni tas-Sapport tad-Diżabilità - Għomja

Allowance tal-Kerer

Allowance tal-Mobilità

Pensjoni tad-Diżabilità tad-DVA mingħajr is-Suppliment tas-Sapport tad-Dħul

Id-DVA tal-Armla tal-Gwerra mingħajr is-Suppliment tas-Sapport tad-Dħul

L-assessjament tad-dħul ma jinkludix il-valur tad-dar tiegħek jew kwalunkwe assi oħra.

18

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 22: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Kif tista’ tkun taf x’miżati tista’ tiġi mitlub tħallas qabel ma taċċetta Pakkett tal-Kura tad-Dar?Int mhux ser ikollok tħallas l-ebda miżata qabel ma jibda l-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar; imma, hekk kif tidħol fi Ftehim tal-Kura fid-Dar mall-provveditur tiegħek, int tista’ tiġi mitlub tħallas miżati sa xahar bil-quddiem. Kwalunkwe miżati mħallsa bil-quddiem ser jitħallsu lura meta tħalli l-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar, jew tmur ma’ provveditur ieħor.

Int tista’ titlob parir dwar il-miżati mingħand id-Dipartiment tas-Servizzi Umani qabel ma taċċetta’ jew tibda l-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar. Dan il-parir ser ikun validu għal 120 ġurnata għajr meta jkun hemm bidla sinifikanti fiċ-ċirkustanzi tiegħek. Jekk ikun hemm bidla, int trid tgħarraf lid-Dipartiment tal-Affarijiet Umani, li ser jerġgħu joħorġu ittra oħra dwar parir rigward il-miżati.

Jekk int qed tirċievi pagament ta’ sapport tad-dħul (pensjoni) li hu soġġett għat-test tal-mezzi int tista’ ċċempel lid-Dipartiment tas-Servizzi Umani fuq 1800 227 475 jew lid-Dipartiment tal-Affarijiet tal-Veterani fuq 1800 555 254 u itlobhom parir dwar il-miżati għall-kura fid-dar. Inkella, int tista’ tissottometti l-‘Aged Care Fees Income Assessment – SA 456’ form (formola SA 456 – tal-Asssessjament tad-Dħul tal-Miżati tal-Kura tal-Anzjani). Int tista’ tikseb kopja tal-formola mill-websajt tad-Dipartiment tas-Servizzi Umani f’www.humanservices.gov.au/customer/forms/sa456 jew billi ċċempel 1800 227 475 u itlobhom jibgħatulek kopja tal-formola. Int mhux ser ikollok bżonn timla l-formola kollha, d-dettalji tiegħek tal-kuntatt biss.

Jekk int persuna irtirata li tgħix mill-investimenti tiegħek stess jew mhux qed tirċievi pagament tas-sapport tad-dħul soġġett għat-test tal-mezzi, int trid timla formola ‘SA 456 – tal-Asssessjament tad-Dħul tal-Miżati tal-Kura tal-Anzjani’.

Il-provveditur tiegħek jew l-assessur tal-ACAT/ACAS għandu mnejn għandu kopja tal-formola.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42219

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 23: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Kulmeta jridu jitħallsu l-miżati?Il-miżati jridu jitħallsu għal kull jum li jkollok Pakkett tal-Kura fid-Dar, u ġeneralment jitħallsu kull ħmistax jew kull xahar. Il-Gvern iħallas ukoll sussidju u supplimenti lill-provveditur kuljum. Il-miżati tiegħek u l-kontribuzzjonijiet li jħallas il-gvern jikkontribwixxu lejn il-finanzjament totali tal-pakkett tiegħek u jikkontribwixxu għal provvediment tas-servizzi fil-ġranet meta tirċevihom.

20

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 24: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Kif ser tiġi avżat dwar il-miżati tiegħek?Id-Dipartiment tas-Servizzi Umani ser jikkalkula l-miżati massimi pagabbli skont l-assessjament tat-tagħrif finazjarju dwarek u javża lilek u lill-provveditur tal-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar.

L-ittra ser tgħarrfek ukoll dwar ir-rata bażika ta’ kuljum li int tista’ tiġi mitlub tħallas.

Int ser tirċievi biss ittra jekk int titlob assessjament qabel ma tibda l-pakkett tiegħek. Il-provveditur tiegħek ser jirċievi ittra hekk kif jgħarrfu lid-Dipartiment tas-Servizzi Umani li int bdejt pakkett magħhom.

Int ser tingħata livell ta’ servizzi li jaqbel mal-livell tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar li qed tirċievi. Dan hu determinat independentement mill-miżata tal-kura soġġetta għat-test tad-dħul. L-arranġament tiegħek mal-provveditur tiegħek ser jispjega l-miżati u ċ-ċarġis.

X’jiġri jekk ma rċevejtx risposta mid-Dipartiment tas-Servizzi Umani?Int għandek tħalli tal-anqas ġimagħtejn mid-data meta tfajt il-formola biex tirċievi r-riżultati.

Jekk ma rċevejtx ir-riżultati tal-assessjament tiegħek tad-dħul u tixtieq aġġornament, int tista’ tikkuntattja lid-Dipartiment tas-Servizzi Umani fuq 1800 227 475 biex titlob aġġornament fuq l-istatus tal-assessjament tad-dħul tiegħek.

Nista’ nevita li nħallas miżata tal-kura soġġetta għat-test tad-dħul billi nagħżel livell aktar baxx ta’ servizzi?Int ser tingħata l-livell ta’ servizzi li jaqbel mal-livell tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar li qed tirċievi. Int u l-provveditur tiegħek ma tistgħux tagħżlu livell aktar baxx ta’ kura u servizzi biex jiġi jaqbel mal-valur tas-sussidju mħallas mill-gvern. Il-ftehim tiegħek mal-provveditur tiegħek ser jispjega l-miżati li ser jiċċarġjaw.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42221

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 25: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

X’jiġri jekk ma nistax inħallas il-miżati?Jekk temmen li ser tiffaċċja tbatija finanzjarja jekk tħallas il-miżati mitluba, int tista’ titlob li tkun meqjus għall-għajnuna tat-tbatija finanzjarja. Kull każ hu meqjus fuq bażi individwali.

Sabiex applikazzjoni għat-tbatija finanzjarja tiġi kkonsidrata int trid:

ikollok assi ta’ inqas minn 1.5 darba l-Pensjoni tal-Età annwali (inkluż is-supplimenti), madwar $33,639.96 (fl-20 ta’ Marzu 2015)

ma tajtx bħala rigal aktar minn $10,000 fis-sena li għaddiet jew $30,000 fl-aħħar ħames snin

kellek id-dħul tiegħek assessjat skont l-Att tal-Kura tal-Anzjani tas-sena 1997

Biex tapplika għall-għajnuna tat-tbatija finanzjarja int jew ir-rappreżentant tiegħek ser ikollkom bżonn timlew il-formola tal-applikazzjoni u tibgħatu l-formola mimlija lid-Dipartiment tas-Servizzi Umani. Int tista’ tikseb kopja tal-formola mis-sit tal-web tad-Dipartiment tas-Servizzi Umani f’ www.humanservices.gov.au/customer/forms/financial-hardship-assistance-home-respite-care jew billi ċċemplu 1800 227 475.

Fejn tista’ tikseb parir finanzjarju?Jekk trid tagħrif bażiku dwar l-immaniġġjar tal-finanzi tiegħek, int tista’ tuża s-Servizz ta’ Tagħrif Finanzjarju bla ħlas ta’ Centrelink. Dan is-servizz konfidenzjali jista’ jgħinek tieħu deċiżjonijiet infurmati dwar l-investiment u l-problemi finanzjarji tal-bżonnijiet tiegħek kurrenti u futuri. Għal aktar tagħrif dwar is-Servizz ta’ Tagħrif Finanzjarju, ikkuntattja lil Centrelink fuq 132 300.

22

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 26: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42221

Page 27: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Pass 4: Aċċetta l-Pakkett tal-Kura fid-DarIl-provveditur tal-kura fid-dar ser jiddetermina jekk jistgħux joffrulek pakkett li jgħodd għalik. Bħala parti mill-Ftehim tal-Kura fid-Dar, il-provveditur ser jaħdem bi sħab miegħek biex tfasslu flimkien pjan ta’ kura bbażat fuq il-miri, il-preferenzi u l-bżonnijiet tal-kura assessjata u baġit individwalizzat tiegħek. Int tista’ tiddeċiedi jekk taċċettax il-pakkett jew le.

Dħul fi Ftehim tal-Kura fid-DarHekk kif ikollok provveditur tal-kura fid-dar, int ser tidħol fi Ftehim tal-Kura fid-Dar. Il-Ftehim tal-Kura fid-Dar hu ftehim bejnek u bejn il-provveditur tal-kura fid-dar li jelenka kif il-pakkett tiegħek ser jingħatalek.

Għandu jingħatalek biżżejjed żmien biex tifli l-Ftehim u titlob parir legali indipendenti, jekk trid, qabel ma tiffirma l-Ftehim tal-Kura fid-Dar.

Jekk ma tistax tiffirma l-Ftehim tal-Kura fid-Dar minħabba inkapaċità fiżika jew impediment mentali, persuna oħra li tirrappreżentak tista’ tidħol fil-Ftehim għan-nom tiegħek.

Int tista’ tagħżel li ma tiffirmax il-Ftehim. Jekk jiġri dan, il-provveditur tal-kura fid-dar, xorta waħda għandu jkellmek u jinnegozja miegħek, dwar il-livell u t-tip ta’ kura u servizzi li għandek bżonn.

Hu importanti li l-provveditur tal-kura fid-dar iniżżel ir-raġunijiet għala int m’għandekx Ftehim mhux iffirmat u l-bażi tal-kura li qed tirċievi.

24

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 28: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Żviluppar tal-pjan tal-kuraMeta l-provveditur tal-kura fid-dar joffrilek Pakkett tal-Kura fid-Dar, huma ser jaħdmu miegħek fi sħab biex jiżviluppaw il-pjan tiegħek tal-kura u baġit (pakkett) individwalizzat. Il-pjan tiegħek tal-kura hu parti mill-Ftehim tiegħek tal-Kura fid-Dar.

Il-pjan tiegħek tal-kura jista’ jinkludu:

il-kura u s-servizzi li int ser tirċievi

min ser jipprovdi u liema servizzi ser jipprovdi

kemm ser ikollok involviment fl-immaniġġjar u koordinazzjoni tas-servizzi tiegħek

meta s-servizzi tiegħek jitwasslu (pereżempju, f’liema ġurnata fil-ġimgħa)

kemm ser tħallas

Il-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar ser ikun diġà rċieva xi tagħrif dwarek mill-assessjament ACAT/ACAS f’Pass 1. Dan it-tagħrif ser jiggwida d-diskussjoni dwar il-miri, il-preferenzi u l-bżonnijiet tal-kura tiegħek. Meta tkun qed titkellem dwar il-bżonnijiet tiegħek mal-provveditur tal-kura fid-dar, int hemm bżonn verament taħseb dwar x’inhuma l-miri tiegħek u x’inhu l-aktar importanti għalik. Int trid tqies:

X’tipi ta’ affarijiet jistgħu jgħinuk biex ittejjeb il-ħajja tiegħek minn jum għal jum? X’l-aktar tħobb tagħmel? X’sapport għandi bżonn biex nevita l-periklu? X’jagħmel ħajti kuntenta u li jagħmel sens għalija? Fejn u meta irrid dak is-sapport? Kemm nista’ niġi mitlub inħallas għall-ispejjeż tal-kura tiegħi?

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42225

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 29: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

L-identifikar tal-miri ser jgħin fl-iggwidar tal-għażla tiegħek tal-kura u tas-servizzi biex jissapportjaw bl-aħjar mod il-bżonnijiet tiegħek. Mira tista’ tkun stil ta’ ħajja b’saħħitha, jew issir indipendenti fil-mobilità.

Il-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar ser ikollu jqies kwalunkwe għajnuniet li diġa għandek, bħal kerers, membri tal-familja, komunità lokali u servizzi oħra.

Ir-responsabbiltajiet tal-provveditur tal-kura fid-dar/ħaddiem tal-kura u int/il-kerer tiegħek għandhom jiġu nklużi fil-Ftehim tal-Kura fid-Dar u l-pjan ta’ kura tiegħek. Kopja tal-pjan ta’ kura tiegħek irid jingħatalek qabel jew fi żmien 14-il ġurnata minn meta, jibdew il-kura u s-servizzi tiegħek.

Hu importanti tiftakar li l-bżonnijiet tal-kura tiegħek jistgħu jinbidlu fuq firxa ta’ żmien u l-pjan tiegħek tal-kura jista’ jiġi emendat biex jissodisfa dawn il-ħtiġijiet li qed jinbidlu.

Il-provveditur tiegħek ma jistax ibiddel il-pjan ta’ kura tiegħek mingħajr il-ftehim tiegħek.

Ksib ta’ għajnuna biex toħloq il-pjan tiegħek tal-kuraInt jista’ jkollok persuna oħra, bħal ngħidu aħna kerer jew membru tal-familja, miegħek biex jgħin waqt li jkun qed isir il-pjan tiegħek tal-kura.

Int għandek kull dritt tagħżel persuna li taqbeż għalik li int tagħżel biex jirrappreżentak meta tkun qed titkellem ma’ provveditur tal-kura fid-dar. Persuna li taqbeż għalik tista’ tgħin billi:

tieħu sehem fid-diskussjoni dwar il- Ftehim tal-Kura fid-Dar, il-pjan tal-kura u tal-baġit individwalizzat

jitkellem dwar kwalunkwe ilment li jista’ jkollok

Jekk għandek bżonn, persuna li taqbeż għalik, din tista’ tinstab permezz tal-Programm Nazzjonali tas-Servizz tal-Persuna li Taqbeż Għalik tal-Kura tal-Anzjani) (NACAP) billi ċċempel 1800 700 600.

26

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 30: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Ħolqien tal-baġit individwalizzat (pakkett) tiegħekIl-baġit tiegħek individwalizzat ser ikun żviluppat meta tfassal il-pjan tiegħek tal-kura mal-provveditur tal-kura fid-dar u għandu jiġi emendat kulmeta il-pjan tal-kura u l-ispejjeż tiegħek jinbidlu.

Baġit individwalizzat jagħtik aktar trasparenza biex int tkun tista’ tara x’fondi hemm fil-pakkett tiegħek u kif dawk il-fondi qed jintefqu.

Il-kura u s-servizzi kollha mogħtija lilek permezz tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar jridu jkunu jistgħu jitħallsu mill-baġit tal-pakkett tiegħek. Jekk trid aktar servizzi int tista’ titkellem mal-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar u tiftiehem li tħallas għalihom separatament.

Il-baġit tal-pakket tiegħek jikkonsisti minn:

Is-sussidju tal-gvern ( u s-supplimenti eliġibbli)

Il-miżata bażika ta’ kuljum, li l-konsumaturi kollha li qed jirċievu Pakkett tal-Kura fid-Dar huma mitluba jħallsu

Il-miżata tiegħek tal-kura soġġetta għat-test tad-dħul li għandek mnejn ikollok tħallas dejjem jiddependi mid-dħul tiegħek assessjat (jekk int dħalt fi Ftehim tal-Kura fid-Dar wara l-1 ta’ Lulju 2014)

Kwalunkwe ammont ieħor li int qbilt li tħallas

Stejtment ta’ kull xaharInt ser tirċievi stejtments regolari kull xahar li juri kif il-baġit tiegħek qed jintefaq.

L-istejtment ser jurik id-dħul u l-ispiża skont il-pakkett, kif ukoll fondi li ma ntefqux.

Kwalunkwe fondi tal-pakkett mhux minfuqa jridu jiġu trażmessi minn xahar għal ieħor, u minn sena għal sena, sakemm int tkompli tirċievi kura skont il-pakkett.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42227

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 31: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Il-firxa ta’ kura u servizzi disponibbli skont il-Pakkett tal-Kura fid-DarHemm firxa ta’ kura u servizzi li jistgħu jkunu disponibbli fil-pjan tal-kura tiegħek, inklużi:

Servizzi personali: għajnuna fl-attivitajiet personal bħal ngħidu aħna tieħu banju, doċċa, għajnuna fl-użu tat-tojlit, tilbes, tinża’, mobilità u komunikazzjoni

Nutrizzjoni, idratazzjoni, preparazzjoni tal-ikel u dieta: għajnuna fil-preparazzjoni tal-ikel, inkluż dieti speċjali għas-saħħa, raġunijiet reliġjużi, kulturali jew għal raġunijiet oħra; għajnuna biex tuża l-affarijiet li tiekol bihom u għajnuna biex tiekol

L-immaniġġjar tal-kontinenza: għajnuna biex tuża l-għajnuniet tal-kontinenza u affarijiet bħal pads li tuża u tarmi u għajnuniet li jassorbixxu, siġġijiet tal-għamara bl-awrinar, patelli u awrinari, kateter u apparat li jgħinek tneħħi l-awrina, u enemas

Mobilità u desterità: provvediment ta’ krozzi, għajnuna tal-mixi li għandha erba’ saqajn, frejms tal-mixi, bsaten, apparat mekkaniku biex terfa’, poġġamani tas-soda, lożor biex tiżerżaq minn fuqhom, ġilda tan-nagħaġ, tri-imħaded, saqqijiet li jtaffu l-pressjoni u għajnuna fl-użu ta’ dawn l-għajnuniet. Il-pakketti tal-Kura fid-Dar mhumiex intenzjonati biex ikunu għajnuniet u skema ta’ apparat. Madankollu, xi għajnuniet u apparat, inklużi għajnuniet magħmula apposta, jistgħu jingħataw meta dan ikun identifikat fil-pjan tiegħek ta’ kura u l-oġġett jista’ jingħata fil-limitu tal-baġit disponibbli fil-pakkatt.

Nersink, saħħa relatata u servizzi oħra kliniċi: servizzi tas-smigħ u servizzi tal-vista

Għajnuna fit-trasport u personali: għajnuna biex jgħinek tagħmel ix-xirja, żżur il-prattikanti tas-saħħa u tieħu sehem f’attivitajiet soċjali

L-immaniġġjar tal-integrità tal-ġilda: għajnuna rigward il-faxex, materjal biex jgħatti feriti u emolljenti tal-ġilda

28

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 32: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Il-Pakketti tal-Kura fid-Dar jistgħu wkoll jintużaw biex jissapportjaw l-użu ta’:

telesaħħa, konferenzi bil-vidjo u teknoloġija diġitali (inkluż monitoraġġ mill-bogħod) biex inżidu l-aċċess għall-kura fil-ħin u addattata

teknoloġija assistiva, bħal ngħidu aħna għajnuniet u apparat (partikularment dawk li jgħinu persuna tagħmel il-faċendi ta’ kuljum), kif ukoll apparat biex jgħin fil-mobilità, komunikazzjoni u sigurtà personali

għajnuniet u apparat, mixtri bl-użu tal-fondi mill-baġit tal-pakkett. Il-Ftehim tiegħek tal-Kura fid-Dar għandu bżonn jispeċifika jekk huwiex mikri jew ta’ min hu l-oġġett u min hu responsabbli għal manutenzjoni kontinwa u l-ispejjeża tat-tiswija

Int tista’ tiddiskuti l-lista possibbli ta’ kura u servizz aktar mal-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar, kif ukoll torganizza servizzi permezz ta’ provvedituri oħra permezz ta’ servizz ta’ senserija. Int għandek tiddiskuti s-servizzi li ma tistax tixtri bil-fondi tal-pakkett tiegħek.

Ftakar, il-kura u s-servizzi li int tirċievi bħala parti mill-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar jridu jiffittjaw fil-baġit tiegħek tal-pakkett. Inkella int ser ikollok tħallas id-differenza.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42229

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 33: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Pass 5: Tibda s-servizzi tiegħekHekk kif ikollok Ftehim tal-Kura fid-Dar, pjan ta’ kura u baġit individwalizzat, il-kura u s-servizzi tiegħek jistgħu jinbdew.

Il-pakkett tiegħek jibda fil-ġurnata meta l-Ftehim tiegħek tal-Kura fid-Dar jiġi ffirmat, mhux mill-ġurnata meta tirċievi l-kura u s-servizzi.

Int tista’ tkompli tuża l-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar sakemm ikollok bżonnu. Dan hu magħruf bħala ‘sigurtà ta’ proprjetà’ u huma ffissra fil-Ftehim tiegħek tal-Kura fid-Dar . Dan ifisser li l-pakkett tiegħek ma jistax jiġi allokat lil persuna oħra għajr meta int tavża lill-provveditur bil-miktub li int ma tixtiqx aktar tirċievi s-servizzi fil-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar.

Hemm xi sitwazzjonijiet fejn int għandek bżonn tara jekk għandekx tħalli l-pakkett tiegħek, bħal meta ġġor għal banda oħra, jew il-bżonnijiet tiegħek tal-kura jiżdiedu aktar minn kemm jistgħu joffru l-fondi tal-pakkett. Dawn ir-raġunijiiet jistgħu jfissru li l-provveditur tiegħek ma jistax aktar iwassal il-kura u s-servizzi lilek.

30

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 34: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

X’jiġri meta l-bżonnijiet tiegħi tal-kura jinbidlu?Jekk il-bżonnijiet tal-kura jinbidlu u għandek bżonn kura u servizzi differenti, int tista’ tiftiehem mal-provveditur tiegħek biex jirrevedi l-pjan ta’ kura u l-baġit tiegħek.

Il-pjan tiegħek ta’ kura u l-baġit individwalizzat tiegħek ma jistgħux jinbidlu mingħajr il-ftehim miegħek.

Jekk int ġejt assessjat li għandek bżonnijiet ta’ kura ta’ livell baxx, imma l-bżonnijiet tiegħek żdiedu minn dakinhar ‘l hawn, int tista’ titlob rijassessjament mill—ACAT/ACAS lokali tiegħek biex tiddeterminaw jekk intx eliġibbli għall-livell għoli ta’ kura.

Il-konsumaturi jridu jerġgħu jiġu assessjati mill-ġdid jekk għandhom bżonn jiġu ttrasferiti bejn il-pakketti.

Jekk int diġà qed tirċievi pakkett Livell 4, int għandek mnejn ikollok bżonn tqies għażliet oħra, inklużi:

tirrevedi l-pjan tiegħek ta’ kura biex tidentifika alternattivi u prijoritajiet (pereżempju, tnaqqis fis-servizz li jiswew aktar, bħal sapport fi tmiem il-ġimgħa, u minflok nużaw sapport informali)

ix-xiri ta’ servizzi addizzjonali privati

il-benefiċċji ta’ kura residenzjali, kemm għal respajt fuq firxa ta’ żmien qasir biex tikkomplimenta l-pakkett tiegħek jew bħala għażla fuq tul twil ta’ żmien

X’jiġri mill-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar jekk int tmur l-isptar, f’kura tar-respajt residenzjali, kura tanżizzjonali jew tmur vaganza?Int tista’ tieħu lif kemm trid ta’ kwalukwe tip mill-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar hekk kif ikollok bżonnu jew tinħtieġu, basta tkun avżajt lill-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar bil-miktub dwar il-perjodu ta’ lif li qed tieħu. Int ser ikollok ukoll tavża lill-provveditur tiegħek tal-kura tad-dar jekk ikun hemm xi bidla fil-lif tiegħek. Ma hemm l-ebda limitu ta’ żmien.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42231

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 35: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Ara li tiċċekkja mal-provveditur tiegħek dwar dak li int (jew il-kerer tiegħek) għandkom bżonn tagħmlu f’każ ta’ lif mhux ippjanat, bħal ngħidu aħna dħul t’emerġenza fi sptar.

Għandu jkun hemm ukoll tagħrif fil-Ftehim tiegħek tal-Kura fid-Dar dwar il-lif.

Int għandek tiddiskuti wkoll xi jiġrilhom il-miżati tiegħek u s-sussidju tal-Gvern waqt li tkun fuq il-lif mal-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar.

Int għandek mnejn ikollok bżonn tħallas il-miżata tiegħek bażika ta’ kuljum waqt li tkun l-isptar jew bil-vaganza, imma mhux jekk tkun f’kura tranżizzjonali jer kura tar-respajt residenzjali.

Jekk tħallas miżata tal-kura soġġetta għat-test tad-dħul, int ser ikollok bżonn tkompli tħallasha lill-provveditur tiegħek fiċ-ċirkustanzi kollha.

Tista’ tibdel il-provvedituri?Iva. Sa Frar 2017, il-Pakketti tal-Kura fid-Dar huma allokati lill-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar, mhux lilek. Dan ifisser li jekk int tixtieq tibdel il-provvedituri, int ser ikollok bżonn tara jekk il-provveditur il-ġdid għandux pakkett li jgħodd għalik u li hu disponibbli għalik. Hekk kif issib provveditur ġdid tal-kura fid-dar, int ser ikollok bżonn tidħol fi Ftehim ġdid tal-Kura fid-Dar u tiżviluppa pjan ġdid ta’ kura magħhom.

X’Jiġri jekk tmur toqgħod post ieħor?Jekk int tmur toqgħod barra ż-żona tal-provveditur tiegħek, int ser ikollok bżonn tikkuntattja provvedituri fil-post tiegħek il-ġdid għall-pakkett. Hi ideja tajba tikkuntattja kmieni l-provvedituri. Int tista’ ssaqsi lill-provveditur kurrenti tiegħek biex jgħinek bit-tranżizzjoni għall-provveditur ġdid.

Int mhux ser ikollok bżonn tiġi assessjat mill-ġdid mill-ACAT/ACAS għajr meta l-bżonnijiet tal-kura tiegħek ikunu inbidlu ħafna. Imma int ser ikollok bżonn tidħol fi Ftehim ġdid tal-Kura fid-Dar u tiżviluppa pjan ġdid ta’ kura mal-provveditur tiegħek il-ġdid.

32

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 36: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

X’jiġri jekk il-provveditur tiegħek ma jridx jipprovdilek kura u servizzi?Hekk kif tidħol fi Ftehim tal-Kura fid-Dar il-provveditur tal-kura fid-dar hu mitlub jassigura li dak il-post tiegħek jibqa’ sat-tmiem tal-Ftehim tal-Pakkett tal-Kura u jista’ biss iwaqqaf il-kura f’ċerti ċirkustanzi biss.

Il-provveditur tal-kura fid-dar jista’ jwaqqaf l-għoti ta’ kura fid-dar biss jekk:

int tgħid lill-provveditur tal-kura fid-dar, bil-miktub, li int ma tridx aktar tirċievi l-kura.

ma tistax tkun ikkurat fil-komunità bir-riżorsi li għandu l-provveditur tal-kura fid-dar

int tgħid lill-provveditur tal-kura fid-dar, bil-miktub, li tixtieq tmur toqgħod f’lokalità oħra fejn ma hemmx kura fid-dar permezz tal-provveditur tal-kura fid-dar

ma ssodisfajtx ir-responsabbiltajiet tiegħek, hekk kif inhuma deskritti fi Skeda 2 taċ-Ċarter tad-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet ta’ Dawk li Jirċievu l-Kura-Kura fid-Dar, għal xi raġuni taħt il-kontroll tiegħek (inkluż pagament tal-miżati)

il-kondizzjoni tiegħek tinbidel tali mod li: m’għandekx bżonn aktar ta’ kura fid-dar

il-bżonnijiet tiegħek, hekk kif inhuma assessjati mill-ACAT, jistgħu jiġu sodisfatti b’mod aktar addattat minn tipi oħra ta’ servizzi jew kura

Meta provveditur tal-kura fid-dar jipprova jtemm Ftehim, trid tingħata avviż raġjonevoli bil-miktub u għajnuna tagħmel arranġamenti oħra addattati.

Jekk hemm bżonn tittrasferixxi għal tip ieħor ta’ kura, il-provveditur tal-kura fid-dar għandu jaħdem miegħek u mal-provveditur l-ieħor biex jara li jkun hemm tranżizzjoni mingħajr intoppi.

Int tista’ tikseb aktar tagħrif mill-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar jew minn My Aged Care fuq 1800 200 422.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42233

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 37: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

X’jiġri minn kwalunkwe fondi li int ma nfaqtx jekk int tħalli l-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar?L-immaniġġjar ta’ flus mhux minfuqa ser jiddependi mis-sitwazzjoni.

Jekk int tittraserfixxi għall-pakkett ta’ livell ogħla, mal-provveditur kurrenti tiegħek tal-kura fid-dar, kwalunkwe flus mhux minfuqa għandhom ikun disponibbli għalik biex tużahom fil-pakkett tiegħek il-ġdid.

Jekk int tmur ma’ provveditur ieħor tal-kura fid-dar (jew tidħol f’kura residenzjali), kwalunkwe flus mhux minfuqa ser jinżammu mill-provveditur tiegħek ta’ qabel tal-kura fid-dar.

Kwalunkwe miżati li int ħallast xahar bil-quddiem iridu jingħatawlek lura meta tħalli l-pakkett.

Il-fondi tal-pakkett jistgħu jitħallsu direttament lilek?Le, il-bażi leġislattiva għall-finanzjament tal-Gvern Awstraljan ifisser li dawn il-fondi jridu jitħallsu lill-provveditur tal-kura fid-dar u mhux direttament lilek. Il-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar ser jamminstrahom għan-nom tiegħek. Int tista’ timmonitorja kif il-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar jintefaq permezz tal-istejtment tiegħek ta’ kull xahar.

Ma tistax tirċievi is-sussidju tiegħek tal-Gvern ( u s-supplimenti, jekk japplikaw) f’somma f’daqqa.

Kif nista’ nilmenta?Jekk int jew ir-rappreżentant tiegħek m’intomx kuntenti bis-servizz, hu importanti li int l-ewwelnett tkellem lill-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar. Tista’ tkun xi ħaġa li tista’ tiġi riżolta faċilment u l-provveditur tiegħek hu fl-aħjar pożizzjoni biex jindirizza t-tħassib tiegħek.

Jekk għandek ilment, il-provveditur tiegħek ser jgħidlek dwar il-proċess interni tagħhom rigward l-immaniġġjar tal-ilmenti u kif tagħmel ilment. Int għandek kull dritt tagħmel ilment mingħajr ma jolqot il-kura u s-servizzi tiegħek.

34

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 38: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Xi kultant, l-ilmenti ma jistgħux jiġu riżolti mill-provveditur tas-servizz, jew int ma tħossokx komdu tqajjem l-ilment tiegħek magħhom. F’dawn iċ-ċirkustanzi, int għandek id-dritt għall-persuna li taqbeż għalik (avukat) biex jgħin fir-riżoluzzjoni tal-problema.

Il-Gvern jiffinanzja s-servizzi tal-persuna li taqbeż għalik skont il-Programm Nazzjonali tal-Avukatura tal-Kura tal-Anzjani. Is-servizzi ta’ min jaqbeż għalik (avukatura) jipprovdi tagħrif lill-konsumaturi, lill-familji u lill-kerers tagħhom dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom meta jaċċessjaw servizzi tal-kura tal-anzjani.

Is-servizzi ta’ min jaqbeż għalik huma bla ħlas, konfidenzjali u indipendenti. Il-Linja Telefonika Nazzjonali tal-Avukatura dwar il-Kura tal-Anzjani tista’ tiġi kkuntattjata permezz ta’ telefonata bla ħlas fuq 1800 700 600.

Int ukoll tista’ tagħmel ilment permezz tal-Iskema tal-Ilmenti tal-Kura tal-Anzjani (l-Iskema). L-iskema hi servizz bla ħlas.

Kif nikkuntattja l-Iskema?Onlajn – agħmel l-ilment onlajn

Telefown – ċempel 1800 550 552

Bil-miktub – indirizz l-ilment tiegħek bil-miktub lil

Aged Care Complaints SchemeDepartment of Social ServicesGPO Box 9820(Il-belt kapitali tiegħek u stat/territorju tiegħek)

Għal aktar tagħrif dwar kif tagħmel ilment, u kif l-Iskema tista’ tgħinek tirriżolvi l-ilment tiegħek, żur il-websajt tal-Iskema f’ www.agedcarecomplaints.govspace.gov.au/.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42235

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 39: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Mistoqsijiet li Jsiru ta’ Spiss

X’jiġri jekk għandi bżonnijiet addizzjonali?Il-provvedituri tal-kura fid-dar jistgħu jaċċessjaw aktar finanzjament (supplimenti) biex jaraw li int tirċievi l-kura li għandek bżonn.

Dawn jinkludu:

Suppliment tad-Dimenzja u Konjizzjoni

Suppliment tal-Veterani għall-veterani li għandhom kundizzjonijiet mentali li għandhom x’jaqsmu mas-servizz aċċettati mid-Dipartiment tal-Affarijiet tal-Veterani

Suppliment tal-Ossiġenu għal persuni li għandhom bżonn kontinwu mediku għall-ossiġenu

Suppliment tat-Twassil tal-Ikel permezz ta’ Tubu ġol-Ġisem għall-persuni li għandhom bżonn tat-twassil tal-ikel permezz ta’ tubu ġol-ġisem fuq bażi kontinwa

Suppliment tal-Vijabilità għall-persuni li jgħixu f’żoni rurali u remoti

Jekk int eliġibbli, il-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar ser jirċievi dan il-finanzjament ekstra biex naraw li int qed tirċievi l-kura li għandek bżonn. Int m’għandekx bżonn tapplika għal dawn is-supplimenti. Il-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar ser japplika għan-nom tiegħek, u fil-biċċa l-kbira tal-każi, is-suppliment ser jitħallas awtomatikament lill-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar. Dawn ser jiġu mniżżla fl-istejtment tiegħek ta’ kull xahar.

X’jiġri jekk għandi bżonn għajnuna nħallas il-miżati tiegħi?Int tista’ tapplika għas-Suppliment tat-Tbatija jekk għandek bżonn għajnuna tħallas il-miżati tiegħek tal-kura fid-dar. Il-provveditur tiegħek ma jistax japplika għal dan is-suppliment għan-nom tiegħek.

Dawn is-supplimenti huma disponibbli ma’ kwalunkwe wieħed mill-erba’ livelli tal-Pakketti tal-Kura fid-Dar.

Ikseb aktar tagħrif dwar is-supplimenti disponibbli fuq il-websajt tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali www.dss.gov.au.

36

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 40: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Ikseb aktar tagħrif dwar is-supplimenti disponibbli fuq il-websajt tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali www.dss.gov.au.Is-sistema tal-kura tal-anzjani hi mfassla biex tissodisfa l-bżonnijiet tal-kura tal-anzjani tal-Awstraljani kollha. Hu importanti li kwalunkwe bżonnijiet u ħtiġijiet jiġu meqjusa meta ikun qed jiġi ppjanat Pakkett tal-Kura fid-Dar.

L-Att tal-Kura tal-Anzjani tas-sena 1997 jipprovdi konsiderazzjoni partikulari tal-bżonnijiet ta’ Awstraljani akbar fl-età li jidentifikaw ma’ jew jappartjenu għal wieħed jew aktar mill-gruppi li ġejjin:

persuni mill-komunitajiet Aboriġeni u tal-Gżejjer ta’ Torres Strait

persuni minn sfondi kulturalment jew lingwistikament diversi

persuni li jgħixu f’żona rurali u remota

persuni li huma finanzjarjament jew soċjalment svantaġġjati

veterani

persuni bla dar jew qegħdin fir-riskju li jsibu ruħhom bla dar

persuni li huma lesbjani, omosesswali, bisesswali, transesswali u intersesswali (LGBTI)

tfal li tpoġġew f’istituzzjoni tal-kura jew barra mid-dar tagħhom

ġenituri separati minn uliedhom minħabba adozzjon jew tneħħija bilfors

Il-Provvedituri għandhom bżonn jirrispettaw il-bżonnijiet tiegħek meta jwasslu l-kura u s-sapport. Huma għandhom bżonn jaraw li huma jittrattaw lill-persuni bid-dinjità u jissapportjaw l-għażliet li jagħmlu meta jagħżlu l-kura u s-servizzi tagħhom, bħal ngħidu aħna jridu jiltaqgħu ma’ gruppi soċjali LGBTI jew jekk ikollhom bżonn servizzi ta’ traduzzjoni.

Għal għajnuna ċempel My Aged Care fuq 1800 200 422 jew mur fuq www.myagedcare.gov.au.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42237

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 41: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

X’jiġri jekk għandi bżonn l-għajnuna tal-intepretar?Biex niżguraw li kulħadd jista’ jieħu sehem b’mod sħiħ fl-iżvilupp tal-pjan tal-kura tagħhom, il-provvedituri tal-kura fid-dar jistgħu jaċċessjaw is-Servizz tat-Traduzzjoni u tal-Interpretar (TIS Nazzjonali) iffinanzjat mill-Gvern biex jissapportjahom fit-twassil tas-servizzi tal-kura tal-anzjani lil persuni minn sfondi li ma jitkellmux bl-Ingliż.

TIS National jipprovdi servizzi tal-interpretar fil-post u bit-telefown lill-provvedituri tal-kura tal-anzjani sussidjati mill-Gvern Awstraljan bla ħlas għalik u għall-provveditur tiegħek.

Int jew il-provveditur tiegħek jista’ juża it-TIS Nazzjonali meta tkunu qed taħdmu flimkien biex:

tinnegozja il-Ftehim tiegħek tal-Kura fid-Dar tfasslu flimkien il-pjan tiegħek tal-kura tiżviluppaw il-baġit individwaliżżat tiegħek tiddiskutu l-istejtment tiegħek ta’ kull xahar

Jekk għandek bżonn servizzi tal-interpretar, kellem lill-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar biex isejjaħ lil xi ħadd mit-TIS Nazzjonali għan-nom tiegħek.

Servizzi tal-interpretar bħala parti mill-pjan tiegħek tal-kuraJekk għandek bżonn interpretu meta qed tirċievi kura u servizzi bħala parti milll-pjan tiegħek tal-kura, l-ispejjeż ser ikun iċċarġjati lill-baġit tiegħek tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar.

Dawn l-ispejjeż addizzjonali iridu jiġu spjegati lilek b’mod ċar qabel ma int tidħol fi Ftehim tal-Kura fid-Dar.

Hu x’inhu dak li jiġi miftiehem irid ikun tali li jista’ jitħallas mill-baġit tal-pakkett totali tiegħek.

38

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 42: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

X’jiġri jekk diġà qed tirċievi servizzi tal-kura tal-anzjani?Jista’ jkun possibbli li int tirċievi kura u servizzi permezz ta’ firxa ta’ programmi oħra li ma tistax tirċievi bħala parti mill-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar jew li jistgħu jikkomplimentaw il-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar. Dawn il-programmi jinkludu:

Programm ta’ Kura Tranżitorja

Skema tal-Viżitaturi Komunitarji

Programmi tad-Diżabilità

Skema tal-Pagament tal-Għajnuniet tal-Kontinenza

Kura Palljattiva

Programmi tad-Dipartiment tal-Affarijiet tal-Veterani

F’ċerti ċirkustanzi, int tista’ tirċievi kura u servizzi permezz tal-Programm tal-Commonwealth tas-Sapport fid-Dar (CHSP) meta tkun f’Pakkett tal-Kura fid-Dar fuq bażi ta’ żmien limitat. Jekk jogħġbok ara il-manwal tas-CHSP għal aktar tagħrif.

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42239

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 43: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

X’għajnuna hemm għall-kerer(s) tiegħi?L-għan tal-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar hu li jissodisfa l-bżonnijiet tal-kura speċifika tiegħek. Sabiex nissapportjaw aktar lill-kerer tiegħek int għandek mnejn tixtieq taċċessja għajnuna oħra bħal Kura tar-Respajt permezz tal-Pakkett tiegħek tal-Kura fid-Dar.

Jekk il-kerer għandu bżonn sapport addizzjonali, ikkuntattja lil My Aged Care fuq 1800 200 422 jew mur fuq il-websajt www.myagedcare.gov.au biex tikseb aktar tagħrif.

X’inhuma d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħi?Biex tara li int tirċievi l-aħjar kura, int u l-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar għandkom responsabbiltajiet skont iċ-Ċarter tad-Drittijiet u Responsabbiltajiet tal-Kura fid-Dar.

Il-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar jrid ukoll iwassal il-kura tiegħek skont l-Istandards tal-Kura fid-Dar.

Int tista’ tikseb kopja taċ-Ċarter mill-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar jew mill-websajt tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali f’ www.dss.gov.au. Int tista’ tikseb kopja tal-Istandards tal-Kura fid-Dar mingħand il-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar.

40

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 44: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42241

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 45: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Lista tal-IċċekkjarDin li ġejja hi gwida biex tgħinek fl-aċċessjar tal-Pakkett tal-Kura fid-Dar:

1. Ikkuntattja lil My Aged Care biex jinħoloq My Aged Care rekord tal-klijent, u tkun irreferut lil ACAT għal assessjament komprensiv

_____________________________________________________

a. L-assessjament tal-ACAT sar u rċevejt ir-riżultat _____________________________________________________

2. Ikkuntattja lill-provvedituri tal-kura fid-dar fiż-żona tiegħek għall-pakkett li jgħodd għalik

_____________________________________________________

a. Iċċekkja x’qed jiġri jekk tinsab fuq lista ta’ stennija _____________________________________________________

3. Aħdem l-ispiża – u ifhem _____________________________________________________

a. Il-miżata bażika ta’ kuljum tal-kura _____________________________________________________

b. Il-miżata soġġetta għat-test tad-dħul (għal persuni irtirati li jgħixu mill-investimenti tagħhom stess, pensjonanti parzjali u pensjonanti mhux soġġetti għat-test tal-meżżi)

_____________________________________________________

i. imla l-formola tal-ittestjar tad-dħul _____________________________________________________

ii. Irċevejt l-assessjament _____________________________________________________

iii. l-avviż tal-assessjament ma wasalx, ċempel 1800 227 475

42

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 46: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

4. Aċċetta l-Pakkett tal-Kura fid-Dar _____________________________________________________

a. Il-Ftehim tal-Kura fid-Dar ġie revedut u miftiehem

_____________________________________________________b. pjan ta’ kura żviluppat

_____________________________________________________i. x’inhu importanti għalija?

_____________________________________________________ii. x’jista’ jgħin itejjeb ħajti ta’ kuljum?

_____________________________________________________

iii. x’inħobb nagħmel l-aktar? _____________________________________________________

iv. x’sapport għandi bżonn biex ngħix mingħajr periklu?

_____________________________________________________v. x’inhu dak li jagħmel ħajti kuntenta u li jagħmel sens?

_____________________________________________________

vi. fejn u meta irrid dak is-sapport? _____________________________________________________

c. baġit (pakkett) individwalizzati żviluppat _____________________________________________________

d. ġie miftiehem il-format tal-istejtment ta’ kull xahar

_____________________________________________________5. Tibda s-servizzi _____________________________________________________

a. irrevedi l-pjan ta’ kura biex tara li hu għadu jissodisfa l-bżonnijiet tiegħek.

_____________________________________________________

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42243

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 47: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

b. jekk il-bżonnijiet tiegħek inbidlu, ibbukkja appuntament mal-provveditur tiegħek tal-kura fid-dar.

44

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar

Page 48: Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar · Web viewĦames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar Ħames

Għall-għajnuna dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmumal-kura ċempel My Aged Care fuq 1800 200 42245

Ħames passi biex taċċessja Pakkett tal-Kura fid-Dar