1,000 ewro biex tiskopri pajjiż ewropew - futur fis-sod

8
It-Tlieta, 5 ta’ Marzu www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 25,000 post tax-xogħol fil-ħames snin li ġejjin, ħafna minnhom għaż-żgħażagħ Aktar żgħażagħ jafu l-lingwi jfissru tkattir tax-xogħol Muscat jiddeċiedi ħażin bil-kbir: ħadem biex nibqgħu barra l-Unjoni Ewropea ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN 1,000 ewro biex tiskopri pajjiż Ewropew L-Ewropa llum hi aħna. Proposta innovattiva tal-Partit Nazzjonalista għaż-żgħażagħ hi li Gvern Nazzjonalista jagħti sa 1,000 ewro liż-żgħażagħ biex isiru familjari ma’ pajjiż Ewropew Waħda mill-proposti fil- Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista tħeġġeġ liż- żgħażagħ jiskopru xi pajjiż Ewropew u waqt li jkunu qed jagħmlu dan isegwu wkoll xi kors ta’ lingwa barranija biex jiffamiljarizzaw lilhom infushom aktar mal-istess pajjiż li jkunu qed iżuru. Fil-Programm Elettorali f’paġna 28 – punt 38 intitolat “Mal-21 skopri pajjiż Ewropew ieħor – il-Partit Nazzjonalista qed iħeġġeġ liż-żgħażagħ biex “malli tagħlaq il-21 sena, tingħata għotja ta’ massimu ta’ 500 ewro biex iżżur pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea u twessa’ l-għarfien tiegħek skont programm approvat.” Il-Programm Elettorali tal- Partit Nazzjonalista jissokta li “jekk issegwi kors ta’ lingwa barranija waqt din iż-żjara, l-għotja titla’ sa massimu ta’ 1,000 ewro.” L-iskop ta’ din il-proposta mill-aktar eċċitanti u interessanti hi biex aktar żgħażagħ ikabbru l-għarfien tagħhom dwar il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea billi jżuru dawn il-pajjiżi, jitgħallmu dwarhom, jitħalltu man-nies f’dawn il-pajjiżi u hekk fl-istess waqt ikunu qed ikabbru t-tagħrif u l-għerf tagħhom. B’dan il-mod l-istess żgħażagħ ikollhom l-opportunità wkoll li jiffamiljarizzaw aktar mal- kulturi differenti li kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea joffri. Għax kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea għandu l-karatteristiċi partikulari tiegħu. Iva familja waħda kbira fi ħdan l-Unjoni Ewropea, iżda fl-istess waqt kulħadd jibqa’ jħaddan l-għeruq, iċ-ċiviltà , l-istorja u l-kultura tiegħu. Dan hu l-kobor tal-Unjoni Ewropea – diversità u kulturi differenti taħt l-istess kappa. U hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista – li jqis liż- żgħażagħ fiċ-ċentru tal- politika tiegħu – iħeġġiġhom biex jimirħu f’oqsma ġodda u jikbru u jimxu ‘l quddiem. Dan hu l-kobor tal-Partit Nazzjonalista – jara l-ħin kollu kif se jinvesti fiż-żgħażagħ... jassiguralhom l-istipendji dovuti lilhom, ikabbrilhom l-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ u, fuq kollox, ikompli jkabbrilhom l-opportunitajiet tax-xogħol. Xogħol ta’ kwalità bi dħul tajjeb għall-istess żgħażagħ u għall-familji tagħhom.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 24-Mar-2016

262 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

Suppliment it-Tlieta 5 ta' Marzu 2013

TRANSCRIPT

Page 1: 1,000 ewro biex tiskopri pajjiż Ewropew - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 5 ta’ Marzu www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

25,000 post tax-xogħol fil-ħames snin li ġejjin, ħafna minnhom għaż-żgħażagħ

Aktar żgħażagħ jafu l-lingwi jfissru tkattir tax-xogħol

Muscat jiddeċiedi ħażin bil-kbir: ħadem biex nibqgħu barra l-Unjoni Ewropeaii iii viFATTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScAT jAgħżEL ħAżIN

1,000 ewro biex tiskopri pajjiż Ewropew

L-Ewropa llum hi aħna. Proposta innovattiva tal-Partit Nazzjonalista għaż-żgħażagħ hi li Gvern Nazzjonalista jagħti sa 1,000 ewro liż-żgħażagħ biex isiru familjari ma’ pajjiż Ewropew

Waħda mill-proposti fil-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista tħeġġeġ liż-żgħażagħ jiskopru xi pajjiż Ewropew u waqt li jkunu qed jagħmlu dan isegwu wkoll xi kors ta’ lingwa barranija biex jiffamiljarizzaw lilhom infushom aktar mal-istess pajjiż li jkunu qed iżuru.

Fil-Programm Elettorali f’paġna 28 – punt 38 intitolat “Mal-21 skopri pajjiż Ewropew ieħor – il-Partit Nazzjonalista qed iħeġġeġ liż-żgħażagħ

biex “malli tagħlaq il-21 sena, tingħata għotja ta’ massimu ta’ 500 ewro biex iżżur pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea u twessa’ l-għarfien tiegħek skont programm approvat.”

Il-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista jissokta li “jekk issegwi kors ta’ lingwa barranija waqt din iż-żjara, l-għotja titla’ sa massimu ta’ 1,000 ewro.”

L-iskop ta’ din il-proposta mill-aktar eċċitanti u interessanti hi biex aktar

żgħażagħ ikabbru l-għarfien tagħhom dwar il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea billi jżuru dawn il-pajjiżi, jitgħallmu dwarhom, jitħalltu man-nies f’dawn il-pajjiżi u hekk fl-istess waqt ikunu qed ikabbru t-tagħrif u l-għerf tagħhom.

B’dan il-mod l-istess żgħażagħ ikollhom l-opportunità wkoll li jiffamiljarizzaw aktar mal-kulturi differenti li kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea

joffri. Għax kull pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea għandu l-karatteristiċi partikulari tiegħu. Iva familja waħda kbira fi ħdan l-Unjoni Ewropea, iżda fl-istess waqt kulħadd jibqa’ jħaddan l-għeruq, iċ-ċiviltà , l-istorja u l-kultura tiegħu. Dan hu l-kobor tal-Unjoni Ewropea – diversità u kulturi differenti taħt l-istess kappa.

U hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista – li jqis liż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-

politika tiegħu – iħeġġiġhom biex jimirħu f’oqsma ġodda u jikbru u jimxu ‘l quddiem.

Dan hu l-kobor tal-Partit Nazzjonalista – jara l-ħin kollu kif se jinvesti fiż-żgħażagħ... jassiguralhom l-istipendji dovuti lilhom, ikabbrilhom l-opportunitajiet tat-tagħlim u t-taħriġ u, fuq kollox, ikompli jkabbrilhom l-opportunitajiet tax-xogħol. Xogħol ta’ kwalità bi dħul tajjeb għall-istess żgħażagħ u għall-familji tagħhom.

Page 2: 1,000 ewro biex tiskopri pajjiż Ewropew - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 5 ta’ Marzu 2013www.mychoice.pn

€1,000għal dawk iż-żgħażagħ li jżuru xi pajjiż Ewropew u jsegwu xi

kors ta’ lingwa barranija

83%taż-żgħażagħ qed ikomplu l-istudji u t-taħriġ tagħhom wara l-livell tas-sekondarja

Fatti u Ċifri

2,000borża ta’ studju matul

il-ħames snin li għaddew f’suġġetti varji

3,000 borża oħra ta’ studju matul il-ħames snin li ġejjin biex aktar żgħażagħ ikollhom iċ-ċans li jispeċjalizzaw

Iż-żgħażagħ jibqgħu fiċ-ċentru tal-politika tal-gvern immexxi

mill-Partit Nazzjonalista. għalhekk aktar investiment qawwi fiż-żgħażagħ Maltin

u għawdxin li huma l-ġenerazzjoni futur ta’ pajjiżna

25,000job ġdid fil-ħames snin li ġejjin –

prinċipalment għaż-żgħażagħ li jkunu temmew l-istudji jew it-taħriġ tagħhom

biex hekk ikunu jistgħu jagħmlu karriera b’suċċess

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalitàMILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Ninvestu dejjem aktar fiż-żgħażagħ u nħeġġuhom jissoktaw bl-istudjuAħna ngħożżu l-kontribut li jagħtu l-għalliema u l-ħaddiema kollha f’dan il-qasam u rridu naħdmu magħhom biex inkomplu nibnu fuq dan is-suċċess

Il-PN huwa sinonimu mal-edukazzjoni. Għax il-persuna hija fiċ-ċentru tal-politika tagħna aħna għarafna li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għall-potenzjal ta’ kull persuna. Għalhekk ninvestu dejjem aktar fl-edukazzjoni u edukazzjoni ta’ livell għoli. Edukazzjoni mill-bidu sal-livell terzjarju. Edukazzjoni li tilħaq aktar u aktar żgħażagħ, tant li llum, 83% taż-żgħażagħ tagħna jkomplu l-edukazzjoni postsekondarja. Edukazzjoni tul il-ħajja. Edukazzjoni bi stipendji u scholarships. Investiment ma jaqta’ xejn fi skejjel ġodda u infrastruttura ġdida fl-Università, l-MCAST u istituzzjonijiet edukattivi oħra. Aħna ngħożżu l-kontribut li jagħtu l-għalliema u l-ħaddiema kollha f’dan il-qasam u rridu naħdmu magħhom biex inkomplu nibnu fuq dan is-suċċess. Biex nagħmlu qabża oħra ta’ kwalità fl-edukazzjoni qed nipproponu dawn il-miżuri ġodda għall-ħames snin li ġejjin.

37. Tablets għat-tfal fl-iskola

Wara li wettaqna rivoluzzjoni sħiħa fil-kamp tal-edukazzjoni b’teknoloġija mill-aqwa, issa se nagħtu tablet personali lill-istudenti u lill-

għalliema kollha għall-użu fil-klassi u d-dar. Inwaqqfu fond biex il-kumpaniji lokali li jippubblikaw il-kotba jiżviluppawhom f’format elettroniku u biex l-industrija tal-IT tiżviluppa applikazzjonijiet edukattivi biex jiġi ffaċilitat tagħlim one-to-one. It-tablets jingħataw kemm lill-istudenti fi skejjel tal-Gvern, kif ukoll fi skejjel indipendenti u tal-Knisja.

38. Mal-21 skopri pajjiż Ewropew ieħor

Malli tagħlaq 21 sena tingħata għotja ta’ massimu ta’ €500 sabiex iżżur pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea u twessa’ l-għarfien kulturali tiegħek skont programm approvat. Jekk issegwi kors ta’ lingwa barranija waqt din iz-zjara, l-għotja titla’ sa massimu ta’ €1,000.

39. Faċilitajiet ta’ childcare għal ommijiet li jistudjaw

Is-sistema ta’ vouchers għas-servizzi ta’ childcare services tkun tgħodd ukoll għal ommijiet jew missirijiet li jmorru jistudjaw l-Università u l-MCAST jew f’istituzzjoni oħra edukattiva jew ta’ taħriġ rikonoxxuta.

Page 3: 1,000 ewro biex tiskopri pajjiż Ewropew - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 5 ta’ Marzu f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemFil-Programm Elettorali għall-Elezzjoni Ġenerali ta’ nhar is-Sibt li ġej, il-Partit Nazzjonalista fassal diversi proposti mill-aktar eċċitanti li jikkonfermaw politika favur l-interessi veri taż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li kull meta l-PN kien fil-Gvern dejjem gawdew u ngħataw kull opportunità biex jimxu ‘l quddiem fl-istudju u fil-karriera tagħhom

Investiment dejjiemi fl-istudenti taħt Gvern NazzjonalistaIl-Partit Nazzjonalista fil-Gvern minn dejjem ħadem qatigħ biex mhux biss jagħti opportunitajiet varji liż-żgħażagħ tagħna iżda fetaħ kull bieb possibbli biex jara li kull student ikun jista’ jkompli jistudja u b’hekk jinvesti fil-futur tiegħu.

Diġà rajna kif matul dawn is-snin kull student ingħata l-għodod meħtieġa, fosthom l-istipendju li kompla jiżdied u issa se jiżdied bir-rata tal-għoli tal-ħajja. Se jagħti wkoll €1,000 lil dawk kollha, studenti, li jixtiequ jsiefru biex ikomplu jistudjaw.

€1,000 biex tistudja lingwa f’pajjiż membru tal-Unjoni EwropeaL-istudenti u ż-żgħażagħ tal-lum se jkunu l-ġenerazzjoni li se tagħti l-kontribut tagħha lis-soċjetà Maltija permezz tax-xogħol, u dan se jgħin biex jitħallsu l-pensjonijiet ta’ dawk li qed jaħdmu bħalissa ladarba jirtiraw.

Il-Gvern qiegħed iwiegħed wegħda ġdida, innovattiva, dik li ż-żgħażagħ li jixtiequ jsiefru biex jistudjaw xi lingwa f’pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea, jingħataw massimu ta’ €1,000 u dan jgħin biex f’Malta jikber l-apprezzament lejn il-kultura iżda fuq kollox, lejn lingwa barranija.

Sistema edukattiva li għamlet qabżiet ta’ ġgantL-edukazzjoni f’pajjiżna għamlet avvanz kbir, speċjalment f’dawn l-aħħar 15-il sena. Sistema edukattiva li nbidlet kompletament, saret aktar magħquda, aktar effiċjenti u tirrispondi aktar malajr għall-bżonnijiet tal-istudent, speċjalment bis-sistema tal-kulleġġi.

Iżda l-edukazzjoni tkompli anke wara li persuna tistudja u tiggradwa, u naqbel perfettament mal-proposta tal-Gvern li jgħin lil dawk kollha li jixtiequ jsiefru u jistudjaw xi lingwa għax dan il-perjodu jgħin lill-individwu jkun aktar miftuħ għal kulturi differenti u jgħinu jkun aktar proattiv u kreattiv fil-futur.

Aktar żgħażagħ jafu l-lingwi jfissru tkattir tax-xogħolIs-settur ekonomiku Malti hu tassew dinamiku u vast. Jitbiddel bil-ġranet u trid tkun il-ħin kollu għal-lest biex tilqa’ għall-isfidi l-ġodda, u tilqa’ għalihom mhux biss dak il-ħin iżda saħansitra minn ħames snin qabel jew aktar.

Dan, il-Gvern dejjem għamlu permezz tal-investiment fl-edukazzjoni fosthom billi ħarreġ lil eluf ta’ żgħażagħ fis-settur tal-lingwi u seta’ jġib aktar investiment. Naqbel ħafna mal-€1,000 li l-Gvern se jagħti lil kull żagħżugħ interessat li jrid jistudja xi lingwa għax dan ifisser tkattir tax-xogħol.

Espansjoni tal-opportunitajiet edukattivi għaż-żgħażagħ f’pajjiżnaL-edukazzjoni f’pajjiżna hi waħda mill-ogħla fl-Unjoni Ewropea. Gvern Nazzjonalista fetaħ kull opportunità possibbli iżda ma waqafx hemm. Kompla jespandi fuqha biex kulħadd jieħu l-aħjar, kemm tfal, żgħażagħ, adulti u issa l-anzjani.

Issa ż-żgħażagħ jistgħu jkunu rashom mistrieħa li jekk iridu jkomplu jistudjaw barra minn Malta, mhux biss se jkunu intitolati għal stipendju ogħla u smart card aħjar iżda dawk li jagħlqu 21 sena jistgħu jingħataw €1,000 biex jistudjaw xi lingwa jew jitgħallmu xi kultura barra minn xtutna.

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista żgur li jibqa’ jpoġġi l-interessi taż-żgħażagħ fuq quddiem nett tal-aġenda tiegħu b’aktar inizjattivi li jgħinuhom jikbru u jiżviluppaw it-talenti tagħhom.

PETERPORTELLISAN PAwL IL-BAĦAR

ROMEOBUGEJAIS-SIĠĠIEwI

PhILIP CARUANAMARSASKALATANyA

CUSTASĦAL SAFI

TANyABORGIN-NAXXAR

Page 4: 1,000 ewro biex tiskopri pajjiż Ewropew - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 5 ta’ Marzu 2013www.mychoice.pn

Iż-żgħażagħ fiċ-ċentru ta’ politika fis-sod li tkompli tkabbar l-opportunitajiet tax-xogħol u tal-istudju

Settur partikulari li kiseb suċċess kbir matul din il-leġiżlatura kien dak tat-turiżmu fejn eluf ta’ żgħażagħ qed jagħmlu karriera b’suċċess wara li studjaw u tħarrġu fl-ITS. Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu determinat li matul il-leġiżlatura li jmiss ikompli jinvesti bis-sħiħ fl-ITS fejn saħansitra se jinbena kampus ġdid tal-ogħla kwalità

Storja ta’ suċċess kbira fil-qasam tal-istudju u t-taħriġ tirrigwarda l-MCAST fejn l-istudenti jattendu, jieħdu t-taħriġ li jkunu jixtiequ minn għalliema professjonali u dedikati u fl-istess ħin jingħataw l-istipendju mistħoqq lilhom. Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu determinat li jkompli jiżviluppa u jġib ‘il quddiem l-MCAST biex hekk aktar u aktar studenti jitħejjew tajjeb għad-dinja tax-xogħol fejn hemm jistennewhom għadd ġmielu ta’ opportunitajiet

Illum l-Università ta’ Malta tilqa’ fiha aktar minn 10,500 student li jsegwu xi wieħed mill-għadd rekord ta’ korsijiet organizzati għalihom. Pajjiżna hu xxurtjat li jgawdi waħda mill-aqwa universitajiet fl-Ewropa li saħansitra tattira lejha wkoll studenti barranin li jagħżlu lil Malta fejn ikomplu bl-istudji tagħhom. Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu s-serħan tal-moħħ għaż-żgħażagħ kollha li jixtiequ jkomplu bl-istudji tagħhom fl-Università ta’ Malta filwaqt li jieħdu l-istipendju dovut lilhom

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi dejjem kien viċin taż-żgħażagħ u tal-istudenti. Dejjem kien viċin tagħhom biex jismagħhom u jitkellem magħhom dwar temi li jolqtuhom direttament u anki dwar temi li jolqtu lil pajjiżna. Il-politika li mexa biha l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul dawn il-ħames snin li għaddew ħolqot 20,000 post tax-xogħol ġdid, u fil-ħames snin li ġejjin mistennija li jinħolqu 25,000 job ġdid ieħor għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin

Page 5: 1,000 ewro biex tiskopri pajjiż Ewropew - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 5 ta’ Marzu f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Storja ta’ suċċess kbira fil-qasam tal-istudju u t-taħriġ tirrigwarda l-MCAST fejn l-istudenti jattendu, jieħdu t-taħriġ li jkunu jixtiequ minn għalliema professjonali u dedikati u fl-istess ħin jingħataw l-istipendju mistħoqq lilhom. Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista hu determinat li jkompli jiżviluppa u jġib ‘il quddiem l-MCAST biex hekk aktar u aktar studenti jitħejjew tajjeb għad-dinja tax-xogħol fejn hemm jistennewhom għadd ġmielu ta’ opportunitajiet

Eluf ta’ studenti Maltin u Għawdxin qed jiggradwaw b’suċċess kull sena wara li jsegwu korsijiet kemm fl-Università ta’ Malta u anki

fl-MCAST. Dawn iż-żgħażagħ jidħlu ppreparati għad-dinja tax-xogħol fejn hemm għadd kbir ta’ opportunitajiet jistennewhom

grazzi għall-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li għaraf jattira mhux biss l-investiment ta’ Maltin f’pajjiżna stess, imma anki ta’

barranin li qed isibu l-klima ekonomika ideali f’pajjiżna fejn jistgħu jiġu u jkabbru l-operat tagħhom bir-riżultat li jinħolqu aktar

postijiet tax-xogħol għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi dejjem kien viċin taż-żgħażagħ u tal-istudenti. Dejjem kien viċin tagħhom biex jismagħhom u jitkellem magħhom dwar temi li jolqtuhom direttament u anki dwar temi li jolqtu lil pajjiżna. Il-politika li mexa biha l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul dawn il-ħames snin li għaddew ħolqot 20,000 post tax-xogħol ġdid, u fil-ħames snin li ġejjin mistennija li jinħolqu 25,000 job ġdid ieħor għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin

Page 6: 1,000 ewro biex tiskopri pajjiż Ewropew - Futur fis-Sod

Muscat jagħżel ħażin...vi – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 5 ta’ Marzu 20

13www.mychoice.pn

Muscat jiddeċiedi ħażin bil-kbir: ħadem biex nibqgħu barra l-Unjoni Ewropea fl-aktar għażla storika li ħadna mill-Indipendenza

Muscat qal li Malta mill-UE tieħu biss “miljun lira u nofs flus kontanti”... Malta ħadet 1,300 miljun ewro s’issa u Lawrence Gonzi għadu kemm ġab 1,128 miljun ewro għas-seba’ snin li ġejjin

Muscat ħa siġġu fil-Parlament Ewropew fl-2004, imma fl-2003 qal hekk lin-New York Times: “The structure of European Union government means that a country like Malta really doesn’t have any type of voice.’’

Lill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ, meta l-KNŻ ħareġ favur is-sħubija fl-UE, Muscat għajjarhom “Talibani”

Muscat qal li s-sħubija fl-UE hi “s-salib tal-millennju”... issa jrid imexxi “s-salib tal-millennju” fl-2017

MUSCAT ŻBALJA BIL-KBIR FL-AKTAR DEĊIŻJONI IMPORTANTI LI GĦAMILNA BĦALA PAJJIŻ F’49 SENA MILL-INDIPENDENZA

(dehret għall-ewwel darba: 20.02.11)

...u tbati int

Page 7: 1,000 ewro biex tiskopri pajjiż Ewropew - Futur fis-Sod

It-Tlieta, 5 ta’ Marzu f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Hemm ħafna temi li jissemmew f’kampanja elettorali u ma setax jonqos li fl-aħħar tmien ġimgħat issemmew ħafna temi mill-partiti politiċi kollha fil-media. Imma hekk kif qegħdin jiem biss ‘il bogħod mid-deċiżjoni dwar min se jmexxi lil pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin, it-tema prinċipali li fuqha jiddependi kollox, speċjalment meta nafu x’qed jiġri barra minn Malta, hi x-xogħol.

Kollox jiddependi fuq ix-xogħolGvern ma jistax ikollu l-finanzi tiegħu fis-sod jekk ma jkunx qed joħloq ix-xogħol. Ma jistax jinvesti l-miljuni kbar li qed ninvestu kuljum illum fl-edukazzjoni u t-taħriġ jekk ma jkollux id-dħul meħtieġ minn ekonomija li tkun sejra tajjeb. Ma jistax iħallas għas-servizzi tas-saħħa tajbin li ngawdu llum u għall-firxa wiesgħa ta’ servizzi soċjali li għandna llum f’Malta jekk ma jkunx hawn xogħol fil-pajjiż. Ma jistax jinvesti fl-infrastruttura u fl-ambjent jekk ma jkunx hawn xogħol. Kollox jiddependi fuq ix-xogħol.

20,000 garanzija li l-PN hu l-partit tax-xogħolL-20,000 impjieg ġdid li l-Gvern Nazzjonalista ħoloq fl-aħħar ħames snin, f’kuntrast kbir ma’ pajjiżi oħrajn, huma 20,000 garanzija li l-Partit Nazzjonalista hu l-partit f’Malta li għandu track record ta’ ħolqien tax-xogħol anke fi żminijiet diffiċli għad-dinja, waqt li l-Labour Party għandu track record ta’ qgħad anke fi żminijiet tajbin għad-dinja.

Konferma ċara li nħolqu 20,000 impjieg ġdidL-aħħar ċifri ppubblikati u użati mill-Unjoni Ewropea juru li f’Malta hawn 174,126 ruħ jaħdmu, meta ħames snin eżatt qabel kien hawn 156,930. Din waħedha diġà hi żieda ta’ aktar minn 17,000 impjieg. Ma’ din iż-żieda, dejjem hemm ammont ta’ nies li l-impjieg tagħhom jispiċċa u kellna żgur dawk tat-Tarzna. Jekk tassumi mqar 3,000 hu ċar li fl-aħħar ħames snin inħolqu mill-anqas 20,000 impjieg ġdid ladarba pattejna għal mill-anqas 3,000 li ntilfu u bqajna minn fuq bi 17,000.

Fejn żdiedu l-20,000 impjieg Il-Labour Force Survey - l-istess statistika li tuża l-Unjoni Ewropea - juri fejn żdiedu dawn l-impjiegi. Żdiedu fl-oqsma kollha u speċjalment fejn hi l-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista li jiżdiedu, jiġifieri oqsma li jħallsu pagi tajbin u li l-Gvern Nazzjonalista ġibed lejn Malta.

Il-Labour Force Survey juri kemm żdiedu nies jaħdmu f’dawn it-tipi ta’ impjiegi:

n impjiegi professjonali e.g. nies jaħdmu b’warrant bħal għalliema, accountants fil-financial services, spiżjara fil-farmaċewtika, tobba, nurses: żieda ta’ 6,400 ruħ aktar jaħdmu fuq 5 snin ilu;

n impjiegi ta’ uffiċjali ta’ kumpaniji bħal executives u impjiegi maniġerjali: żieda ta’ 4,400;

n jobs fis-servizzi li huma qasam kbir e.g. ħwienet, lukandi, ristoranti, garages, negozji li jagħtu servizz lil negozji oħrajn, trasport, komunikazzjoni: żieda ta’ 3,000;

n impjiegi klerikali fid-diversi oqsma tas-servizzi e.g

online gaming, servizzi finanzjari, servizzi marittimi: żieda ta’ 2,800;

n assistenti professjonali bħal supervisors u jobs tekniċi e.g. fil-fabbriki, avjazzjoni, farmaċewtika, informatika: żieda ta’ 3,700.

Dawn flimkien jagħmlu żieda ta’ 20,300 impjieg fl-aħħar ħames snin.

Il-PN il-partit tax-xogħol dejjem, anke fi żminijiet diffiċliMis-snin disgħin, kull darba li kien hemm reċessjoni internazzjonali, Malta ma ntlaqtitx. Fil-bidu tas-snin disgħin mal-ewwel gwerra tal-Golf, fid-dinja kien hemm reċessjoni – tassew mhix qawwija – imma reċessjoni. Fil-bidu tas-snin elfejn ukoll – wara li nfaqgħet il-bużżieqa tal-ishma fil-kumpaniji tat-teknoloġija fl-Amerika. U f’dawn l-aħħar ħames snin barra minn Malta kienet għaddejja l-agħar burraxka ekonomika fi tmenin sena. F’Malta, imma, f’kull waħda

minn dawn ir-reċessjonijiet, Gvern Nazzjonalista ħoloq ix-xogħol u xogħol qawwi. Anke f’din l-aħħar reċessjoni internazzjonali kiefra, Gvern Nazzjonalista ħoloq 20,000 job f’Malta.

Il-Labour il-partit tal-qgħad anke fi żminijiet tajbinMin-naħa l-oħra, fir-reċessjoni tas-snin tmenin, il-qgħad f’Malta sploda għal 10% jirreġistraw u baqa’ għoli ħafna anke wara tmiem ir-reċessjoni sakemm il-Labour daħħal 8,800 ruħ mal-gvern. Anke fi żminijiet tajbin għad-dinja fis-snin sebgħin, il-Labour kien jaħbi l-qgħad għoli fil-korpi tax-xogħol, fil-korpi b’dixxiplina militari u mal-Gvern. U fi żminijiet tajbin għad-dinja bejn l-1996 u l-1998, biż-żejt bit-12-il dollaru, il-Labour ta’ Sant u Muscat staġna x-xogħol u żied il-qgħad f’Malta.

Dan hu l-kuntrast u r-realtà. Gvern Nazzjonalista jfisser xogħol dejjem u ħarsien mill-maltemp dinji; gvern tal-Labour ifisser qgħad dejjem, anke fit-temp tajjeb dinji.

Ix-xogħol kolloxGvern Nazzjonalista dejjem ifisser

xogħol, anke fi żminijiet ħżiena għad-dinja;

Gvern tal-Labour dejjem ifisser qgħad, anke fi żminijiet tajbin għad-dinja

Page 8: 1,000 ewro biex tiskopri pajjiż Ewropew - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni It-Tlieta, 5 ta’ Marzu 2013www.mychoice.pn

“Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fis-snin li għaddew għamel ħafna għażliet importanti – wessa’ s-sistema tal-istipendji, tejjeb l-ekonomija, naqqas it-taxxi, għamel għażliet favur poplu Libjan ħieles, investa fl-edukazzjoni, ħoloq ix-xogħol, kabbar is-servizzi tas-saħħa, fetaħ ħafna spazji pubbliċi għaż-żgħażagħ... u issa jmiss liż-żgħażagħ biex jagħmlu l-għażliet tagħhom. Għażla li għandha tkun favur min verament irid il-ġid għal pajjiżna. Għażla favur min verament jiggarantixxi l-futur fis-sod u s-serħan tal-moħħ. Għażla għaqlija biex pajjiżna jissokta jimxi ‘l quddiem u jikseb aktar riżultati pożittivi.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi