il‑kunsill ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon ewropew, l‑ebda...

64
Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 FRAR 2015 Kunsill Ewropew

Upload: others

Post on 22-Jan-2021

10 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014

FRAR 2015

Kunsill Ewropew

Page 2: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi
Page 3: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014

FRAR 2015

Page 4: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

Dan il‑fuljett huwa produzzjoni tas‑Segretarjat Ġenerali tal‑Kunsillwww.consilium.europa.euIl‑Lussemburgu: L‑Uffiċċju tal‑Pubblikazzjonijiet tal‑Unjoni Ewropea, 2015ISBN 978‑92‑824‑4841‑0ISSN 2363‑295Xdoi:10.2860/729664© L‑Unjoni Ewropea, 2015L‑użu mill‑ġdid hu awtorizzat dment li ssir referenza għas‑sors.Printed in BelgiumStampat fuq karta ekoloġika

Page 5: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

3

Werrej

Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014, mill‑Presidenti tal‑Kunsill Ewropew

Nilqgħu l‑isfidaDonald Tusk, fil‑kariga mill‑1 ta’ Diċembru 2014

Sens ta’ skop 5

Inħarsu ’l quddiem 7

Enfasi fuq ir‑riżultatiHerman Van Rompuy, fil‑kariga sat‑30 ta’ Novembru 2014

Flimkien nagħtu direzzjoni 9

Insaħħu l‑ekonomiji tagħna 10

L‑Unjoni fid‑dinja 13

Naħdmu fuq il‑klima u l‑enerġija 17

Mexxejja ġodda u aġenda strateġika għal żminijiet ta’ bidla 20

Konklużjonijiet tal‑Kunsill Ewropew u dikjarazzjonijiet mill‑Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern 27

Page 6: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

4

Il‑Kunsill Ewropew, Diċembru 2014

Page 7: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

55

Sens ta’ skop

Fl‑1 ta’ Diċembru 2014, wasalt fi Brussell minn Varsavja biex nieħu f ’idejja l‑presidenza tal‑Kunsill Ewropew. Għall‑istituzzjonijiet tal‑Unjoni, kien l‑att finali ta’ staġun ta’ tiġdid politiku li kien beda bl‑elezzjonijiet Ewropej. Għalija personalment, kien il‑bidu ta’ ħajja ġdida, unur kbir u sfida kbira.

Kienet u tibqa’ l‑konvinzjoni tiegħi li, f ’dawn iż‑żminijiet diffiċli, l‑Unjoni Ewropea trid tirnexxi, issa aktar minn qatt qabel. Il‑Presidenti u l‑Prim Ministri, magħqudin fil‑Kunsill Ewropew, għandhom jikkontribwixxu b’mod deċiżiv għal dan. Għalija, is‑suċċess għall‑Unjoni llum ifisser erba’ affarijiet. L‑ewwel nett, għandna nkunu ċari dwar il‑valuri fundamentali tagħna: is‑solidarjetà, il‑libertà u d‑dinjità tal‑bniedem, inkluż id‑dritt li persuna tgħix mingħajr biża’. Dan ifisser ukoll li niġġieldu kontra l‑għedewwa ta’ dawn il‑valuri – kull min u kull fejn ikunu.

It‑tieni nett, neħtieġu determinazzjoni qawwija biex intemmu l‑kriżi ekonomika, u speċjalment biex innaqqsu l‑qgħad. Hija wkoll ir‑responsabbiltà tagħna li noħolqu Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina – kompitu li nieħu bis‑serjetà ħafna. Għandna nissoktaw il‑ħidma biex nagħmlu l‑munita komuni tagħna, l‑euro, b’saħħitha.

It‑tielet nett, l‑Unjoni Ewropea għandha tkun b’saħħitha fix‑xena internazzjonali. Aħna ser nappoġġjaw lil dawk il‑ġirien li għandhom l‑istess valuri tagħna. L‑Unjoni mhux ser tagħlaq għajnejha meta fruntieri fil‑kontinent tagħna jinbidlu bil‑forza. Konna magħqudin dwar din il‑kwistjoni u ser nibqgħu hekk. L‑għaqda biss tista’ twassal għal riżultati f ’dan il‑każ.

Fl‑aħħar nett, ir‑relazzjonijiet bejn l‑Ewropa u l‑Istati Uniti huma pedament importanti tal‑prosperità u l‑libertà tagħna. Nemmen li waħda mill‑isfidi l‑aktar importanti hija li jsir progress fin‑negozjati dwar is‑Sħubija Trans‑Atlantika ta’ Kummerċ u ta’ Investiment. L‑Ewropa u l‑Amerika

għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkonkludu n‑negozjati sa tmiem l‑2015.

F’kull wieħed minn dawn l‑isforzi, l‑istituzzjonijiet Ewropej kollha għandhom jaħdmu flimkien għall‑ġid komuni, filwaqt li jirrispettaw ir‑rwol li għandha taqdi kull waħda minnhom. Ser negħlbu l‑isfidi li qed inħabbtu wiċċna magħhom b’enerġija u ottimiżmu, inkella ma jirnexxilniex. Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi li ser nuża l‑ħiliet kollha li għandi biex il‑ħidma tal‑Kunsill Ewropew tibqa’ orjentata lejn ir‑riżulati u ffokata fuq dak li tassew jgħodd. Kollha kemm aħna jeħtieġ li nżommu ċ‑ċarezza ta’ dak is‑sens b’saħħtu ta’ skop.

Is‑summit ta’ Diċembru

Huwa ċar li jekk tiddefendi kollox ma tkun qed tiddefendi xejn. Jekk għandek għaxar prijoritajiet, m’għandek l‑ebda waħda. Huwa għalhekk li, għal‑laqgħa tat‑18 ta’ Diċembru tal‑Kunsill Ewropew, l‑ewwel waħda waqt il‑presidenza tiegħi, jiena stedint lill‑kapijiet tal‑gvern biex jikkonċentraw biss fuq żewġ kwistjonijiet kruċjali li jeħtieġu l‑attenzjoni immedjata tagħna. Dawn kienu l‑injezzjoni ta’ investiment fl‑ekonomija Ewropea u s‑sitwazzjoni fuq il‑fruntieri tal‑Lvant tagħna mal‑Ukraina u r‑Russja. Bħala bidla żgħira minn prattika li ilha tintuża, biddilt is‑summit f ’avveniment ta’ jum wieħed. Irnexxielna wkoll inżommu l‑konklużjonijiet tal‑Kunsill Ewropew iqsar mis‑soltu u ferm iffokati. Għalija, il‑qosor jinkoraġġixxi l‑kontabilità.

Iddiskutejna u qbilna dwar il‑pjan biex jitwaqqaf Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi, li l‑President tal‑Kummissjoni Juncker kien iddeskriva ftit wara li daħal fil‑kariga. Fil‑laqgħa tagħna, il‑mexxejja taw l‑appoġġ tagħhom u ffissaw skeda ta’ żmien stretta. Sadanittant, il‑Kummissjoni ppreżentat il‑proposta tagħha fid‑dettall

Nilqgħu l‑isfidaDonald Tusk

Page 8: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

6

leġislattiv kollu u issa hija r‑responsabbiltà tal‑Kunsill u tal‑Parlament Ewropew li jiżguraw li l‑Fond ikun lest sa Ġunju. L‑għan huwa li tiġi ġġenerata mewġa ġdida ta’ investiment fl‑ekonomija Ewropea. Il‑Bank Ewropew tal‑Investiment diġà jista’ jibda japprova l‑ewwel proġetti minn Jannar 2015. Il‑mexxejja huma naturalment kollha konxji li ma jeżisti l‑ebda sors maġiku ekonomiku li għandu t‑tweġiba għas‑sitwazzjoni attwali tagħna. L‑irkupru veru ser jitlob ħidma kontinwa, ideat ġodda u enerġija f ’kull qasam. F’dan ir‑rigward, il‑pjan ta’ investiment jikkomplementa l‑istrateġija ekonomika tal‑Unjoni Ewropea msejsa fuq finanzi pubbliċi b’saħħithom u riformi strutturali.

Dwar is‑sitwazzjoni fl‑Ukraina u fir‑Russja, il‑mexxejja kellhom skambju strateġiku skjett. Dwar is‑sanzjonijiet, qbilna li l‑aħjar ħaġa għalissa tkun li nibqgħu fuq din it‑triq. Ser niddeċiedu l‑passi li jmiss f ’Marzu. Sadanittant, aħna ser nappoġġjaw lill‑Ukraina u lill‑gvern tagħha, anke finanzjarjament. Il‑membri tal‑Kunsill Ewropew huma lkoll konvinti li l‑għajnuna għall‑’Ukraina ġdida’ hija ta’ ġid ukoll għall‑ġejjieni tagħna stess. Huwa għalhekk li ddiskutejna aktar għajnuna finanzjarja għall‑Ukraina. Ftit wara s‑summit, il‑Kummissjoni pproponiet is‑self ta’ EUR 1.8 biljun oħra lill‑Ukraina. Il‑mexxejja laqgħu wkoll il‑ħsieb li tiżdied l‑għajnuna umanitarja. L‑Ukreni għandhom ikunu jafu u jaraw li l‑Ewropa qiegħda magħhom.

Donald Tusk jiftaħ il‑laqgħa tal‑Kunsill Ewropew, Diċembru 2014

Page 9: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

7

Inħarsu ’l quddiem

Fis‑sena li ġejja, l‑ekonomija ser tibqa’ fost l‑ogħla prijoritajiet. Il‑pajjiżi kollha tal‑UE u l‑istituzzjonijiet tal‑Unjoni għandhom jagħmlu dak kollu li huwa fis‑setgħa tagħhom biex iħaffu l‑irkupru ekonomiku. Il‑kriżi fl‑Ukraina u fit‑territorju ta’ madwarha ser tkompli teħtieġ l‑akbar attenzjoni tagħna, l‑istess bħall‑ġrajjiet fir‑reġjun usa’ madwarna, speċjalment fin‑Nofsinhar.

Fil‑laqgħa ta’ Diċembru, kelli l‑opportunità nfassal aġenda ċara għall‑2015. Fi Frar, il‑mexxejja ser jiddiskutu l‑modi biex tittejjeb il‑governanza fl‑Unjoni Ekonomika u Monetarja tagħna. F’Marzu ser niddiskutu l‑unjoni tal‑enerġija; ser niddiskutu wkoll l‑approċċ tagħna lejn ir‑Russja u l‑Ukraina u nħejju s‑Summit tas‑Sħubija tal‑Lvant ta’ Mejju f ’Riga. F’Ġunju, ser nieħdu deċiżjonijiet dwar is‑suq uniku diġitali, neżaminaw il‑Fond ta’ Investiment u nerġgħu nanalizzaw il‑kwistjoni tal‑evitar tat‑taxxa. Ser inħejju wkoll għadd ta’ laqgħat u summits internazzjonali.

Sadanittant, l‑aġenda politika nħakmet minn ġrajjiet drammatiċi. L‑attakki terribbli f ’Pariġi fil‑bidu tal‑2015 ħasdu lil Franza u lill‑Unjoni tagħna kollha kemm hi. Wara li kkonsultajt mal‑President Franċiż, iddeċidejt li, meta jiltaqgħu fi Frar, il‑mexxejja ser jindirizzaw l‑isfida ppreżentata minn dawn l‑attakki. Ser nerġgħu niddiskutu wkoll is‑sitwazzjoni fl‑Ukraina. Il‑ġrajjiet isawru l‑politika daqs il‑pjanijiet maħsubin minn qabel, allura l‑aġenda li fassalt hawn fuq mingħajr dubju ser tkompli tiżviluppa matul l‑2015.

Il‑parti ewlenija ta’ din il‑pubblikazzjoni tagħti ħarsa lejn is‑sena li għadha kif għaddiet. Bħala politiċi, ma nistgħux nibnu pont lejn il‑ġejjieni mingħajr ma nkunu nafu minn fejn ġejjin. Ċertament, meta ġrajjiet politiċi jsegwu ‘l xulxin b’ħeffa kbira – bħal ma qed jiġri bħalissa b’rabta mal‑Ukraina jew bħal ma ġara qabel b’rabta mal‑euro – huwa essenzjali li nġeddu l‑memorja u nżommu sens ta’ proporzjon.

Nixtieq infaħħar lill‑predeċessur tiegħi, Herman Van Rompuy, talli mexxa lill‑Unjoni Ewropea b’suċċess waqt maltempata mingħajr preċedent, u wkoll ta’ dak kollu li tgħallimt billi osservajtu min‑naħa l‑oħra tal‑mejda, meta kont wieħed mill‑membri tal‑Kunsill Ewropew. Issa, bi gratitudni, inħalli f ’idejh, bħala l‑President tagħna fil‑kariga sat‑30 ta’ Novembru, biex jaqsam magħna l‑fehmiet tiegħu dwar il‑ħidma tal‑istituzzjoni fl‑2014 – u kif sawret l‑isfidi li qed nindirizzaw illum.

DONALD TUSK

Page 10: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

8

Iċ‑ċerimonja tal‑konsenja tal‑kariga mingħand il‑President Herman Van Rompuy lill‑President il‑ġdid Donald Tusk

Page 11: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

99

Flimkien nagħtu direzzjoni

Għall‑Ewropa, l‑2014 ma kinitx biss sena ta’ tiġdid politiku; kienet ukoll test ta’ reżistenza u determinazzjoni. Wara li reġgħet inkisbet l‑istabbiltà finanzjarja lejn tmiem l‑2012, it‑triq lejn l‑irkupru ekonomiku u l‑ħolqien tal‑impjiegi rriżultat itwal milli bosta kienu ttamaw jew stennew. Inkwiet vjolenti fil‑viċinat immedjat tagħna u fil‑Lvant Nofsani usa’ wasslu biex nerġgħu nikkunsidraw is‑sigurtà tagħna. F’ċirkostanzi bħal dawn, iċ‑ċittadini jistennew sens ċar ta’ direzzjoni. Fost l‑istituzzjonijiet l‑oħrajn tal‑UE, il‑Kunsill Ewropew ta sehmu kollu fl‑għoti ta’ direzzjoni komuni ġdida.

Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 ikopri l‑attivitajiet tal‑istituzzjoni fis‑sena li għaddiet. Matul is‑sena, komplejna naħdmu fuq it‑tisħiħ tal‑ekonomiji tagħna, b’enfasi fuq riformi ekonomiċi, baġits għaqlin u investiment orjentat lejn il‑ġejjieni. Flimkien ma’ żviluppi internazzjonali oħrajn, il‑ġrajjiet drammatiċi fl‑Ukraina kienu fuq nett fl‑aġenda tal‑mexxejja. Ksibna wkoll ftehim dwar il‑klima u l‑enerġija, fassalna l‑prijoritajiet strateġiċi tal‑Unjoni Ewropea għall‑ħames snin li ġejjin u – wara l‑elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2014 – għażilna tim ġdid biex imexxi l‑Unjoni.

Il‑Kunsill Ewropew ilaqqa’ l‑mexxejja ewlenin tal‑Unjoni Ewropea madwar il‑mejda: it‑28 Kap ta’ Stat jew ta’ Gvern, il‑President tal‑Kummissjoni u l‑President tal‑Kunsill Ewropew. Aħna nistabbilixxu l‑prijoritajiet politiċi u nieħdu r‑responsabbiltà f ’sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Ir‑Rappreżentant Għoli tal‑UE tieħu sehem fid‑diskussjonijiet kollha dwar l‑affarijiet barranin, il‑kap tal‑Bank Ċentrali Ewropew jingħaqad regolarment magħna meta niddiskutu kwistjonijiet ekonomiċi u eċċezzjonalment ikollna mistednin oħrajn.

Fl‑2014, il‑Kunsill Ewropew kellu erba’ laqgħat formali (inkluża dik f ’Diċembru ppreseduta mis‑suċċessur

tiegħi Donald Tusk), żewġ laqgħat informali u tnejn speċjali, kif ukoll summit taż‑żona tal‑euro wara l‑laqgħa ta’ Ottubru. Matul is‑sena, ilqajna kollegi ġodda (jew li reġgħu lura magħna), u għidna saħħa lil oħrajn li kienu kollegi, wara bidliet tal‑gvern fil‑Belġju, il‑Bulgarija, ir‑Repubblika Ċeka, l‑Estonja, il‑Finlandja, il‑Polonja, is‑Slovenja u l‑Isvezja; bil‑bidliet tal‑kapijiet tal‑Kummissjoni Ewropea u tal‑istituzzjoni tagħna stess l‑istampa saret sħiħa.

Il‑Kunsill Ewropew huwa soċjetà li dejjem tinbidel. Il‑kapijiet ta’ gvern jiġu u jmorru. Il‑kompożizzjoni varjabbli tal‑grupp toħloq differenza kemxejn kbira minn gvern nazzjonali, fejn inti taqsam il‑vjaġġ matul erba’ jew ħames snin mal‑istess grupp. Fil‑ħames snin li qattajt bħala President, rajt 69 President u Prim Ministru differenti madwar il‑mejda. Huwa għalhekk li l‑bini ta’ fiduċja huwa proċess kontinwu; mill‑ewwel jum, qistu bħala ‘l‑ħidma ewlenija’ tiegħi. Il‑fiduċja hija prekondizzjoni biex jittieħdu deċiżjonijiet flimkien.

Kif għidt lill‑mexxejja fid‑diskors tal‑aħħar tislima tiegħi fis‑summit ta’ Ottubru, jien dejjem ippruvajt naġixxi f ’isem l‑interess Ewropew. Huwa iktar mit‑total ta’ tmienja u għoxrin interess nazzjonali, iżda huwa wkoll dan it‑total. Kull darba kellna naqblu, ma’ tmienja u għoxrin. Mhux dejjem f ’darba, u kultant b’xi ftit ta’ ġbid u imbuttar. Iżda flimkien, matul dawn l‑aħħar ħames snin, urejna dak li jista’ jidher implawsibbli: li Unjoni bi tmienja u għoxrin pajjiż tista’ taħdem u fil‑fatt taħdem.

L‑ewwel ħdax‑il xahar tal‑2014 urew bosta eżempji ta’ deċiżjonijiet b’saħħithom bħal dawn, tas‑saħħa moħbija tal‑Ewropa – u b’Donald Tusk fit‑tmexxija tal‑istituzzjoni tagħna, hekk ukoll ser juru, mingħajr dubji, is‑snin li ġejjin.

Enfasi fuq ir‑riżultatiHerman Van Rompuy

Page 12: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

10

Insaħħu l‑ekonomiji tagħna

Lejn il‑bidu tal‑2014, wara l‑inkwiet tas‑snin ta’ qabel, kien hemm sinjali ta’ rkupru ekonomiku iżda dan kien – kif ħadna ħsieb nenfasizzaw kull darba fil‑pubbliku – ‘dgħajjef, fraġli u inkonsistenti’. Il‑membri kollha tal‑Kunsill Ewropew kienu ħerqana biex jużaw il‑laqgħat tagħna biex iħaffu l‑irkupru u jsaħħu l‑ekonomiji tagħna. Aħna għamilna dan billi laqqajna l‑isforzi nazzjonali ta’ kulħadd u l‑għodod tal‑Unjoni f ’sensiela ta’ laqgħat (li konna diġà bdejna fl‑2013) iddedikati għat‑titjib tal‑kompetittività tagħna u għall‑istimolu tal‑ħolqien tal‑impjiegi.

Għall‑Kunsill Ewropew ta’ Marzu, jien kont poġġejt l‑industrija fuq l‑aġenda. Enfasizzajna li, pjuttost milli għadda żmienha, l‑industrija hija qasam li qed iġedded lilu nnifsu u li jeħtieġ li nerġgħu ninvestu fih. L‑industrija tipprovdi 25% tal‑impjiegi fis‑settur privat, filwaqt li tiġġenera ħafna aktar fis‑servizzi – u kif enfasizzaw xi kollegi, jistgħu u għandhom jiġu rilokati fl‑Ewropa aktar impjiegi industrijali. Fil‑konklużjonijiet tagħna, appellajna b’mod partikolari għal kooperazzjoni Ewropea aktar b’saħħitha fuq l‑iżvilupp ta’ teknoloġiji abilitanti ewlenin, bħall‑batteriji għall‑karozzi elettriċi jew bijomaterjali intelliġenti, u wkoll għal aktar involviment tal‑industrija fl‑edukazzjoni u t‑taħriġ biex jiġu indirizzati nuqqasijiet viżibbli f ’ħiliet kruċjali bħax‑xjenza, il‑matematika u l‑inġinerija.

F’Marzu, ksibna wkoll żvilupp ġdid fil‑ġlieda kontra l‑frodi tat‑taxxa u l‑evażjoni tat‑taxxa. F’termini tekniċi, il‑Kunsill Ewropew qabel li jadotta d‑direttiva riveduta dwar it‑taxxa fuq id‑dħul mit‑tfaddil – wara mhux inqas minn sitt snin ta’ negozjati bejn il‑gvernijiet tal‑UE. F’termini politiċi, żammejna l‑wegħda tagħna ta’ Mejju 2013 u wrejna impenn unanimu u qawwi għall‑ġlieda globali kontra l‑evażjoni tat‑taxxa. Il‑ġlieda kontra

l‑evażjoni tat‑taxxa mhijiex biss kwistjoni ta’ finanzi pubbliċi, hija wkoll kwistjoni ta’ ekwità u ġustizzja soċjali.

F’Ġunju, qbilna dwar aġenda strateġika għall‑ħames snin li ġejjin (aktar dwarha hawn taħt), b’konċentrazzjoni qawwija, f ’dak li għandu x’jaqsam mal‑ekonomija, fuq l‑impjiegi, it‑tkabbir u l‑kompetittività. Waqt l‑istess laqgħa, bħala parti miċ‑ċiklu politiku ekonomiku annwali, kellna wkoll skambju dwar dilemma magħrufa sew: kif tiġi bbilanċjata d‑dixxiplina fiskali mal‑bżonn li jiġi appoġġat it‑tkabbir? Kien hemm kunsens ġenerali li l‑pajjiżi jeħtieġu li fl‑istess ħin ikomplu bir‑riforma u l‑konsolidazzjoni fiskali (b’mod differenzjat u li jiffavorixxi t‑tkabbir) kif ukoll jagħmlu l‑investimenti meħtieġa għall‑ġejjieni. It‑tnejn huma essenzjali għal ekonomija b’saħħitha. Il‑Kunsill Ewropew ikkonkluda li kollha kemm aħna impenjati għall‑Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u li hija kwistjoni tal‑aħjar użu tal‑flessibbiltà li hija mibnija fir‑regoli fiskali eżistenti.

Swied il‑qalb fi tmiem is‑sajf

Matul is‑sajf, dejta ekonomika li waslitilna kkonfermat li l‑irkupru baqa’ dgħajjef, l‑inflazzjoni baqgħet eċċezzjonalment baxxa u l‑qgħad baqa’ f ’livell għoli inaċċettabbli. Dan kien u huwa partikolarment il‑każ fiż‑żona tal‑euro. F’laqgħa speċjali fit‑30 ta’ Awwissu dwar kwistjonijiet urġenti oħrajn, il‑Kunsill Ewropew ħa l‑okkażjoni biex jagħmel aktar pressjoni fuq il‑ħidma ekonomika li għaddejja fil‑livell ministerjali. Iddeċidejna wkoll li norganizzaw summit taż‑żona tal‑euro f ’Ottubru u – fuq l‑inizjattiva tal‑gvern Taljan – li ninġabru għal konferenza dwar il‑qgħad fost iż‑żgħażagħ. Matul il‑ħarifa, kiber kunsens dwar il‑ħtieġa għal aktar investiment fl‑Ewropa, suġġett li kellu jindirizza s‑suċċessur tiegħi fil‑Kunsill Ewropew ta’ Diċembru.

Page 13: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

1111

Diskussjonijiet fil‑Kunsill Ewropew

Page 14: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

12

Is‑summit dwar ix‑xogħol għaż‑żgħażagħ sar fit‑8 ta’ Ottubru f ’Milan. Huwa ċar li l‑organizzazzjoni ta’ konferenza fiha nnifisha ma ssolvix problema iżda tgħin biex jinżamm ir‑ritmu biex tiġi indirizzata. Il‑laqgħa ta’ Milan ipprovdiet opportunità tajba biex l‑isforzi fil‑ġlieda kontra l‑qgħad jintiżnu u jerġgħu jiġu kkonċentrati. Laqatni kif il‑mexxejja, irrispettivament mill‑analiżi individwali tagħhom, laħqu qbil dwar tliet punti li kien evidenti li kienu meħtieġa biex tiġi indirizzata l‑kwistjoni.

L‑ewwel nett, it‑taxxi fuq ix‑xogħol imorru fuq oqsma oħra. Potenzjalment, hawnhekk tinsab l‑aktar spinta importanti li tista’ tingħata lill‑impjiegi. Il‑pressjoni kontinwa mill‑Kunsill Ewropew u l‑Kummissjoni dwar din il‑kwistjoni qed tibda tagħti l‑frott. It‑tieni nett, is‑swieq tagħna tax‑xogħol isiru aktar flessibbli. Il‑flessibbiltà ma tfissirx sempliċiment li jitnaqqsu l‑pagi jew l‑impjiegi; tfisser li n‑negozji u l‑ħaddiema jiġu offruti aktar libertà biex jiddeċiedu kif l‑aħjar li jadattaw għall‑kundizzjonijiet tas‑suq f ’konformità mal‑mudelli soċjali tagħna. It‑tielet nett, tingħeleb il‑qasma dejjem tikber fis‑suq tax‑xogħol bejn “dawk ta’ ġewwa” u “dawk ta’ barra”; fi kliem ieħor, bejn dawk li huma mħarsa u dawk bl‑impjiegi temporanji mingħajr protezzjoni – l‑aktar nisa, żgħażagħ u ħaddiema migranti b’livell baxx ta’ ħiliet. Diversi membri tal‑Kunsill Ewropew implimentaw riformi importanti f ’pajjiżhom f ’dan ir‑rigward.

It‑tlestija tal‑unjoni monetarjaMatul l‑2014, il‑Kunsill Ewropew issorvelja mill‑qrib l‑iżvilupp tal‑Unjoni Ekonomika u Monetarja, iżda ma kellux bżonn jintervjeni b’mod deċiżiv huwa stess. Wara li ġġilidna kontra l‑problemi bejn l‑2010 u l‑2012 u ppjanajna għall‑ġejjieni bejn l‑2012 u l‑2013, il‑ħidma fuq kwistjonijiet marbutin maż‑żona tal‑euro kienet anqas intensa din is‑sena. F’Marzu, ilqajna l‑qbil dwar l‑aħħar dettalji mhux solvuti tal‑Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, ftehim li l‑ministri tal‑finanzi laħqu – kif ta’ spiss jiġri meta kwistjonijiet diffiċli jkollhom jissolvew – sigħat biss qabel il‑mexxejja ltaqgħu fi Brussell. Dan kien pass importanti lejn it‑tlestija tal‑unjoni bankarja, li tnediet formalment fl‑1 ta’ Novembru bil‑bidu tal‑Mekkaniżmu Superviżorju Uniku. F’Ottubru, qbilna li t‑titjib tal‑koordinazzjoni tal‑politika ekonomika – l‑element ewlieni l‑ieħor ta’ ħidma li ma tlestietx – irid jissokta fl‑2015.

Page 15: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

1313

L‑Unjoni fid‑dinja

Is‑sena 2014 ippreżentat l‑aktar sfida serja għas‑sigurtà fuq il‑fruntieri tal‑Ewropa fi żmien twil. L‑invażjoni u l‑annessjoni sussegwenti tal‑Krimea mir‑Russja, segwiti minn ġrajjiet drammatiċi fil‑Lvant tal‑Ukraina (li għadhom għaddejjin fil‑mument li qed jinkiteb dan it‑test), ħarbtu l‑ordni ta’ sigurtà kontinentali li drajna minn tmiem il‑Gwerra Bierda. Din kienet kwistjoni li kellhom jindirizzaw il‑mexxejja. Matul is‑sena, il‑Kunsill Ewropew idderieġa l‑azzjoni tal‑Unjoni, kemm fir‑rigward tal‑Ukraina kif ukoll fir‑rigward tar‑Russja. Iżda indirizzajna wkoll sfidi serji oħra ta’ politika barranija, partikolarment il‑qagħda fil‑Lvant Nofsani.

Wara l‑Krimea

Fil‑bidu tas‑sena 2014, ħadd, fuq l‑ebda naħa, ma stenna li l‑protesti popolari fil‑pjazza Maidan fi Kiev kienu ser jirreżistu ġimgħat ta’ bard u repressjoni. Iżda hekk għamlu. Meta l‑President tal‑Kummissjoni u jiena ltqajna mal‑President Putin lejn tmiem Jannar fi Brussell għas‑summit regolari bejn l‑UE u r‑Russja, ovvjament kien hemm tensjonijiet, iżda kien għadu jidher li setgħu jingħelbu. Xahar wara, dak li ġara fil‑Krimea biddel kollox.

Wara l‑invażjoni tal‑peniżola, sejjaħt laqgħa straordinarja tal‑kapijiet ta’ stat jew ta’ gvern tal‑Unjoni Ewropea fis‑6 ta’ Marzu. (Kien biss it‑tieni summit ta’ emerġenza bħal dan dwar kriżi barranija taħt it‑tmexxija tiegħi, wara s‑summit dwar il‑Libja fl‑2011.) Fil‑bidu tal‑laqgħa, il‑Prim Ministru Yatseniuk tal‑Ukraina ta rendikont qawwi u inkwetanti dwar is‑sitwazzjoni f ’pajjiżu. Filwaqt li konna fil‑laqgħa, bdew deħlin l‑ewwel rapporti tal‑aħbarijiet dwar referendum li kien ser isir fil‑Krimea, bi ksur ċar tal‑kostituzzjoni Ukrena. Dan saħħaħ id‑determinazzjoni tagħna aktar.

F’din il‑laqgħa tas‑6 ta’ Marzu, il‑Kunsill Ewropew ikkundanna bil‑qawwa l‑ksur mhux provokat tas‑sovranità u l‑integrità territorjali tal‑Ukraina u appella biex Moska tirtira l‑forzi armati tagħha minnufih. Il‑mexxejja ffissaw il‑parametri tar‑reazzjoni Ewropea għar‑Russja billi ftiehmu dwar approċċ fi tliet passi. Il‑kunċett ewlieni kien it‑tnaqqis tat‑tensjoni. L‑ewwel pass, li ntlaħaq qbil dwaru mill‑ewwel, kien jikkonsisti minn miżuri politiċi: is‑sospensjoni ta’ taħditiet bilaterali mar‑Russja, pereżempju dwar l‑aċċess għall‑viżi; l‑appoġġ għad‑deċiżjoni mill‑membri Ewropej li jissospendu s‑sehem tagħhom fis‑summit tal‑G8 (ippjanat għal Ġunju f ’Sochi). It‑tieni pass, li kellu jittieħed jekk is‑sitwazzjoni ma titjiebx malajr, kien jikkonsisti minn miżuri addizzjonali, bħall‑projbizzjoni tal‑ivvjaġġar fuq individwi, l‑iffriżar tal‑assi u t‑tħassir tas‑summit bejn l‑UE u r‑Russja. It‑tielet u l‑aħħar pass kien jikkonsisti minn sanzjonijiet ekonomiċi sostantivi (“konsegwenzi addizzjonali u aktar mifruxa għar‑relazzjonijiet f ’firxa wiesgħa ta’ oqsma ekonomiċi”); dan it‑tip ta’ rispons l‑aktar qawwi kien isegwi jekk ir‑Russja tieħu passi biex tiddestabbilizza aktar is‑sitwazzjoni. Dawn kienu l‑parametri li ddeterminaw ir‑reazzjonijiet tagħna matul is‑sena.

Dwar l‑Ukraina wkoll, il‑laqgħa tas‑6 ta’ Marzu tat il‑bidu għar‑rispons tal‑Ewropa: tajna l‑appoġġ politiku tagħna lill‑pajjiż, filwaqt li tennejna l‑impenn tagħna biex niffirmaw il‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni qabel l‑elezzjonijiet tal‑Ukraina fil‑25 ta’ Mejju. Intrabatna wkoll li nagħtu appoġġ finanzjarju, billi ngħinu biex terġa’ tinkiseb l‑istabbiltà makroekonomika u billi naqblu dwar miżuri speċjali għall‑kummerċ li jibbenefikaw unilateralment lin‑naħa Ukrena – kwistjonijiet li dwarhom il‑Kummissjoni Ewropea ħadmet bis‑sħiħ. Biex inrawmu l‑bidla demokratika, l‑appoġġ kellu kondizzjonijiet

Page 16: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

14

marbutin miegħu: mill‑bidu, enfasizzajna l‑ħtieġa għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti, riforma kostituzzjonali u l‑investigazzjoni tal‑atti ta’ vjolenza; issottolinjajna wkoll il‑ħtieġa li l‑gvern ikun inklużiv mar‑reġjuni, in‑nies u l‑minoranzi kollha, kif ukoll li jiġġieled kontra l‑korruzzjoni u jniedi riformi ekonomiċi usa’.

Matul il‑laqgħat tal‑Kunsill Ewropew sussegwenti kollha ddiskutejna s‑sitwazzjoni fl‑Ukraina. Fil‑laqgħa regolari tagħna tar‑rebbiegħa, wara r‑referendum illegali fil‑Krimea, ikkonfermajna d‑dħul fit‑tieni stadju tas‑sanzjonijiet, li nikkanċellaw is‑summits bilaterali u nżidu tnax‑il persuna mal‑lista ta’ individwi soġġetti għall‑projbizzjoni tal‑viża u l‑iffriżar tal‑assi. Iffirmajna wkoll id‑dispożizzjonijiet politiċi tal‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal‑Ukraina. Fil‑laqgħa ta’ Ġunju, wara skambju mal‑President ġdid Petro Poroshenko, aħna appoġġajna l‑pjan ta’ paċi tiegħu biex jintemmu l‑ostilitajiet militari fil‑Lvant tal‑Ukraina. F’ċerimonja kommoventi, iffirmajna wkoll il‑partijiet li kien fadal tal‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal‑Ukraina kif ukoll dawk mal‑Georgia u l‑Moldova – ftehimiet bilaterali estensivi b’impatt ekonomiku u ġeopolitiku b’saħħtu. Fis‑16 ta’ Lulju, f ’laqgħa speċjali tal‑Kunsill Ewropew imlaqqa’ għal kwistjonijiet oħra, filwaqt li s‑sitwazzjoni fil‑Lvant tal‑Ukraina kienet sejra għall‑agħar, adottajna sanzjonijiet aktar ħorox, pereżempju l‑waqfien ta’ fluss ta’ flus pubbliċi tal‑UE lejn ir‑Russja u aktar restrizzjonijiet fuq l‑investiment fil‑Krimea.

It‑tieni żvoltaIt‑twaqqigħ tal‑ajruplan Malasjan MH‑17 fuq il‑Lvant tal‑Ukraina, fis‑17 ta’ Lulju, kien it‑tieni żvolta f ’din il‑kriżi – wara l‑invażjoni tal‑Krimea. It‑tnedija tat‑tielet stadju tas‑sanzjonijiet tagħna: sanzjonijiet ekonomiċi f ’firxa wiesgħa, issa saret neċessarja. Spiċċa d‑dibattitu

tar‑rebbiegħa dwar il‑ħin, il‑firxa u l‑effettività: bla dubju kien hemm bżonn li nżidu r‑rispons tagħna. Wara kuntatti intensi, il‑mexxejja kollha taw istruzzjonijiet lill‑ambaxxaturi tagħhom għall‑UE biex jieħdu din id‑deċiżjoni, lejn l‑aħħar ta’ Lulju. Iżda s‑sitwazzjoni kompliet marret għall‑agħar, bit‑tfaqqigħ ta’ ġlied intensiv u flussi ta’ ġellieda u armi ġejjin mir‑Russja lejn il‑Lvant tal‑Ukraina. Fil‑laqgħa tagħna tat‑30 ta’ Awwissu, qbilna li l‑isforzi kollha kellhom ikunu diretti lejn il‑waqfien mit‑tixrid tad‑demm. Pjan ta’ paċi ġie ffirmat f ’Minsk fil‑5 ta’ Settembru, iżda sal‑lum għadu ma ġiex implimentat bis‑sħiħ minkejja t‑twiddib ripetut lit‑tmexxija tar‑Russja.

Kważi sena wara li bdew it‑tensjonijiet, it‑tagħlimiet huma ċari. Kif għidt lill‑Assemblea Ġenerali tan‑NU f ’Settembru: “Meta tmiss il‑fruntieri, tkun qed tilgħab mal‑paċi.”

SummitsL‑emerġenza fil‑Lvant tagħna ħolqot ukoll l‑isfond għal ħafna laqgħat internazzjonali mal‑imsieħba tagħna madwar id‑dinja. Avveniment ewlieni kien fl‑4 u l‑5 ta’ Ġunju, meta l‑Unjoni Ewropea ospitat għall‑ewwel darba s‑summit tal‑G7 – b’riżultat tat‑tħassir tal‑G8 ta’ Sochi. Kienet konferma importanti tal‑istatus diplomatiku li l‑Unjoni kienet għadha kif kisbet, u laqgħa tabilħaqq speċjali. Ittrattajna l‑kwistjonijiet regolari kollha (l‑ekonomija globali, il‑kummerċ, l‑enerġija u l‑klima, l‑iżvilupp) u naturalment: l‑Ukraina. Il‑laqgħa wriet tajjeb il‑mod kif il‑membri tal‑G7 u tal‑Unjoni Ewropea baqgħu magħqudin fir‑rispons tagħhom għall‑kriżi, kemm b’reazzjoni għal atti ta’ aggressjoni tar‑Russja kif ukoll bl‑iżvilupp ta’ aġenda pożittiva ta’ tnaqqis tat‑tensjoni u stabbilizzazzjoni.

Page 17: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

15

Summits u laqgħat ma’ pajjiżi terzi

Page 18: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

16

Kien hemm mumenti oħra meta Brussell serva bħala ċentru dinji tad‑diplomazija, mhux l‑inqas matul ir‑rebbiegħa. Lejn l‑aħħar ta’ Marzu, iltqajna mal‑President Obama għas‑summit regolari bejn l‑Istati Uniti u l‑Unjoni Ewropea. Ġimgħa wara, ospitajna s‑summit bejn l‑UE u l‑Afrika, laqgħa produttiva u sfida loġistika mingħajr preċedent, b’xejn inqas minn 70 kap ta’ stat jew ta’ gvern preżenti fil‑bini tal‑Kunsill. Matul l‑istess perjodu, il‑President Ċiniż, ukoll, żar l‑istituzzjonijiet tal‑UE, u ftit ta’ żmien wara ospitajna summit mal‑Ġappun. F’Ottubru, organizzajna s‑summit biennali bejn il‑mexxejja Ewropej u dawk Asjatiċi (ASEM) f ’Milan; fil‑marġini, saret laqgħa bejn l‑Ewropej u l‑President tar‑Russja, li kienet segwita ħafna iżda ma tat l‑ebda frott.

Matul is‑sajf, is‑sitwazzjoni ħadet ukoll daqqa għall‑agħar fil‑Lvant Nofsani – fil‑Libja, f ’Gaża iżda b’mod partikolari fl‑Iraq u fis‑Sirja. Fil‑laqgħa tal‑Kunsill Ewropew tat‑30 ta’ Awwissu, il‑mexxejja ddikjaraw li kienu xxukkjati bl‑atroċitajiet imwettqa mill‑“Istat Iżlamiku” jew ISIS; huma talbu lill‑ministri għall‑affarijiet barranin biex isibu mezzi kif iwaqqfu lill‑ISIS milli jgawdi minn introjtu illegali miż‑żejt. Imħassba bl‑għadd ta’ rġiel u nisa żgħażagħ mill‑pajjiżi tagħna stess li jivvjaġġaw lejn ir‑reġjun, il‑mexxejja ddikjaraw il‑ġlieda kontra r‑radikalizzazzjoni f ’pajjiżhom bħala prijorità ewlenija. Għalhekk qbilna li naċċelleraw il‑miżuri biex inwaqqfu l‑fluss ta’ ġellieda barranin – suġġett imressaq ukoll fuq l‑aġenda tal‑Kunsill tas‑Sigurtà tan‑NU ftit ġimgħat wara, laqgħa memorabbli ppreseduta mill‑President Obama.

L‑epidemija tal‑Ebola li laqtet il‑Liberja, Sierra Leone u l‑Ginea kienet żvilupp drammatiku ieħor fil‑viċinat li jeħtieġ attenzjoni. Waqt il‑laqgħa ta’ Ottubru, aħna wegħidna EUR 1 biljun għall‑ġlieda kontra din il‑pesta moderna (is‑somma ta’ finanzjament ipprovduta mill‑Istati Membri tal‑UE u l‑istituzzjonijiet tal‑Unjoni). Lil hinn mill‑finanzjament, l‑Ewropa qablet li tappoġġa aħjar lill‑pajjiżi tal‑Afrika tal‑Punent fil‑qalba tal‑kriżi b’kompetenza medika u persunal ta’ appoġġ. Sal‑bidu tal‑2015, is‑sitwazzjoni dehret li qed tiġi taħt kontroll.

Iż‑żjara ta’ Herman Van Rompuy fil‑pjazza Maidan fi Kiev, l‑Ukraina

Page 19: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

17

Ħidma fuq il‑klima u l‑enerġija

L‑enerġija kienet prominenti ħafna fuq l‑aġenda matul is‑sena li għaddiet. Dan kien kemm minħabba l‑instabbiltà fl‑Ukraina, kif ukoll peress li kellna nilħqu ftehim Ewropew dwar il‑klima u l‑enerġija fid‑dawl tan‑negozjati li jmiss tan‑NU dwar it‑tisħin globali. Dak il‑ftehim kien fil‑fehma tiegħi wieħed mis‑suċċessi kruċjali tal‑Unjoni għall‑2014, li jikkonferma li qbadna t‑triq sew lejn ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju.

Il‑kwistjoni tal‑enerġija hija dejjem fiċ‑ċentru tal‑attenzjoni tal‑Presidenti u l‑Prim Ministri. Il‑prezzijiet tal‑enerġija jinteressaw lill‑konsumaturi u l‑industriji, l‑enerġija nadifa hija kruċjali fil‑ġlieda kontra t‑tibdil fil‑klima, u huwa ċar li l‑enerġija għandha ramifikazzjonijiet ġeopolitiċi wkoll. Mingħajr azzjoni deċiżiva, fi żmien 20 sena l‑pajjiżi tagħna ser ikunu jiddependu fuq l‑importazzjoni għal sa 80% taż‑żejt u l‑gass tagħna, b’sehem kbir ġej mingħand fornitur wieħed – xi ħaġa li ma tgħinx is‑sigurtà tagħna.

F’dawn l‑aħħar snin, il‑Kunsill Ewropew diġà kellu għadd ta’ sessjonijiet iddedikati għall‑enerġija – pereżempju fi Frar 2011 u f ’Mejju 2013. Is‑sena li għaddiet l‑enerġija kienet fuq l‑aġenda ta’ tliet sessjonijiet, f ’Marzu, Ġunju u Ottubru, li matulhom ħafna mix‑xogħol preċedenti ta l‑frott.

Unjoni tal‑enerġijaF’Marzu, id‑diskussjoni tagħna ffukat l‑aktar fuq kif innaqqsu d‑dipendenza kbira tagħna fl‑enerġija (tema li saħansitra żiedet fir‑rilevanza fil‑kuntest tas‑sitwazzjoni fl‑Ukraina) u fuq kif inżommu l‑prezzijiet tal‑enerġija baxxi (kwistjoni li tilfet xi ftit mill‑importanza minn dak iż‑żmien ‘l hawn, bis‑saħħa tar‑roħs rapidu fil‑prezzijiet taż‑żejt).

Madwar il‑mejda kien hemm sens qawwi tal‑bżonn ta’ mod ġdid kif isir in‑negozju fl‑enerġija, li naħdmu aktar bħala tim meta ninnegozjaw kuntratti; li nikkondividu aktar informazzjoni; u li jkollna aktar trasparenza dwar kondizzjonijiet ta’ kuntratti. Dan kollu jsaħħilna jdejna meta ninnegozjaw flimkien. Kif għidt fil‑konferenza stampa tal‑għeluq tiegħi ta’ dak is‑summit: “L‑Ewropa fil‑bidu nbniet bħala komunità għall‑faħam u l‑azzar. Erbgħa u sittin sena wara, u f ’ċirkostanzi ġodda, huwa ċar li jeħtieġ nersqu lejn unjoni tal‑enerġija.”

B’din id‑determinazzjoni ġdida biex tkun żgurata s‑sigurtà tal‑enerġija, f ’Ġunju qbilna dwar it‑tisħiħ tal‑mekkaniżmi ta’ reazzjoni rapida tagħna – il‑pjanijiet ta’ kontinġenza, l‑infrastruttura transkonfinali u l‑kapaċità tal‑ħażna. Intensifikajna wkoll il‑kooperazzjoni mal‑ġirien tagħna fil‑Balkani u fil‑Lvant. F’Ottubru, il‑Kunsill Ewropew ħa deċiżjonijiet konkreti biex iħaffef il‑ħidma fuq l‑interkonnessjonijiet u dwar il‑kondiviżjoni tal‑informazzjoni ‑ il‑passi kollha lejn l‑istess għan.

Page 20: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

18

Nilħqu ftehimIżda dak kien altru li mhux kollox. Is‑sena l‑oħra ddeċidejna wkoll dwar qafas imġedded għall‑klima u l‑enerġija għall‑perjodu sal‑2030. F’diskussjoni inizjali lura f ’Marzu, stabbilixxejna għalina stess l‑iskadenza għal ftehim tal‑UE “mhux aktar tard minn Ottubru 2014”. Għas‑sodisfazzjon tiegħi, u b’sorpriża għal bosta osservaturi, żammejna dik il‑wegħda. Il‑ftehim jippermetti lill‑Ewropa tistabbilixxi t‑ton fiċ‑ċiklu li jmiss tan‑negozjati internazzjonali dwar il‑klima, qabel is‑summit tan‑NU f ’Pariġi lejn tmiem l‑2015. L‑importanza tiegħu m’għandhiex tiġi sottovalutata: hija l‑bażi għat‑tranżizzjoni tal‑enerġija fuq perjodu twil, għall‑benefiċċju tar‑reżiljenza u s‑sigurtà tal‑enerġija tal‑Ewropa.

Dan kien negozjar imħejji bir‑reqqa u kultant kumpless ħafna. F’Ottubru, minkejja sospensjoni ta’ siegħa matul l‑aħħar lejl tan‑negozjati, il‑mexxejja qablu dwar erba’ miri ewlenin. Kollha jaħdmu fl‑istess direzzjoni – biex tiġi pprovduta enerġija aktar ekoloġika, aktar sikura u aktar affordabbli.

L‑ewwel, il‑mira dwar il‑klima: tnaqqis domestiku ta’ mill‑anqas 40% tal‑emissjonijiet tal‑gassijiet b’effett ta’ serra sal‑2030. Din iċ‑ċifra, li tirreferi għal‑livelli tal‑1990, hija vinkolanti. Madwar nofs l‑isforz il‑ġdid ser isir fi ħdan is‑Sistema tal‑UE għall‑Iskambju tal‑Emissjonijiet – fis‑setturi tagħna tal‑enerġija u tal‑industrija. Hawnhekk, aċċertajna li la l‑impjiegi Ewropej u lanqas il‑kompetittività internazzjonali tagħna ma jiġu pperikolati mill‑ambizzjoni ekoloġika tagħna. In‑nofs l‑ieħor tal‑isforz ser isir f ’setturi oħra, permezz ta’ mekkaniżmi li jagħmlu l‑isforz kollettiv tagħna kemm jista’ jkun possibbli kosteffikaċi.

L‑ewwel semestru tal‑2014, meta l‑presidenza b’rotazzjoni tal‑Kunsill tal‑ministri tal‑UE kienet f ’idejn il‑Greċja

Page 21: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

1919

It‑tieni semestru tal‑2014, meta l‑presidenza b’rotazzjoni tal‑Kunsill tal‑ministri tal‑UE kienet f ’idejn l‑Italja

Eżatt wara dan il‑ftehim dwar l‑emissjonijiet tal‑gassijiet b’effett ta’ serra, is‑Segretarju Ġenerali tan‑NU Ban Ki‑moon faħħar “it‑tmexxija globali kontinwa” tal‑Unjoni Ewropea; il‑mira tagħna dwar il‑klima tqieset bħala eżempju għal atturi ewlenin oħra.

It‑tieni mira: enerġija nadifa. Impenjajna ruħna għal mill‑inqas 27% ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl‑2030. Iċ‑ċifra tirreferi għal sehem mill‑enerġija totali kkonsmata (kważi d‑doppju tas‑sehem attwali tas‑sorsi tal‑enerġija rinnovabbli) u l‑mira hija vinkolanti fil‑livell tal‑UE.

It‑tielet mira: iffrankar tal‑enerġija. Impenjajna ruħna għal żieda ta’ mill‑inqas 27% fl‑effiċjenza fl‑użu tal‑enerġija. Din iċ‑ċifra hija indikattiva – l‑istess bħal tal‑programm preċedenti – u tikkompara mal‑previżjonijiet għall‑2030 ibbażati fuq il‑konsum u t‑teknoloġija attwali. Hija ser tiġi riveduta sal‑2020, bil‑ħsieb li jinkiseb 30%.

Ir‑raba’ u l‑aħħar mira: il‑konnessjoni flimkien tan‑netwerks tal‑enerġija. L‑interkonnessjonijiet jgħinu biex jibbilanċjaw il‑provvista u d‑domanda lil hinn mill‑fruntieri u huma wkoll assigurazzjoni f ’każ ta’ interruzzjonijiet lokali. L‑għan huwa li jitwettqu proġetti konkreti, madwar l‑Ewropa, biex jiġu żgurati l‑provvisti tal‑gass u jkun hemm interkonnessjonijiet tal‑elettriku li jirrappreżentaw 15% tal‑provvista totali sal‑2030.

Tali proġetti konkreti huma l‑aħjar mod biex verament tinbena Unjoni tal‑Enerġija – proġett li naf li huwa għal qalb is‑suċċessur tiegħi wkoll.

Page 22: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

20

Mexxejja ġodda u aġenda strateġika għal żminijiet ta’ bidla

F’sensiela ta’ summits bejn Mejju u Awwissu, il‑mexxejja ħadu kont tal‑elezzjonijiet tal‑Parlament Ewropew u ddeċidew dwar il‑grupp ġdid ta’ tmexxija tal‑UE. Qbilna wkoll dwar aġenda strateġika għall‑Unjoni Ewropea għall‑ħames snin li ġejjin.

Wara l‑elezzjonijietL‑elezzjonijiet Ewropej saru mit‑22 sal‑25 ta’ Mejju, u jien sejjaħt laqgħa speċjali fis‑27 ta’ Mejju għall‑ewwel skambju dwar it‑triq ’il quddiem. Naturalment ir‑riżultati tal‑elezzjoni kienu differenti f ’kull pajjiż, b’taħlita ta’ kontinwità u bidla, iżda b’mod ġenerali l‑votanti bagħtu messaġġ qawwi, li kien fil‑qalba tad‑diskussjoni tagħna.

L‑ewwel kompitu tal‑Kunsill Ewropew kien li jipproponi kandidat għal President tal‑Kummissjoni lill‑Parlament Ewropew, “waqt li jitqiesu l‑elezzjonijiet (…) u wara konsultazzjoni xierqa” (kif jgħid it‑Trattat). Fil‑laqgħa ta’ Mejju, il‑membri tal‑Kunsill Ewropew ħatruni biex nikkonsulta mal‑mexxejja tal‑gruppi politiċi tal‑Parlament. Ħafna ilħna parlamentari diġà kienu indikaw, matul il‑kampanja elettorali, li setgħu jimmaġinaw biss li jiġu ppreżentati bil‑kandidat tal‑partit rebbieħ – il‑Partit Popolari Ewropew. Fil‑laqgħa regolari tagħna lejn l‑aħħar ta’ Ġunju, wara d‑diskussjonijiet estensivi li kelli sadanittant, il‑Kunsill Ewropew adotta d‑deċiżjoni li tipproponi lil Jean‑Claude Juncker bħala President tal‑Kummissjoni. Għamilna dan wara vot formali b’maġġoranza kwalifikata; minbarra

Inawgurazzjoni tal‑Bank tal‑Paċi mill‑membri tal‑Kunsill Ewropew fil‑Bieb ta’ Menin f ’Ypres

Page 23: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

21

r‑Renju Unit u l‑Ungerija, kulħadd ivvota favur. Fuq kollox, il‑programm elettorali tal‑kandidat kien qrib il‑prijoritajiet politiċi għall‑Unjoni li l‑Kunsill Ewropew kien stabbilixxa l‑lejla ta’ qabel (ara hawn taħt). Tliet ġimgħat wara, il‑Parlament ta lil Jean‑Claude Juncker il‑fiduċja tiegħu.

Fit‑30 ta’ Awwissu, iddeċidejna fuq il‑ħatriet l‑għolja l‑oħra. Aħna għamilna dan wara diskussjoni interim fis‑16 ta’ Lulju u wara li jien tkellimt diversi drabi ma’ kull kollega tal‑Kunsill Ewropew biex inkun żgur li għamilna d‑deċiżjoni t‑tajba bl‑appoġġ ta’ kulħadd. Għalhekk kont kuntent ħafna li stajt inħabbar lill‑istampa l‑ismijiet tal‑Prim Ministru Pollakk Donald Tusk bħala l‑President futur tal‑Kunsill Ewropew, u tal‑Ministru għall‑Affarijiet Barranin Taljana, Federica Mogherini, bħala

r‑Rappreżentant Għoli l‑ġdida tagħna għall‑Affarijiet Barranin u l‑Politika ta’ Sigurtà. Sadanittant, it‑tnejn li huma ħadu r‑responsabbiltajiet il‑ġodda tagħhom b’ħafna ħeġġa u enerġija.

Fil‑Bieb ta’ MeninF’Ġunju, iltqajna eċċezzjonalment barra minn Brussell, f ’Ypres, qrib il‑kampijiet tal‑battalja ta’ Flanders (“Flanders Fields”) fejn tant eluf mietu fl‑Ewwel Gwerra Dinjija. Qabel dik il‑laqgħa, fuq stedina tiegħi saret kommemorazzjoni fil‑Bieb ta’ Menin, li kienet saħansitra aktar kommoventi milli immaġinajt. L‑emozzjoni u sens ta’ Storja baqgħu preżenti matul il‑lejla, filwaqt li identifikajna u qbilna fuq ħames prijoritajiet li ser jiffurmaw l‑aġenda Ewropea għall‑ħames snin li ġejjin.

Page 24: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

22

Fil‑qosor, il‑ħames prijoritajiet li qbilna dwarhom fis‑sala muniċipali ta’ Ypres huma:

• ekonomiji aktar b’saħħithom b’aktar impjiegi

• soċjetajiet kapaċi li jagħtu s‑setgħa u jipproteġu liċ‑ċittadini kollha

• futur sigur għall‑enerġija u l‑klima

• fiduċja fiż‑żona tal‑libertajiet fundamentali

• azzjoni konġunta effettiva fid‑dinja.

Fuq dawn il‑ħames punti kollha, aħna indikajna azzjonijiet konkreti li għandhom jittieħdu. Madankollu, l‑iskop ewlieni tal‑Kunsill Ewropew ma kienx li jidħol fid‑dettalji, iżda li jistabbilixxi d‑direzzjoni għall‑ħidma leġislattiva fil‑ħames snin li ġejjin. Dawn il‑ħames prijoritajiet għandhom jiggwidaw l‑azzjoni u l‑ippjanar tal‑istituzzjonijiet tal‑UE fis‑snin li ġejjin, u huwa importanti li l‑istituzzjonijiet kollha jorganizzaw xogħolhom skont dan.

Dan l‑eżerċizzju b’ħarsa ‘l quddiem seħħ f ’mument speċifiku ħafna: mhux biss fil‑bidu ta’ ċiklu ġdid ta’ ħames snin, iżda wkoll hekk kif il‑pajjiżi tagħna qed joħorġu bil‑mod minn dik li għal ħafna minnhom kienet l‑agħar kriżi ekonomika f ’ġenerazzjoni sħiħa, u meta nfirxet id‑diżillużjoni pubblika mill‑politika. Il‑mexxejja kollha kienu konxji ferm minn din id‑dimensjoni doppja u ħerqana li juri li flimkien, bħala Unjoni, aħna nistgħu niksbu riżultati li huma ta’ importanza għan‑nies.

L‑Ewropa: spazju jew post?Xi drabi huwa importanti li jittieħed pass lura mit‑teħid immedjat tad‑deċiżjonijiet u li tingħata ħarsa lejn il‑fatturi fundamentali. Dan huwa żgur minnu meta wieħed jiġi għall‑apprezzament miċ‑ċittadini tal‑ħidma u l‑valur tal‑Unjoni. Donnu llum in‑nies qed jaraw l‑Unjoni Ewropea bħala r‑raġuni għaliex iħossuhom bla setgħa u bla leħen, filwaqt li kienet maħluqa preċiżament biex tagħmilhom aktar b’saħħithom u jsawru l‑istorja tagħhom huma stess. Mod kif nifhmu aħjar din id‑diżillużjoni pubblika ‑ kif jien għidt f ’Mejju 2014 fl‑okkażjoni tal‑Premju Charlemagne f ’Aachen – huwa li naraw kif l‑Unjoni tagħna tkun fuq kollox esperjenzata min‑nies bħala spazju u qajla bħala post.

Spazju u post mhumiex eżattament l‑istess ħaġa. Post iġib protezzjoni, stabbiltà u sens ta’ appartenenza. Huwa dar, xi mkien fejn in‑nies iħossuhom id‑dar. Spazju min‑naħa l‑oħra jġib miegħu moviment u possibiltajiet. Jikkonċerna d‑direzzjoni, il‑ħeffa u l‑ħin. Bħala bnedmin, għandna bżonn tat‑tnejn. Spazju fejn intiru, u bejta li nistgħu nsejħulha tagħna. Il‑bnedmin huma ħlejjaq sempliċi ħafna!

Bl‑Ewropa, l‑enfasi tagħna dejjem kienet fuq l‑ispazju. Aħsbu ftit fuqha. Sa mill‑bidu nett, l‑azzjoni tipika kienet li jitneħħew il‑fruntieri, għall‑prodotti, il‑ħaddiema, l‑investiment, biex in‑nies u l‑kumpaniji jiċċaqilqu, jieħdu inizjattivi u jaħtfu l‑opportunitajiet. Anke llum – f ’oqsma diversi bħall‑enerġija, it‑telekomunikazzjoni jew

Herman Van Rompuy ma’ Federica Mogherini u Donald Tusk, li għadhom kif inħatru Rappreżentant Għoli tal‑UE u President tal‑Kunsill Ewropew rispettivament

Page 25: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

23

l‑ekonomija diġitali – l‑għan għadu li jinfetħu l‑fruntieri u jinħoloq dan l‑ispazju kbir komuni. Iżda qatt ma ħsibna sew dwar l‑Ewropa bħala dar, post kenni, u llum qed inħallsu ta’ dan.

Għal deċennji sħaħ dan ħadem sew. Il‑fruntieri miftuħa ġabu magħhom opportunitajiet kbar, għax‑xogħol, in‑negozju u l‑istudju barra mill‑pajjiż. U ttaffa mill‑biċċa l‑kbira l‑impatt ta’ dan il‑ftuħ kollu ‑ bit‑tkabbir ekonomiku, u mis‑sistemi soċjali, stabbiliti b’mod parallel. Fl‑essenzjal, il‑qsim tax‑xogħol matul dawn is‑snin kollha kien li l‑Ewropa nfetħet, u l‑gvernijiet nazzjonali pproteġew. Ħadd ma stenna mod ieħor. Iżda l‑affarijiet inbidlu. Il‑globalizzazzjoni tefgħet piż fuq is‑sistemi soċjali. Il‑kriżi tat rwol ġdid lill‑istituzzjonijiet tal‑Unjoni Ewropea.

Ir‑riżultat huwa bidla drammatika u rapida: filwaqt li għal deċennji sħaħ l‑Ewropa kienet dwar il‑ftuħ tal‑bibien, il‑liberazzjoni, l‑emanċipazzjoni, l‑għoti tas‑setgħa... illum xi drabi titqies li tindaħal, tiġġudika, tippreskrivi, tiddetta, tikkoreġi, saħansitra tikkastiga. L‑Ewropa, dik li “fetħet” bil‑kbir l‑opportunitajiet issa titqies minn ħafna bħala li  “tindaħal” fejn ma jesagħhiex, il‑ħabiba tal‑libertà u l‑ispazju qed titqies bħala theddida għall‑protezzjoni u l‑post.

Jeħtieġ li jkollna bilanċ tajjeb. Huwa essenzjali li l‑Unjoni tkun ukoll fuq in‑naħa li tipproteġi. Huwa urġenti li l‑Unjoni ma titqiesx li tibbenefika lin‑negozji biss, iżda wkoll l‑impjegati; mhux biss lil min jiċċaqlaq iżda wkoll min ma jiċċaqlaqx; mhux biss dawk bid‑diplomi u bil‑ħiliet lingwistiċi, iżda ċ‑ċittadini kollha; u n‑nies ma jitqisux biss bħala konsumaturi, li jħobbu l‑irħis u għażla kbira, iżda wkoll bħala ħaddiema, li jistgħu jaraw l‑oħrajn bħala kompetituri għal xogħolhom.

Kif nistgħu nsibu l‑bilanċ it‑tajjeb? Fir‑rigward tal‑protezzjoni, in‑nies jistennew żewġ affarijiet mill‑Unjoni Ewropea. L‑ewwel, li l‑Unjoni tintervjeni fi problemi li l‑pajjiżi individwali mhumiex b’saħħithom biżżejjed biex jiġġieldu waħedhom. Rigward kwistjonijiet globali u transkonfinali, in‑nies verament jixtiequ l‑Ewropa tiddefendi l‑interessi tagħhom u żżomm it‑theddid ‘il bogħod. It‑tieni, fejn l‑awtoritajiet nazzjonali qegħdin fl‑aħjar pożizzjoni biex jieħdu ħsieb, in‑nies jistennew li l‑Unjoni ma tindaħalx. Tabilħaqq, hemm każijiet fejn, preċiżament minħabba d‑daqs tagħha, l‑Unjoni għandha timxi bil‑mod. Ma tfixkilx, iżda tirrispetta l‑punti familjari tal‑protezzjoni u l‑appartenenza – mill‑għażliet nazzjonali dwar is‑sistema soċjali, sat‑tradizzjonijiet u l‑identitajiet reġjonali, saħansitra sal‑ġobon lokali.

Jean‑Claude Juncker, li għadu kif inħatar President tal‑Kummissjoni Ewropea, u Herman Van Rompuy, Lulju 2014

Page 26: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

24

Minn din il‑perspettiva, il‑messaġġ taċ‑ċittadini lill‑Unjoni huwa ċar. Kif qal il‑Kunsill Ewropew fil‑konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju: l‑Unjoni għandha tkun aktar b’saħħitha fuq barra, u tieħu aktar kura fuq ġewwa. Għalija, din hija waħda mill‑isfidi prinċipali quddiemna biex terġa’ tinkiseb il‑fiduċja tan‑nies fl‑Unjoni. U jien għandi fiduċja sħiħa li t‑tim il‑ġdid tat‑tmexxija ser jindirizza din ir‑responsabbiltà importanti b’determinazzjoni, fl‑2015 u lil hinn minnha.

HERMAN VAN ROMPUY

Il‑Premju Charlemagne, Aachen

Page 27: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

25

Wara l‑kwinti tal‑Kunsill Ewropew

Page 28: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi
Page 29: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

2727

Konklużjonijiet tal‑Kunsill Ewropew u dikjarazzjonijiet mill‑Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern

Laqgħa informali tal‑Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern dwar l‑Ukraina — 6 ta’ Marzu 2014 29

Kunsill Ewropew — 20–21 ta’ Marzu 2014 31

Ikla informali tal‑Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern — 27 ta’ Mejju 2014 37

Kunsill Ewropew — 26–27 ta’ Ġunju 2014 39

Laqgħa speċjali tal‑Kunsill Ewropew — 16 ta' Lulju 2014 47

Laqgħa speċjali tal‑Kunsill Ewropew — 30 ta' Awwissu 2014 49

Kunsill Ewropew — 23–24 ta’ Ottubru 2014 52

Summit taż‑Żona tal‑Euro — 24 ta’ Ottubru 2014 58

Kunsill Ewropew — 18 ta’ Diċembru 2014 59

Page 30: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi
Page 31: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

29

1. Illum iltqajna mal‑Prim Ministru tal‑Ukraina Arseniy Yatseniuk li infurmana dwar is‑sitwazzjoni f ’pajjiżu. Infaħħru l‑kuraġġ u r‑reżiljenza li wera l‑poplu tal‑Ukraina f ’dawn l‑aħħar xhur u ġimgħat.

2. Napprovaw il‑konklużjonijiet adottati mill‑Kunsill fit‑3 ta’ Marzu. Nikkundannaw bil‑qawwa l‑vjolazzjoni mhux provokata tas‑sovranità u  l‑integrità territorjali tal‑Ukraina min‑naħa tal‑Federazzjoni Russa u nappellaw lill‑Federazzjoni Russa biex tirtira immedjatament il‑forzi armati tagħha lejn iż‑żoni ta’ stazzjonament permanenti tagħhom f ’konformità mal‑ftehimiet rilevanti. Nappellaw lill‑Federazzjoni Russa biex tippermetti aċċess immedjat lil osservaturi internazzjonali. Is‑soluzzjoni għall‑kriżi f l‑Ukraina trid tkun ibbażata fuq l‑integrità territorjali, is‑sovranità u  l‑indipendenza tal‑Ukraina, kif ukoll ir‑rispett sħiħ lejn l‑istandards internazzjonali. Aħna nqisu li d‑deċiżjoni mill‑Kunsill Suprem tar‑Repubblika Awtonoma tal‑Krimea li jsir referendum dwar l‑istatus futur tat‑territorju tmur kontra l‑Kostituzzjoni tal‑Ukraina u hija għalhekk illegali.

3. L‑Unjoni Ewropea għandha relazzjonijiet importanti mal‑Ukraina u mal‑Federazzjoni Russa u tinsab lesta li timpenja ruħha fi djalogu skjett u miftuħ magħhom. Hija għandha responsabbiltà speċjali għall‑paċi, l‑istabbiltà u l‑prosperità f l‑Ewropa. Aħna ser infittxu li nilħqu dawn l‑objettivi billi nużaw il‑mezzi kollha disponibbli u nitolbu lir‑rappreżentanti tal‑UE sabiex jieħdu l‑inizjattivi kollha meħtieġa. L‑Unjoni Ewropea ser tipparteċipa wkoll fil‑mekkaniżmu multilaterali (grupp ta’ kuntatt/koordinament) li qed jitħejja biex inaqqas it‑tensjoni, li għandu jkollu bħala objettivi, fost l‑oħrajn, il‑bini tal‑fiduċja bejn il‑partijiet, il‑ħarsien tal‑integrità territorjali u  s‑sovranità tal‑pajjiż, il‑protezzjoni taċ‑ċittadini kollha kontra l‑intimidazzjoni, il‑ħarsien tad‑drittijiet tal‑minoranzi, għajnuna fit‑tħejjija għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti, u l‑monitoraġġ tal‑implimentazzjoni tal‑ftehimiet u l‑impenji.

4. L‑objettiv komuni tal‑Unjoni Ewropea u tal‑Federazzjoni Russa għal relazzjoni bbażata fuq l‑interess u r‑rispett reċiproku tal‑obbligi internazzjonali jeħtieġ li jiġi rkuprat minnufih. Tkun ħasra kbira jekk il‑Federazzjoni Russa tonqos milli taħdem f ’dik id‑direzzjoni, u b’mod partikolari jekk tkompli tirrifjuta li tipparteċipa fi djalogu produttiv mal‑Gvern tal‑Ukraina. Illum iddeċidejna li nieħdu azzjonijiet, inklużi dawk previsti mill‑Kunsill fit‑3 ta’ Marzu, b’mod partikolari li nissospendu t‑taħditiet bilaterali mal‑Federazzjoni Russa dwar kwistjonijiet ta’ viża kif ukoll taħditiet mal‑Federazzjoni Russa dwar il‑Ftehim Ġdid. Nappoġġaw id‑deċiżjoni tal‑Membri Ewropej tal‑G8 u tal‑istituzzjonijiet tal‑UE li jissospendu

l‑parteċipazzjoni tagħhom fit‑tħejjijiet għas‑Summit tal‑G8 sakemm iseħħu żviluppi ġodda.

5. Is‑soluzzjoni għall‑kriżi għandha tinstab permezz ta’ negozjati bejn il‑Gvernijiet tal‑Ukraina u tal‑Federazzjoni Russa, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi multilaterali potenzjali. It‑tali negozjati jeħtieġ li jibdew fil‑ġranet li ġejjin u jwasslu għal riżultati fi żmien qasir. Fin‑nuqqas ta’ dawn ir‑riżultati l‑Unjoni Ewropea ser tiddeċiedi dwar miżuri addizzjonali, bħal projbizzjonijiet fuq l‑ivvjaġġar, iffriżar tal‑assi u l‑kanċellazzjoni tas‑summit UE‑Russja. Il‑Kummissjoni u s‑SEAE ser jipproċedu bil‑ħidma ta’ tħejjija dwar dawn il‑miżuri.

Kull pass ulterjuri mill‑Federazzjoni Russa biex tiddestabilizza s‑sitwazzjoni f l‑Ukraina jwassal għal konsegwenzi addizzjonali u estensivi għar‑relazzjonijiet f ’firxa wiesgħa ta’ oqsma ekonomiċi bejn l‑Unjoni Ewropea u l‑Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l‑Federazzjoni Russa, min‑naħa l‑oħra.

6. L‑Unjoni Ewropea tfaħħar ir‑reazzjoni meqjusa li wera sa issa l‑gvern ġdid tal‑Ukraina. Aħna ninkoraġġixxu lill‑awtoritajiet tal‑Ukraina sabiex, permezz ta’ proċess inklużiv, ikomplu bl‑isforzi tagħhom biex jiżguraw elezzjonijiet ħielsa u  ġusti, biex imexxu ‘l quddiem ir‑riforma kostituzzjonali u biex jinvestigaw l‑atti kollha ta’ vjolenza. Għandhom ikomplu l‑isforzi biex jintlaħqu r‑reġjuni u  l‑gruppi kollha tal‑poplu tal‑Ukraina u  li tiġi żgurata l‑protezzjoni sħiħa tad‑drittijiet tan‑nies li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali, bl‑użu tal‑għarfien espert tal‑Kunsill tal‑Ewropa u tal‑OSKE.

7. Aħna nibqgħu viċin l‑Ukraina u nintrabtu li nagħtuha sostenn finanzjarju qawwi. Nilqgħu l‑preżentazzjoni tal‑pakkett komprensiv ta’ assistenza mill‑Kummissjoni u ninkarigaw lill‑korpi kollha rilevanti tal‑Kunsill sabiex jipproċessawh malajr. L‑appoġġ tal‑FMI ser ikun kruċjali biex tkun tista’ tingħata assistenza mill‑Unjoni Ewropea. Il‑prijorità immedjata hi li tiġi rkuprata l‑istabbiltà makroekonomika permezz ta’ linji politiċi sodi fiskali, monetarji u tar‑rata tal‑kambju. Fl‑istess waqt, nappellaw lill‑gvern biex iniedi b’mod urġenti sensiela ta’ riformi strutturali ambizzjużi, inkluż sabiex tiġi miġġielda l‑korruzzjoni u  titkattar it‑trasparenza. Aħna nilqgħu d‑deċiżjoni tal‑Kunsill li jiffriża u jirkupra l‑assi tal‑persuni identifikati bħala responsabbli ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi tal‑Istat. Ninsabu lesti wkoll li nwieġbu immedjatament għal talbiet ta’ assistenza umanitarja.

8. L‑Unjoni Ewropea u  l‑Ukraina diġà ħadu pass importanti f l‑approfondiment tar‑relazzjoni tagħna billi inizjalaw il‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, inkluża Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva. Intennu

LAQGĦA INFORMALI TAL‑KAPIJIET TA’ STAT JEW TA’ GVERN

DWAR L‑UKRAINA — 6 TA’ MARZU 2014

Dikjarazzjoni

Page 32: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

30

l‑impenn tal‑Unjoni Ewropea għall‑iffirmar tal‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, inkluża Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva. Bħala prijorità, dalwaqt ser niffirmaw il‑kapitoli politiċi kollha. L‑Unjoni Ewropea beħsiebha tadotta miżuri unilaterali li jippermettu lill‑Ukraina tibbenefika b’mod sostanzjali mill‑vantaġġi offruti fiż‑Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva. It‑tali miżuri jkunu jinkludu offerta li jiġu applikati dispożizzjonijiet relatati mal‑importazzjoni ta’ oġġetti billi jitnaqqsu t‑tariffi u jinfetħu l‑kwoti tar‑rati tariffarji bl‑hekk imsejħa miżuri kummerċjali awtonomi.

9. L‑Unjoni Ewropea ttenni l‑impenn tagħha li ssaħħaħ il‑kuntatti individwali bejn iċ‑ċittadini tal‑Unjoni Ewropea u  tal‑Ukraina, fost l‑oħrajn permezz tal‑proċess ta’ liberalizzazzjoni tal‑viżi, f ’konformità mal‑kondizzjonijiet maqbula fil‑qafas tal‑Pjan ta’ Azzjoni dwar il‑Liberalizzazzjoni tal‑Viżi.

10. L‑enerġija u s‑sigurtà tal‑enerġija huma parti importanti tar‑relazzjonijiet esterni tal‑Unjoni. Ser inkomplu bl‑isforzi tagħna biex niżguraw sigurtà fil‑provvista. Nappellaw ukoll għal implimentazzjoni effettiva u  konsistenti tat‑Tielet Pakkett dwar l‑Enerġija mill‑atturi kollha fis‑suq Ewropew tal‑enerġija. L‑Unjoni Ewropea tinsab lesta li tassisti lill‑Ukraina f l‑iżgurar tal‑provvista tal‑enerġija tagħha permezz ta’ aktar diversifikazzjoni, effiċjenza akbar fil‑qasam tal‑enerġija, u interkonnessjonijiet effettivi mal‑Unjoni Ewropea.

11. L‑Unjoni Ewropea tesprimi l‑objettiv tagħha li ssaħħaħ aktar l‑assoċjazzjoni politika u l‑integrazzjoni ekonomika mal‑Ġeorġja u r‑Repubblika tal‑Moldova. Nikkonfermaw il‑mira tagħna li niffirmaw il‑Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, inklużi ż‑Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u  Komprensivi, li inizjalajna f ’Vilnjus f ’Novembru li għadda, mhux aktar tard mill‑aħħar ta’ Awwissu 2014.

Page 33: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

31

I. TKABBIR, KOMPETITTIVITÀ U IMPJIEGI

A. IS‑SEMESTRU EWROPEW1. F’Diċembru 2013 il‑Kunsill Ewropew approva l‑ħames

prijoritajiet ta’ politika ġenerali għall‑Unjoni Ewropea u l‑Istati Membri tagħha mniżżla f l‑Istħarriġ Annwali dwar it‑Tkabbir (AGS) tal‑2014: il‑kisba ta’ konsolidament fiskali differenzjat u favur it‑tkabbir, ir‑ritorn għas‑self lill‑ekonomija, il‑promozzjoni ta’ tkabbir u kompetittività, l‑indirizzar tal‑qgħad u tal‑konsegwenzi soċjali tal‑kriżi u  l‑immodernizzar tal‑amministrazzjoni pubblika. Sabiex jorjenta d‑diskussjonijiet tal‑Kunsill dwar is‑Semestru Ewropew 2014, il‑Kunsill Ewropew poġġa enfasi partikolari fuq il‑politiki li jsaħħu l‑kompetittività, jappoġġaw il‑ħolqien ta’ impjiegi u  jiġġieldu kontra l‑qgħad, b’mod partikolari l‑qgħad fost iż‑żgħażagħ, u fuq is‑segwitu għal riformi biex jittejjeb il‑funzjonament tas‑swieq tax‑xogħol. Il‑Programmi Nazzjonali ta’ Riforma u l‑Programmi ta’ Stabbiltà u ta’ Konverġenza għandhom jindirizzaw il‑kwistjonijiet identifikati

fir‑Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall‑Pajjiżi tas‑sena l‑oħra u  f l‑analiżi reċenti tal‑Kummissjoni fil‑kuntest tas‑sorveljanza integrata ta’ żbilanċi makroekonomiċi u fiskali, inklużi r‑reviżjonijiet approfonditi tagħha u l‑Patt ta’ Stabbiltà u  Tkabbir, filwaqt li jitqiesu b’mod sħiħ id‑diskussjonijiet li saru fil‑Kunsill fil‑qafas tas‑Semestru Ewropew.

2. Il‑Kunsill Ewropew evalwa l‑implimentazzjoni tal‑Istrateġija Ewropa 2020 abbażi tal‑komunikazzjoni tal‑Kummissjoni. Il‑kisba tal‑mira tal‑Istrateġija ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, tibqa’ kruċjali. Il‑kriżi naqqset ir‑ritmu tal‑progress lejn il‑kisba tal‑miri ewlenin tal‑Istrateġija u l‑isfidi fit‑tul li qed jaffettwaw it‑tkabbir f l‑Ewropa għadhom hemm. Il‑Kunsill Ewropew jappella biex jiżdiedu l‑isforzi għall‑kisba tal‑miri ta’ Ewropa 2020 u  jistenna b’interess ir‑rieżami ppjanat tal‑Istrateġija Ewropa 2020 f l‑2015.

***

KUNSILL EWROPEW — 20–21 TA’ MARZU 2014

Konklużjonijiet

Il‑Kunsill Ewropew kellu diskussjoni approfondita dwar is‑sitwazzjoni fl‑Ukraina. Huwa adotta messaġġ b’saħħtu ta’ appoġġ għall‑Ukraina u  qabel dwar għadd ta’ miżuri konkreti f ’dak ir‑rigward. L‑UE u  l‑Istati Membri tagħha ffirmaw id‑dispożizzjonijiet politiċi tal‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal‑Ukraina. Il‑Kunsill Ewropew ikkundanna bil‑qawwa l‑annessjoni illegali tal‑Krimea u Sevastopol mal‑Federazzjoni Russa u mhux ser jirrikonoxxiha. Fin‑nuqqas ta’ kwalunkwe pass lejn it‑tnaqqis ta’ tensjonijiet, il‑Kunsill Ewropew iddeċieda dwar estensjoni tal‑projbizzjoni ta’ viża u l‑iffriżar tal‑assi u ħassar is‑summit li jmiss UE‑Russja. Filwaqt li jibqa’ lest għal djalogu, il‑Kunsill Ewropew ma eskludiex konsegwenzi addizzjonali u  estensivi għar‑relazzjonijiet mar‑Russja fil‑każ ta’ kwalunkwe pass ieħor mill‑Federazzjoni Russa biex tiddestabbilizza s‑sitwazzjoni fl‑Ukraina u  talab lill‑Kummissjoni u  lill‑Istati Membri jħejju miżuri mmirati possibbli. Huwa ddeċieda wkoll li jmexxi ‘l quddiem il‑firma tal‑Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni mal‑Ġeorġja u l‑Moldova.

L‑Ewropa ħierġa mill‑kriżi ekonomika u  finanzjarja. L‑ekonomija Ewropea qed tirkupra, wara bosta snin ta’ tkabbir limitat jew anke tkabbir b’rata negattiva. L‑irkupru mistenni jissaħħaħ din is‑sena. Il‑Kunsill Ewropew kellu skambju ta’ fehmiet dwar is‑sitwazzjoni u  l‑perspettivi ekonomiċi u  soċjali. Huwa ddiskuta b’mod partikolari r‑rispons ta’ politika l‑aktar adatt għat‑terminu qasir u medju. Huwa kkonkluda l‑ewwel fażi tas‑Semestru Ewropew u kellu l‑ewwel diskussjoni dwar l‑implimentazzjoni tal‑Istrateġija Ewropa 2020 qabel ir‑rieżami ta’ nofs it‑terminu li ser isir fil‑Kunsill Ewropew tar‑Rebbiegħa 2015. Huwa ffoka wkoll fuq il‑kompetittività industrijali Ewropea aktar b’saħħitha bħala mutur għat‑tkabbir ekonomiku u l‑impjiegi. Huwa kellu l‑ewwel dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar il‑qafas għall‑klima u l‑enerġija fil‑perijodu mill‑2020 sal‑2030 u qabel dwar it‑triq ‘il quddiem. Huwa ssottolinja r‑rabta importanti bejn l‑istrateġija Ewropa 2020, il‑kompetittività industrijali u l‑politiki tal‑klima u l‑enerġija.

Il‑Kunsill Ewropew faħħar il‑ftehim li ntlaħaq rigward ir‑regolament dwar il‑Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (MUR) li ser iwitti t‑triq għat‑tlestija tal‑Unjoni Bankarja. Dan jirrappreżenta pass kruċjali ieħor lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti. Finalment, huwa witta t‑triq għall‑adozzjoni tad‑Direttiva dwar it‑tassazzjoni ta’ riżervi fuq id‑dħul.

* * *

Page 34: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

32

3. Il‑Kunsill Ewropew feraħ lin‑negozjaturi tal‑Parlament Ewropew u  tal‑Kunsill għall‑qbil li ntlaħaq rigward ir‑regolament dwar il‑mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni. Kif ġie ssottolinjat f l‑iskambju ta’ fehmiet tal‑lum bejn il‑President tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill Ewropew, din hija kisba kbira li ser twitti t‑triq għat‑tlestija tal‑Unjoni Bankarja. Issa huwa importanti li nadottaw b’mod formali r‑Regolament qabel tmiem il‑leġislatura attwali. Flimkien mal‑Ftehim Intergovernattiv dwar it‑Trasferiment u  l‑Mutwalizzazzjoni tal‑Kontribuzzjonijiet għall‑Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, dan jirrappreżenta pass kruċjali ieħor lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar b’saħħitha u aktar reżiljenti.

4. Il‑Kunsill Ewropew jilqa’ r‑rapport tal‑Kummissjoni dwar is‑sitwazzjoni attwali tan‑negozjati dwar it‑taxxa fuq it‑tfaddil ma’ pajjiżi terzi Ewropej (l‑Isvizzera, il‑Liechtenstein, Monako, Andorra u San Marino) u jappella lil dawk il‑pajjiżi biex jimpenjaw ruħhom b’mod sħiħ għall‑implimentazzjoni tal‑istandard globali waħdieni l‑ġdid għall‑iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni, żviluppat mill‑OECD u  approvat mill‑G20, u  għall‑inizjattiva tal‑adottaturi prekoċi.

Il‑Kunsill Ewropew jappella lill‑Kummissjoni biex tkompli n‑negozjati ma’ dawk il‑pajjiżi rapidament bil‑ħsieb li tikkonkludihom sa tmiem is‑sena, u jistieden lill‑Kummissjoni tirrapporta dwar is‑sitwazzjoni attwali fil‑laqgħa tiegħu ta’ Diċembru. Jekk ma jsirx biżżejjed progress, ir‑rapport tal‑Kummissjoni għandu jesplora għażliet possibbli biex tiġi żgurata l‑konformità mal‑istandard globali l‑ġdid.

Fid‑dawl ta’ dan, il‑Kunsill ser jadotta d‑Direttiva dwar it‑tassazzjoni ta’ riżervi fuq id‑dħul fil‑laqgħa li jmiss tiegħu f ’ Marzu 2014.

Il‑Kunsill Ewropew jistieden lill‑Kunsill jiżgura li, bl‑adozzjoni tad‑Direttiva dwar il‑Kooperazzjoni Amministrattiva sa tmiem l‑2014, il‑liġi tal‑UE tkun allinjata b’mod sħiħ mal‑istandard globali l‑ġdid.

B. KOMPETITTIVITÀ U POLITIK A INDUSTRIJALI

5. L‑Ewropa teħtieġ bażi industrijali b’saħħitha u kompetittiva f ’termini kemm ta’ produzzjoni kif ukoll ta’ investiment, bħala mutur ewlieni għat‑tkabbir ekonomiku u l‑impjiegi. Il‑kompetittività titlob ambjent stabbli, sempliċi u prevedibbli, inkluża regolamentazzjoni aħjar u b’mod partikolari programm REFIT ambizzjuż. Il‑qafas ġenerali fil‑livell Ewropew u fil‑livell nazzjonali għandu jsir aktar favorevoli għall‑investiment u  l‑innovazzjoni u  għar‑ripatrijazzjoni tal‑impjiegi tal‑manifattura. Il‑komunikazzjoni tal‑Kummissjoni “Għal Rinaxximent Industrijali Ewropew” tipprovdi kontribut importanti f ’dan ir‑rigward; il‑Kummissjoni hi mistiedna tippreżenta pjan direzzjonali sabiex tagħmel progress fil‑ħidma fuq din il‑bażi.

6. Kwistjonijiet dwar il‑kompetittività industrijali għandhom jiġu integrati sistematikament f l‑oqsma kollha ta’ politika

tal‑UE u  jagħmlu parti mill‑valutazzjonijiet tal‑impatt bil‑ħsieb li tinkiseb bażi industrijali aktar b’saħħitha għall‑ekonomija tagħna. Dan għandu jsir f limkien ma’ analiżi tal‑impatt fuq il‑kompetittività. L‑Istati Membri huma mistednin jallinjaw il‑miżuri nazzjonali tagħhom mal‑miżuri Ewropej għat‑tisħiħ tal‑kompetittività tal‑industrija fil‑livell nazzjonali.

7. Għandhom jitkomplew l‑isforzi biex jitlesta u  jiġi sfruttat bis‑sħiħ il‑potenzjal tas‑suq intern tal‑oġġetti u tas‑servizzi, inkluż f l‑ekonomija diġitali, u biex titrawwem l‑intraprenditorija. L‑adozzjoni f ’waqtha tal‑pakkett “Kontinent Konness” ser tikkontribwixxi għal dan l‑objettiv. Jeħtieġ li n‑netwerks tal‑infrastruttura, inklużi n‑netwerks diġitali, jiġu żviluppati u aġġornati b’teknoloġiji intelliġenti u  innovattivi. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi inkoraġġit il‑ħolqien u t‑tkabbir tal‑SMEs, inkluża l‑faċilitazzjoni tal‑aċċess għall‑finanzi f l‑UE kollha.

8. Permezz tal‑baġit tagħha, l‑Unjoni Ewropea tikkontribwixxi għall‑kompetittività industrijali. Għandu jsir l‑aħjar użu possibbli mill‑istrumenti tal‑UE bħal Orizzont 2020, il‑Faċilità Nikkollegaw l‑Ewropa, il‑Fondi Ewropej Strutturali u  ta’ Investiment u  l‑programm COSME kif ukoll minn strumenti finanzjarji bbażati fuq is‑suq u strumenti finanzjarji innovattivi oħra biex jiġu appoġġati l‑kompetittività u l‑aċċess tal‑SMEs għal finanzjament.

F’dan il‑kuntest, l‑ispeċjalizzazzjoni intelliġenti għandha tiġi promossa fil‑livelli kollha, inkluż bl‑użu effiċjenti tal‑investiment pubbliku fir‑riċerka. Din għandha tiffaċilita l‑kuntatti bejn l‑intrapriżi u  r‑raggruppamenti u  ttejjeb l‑aċċess għat‑teknoloġiji innovattivi.

9. Il‑kompetittività tal‑industrija Ewropea fis‑swieq internazzjonali ma tistax tittieħed bħala fatt. Għandhom jitkomplew l‑isforzi għat‑titjib tal‑aċċess għas‑suq fid‑dinja kollha billi tiġi ffaċilitata l‑integrazzjoni tal‑kumpanniji Ewropej fil‑katini ta’ valur mondjali u  l‑promozzjoni ta’ kummerċ liberu, ġust u  miftuħ waqt li jiġu sostnuti l‑interessi tagħhom, fi spirtu ta’ reċiproċità u benefiċċju reċiproku. Il‑Kunsill Ewropew jappella lill‑Bank Ewropew tal‑Investiment biex jikkontribwixxi aktar għat‑tisħiħ tal‑internazzjonalizzazzjoni u l‑kompetittività tal‑kumpanniji Ewropej. L‑avvanz ta’ aġenda ambizzjuża ta’ kummerċ u investiment u l‑promozzjoni ta’ standards u regolamenti Ewropej u internazzjonali, inkluża l‑ġlieda kontra l‑falsfikazzjoni, huma elementi importanti li jikkontribwixxu għat‑tisħiħ tal‑kompetittività industrijali Ewropea fid‑dinja. Dan għandu jgħin biex jinfetħu s‑swieq, jiġu difiżi l‑interessi tal‑UE u jiġu promossi b’mod attiv kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fi swieq terzi. Għandu wkoll jibqa’ jkun hemm aktar azzjoni biex jiġi żgurat l‑aċċess għall‑materja prima ewlenija.

Il‑Kunsill Ewropew jilqa’ l‑pjanijiet tal‑Kummissjoni biex timmodernizza ir‑regoli dwar l‑għajnuna mill‑istat li ser jidħlu fis‑seħħ f ’Ġunju 2014. B’mod partikolari, huwa jilqa’ l‑ħsieb tal‑Kummissjoni li tiffaċilita l‑implimentazzjoni ta’ politiki u  programmi usa’ tal‑UE, inklużi l‑Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal‑UE billi testendi l‑kamp

Page 35: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

33

ta’ applikazzjoni tar‑Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, filwaqt li jibqa’ jkun hemm kondizzjonijiet ekwivalenti fost l‑Istati Membri.

10. It‑tisħiħ tat‑tkabbir industrijali tal‑Unjoni jeħtieġ il‑ħiliet adatti. Il‑Kunsill Ewropew iħeġġeġ lill‑Kummissjoni u  lill‑Istati Membri biex jindirizzaw bħala prijorità n‑nuqqasijiet fil‑qasam tax‑xjenza, it‑teknoloġija, l‑inġinerija u  l‑matematika (il‑ħiliet STEMS), b’aktar involviment tal‑industrija. Għandhom jiġu diretti aktar sforzi mis‑setturi pubbliċi u  privati lejn il‑promozzjoni tal‑mobbiltà, l‑edukazzjoni u  t‑taħriġ vokazzjonali. L‑istrumenti disponibbli kollha għandhom jintużaw għal dan il‑għan, bħall‑Fondi Ewropej Strutturali u  ta’ Investiment (ESIF), il‑ġenerazzjoni l‑ġdida Erasmus +, il‑Gran Koalizzjoni għall‑Impjiegi Diġitali, l‑Alleanza Ewropea għall‑Apprendistati jew l‑Inizjattiva favur l‑Impjieg taż‑Żgħażagħ u l‑Garanzija għaż‑Żgħażagħ. L‑industrija għandha tiġi involuta aktar fil‑previżjoni tal‑ħtiġijiet ta’ ħiliet futuri.

11. Il‑proprjetà intellettwali u l‑privattivi huma muturi ewlenin għat‑tkabbir u  l‑innovazzjoni. Minkejja r‑rwol minn ta’ quddiem li qed tieħu f ’għadd ta’ industriji tat‑teknoloġija, l‑Unjoni Ewropea għadha lura fil‑privattivi. Il‑Kunsill Ewropew għalhekk qed jappella biex jissaħħaħ l‑appoġġ għal dawk is‑setturi b’rata għolja ta’ tkabbir, sabiex jiġi preservat il‑vantaġġ tal‑Unjoni Ewropea fit‑teknoloġija. Il‑Partijiet ikkonċernati għandhom jirratifikaw, f ’konformità mad‑dispożizzjonijiet kostituzzjonali tagħhom, il‑ftehim dwar il‑Qorti Unifikata tal‑Privattivi u  jagħmlu l‑arranġamenti legali u amministrattivi neċessarji sabiex is‑sistema tal‑privattiva tal‑UE tkun tista’ tidħol fis‑seħħ sa tmiem l‑2014.

12. Il‑Kunsill Ewropew ifakkar li t‑teknoloġiji abilitanti essenzjali (KETs) huma ta’ importanza kruċjali għall‑kompetittività industrijali. Il‑KETs ta’ interess industrijali għoli, bħall‑batteriji għall‑elettromobbiltà, il‑materjal intelliġenti, il‑produzzjoni bi prestazzjoni għolja u  l‑proċessi bijoloġiċi industrijali, għandhom jissaħħu permezz tal‑identifikazzjoni rapida ta’ proġetti ta’ interess Ewropew. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lir‑rwol tat‑teknoloġija nadifa bħala element trasversali biex tissaħħaħ il‑kompetittività tal‑industrija Ewropea. Il‑Kummissjoni mistiedna tirrapporta dwar kif tiġi promossa t‑teknoloġija nadifa permezz ta’ azzjonijiet konkreti fil‑politiki rilevanti kollha tal‑UE.

13. Il‑Kunsill Ewropew jistieden lill‑Kunsill, il‑Kummissjoni u  l‑Istati Membri biex ikomplu l‑ħidma abbażi tal‑orjentazzjonijiet stabbiliti hawn fuq. Il‑Kunsill Ewropew ser jerġa’ lura għal dawn il‑kwistjonijiet fil‑kuntest tar‑rieżami tal‑Istrateġija Ewropa 2020 f ’Marzu 2015.

14. Bażi industrijali Ewropea b’saħħitha, effiċjenti f l‑użu tar‑riżorsi u kompetittiva għandha titqies f ’rabta ma’ politika Ewropea koerenti dwar il‑klima u l‑enerġija, inkluż billi tiġi indirizzata l‑kwistjoni tal‑ispejjeż għoljin tal‑enerġija, b’mod partikolari għall‑industriji tal‑Ewropa li jużaw ħafna enerġija.

C. KLIMA U ENERĠIJA15. Politika Ewropea koerenti dwar l‑enerġija u l‑klima għandha

tiżgura prezzijiet aċċessibbli tal‑enerġija, kompetittività industrijali, sigurtà tal‑provvista u  l‑kisba tal‑objettivi tagħna għall‑klima u l‑ambjent. Sar progress sostanzjali lejn il‑kisba tal‑miri tal‑UE għat‑tnaqqis tal‑emissjonijiet ta’ gassijiet serra, l‑enerġija rinnovabbli u l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija, li għandhom jintlaħqu kompletament sal‑2020.

16. B’kont meħud tal‑iskeda ta’ żmien li ntlaħaq qbil dwarha f ’Varsavja għall‑konklużjoni ta’ ftehim globali dwar il‑klima fil‑21 sessjoni tal‑Konferenza tal‑Partijiet f ’Pariġi f l‑2015, il‑Kunsill Ewropew jikkonferma li l‑Unjoni Ewropea ser tippreżenta l‑kontribut tagħha mhux aktar tard mill‑ewwel kwart tal‑2015 bħalma għandhom jagħmlu l‑ekonomiji maġġuri kollha. Fid‑dawl tas‑Summit tan‑NU dwar il‑Klima f ’Settembru 2014, il‑mira speċifika tal‑UE għall‑2030 għat‑tnaqqis tal‑emissjonijiet ta’ gassijiet serra ser tkun konformi kompletament mal‑objettiv ambizzjuż maqbul tal‑UE għall‑2050. Tali qafas ta’ politika maqbul fil‑livell tal‑UE dwar l‑emissjonijiet ta’ gassijiet serra, l‑enerġija rinnovabbli u  l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija, li għandu jiġi elaborat abbażi tal‑komunikazzjoni tal‑Kummissjoni, ser jipprovdi l‑istabbiltà u  l‑prevedibbiltà neċessarji għall‑operaturi ekonomiċi tagħha u jikkonferma r‑rwol tal‑UE fil‑livell dinji.

17. Il‑qafas il‑ġdid għandu jkun ibbażat fuq il‑prinċipji li ġejjin:• aktar titjib tal‑koerenza bejn it‑tnaqqis tal‑emissjonijiet

ta’ gassijiet serra, l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija u l‑użu ta’ enerġija rinnovabbli u  t‑twettiq tal‑objettivi għall‑2030 b’mod kosteffettiv, bi Skema riformata għall‑Iskambju ta’ Kwoti tal‑Emissjonijiet li jkollha rwol ċentrali f ’dan ir‑rigward;

• żvilupp ta’ qafas ta’ appoġġ tal‑UE għall‑avvanzar tal‑enerġiji rinnovabbli u  żgurar tal‑kompetittività internazzjonali;

• żgurar tas‑sigurtà tal‑provvista tal‑enerġija għad‑djar u n‑negozji bi prezzijiet aċċessibbli u kompetittivi;

• għoti ta’ f lessibbiltà lill‑Istati Membri fir‑rigward tal‑mod li bih huma jżommu mal‑impenji tagħhom sabiex jiġu rif lessi ċ‑ċirkostanzi nazzjonali u  tiġi rispettata l‑libertà tagħhom li jagħżlu t‑taħlita tal‑enerġija tagħhom.

18. Bil‑ħsieb ta’ ftehim bikri dwar qafas ta’ politika ġdid għall‑enerġija u  l‑klima fil‑perijodu mill‑2020 sal‑2030, il‑Kunsill Ewropew jistieden lill‑Kunsill u lill‑Kummissjoni biex ikomplu jaħdmu u jiżviluppaw b’mod rapidu l‑elementi li ġejjin:• janalizzaw l‑implikazzjonijiet għall‑Istati Membri

individwali tal‑proposti tal‑Kummissjoni dwar il‑miri f l‑UE kollha għat‑tnaqqis tal‑emissjonijiet u l‑enerġija rinnovabbli;

• jelaboraw mekkaniżmi li għandhom jirriżultaw fi qsim ġust tal‑isforz ġenerali u jsaħħu l‑modernizzazzjoni tas‑settur tal‑enerġija;

Page 36: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

34

• jiżviluppaw miżuri għall‑prevenzjoni ta’ rilokazzjoni potenzjali tal‑emissjonijiet ta’ karbonju u jappellaw għal sigurtà ta’ pjanar fit‑tul għall‑investiment industrijali sabiex tiġi żgurata l‑kompetittività tal‑industriji tal‑Ewropa li jużaw ħafna enerġija;

• jirrieżaminaw id‑Direttiva dwar l‑Effiċjenza f l‑Użu tal‑Enerġija fil‑mument xieraq u jiżviluppaw il‑qafas tal‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija.

Il‑Kunsill Ewropew ser jieħu kont tal‑progress li jkun sar fuq dawn il‑kwistjonijiet fil‑laqgħa tiegħu f ’Ġunju, fost affarijiet oħra abbażi ta’ konsultazzjonijiet mal‑Istati Membri, bil‑ħsieb li jieħu deċiżjoni finali dwar il‑qafas ta’ politika ġdid malajr kemm jista’ jkun u  mhux aktar tard minn Ottubru 2014. Il‑Kunsill Ewropew jitlob lill‑President tiegħu u lill‑Kummissjoni Ewropea biex jieħdu l‑passi neċessarji għat‑tħejjija ta’ din id‑deċiżjoni.

19. L‑objettivi tat‑tlestija tas‑suq intern tal‑enerġija sal‑2014 u  tal‑iżvilupp ta’ interkonnessjonijiet sabiex jintemm kwalunkwe iżolament tal‑Istati Membri min‑netwerks Ewropej tal‑gass u l‑elettriku sal‑2015 jibqgħu prijorità. Il‑Kunsill Ewropew jappella biex jiġu aċċellerati l‑isforzi b’mod partikolari f ’dak li jirrigwarda:• implimentazzjoni rapida tal‑miżuri kollha biex tinkiseb

il‑mira li tintlaħaq interkonnessjoni ta’ mill‑inqas 10% tal‑kapaċità installata tagħhom tal‑produzzjoni tal‑elettriku għall‑Istati Membri kollha. Il‑Kunsill Ewropew jistieden lill‑Kummissjoni biex sa Ġunju tipproponi objettivi speċifiċi dwar l‑interkonnessjoni li għandhom jinkisbu sal‑2030 bil‑ħsieb li tittieħed deċiżjoni sa mhux aktar tard minn Ottubru 2014. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għat‑titjib ta’ interkonnessjonijiet mal‑partijiet l‑aktar imbiegħda u/jew inqas konnessi tas‑suq uniku, inkluż permezz tat‑titjib u l‑ħolqien ta’ f lussi invertiti, u l‑integrazzjoni tal‑Istati Membri fin‑netwerks kontinentali Ewropej;

• implimentazzjoni effettiva u  konsistenti tat‑Tielet Pakkett dwar l‑Enerġija mill‑atturi kollha fis‑suq Ewropew tal‑enerġija;

• applikazzjoni u  infurzar effettivi tar‑regoli tal‑UE rigward l‑integrazzjoni tas‑suq u  l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija, u impenn għal kondizzjonijiet ekwivalenti għall‑kumpanniji li joperaw f l‑UE.

20. Għandhom jiġu intensifikati l‑isforzi biex jitnaqqsu r‑rati għoljin tad‑dipendenza tal‑Ewropa fuq l‑enerġija tal‑gass, speċjalment għall‑Istati Membri l‑aktar dipendenti. Il‑moderazzjoni tad‑domanda tal‑enerġija permezz ta’ effiċjenza akbar f l‑użu tal‑enerġija għandha tkun l‑ewwel pass li għandu wkoll jikkontribwixxi għal objettivi oħra tal‑enerġija u l‑klima. Il‑Kunsill Ewropew jappella lill‑Kummissjoni biex twettaq studju fil‑fond dwar is‑sigurtà tal‑enerġija tal‑UE u biex tippreżenta pjan komprensiv għat‑tnaqqis tad‑dipendenza tal‑UE fuq l‑enerġija sa Ġunju tal‑2014. Il‑pjan għandu jirrif letti l‑fatt li l‑UE għandha bżonn taċċellera aktar diversifikazzjoni tal‑provvista tal‑enerġija tagħha, iżżid is‑setgħa ta’ negozjar tagħha u l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija, tkompli

tiżviluppa sorsi tal‑enerġija rinnovabbli u indiġeni oħra u tikkoordina l‑iżvilupp b’mod sostenibbli tal‑infrastruttura biex tappoġġa din id‑diversifikazzjoni, inkluż permezz tal‑iżvilupp ta’ interkonnessjonijiet. Interkonnessjonijiet bħal dawn għandhom jinkludu wkoll il‑peniżola Iberika u ż‑żona tal‑Mediterran. Fejn rilevanti, l‑interkonnessjonijiet għandhom jiġu żviluppati wkoll ma’ pajjiżi terzi. L‑Istati Membri ser juru solidarjetà fil‑każ ta’ interruzzjonijiet mhux mistennija tal‑provvista tal‑enerġija fi Stat Membru wieħed jew diversi. Barra minn hekk, għandha tittieħed aktar azzjoni biex jiġi appoġġat l‑iżvilupp tal‑Kuritur tan‑Nofsinhar, inklużi aktar rotot sekondarji f l‑Ewropa tal‑Lvant, biex jiġu eżaminati modi kif l‑esportazzjonijiet tal‑gass naturali mill‑Amerika ta’ Fuq għall‑UE jiġu ffaċilitati u biex jiġi kkunsidrat l‑aħjar mod kif dan jiġi rif less fit‑TTIP, u tiżdied it‑trasparenza ta’ Ftehimiet Intergovernattivi fil‑qasam tal‑enerġija.

21. Sabiex jinkisbu l‑objettivi stabbiliti hawn fuq, l‑implimentazzjoni tal‑proġetti rilevanti ta’ interess komuni għandha tiġi aċċellerata u  r‑riżorsi disponibbli tal‑UE, inkluż il‑Faċilità Nikkollegaw l‑Ewropa, u  l‑kapaċità ta’ finanzjament tal‑BEI, għandhom jiġu mobilizzati malajr.

22. Fid‑dawl tal‑fatturi ewlenin tal‑ispejjeż identifikati fil‑komunikazzjoni tal‑Kummissjoni, il‑Kunsill Ewropew jappella għal sforzi sostnuti biex jiġu moderati l‑ispejjeż tal‑enerġija li jiġġarrbu mill‑utenti finali tal‑enerġija, b’mod partikolari permezz ta’:• evoluzzjoni progressiva tal‑mekkaniżmi ta’ appoġġ

għall‑enerġija rinnovabbli għal sistema aktar kosteffettiva u bbażata fuq is‑suq u konverġenza akbar tal‑iskemi nazzjonali ta’ appoġġ wara l‑2020;

• investiment sostnut f l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija u ġestjoni tad‑domanda tul il‑katina ta’ valur kollha u f l‑istadju tar‑Riċerka u l‑Iżvilupp;

• użu akbar tal‑kapaċità tal‑ġenerazzjoni tal‑elettriku disponibbli fis‑suq intern aktar milli dipendenza fuq kapaċitajiet nazzjonali biss, filwaqt li jiġi rikonoxxut ir‑rwol tal‑Istati Membri f l‑iżgurar tas‑sigurtà tal‑provvista;

• promozzjoni ta’ riżorsi domestiċi u ta’ kompetizzjoni fis‑swieq tal‑provvista tal‑gass u indirizzar tal‑kwistjoni tar‑rabta kuntrattwali tal‑prezzijiet tal‑gass u taż‑żejt.

Dan kollu għandu jkun f ’konformità mar‑regoli dwar l‑għajnuna mill‑istat u r‑regoli tas‑suq intern.

Abbażi tal‑miżuri ta’ hawn fuq, l‑Istati Membri għandhom jieħdu l‑azzjonijiet adatti li jwasslu għal tnaqqis tal‑ispejjeż bil‑mod l‑aktar adatt għaċ‑ċirkostanzi speċifiċi tagħhom. Il‑koordinazzjoni bejn l‑Istati Membri kif ukoll bejn il‑politiki settorjali għandha tiġi żgurata sabiex tiġi ffaċilitata l‑kisba tal‑objettivi fil‑livell tal‑UE.

23. Barra minn hekk, il‑Kunsill Ewropew jappella lill‑Istati Membri biex jeżaminaw aktar il‑prattiki nazzjonali differenti tagħhom dwar l‑imposti tal‑politika tal‑enerġija, il‑komponenti tat‑taxxa fil‑prezzijiet u l‑ispejjeż tan‑netwerks, bil‑għan li jitnaqqsu kemm jista’ jkun il‑konsegwenzi

Page 37: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

35

negattivi għall‑prezzijiet tal‑enerġija. Filwaqt li jibnu fuq l‑esperjenza reċenti, l‑Istati Membri għandhom ikomplu jiskambjaw regolarment informazzjoni dwar deċiżjonijiet nazzjonali maġġuri dwar l‑enerġija li għandhom impatt possibbli fuq Stati Membri oħra, waqt li jirrispettaw bis‑sħiħ l‑għażliet nazzjonali tat‑taħlita tal‑enerġija.

* * *

ĊIPRU24. Il‑Kunsill Ewropew jilqa’ l‑issoktar ta’ negozjati ta’

riżoluzzjoni integrali bbażati fuq id‑Dikjarazzjoni Konġunta tal‑11 ta’ Frar bil‑għan tar‑riunifikazzjoni ta’ Ċipru. Il‑Kunsill Ewropew jappoġġa riżoluzzjoni komprensiva u vijabbli tal‑problema ta’ Ċipru fil‑qafas tan‑NU, skont ir‑riżoluzzjonijiet rilevanti tal‑Kunsill tas‑Sigurtà tan‑NU u f ’konformità mal‑prinċipji li fuqhom hija mibnija l‑Unjoni Ewropea. Il‑Kunsill Ewropew jissottolinja li d‑diviżjoni ta’ Ċipru ilha għaddejja għal wisq żmien u jenfasizza l‑importanza li jinżamm il‑momentum. Il‑Kunsill Ewropew jinsab lest li jagħmel il‑parti tiegħu biex jappoġġa n‑negozjati. Ir‑riunifikazzjoni ta’ Ċipru tkun ta’ benefiċċju għall‑poplu Ċiprijott kollu u, f ’dan ir‑rigward, il‑Kunsill Ewropew jappoġġa kull miżura għall‑bini ta’ fiduċja li jintlaħaq qbil dwarha miż‑żewġ partijiet, li tista’ tikkontribbwixxi b’mod deċiżiv għall‑ħolqien ta’ ambjent ta’ fiduċja reċiproka u tagħti spinta lill‑proċess tan‑negozjati.

II. RELAZZJONIJIET ESTERNI

Ukraina25. L‑Unjoni Ewropea tappoġġa lill‑poplu Ukrain u d‑dritt

tiegħu li jagħżel il‑futur tiegħu stess. L‑Unjoni Ewropea tappoġġa lill‑Gvern Ukrain f l‑isforzi tiegħu biex jistabbilizza l‑Ukraina u jagħmel ir‑riformi. F’dan il‑kuntest l‑Unjoni Ewropea ser tagħmel aktar sforzi mal‑komunità internazzjonali biex tassisti lill‑Ukraina.

26. L‑Unjoni Ewropea, l‑Istati Membri tagħha u  l‑Ukraina ser jiffirmaw id‑dispożizzjonijiet politiċi tal‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. L‑Unjoni Ewropea u  l‑Istati Membri tagħha huma impenjati li jiffirmaw il‑bqija tal‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u ż‑Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, li f limkien mad‑dispożizzjonijiet politiċi jikkostitwixxu strument uniku. Il‑Kunsill Ewropew jaqbel li l‑ewwel laqgħa fid‑djalogu politiku kif previst skont il‑Ftehim għandha ssir f ’April. Il‑Kunsill Ewropew iħeġġeġ lill‑Kunsill u lill‑Parlament Ewropew biex jadottaw malajr il‑proposta għat‑tneħħija temporanja tad‑dazji doganali, l‑hekk imsejħa miżuri ta’ Kummerċ Awtonomu, fuq l‑esportazzjonijiet Ukraini lejn l‑Unjoni Ewropea.

27. Il‑kisba mill‑ġdid tal‑istabbiltà makroekonomika f l‑Ukraina hija prijorità immedjata. Il‑gvern Ukrain jeħtieġ li jibda malajr programm ambizzjuż ta’ riformi strutturali, inkluż il‑ġlieda kontra l‑korruzzjoni u  t‑tisħiħ tat‑trasparenza tal‑operazzjonijiet fiskali kollha. Il‑Kunsill Ewropew iħeġġeġ lill‑Kunsill biex jaqbel malajr dwar l‑assistenza

makrofinanzjarja u jissottolinja li ftehim mal‑FMI huwa kritiku biex din l‑assistenza tkun possibbli. L‑Istati Membri tal‑UE jaqblu li jikkoordinaw il‑pożizzjonijiet tagħhom fil‑FMI fir‑rigward tal‑kondizzjonijiet għall‑assistenza lill‑Ukraina. Il‑Kunsill Ewropew jilqa’ l‑istabbiliment ta’ punt fokali għall‑koordinazzjoni tal‑isforzi li għandhom jirfdu t‑tranżizzjoni strutturali f l‑Ukraina bil‑parteċipazzjoni tal‑komunità internazzjonali u l‑istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

28. L‑Unjoni Ewropea tfaħħar ir‑rispons meqjus li ntwera s’issa mill‑Ukraina. Il‑Kunsill Ewropew jilqa’ l‑impenn tal‑gvern Ukrain biex jiżgura n‑natura rappreżentattiva u  l‑inklużività tal‑istrutturi governattivi, li jirrif lettu d‑diversità reġjonali, biex jiżgura l‑ħarsien sħiħ tad‑drittijiet tal‑persuni li huma parti minn minoranzi nazzjonali, biex jagħmel riformi kostituzzjonali, biex jinvestiga l‑ksur kollu tad‑drittijiet tal‑bniedem u l‑atti ta’ vjolenza u biex jiġġieled kontra l‑estremiżmu. F’dan il‑kuntest l‑Unjoni Ewropea tinkoraġġixxi lill‑gvern Ukrain sabiex jiżgura li l‑elezzjoni Presidenzjali tal‑25 ta’ Mejju tkun libera u ġusta.

29. L‑Unjoni Ewropea tibqa’ impenjata li tissalvagwardja s‑sovranità u l‑integrità territorjali tal‑Ukraina. Il‑Kunsill Ewropew ma jirrikonoxxix ir‑referendum illegali fil‑Krimea, li jikser biċ‑ċar il‑Kostituzzjoni Ukraina. Huwa jikkundanna bil‑qawwa l‑annessjoni illegali tal‑Krimea u  Sevatopol mal‑Federazzjoni Russa u  mhux ser jirrikonoxxiha. Il‑Kunsill Ewropew jitlob lill‑Kummissjoni biex tevalwa l‑konsegwenzi legali tal‑annessjoni tal‑Krimea u  biex tipproponi restrizzjonijiet ekonomiċi, kummerċjali u  finanzjarji rigward il‑Krimea għal implimentazzjoni rapida.

30. Fid‑dawl ta’ dan u  fin‑nuqqas ta’ kwalunkwe pass lejn it‑tnaqqis tat‑tensjonijiet il‑Kunsill Ewropew jaqbel li jespandi l‑lista tal‑individwi li huma soġġetti għal projbizzjonijiet ta’ viża u  l‑iffriżar tal‑assi. Il‑Kunsill Ewropew jiddeċiedi li jikkanċella s‑Summit UE‑Russja li jmiss u jinnota li għalissa l‑Istati Membri mhumiex ser ikollhom summits bilaterali regolari. Barra minn hekk, il‑Kunsill Ewropew u l‑Istati Membri jappoġġaw il‑laqgħa li jmiss tal‑pajjiżi tal‑G7 f l‑Aja. Huma jappoġġaw ukoll is‑sospensjoni tan‑negozjati dwar is‑sħubija tar‑Russja f l‑OECD u l‑IEA. Il‑Kunsill Ewropew jemmen bis‑sħiħ li m’hemmx lok għall‑użu tal‑forza u l‑koerċizzjoni biex jinbidlu l‑fruntieri f l‑Ewropa fis‑seklu 21. L‑azzjonijiet Russi jiksru biċ‑ċar il‑proċess ta’ Ħelsinki, li f l‑40 sena li għaddew ikkontribwixxa biex jingħelbu d‑diviżjonijiet f l‑Ewropa u biex jinbena kontinent paċifiku u magħqud. Il‑Kunsill Ewropew jikkundanna l‑fatt li r‑Russja għadha ma ħaditx passi biex jitnaqqas il‑livell ta’ tensjoni fil‑kriżi u li n‑negozjati bejn l‑Ukraina u l‑Federazzjoni Russa għadhom ma bdewx.

31. Huwa jħeġġeġ li jintlaħaq qbil minnufih dwar missjoni tal‑OSKE li għandha tiġi mobilizzata f l‑Ukraina mill‑aktar fis possibbli, sabiex tgħin f l‑istabbilizzazzjoni tas‑sitwazzjoni. F’dak il‑kuntest, il‑Kunsill Ewropew jitlob lir‑Rappreżentant Għoli biex tfassal pjanijiet b’mod urġenti għall‑kontribut tal‑UE biex tiġi ffaċilitata l‑ħidma tal‑missjoni tal‑OSKE.

Page 38: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

36

Fin‑nuqqas ta’ qbil fil‑jiem li ġejjin dwar missjoni kredibbli tal‑OSKE, l‑UE ser tippjana missjoni tal‑UE.

32. L‑Unjoni Ewropea għandha responsabbiltà speċjali għall‑paċi u  l‑istabbiltà f l‑Ewropa. Hija ser tibqa’ fuq quddiem nett f l‑isforzi biex tiffaċilita u tinvolvi ruħha fi djalogu sinifikattiv li jinvolvi lill‑Ukraina u lir‑Russja, inkluż permezz tal‑istabbiliment ta’ mekkaniżmu multilaterali, bil‑ħsieb li tinstab soluzzjoni politika.

33. Il‑Kunsill Ewropew ifakkar li kwalunkwe pass ulterjuri mill‑Federazzjoni Russa biex jiddestabbilizza s‑sitwazzjoni f l‑Ukraina jwassal għal aktar konsegwenzi estensivi fir‑relazzjonijiet f ’firxa wiesgħa ta’ oqsma ekonomiċi bejn l‑Unjoni Ewropea u l‑Istati Membri tagħha, minn naħa, u l‑Federazzjoni Russa, min‑naħa l‑oħra. F’dan ir‑rigward, il‑Kunsill Ewropew jitlob lill‑Kummissjoni u  lill‑Istati Membri jħejju miżuri mmirati possibbli.

34. L‑Unjoni Ewropea tikkonferma mill‑ġdid l‑objettiv tagħha li ssaħħaħ aktar l‑assoċjazzjoni politika u l‑integrazzjoni ekonomika mal‑Ġeorġja u  r‑Repubblika tal‑Moldova. Aħna nikkonfermaw il‑mira tagħna li, mhux aktar tard minn Ġunju 2014, niffirmaw il‑Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, inklużi ż‑Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi, li bdejna f ’Vilnjus f ’Novembru li għadda.

Relazzjonijiet UE ‑ Afrika35. Qabel ir‑raba’ Summit UE‑Afrika fit‑2 u t‑3 ta’ April 2014,

l‑Unjoni Ewropea tibqa’ impenjata biex tibni sħubija ta’ ugwaljanza mal‑Afrika u  ssaħħaħ ir‑relazzjonijiet f l‑oqsma rilevanti kollha bi tweġiba għall‑interdipendenza li qed tikber bejn l‑Unjoni Ewropea u l‑Afrika. Il‑Kunsill Ewropew jesprimi li l‑UE tinsab lesta li tikkoopera aktar mas‑sħab Afrikani tagħha fil‑promozzjoni tal‑kummerċ u  l‑iżvilupp, id‑demokrazija u  l‑governanza tajba, l‑istat tad‑dritt u  d‑drittijiet tal‑bniedem. Huwa jissottolinja wkoll l‑importanza li jiġu indirizzati l‑migrazzjoni u l‑mobbiltà, inkluż il‑migrazzjoni irregolari u l‑ġlieda kontra l‑kuntrabandu ta’ migranti u t‑traffikar tal‑bnedmin, fi spirtu ta’ responsabbiltà kondiviża bejn il‑pajjiżi ta’ transitu, ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni.

36. Il‑Kunsill Ewropew jenfasizza b’mod partikolari li l‑appoġġ internazzjonali kontinwu għas‑sħab Afrikani fil‑qasam tas‑sigurtà jibqa’ kruċjali u  jinkoraġġixxi donaturi oħrajn biex jieħdu sehem fil‑kondiviżjoni tal‑piżijiet. Għalhekk, l‑Unjoni Ewropea ser tkompli tipprovdi appoġġ operazzjonali permezz tal‑missjonijiet ċivili tagħha tal‑maniġġar ta’ kriżijiet u l‑operazzjonijiet militari tagħha, fuq it‑talba ta’ pajjiżi individwali u f ’kooperazzjoni mill‑qrib ma’ atturi reġjonali u internazzjonali oħra. F’dan il‑kuntest, huwa jenfasizza l‑urġenza li jiġi mobilizzat appoġġ finanzjarju u operazzjonali għall‑Missjoni Internazzjonali ta’ Appoġġ għar‑Repubblika Ċentru‑Afrikana taħt tmexxija Afrikana (MISCA) u jerġa’ jafferma l‑impenn tal‑Unjoni li timmobilizza l‑operazzjoni tagħha EUFOR RCA fil‑ġimgħat li ġejjin.

37. L‑Unjoni Ewropea ser tikkunsidra wkoll modi u mezzi biex tappoġġa inizjattivi Afrikani għall‑bini tal‑kapaċità, li għandhom isaħħu l‑Arkitettura Afrikana għall‑Paċi u  s‑Sigurtà u  jippermettu lis‑sħab Afrikani jipprevjenu kunf litti u jindirizzaw il‑kriżijiet b’mod effettiv u rapidu. Il‑Kunsill Ewropew jinkoraġġixxi aktar ħidma fil‑livell tal‑UE biex jittejjeb l‑appoġġ għall‑iżvilupp tal‑kapaċità Afrikana b’mod komprensiv u  sistematiku li jinkludi pariri, mentoraġġ, taħriġ u tagħmir. Il‑Kunsill Ewropew jistieden lir‑Rappreżentant Għoli tagħmel aktar proposti f ’dan ir‑rigward, inkluż dwar mekkaniżmu possibbli ta’ koordinament dwar il‑provvediment ta’ tagħmir għall‑appoġġ ta’ taħriġ pprovdut mill‑UE.

Is‑Sri Lanka38. Il‑Kunsill Ewropew jibqa’ impenjat għar‑responsabbiltà,

ir‑rikonċiljazzjoni u d‑drittijiet tal‑bniedem universali fis‑Sri Lanka. Il‑Kunsill Ewropew jappella għall‑adozzjoni ta’ riżoluzzjoni dwar is‑Sri Lanka fil‑Kunsill tad‑Drittijiet tal‑Bniedem li għandha tipprevedi investigazzjoni internazzjonali dwar id‑delitti allegati tal‑gwerra miż‑żewġ naħat matul il‑gwerra, kif irrakkomanda l‑Kummissarju Għoli tan‑NU għad‑Drittijiet tal‑Bniedem.

Page 39: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

37

1. Illum iddiskutejna s‑sitwazzjoni wara l‑elezzjoni Presidenzjali f l‑Ukraina fil‑25 ta’ Mejju. Infakkru u nerġgħu nikkonfermaw id‑dikjarazzjoni tagħna tas‑6 ta’ Marzu u l‑konklużjonijiet tagħna tal‑21 ta’ Marzu. Nilqgħu l‑organizzazzjoni tal‑elezzjonijiet bħala espressjoni tar‑rieda tal‑poplu Ukrain. L‑elezzjoni presidenzjali kienet karatterizzata minn parteċipazzjoni għolja u  determinazzjoni ċara mill‑awtoritajiet biex jorganizzaw dik li kienet elezzjoni ġenwina li b’mod ġenerali kienet konformi mal‑impenji internazzjonali u li rrispettat il‑libertajiet fundamentali, minkejja l‑ambjent ostili tas‑sigurtà f ’żewġ reġjuni tal‑Lvant tal‑pajjiż . Aħna nappellaw lill‑partijiet kollha biex jaċċettaw l‑eżitu tal‑elezzjonijiet u nistennew b’interess li naħdmu mill‑qrib mal‑President il‑ġdid.

2. Nibqgħu sodi fil‑pożizzjoni tagħna li nħarsu s‑sovranità u  l‑integrità territorjali tal‑Ukraina u  nikkundannaw bil‑qawwa l‑annessjoni illegali tal‑Krimea u Sevastopol mal‑Federazzjoni Russa u  mhux se nirrikonoxxuha. Intennu l‑impenn tal‑Unjoni Ewropew għad‑Dikjarazzjoni Konġunta ta’ Ġinevra tas‑17 ta’ April u nfaħħru r‑rwol tal‑Missjoni Speċjali ta’ Monitoraġġ tal‑OSKE ta’ assistenza f l‑implimentazzjoni tagħha, kif ukoll l‑isforzi li saru s’issa mill‑awtoritajiet Ukraini biex jimplimentawha. Fid‑dawl tal‑aktar żviluppi reċenti, aħna ntennu l‑appell tagħna lill‑Federazzjoni Russa biex tieħu azzjonijiet biex timplimenta bis‑sħiħ id‑dikjarazzjoni konġunta ta’ Ġinevra. Aħna nappoġġaw ukoll b’mod sħiħ l‑isforzi komplementari tal‑OSKE u  l‑Presidenza fil‑Kariga tagħha, waqt li tkun żgurata s‑sjieda tal‑Ukraina. L‑isforzi min‑naħat kollha għandu jkollhom l‑għan li jsolvu l‑kriżi b’mod politiku, billi jintemmu l‑vjolenza u t‑tensjonijiet fil‑Lvant tal‑Ukraina, inkluż id‑diżarm tal‑gruppi armati illegali kollha u l‑amnestija għal dawk li jkunu taw l‑armi tagħhom b’mod volontarju u  ma jkunux wettqu reati serji. Ninnotaw bi tħassib is‑sitwazzjoni deterjoranti tad‑drittijiet tal‑bniedem fil‑Krimea minn meta saret l‑annessjoni illegali tagħha mal‑Federazzjoni Russa.

3. Nistennew li l‑Federazzjoni Russa tikkoopera mal‑President leġittimu u  li għadu kif ġie elett, biex titkompla t‑tneħħija tal‑forzi armati mill‑fruntiera tal‑Ukraina u li tuża l‑inf luwenza tagħha fuq is‑separatisti armati biex titnaqqas it‑tensjoni tas‑sitwazzjoni fil‑Lvant tal‑Ukraina. Il‑Federazzjoni Russa għandha, bħala kwistjoni ta’ prijorità, tipprevjeni d‑dħul ta’ separatisti u  armi f l‑Ukraina. F’dan il‑kuntest u  bil‑għan li tiġi kkonsolidata soluzzjoni politika, inħeġġu lill‑Federazzjoni Russa biex tidħol fi djalogu sinċier u miftuħ.

4. Inħeġġu lill‑awtoritajiet Ukraini biex waqt li jibbażaw fuq il‑leġittimità tal‑President li għadu kif ġie elett, ikomplu jikkomunikaw mal‑popolazzjoni u  s‑soċjetà ċivili tar‑reġjuni kollha tal‑Ukraina, inkluż fil‑qafas ta’ round tables ta’ djalogu nazzjonali. Aħna nilqgħu l‑Memorandum ta’ Paċi u Ftehim, adottat mill‑Parlament Ukrain f l‑20 ta’ Mejju. It‑twettiq rapidu u  inklużiv tar‑riformi kostituzzjonali u  ta’ deċentralizzazzjoni, abbażi tal‑għarfien espert rilevanti tal‑Kunsill tal‑Ewropa, huwa ewlieni f ’dan il‑proċess. Jeħtieġ li jitkomplew l‑isforzi ta’ riforma fir‑rigward tal‑ġudikatura, l‑Uffiċċju tal‑Prosekutur u  s‑settur tas‑sigurtà kif ukoll il‑ġlieda kontra l‑korruzzjoni. L‑Unjoni Ewropea hija lesta tappoġġa dawn l‑isforzi. Jeħtieġ li jiġu żgurati b’mod sħiħ id‑drittijiet tal‑persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali, skont l‑istandards rilevanti tal‑Kunsill tal‑Ewropa.

5. Aħna ser inkomplu noffru l‑assistenza tagħna lill‑Ukraina biex ngħinuha tistabbilizza s‑sitwazzjoni makroekonomika u  twettaq riformi ekonomiċi strutturali. Għal dan l‑għan, inħoloq Grupp ta’ Sostenn għall‑Ukraina ddedikat mill‑Kummissjoni biex jgħin lill‑awtoritajiet Ukraini jimplimentaw Aġenda Ewropea għar‑Riforma maqbula b’mod konġunt, f ’koordinazzjoni mal‑Istati Membri, id‑donaturi internazzjonali u s‑soċjetà ċivili. Aħna nilqgħu l‑istabbiliment tal‑pjattaforma tad‑donaturi internazzjonali mmexxija mill‑Unjoni Ewropea u l‑intenzjoni li, qabel is‑sajf, tiġi organizzata laqgħa ta’ koordinazzjoni ta’ livell għoli fi Brussell.

IKLA INFORMALI TAL‑KAPIJIET TA’ STAT JEW TA’ GVERN —

27 TA’ MEJJU 2014

Dikjarazzjoni dwar l‑Ukraina

Page 40: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

38

Diġà ntużaw diversi miżuri, inkluż l‑ewwel żborż ta’ assistenza makrofinanzjarja li issa tammonta għal EUR 1.61 biljun u l‑iffirmar ta’ kuntratt ta’ Bini tal‑Istat bejn il‑Kummissjoni Ewropea u l‑Gvern tal‑Ukraina.

6. Intennu l‑impenn tagħna biex jittejbu l‑kuntatti interpersonali bejn iċ‑ċittadini tal‑Unjoni Ewropea u  tal‑Ukraina, fost l‑oħrajn permezz tal‑proċess tal‑liberalizzazzjoni tal‑viża, f ’ambjent sikur u  ġestit sew u  dment li jiġu sodisfatti l‑kondizzjonijiet kollha, f ’konformità mal‑kondizzjonijiet miftiehma fil‑qafas ta’ Pjan ta’ Azzjoni dwar il‑Liberalizzazzjoni tal‑Viżi. Il‑Kummissjoni ppreżentat rapport li jirrakkomanda li l‑proċess ta’ liberalizzazzjoni tal‑viża jimxi għall‑fażi 2 bil‑ħsieb li jkun permess vjaġġar mingħajr viża għaċ‑ċittadini tal‑Ukraina ladarba l‑proċess ta’ liberalizzazzjoni tal‑viża jkun ġie kkompletat kif xieraq.

7. Huwa importanti li l‑Gvern tal‑Ukraina jtejjeb il‑bilanċ makroekonomiku u  l‑klima kummerċjali, kif ukoll jelimina l‑korruzzjoni. Is‑sħab internazzjonali, inkluża l‑Federazzjoni Russa, għandhom jikkontribwixxu għal dawn sforzi ta’ stabbilizzazzjoni. Huwa importanti li jintlaħaq ftehim dwar il‑kondizzjonijiet tal‑provvista tal‑gass mill‑Federazzjoni Russa lill‑Ukraina għall‑istabbilità tal‑ekonomija tal‑Ukraina. Nittamaw li t‑taħditiet li għaddejjin, iffaċilitati mill‑Unjoni Ewropea, jiġu konklużi dalwaqt. Intennu li jeħtieġ li l‑kuntratti fir‑rigward tal‑provvisti tal‑gass mir‑Russja lejn l‑Unjoni Ewropea jiġu rispettati.

8. Aħna ninnotaw li għaddejja ħidma preparatorja mill‑Kummissjoni u  s‑SEAE dwar miżuri mmirati possibbli u  naqblu li jissoktaw it‑tħejjijiet għal passi ulterjuri possibbli fuq dik il‑bażi jekk iċ‑ċirkostanzi jitolbu dan.

Page 41: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

39

I. LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA1. Wieħed mill‑għanijiet ewlenin tal‑Unjoni huwa li jinbena

spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, b’rispett sħiħ għad‑drittijiet fundamentali. Għal dan l‑għan, jeħtieġ li jittieħdu miżuri politiċi koerenti fir‑rigward tal‑asil, l‑immigrazzjoni, il‑fruntieri, il‑kooperazzjoni tal‑pulizija u ġudizzjarja, f ’konformità mat‑Trattati u l‑Protokolli rilevanti tagħhom.

2. Id‑dimensjonijiet kollha ta’ Ewropa li tipproteġi ċ‑ċittadini tagħha u toffri drittijiet effettivi lil persuni ġewwa u barra l‑Unjoni huma interkonnessi. Is‑suċċess jew il‑falliment f ’qasam wieħed jiddependi fuq il‑prestazzjoni f ’oqsma oħra kif ukoll fuq is‑sinerġiji ma’ oqsma ta’ politika relatati. Ir‑risposta għal ħafna mill‑isfidi f l‑ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja tinsab f ’relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, u dan jitlob titjib tar‑rabta bejn il‑politiki interni u esterni tal‑UE. Dan għandu jkun rif less fil‑kooperazzjoni bejn l‑istituzzjonijiet u l‑korpi tal‑UE.

3. B’kontinwazzjoni mal‑programmi tal‑passat, il‑prijorità ġenerali issa hi li l‑istrumenti legali u  l‑miżuri politiċi fis‑seħħ jiġu trasposti b’mod konsistenti, jiġu implimentati b’mod effettiv u  jiġu kkonsolidati. L‑intensifikazzjoni tal‑kooperazzjoni operazzjonali, filwaqt li jintuża

l‑potenzjal sħiħ tal‑innovazzjonijiet tat‑Teknoloġiji tal‑Informazzjoni u tal‑Komunikazzjoni, it‑tisħiħ tar‑rwol tal‑aġenziji differenti tal‑UE u l‑iżgurar tal‑użu strateġiku tal‑fondi tal‑UE ser ikunu importanti.

4. Fl‑iżvilupp ulterjuri tal‑ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja fis‑snin li ġejjin, ser ikun kruċjali li jiġu żgurati l‑protezzjoni u l‑promozzjoni tad‑drittijiet fundamentali, inkluża l‑protezzjoni tad‑data, filwaqt li jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ sigurtà, ukoll f ’relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, u  li jiġi adottat qafas Ġenerali b’saħħtu tal‑UE għall‑Protezzjoni tad‑Data sal‑2015.

5. Hi u  tiffaċċja l‑isfidi bħall‑instabbiltà f ’bosta partijiet tad‑dinja kif ukoll ix‑xejriet demografiċi globali u Ewropej, l‑Unjoni teħtieġ politika dwar il‑migrazzjoni, l‑asil u  l‑fruntieri effiċjenti u  ġestita tajjeb, iggwidata mill‑prinċipji tat‑Trattat ta’ solidarjetà u l‑kondiviżjoni ġusta tar‑responsabbiltà, f ’konformità mal‑Artikolu 80 TFUE u  l‑implimentazzjoni effettiva tiegħu. Hemm il‑ħtieġa ta’ approċċ komprensiv, li jottimizza l‑benefiċċji tal‑migrazzjoni legali u joffri protezzjoni lil dawk fil‑bżonn filwaqt li jindirizza l‑migrazzjoni irregolari b’mod determinat u jiġġestixxi l‑fruntieri esterni tal‑UE b’mod effiċjenti.

Il‑Kunsill Ewropew qabel li jipproponi lil Jean‑Claude Juncker lill‑Parlament Ewropew bħala kandidat għall‑President tal‑Kummissjoni Ewropea. F’dan il‑kuntest, huwa qabel dwar l‑aġenda strateġika ta’ prijoritajiet ewlenin għall‑ħames snin li ġejjin. Huwa jistieden lill‑istituzzjonijiet tal‑UE u l‑Istati Membri biex jimplimentaw bis‑sħiħ dawn il‑prijoritajiet fil‑ħidma tagħhom.

Il‑Kunsill Ewropew iddefinixxa l‑linji gwida strateġiċi għall‑ippjanar leġislattiv u operazzjonali għas‑snin li ġejjin fl‑ispazju ta’ libertà, sigurtà u  ġustizzja (ara aktar ‘l isfel taħt il‑Kapitolu I) u  indirizza wkoll xi kwistjonijiet orizzontali relatati. Huwa kkonkluda s‑Semestru Ewropew 2014 u  appella għal sforzi addizzjonali sabiex tissaħħaħ il‑kapaċità tal‑Ewropa sabiex tikber u  toħloq iktar impjiegi. Il‑Kunsill Ewropew ħa nota tal‑progress li sar lejn deċiżjoni finali f ’Ottubru dwar qafas politiku għall‑klima u l‑enerġija 2030 u appoġġa l‑implimentazzjoni immedjata ta’ sett ta’ miżuri l‑aktar urġenti biex tissaħħaħ ir‑reżiljenza tal‑Ewropa u tiżdied is‑sigurtà tal‑enerġija tagħha. Bħala parti mit‑tħejjijiet għal‑laqgħa tal‑Kunsill Ewropew ta’ Ottubru, il‑Kunsill intalab ikompli janalizza miżuri oħra għal perijodu medju u fit‑tul biex tittejjeb is‑sigurtà tal‑enerġija tal‑UE.

Il‑Kunsill Ewropew laqa’ l‑iffirmar tal‑Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, li jinkludu Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi, bejn l‑Unjoni Ewropea u l‑Ġeorġja u r‑Repubblika tal‑Moldova, kif ukoll l‑iffirmar tal‑bqija tal‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u taż‑Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, bejn l‑Unjoni Ewropea u l‑Ukraina.

* * *

KUNSILL EWROPEW — 26–27 TA’ ĠUNJU 2014

Konklużjonijiet

Page 42: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

40

6. Sabiex tibqa’ destinazzjoni attraenti għal talenti u ħiliet, l‑Ewropa għandha tiżviluppa strateġiji sabiex jiġu massimizzati l‑opportunitajiet tal‑migrazzjoni legali permezz ta’ regoli koerenti u effiċjenti, u msawra permezz ta’ djalogu mal‑komunità tan‑negozju u l‑imsieħba soċjali. L‑Unjoni għandha wkoll tappoġġa l‑isforzi tal‑Istati Membri biex isegwu politiki ta’ integrazzjoni attiva li jrawmu l‑koeżjoni soċjali u d‑dinamiżmu ekonomiku.

7. L‑impenn tal‑Unjoni għal protezzjoni internazzjonali jeħtieġ politika tal‑asil Ewropea b’saħħitha bbażata fuq is‑solidarjetà u  r‑responsabbiltà. It‑traspożizzjoni sħiħa u l‑implimentazzjoni effettiva tas‑Sistema Ewropea Komuni tal‑Asil (SEK A) huma prijorità assoluta. Dan għandu jirriżulta fi standards komuni għoljin u f ’kooperazzjoni aktar b’saħħitha, li joħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fejn dawk li jfittxu l‑asil jingħataw l‑istess garanziji u  protezzjoni proċedurali f l‑Unjoni kollha. Dan għandu jmur id f ’id ma’ rwol imsaħħaħ tal‑Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil‑qasam tal‑Asil (EASO), b’mod partikolari fil‑promozzjoni tal‑applikazzjoni uniformi tal‑acquis. Prattiki konverġenti ser isaħħu l‑fiduċja reċiproka u jippermettu li ngħaddu għall‑passi li jmiss fil‑futur.

8. L‑indirizzar tal‑kawżi bażiċi tal‑f lussi migratorji irregolari huwa parti essenzjali tal‑politika dwar il‑migrazzjoni tal‑UE. Dan, f limkien mal‑prevenzjoni u  t‑trattament tal‑migrazzjoni irregolari, ser jgħin biex jiġi evitat it‑telf ta’ ħajjiet ta’ migranti li jitilqu għal vjaġġi perikolużi. Soluzzjoni sostenibbli tista’ tinstab biss billi tiġi intensifikata l‑kooperazzjoni mal‑pajjiżi ta’ oriġini u ta’ transitu, inkluż permezz ta’ għajnuna biex tissaħħaħ il‑kapaċità tagħhom ta’ ġestjoni tal‑f lussi migratorji u tal‑fruntieri. Il‑politiki dwar il‑migrazzjoni għandhom isiru parti integrali ħafna aktar b’saħħitha tal‑politiki esterni u tal‑iżvilupp tal‑Unjoni, li japplikaw il‑prinċipju “aktar għal aktar” u  li jibnu fuq l‑Approċċ Globali għall‑Migrazzjoni u l‑Mobbiltà. L‑enfasi għandha tkun fuq l‑elementi li ġejjin:• it‑tisħiħ u l‑espansjoni tal‑Programmi ta’ Protezzjoni

Reġjonali, b’mod partikolari qrib reġjuni tal‑oriġini bħal fil‑Qarn tal‑Afrika, f ’kollaborazzjoni mill‑qrib mal‑UNHCR;iż‑żieda tal‑kontribut għal sforzi globali ta’ risistemazzjoni, b’mod partikolari minħabba l‑kriżi attwali protratta fis‑Sirja;

• jiġu indirizzati l‑faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin u t‑traffikar tal‑bnedmin b’mod aktar qawwi, b’enfasi fuq pajjiżi u rotot prijoritarji;

• l‑istabbiliment ta’ politika ta’ ritorn komuni effettiva u  l‑infurzar ta’ obbligi ta’ riammissjoni fi ftehimiet mal‑pajjiżi terzi;

• l‑implimentazzjoni sħiħa tal‑azzjonijiet identifikati mit‑Task Force għall‑Mediterran.

9. L‑istabbiliment taż‑żona Schengen, li tippermetti persuni li jivvjaġġaw mingħajr kontrolli fil‑fruntieri interni, u l‑għadd dejjem jiżdied ta’ nies li jivvjaġġaw lejn l‑UE jeħtieġu ġestjoni effiċjenti tal‑fruntieri esterni tal‑UE biex tiġi żgurata protezzjoni qawwija. L‑Unjoni għandha timmobilizza

l‑għodod kollha għad‑dispożizzjoni tagħha biex tappoġġa lill‑Istati Membri fil‑kompitu tagħhom. Għal dan il‑għan:• il‑Ġestjoni Integrata tal‑Fruntieri tal‑fruntieri esterni

għandha tiġi modernizzata b’mod kosteffettiv biex tiżgura ġestjoni intelliġenti tal‑fruntieri b’sistema ta’ dħul/ħruġ u  programm ta’ vjaġġaturi reġistrati u megħjuna mill‑Aġenzija l‑ġdida għal Sistemi tal‑IT fuq Skala Kbira (eu‑LISA);

• il‑Frontex, bħala strument ta’ solidarjetà Ewropea fil‑qasam tal‑ġestjoni tal‑fruntieri, għandha ssaħħaħ l‑assistenza operazzjonali tagħha, b’mod partikolari billi tappoġġa lil Stati Membri li qed jiffaċċjaw pressjoni qawwija fil‑fruntieri esterni, u żżid ir‑reattività tagħha lejn l‑evoluzzjonijiet rapidi fil‑f lussi migratorji, billi tagħmel użu sħiħ mis‑sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal‑Fruntieri EUROSUR il‑ġdida;

• fil‑kuntest tal‑iżvilupp fuq perijodu twil tal‑Frontex, għandha tiġi esplorata l‑possibbiltà li titwaqqaf sistema Ewropea ta’ gwardji tal‑fruntiera biex jissaħħu l‑kontroll u  l‑kapaċitajiet ta’ sorveljanza fil‑fruntieri esterni tagħna.

Fl‑istess ħin, il‑politika komuni dwar il‑viżi għandha tiġi modernizzata billi jiġi ffaċilitat l‑ivvjaġġar leġittimu u tissaħħaħ il‑kooperazzjoni konsulari lokali ta’ Schengen filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ sigurtà u tiġi implimentata s‑sistema l‑ġdida ta’ governanza ta’ Schengen.

10. Huwa essenzjali li jkun hemm garanzija ta’ spazju ġenwin ta’ sigurtà għaċ‑ċittadini Ewropej permezz ta’ kooperazzjoni operazzjonali tal‑pulizija u permezz tal‑prevenzjoni u l‑ġlieda kontra l‑kriminalità serja u organizzata, inkluż it‑traffikar u l‑faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin tal‑bnedmin, kif ukoll il‑korruzzjoni. Fl‑istess ħin, hija meħtieġa politika tal‑UE effikaċi kontra t‑terroriżmu, fejn l‑atturi rilevanti kollha jaħdmu f limkien mill‑qrib, u  jintegraw l‑aspetti interni u esterni tal‑ġlieda kontra t‑terroriżmu. F’dan il‑kuntest, il‑Kunsill Ewropew jerġa’ jafferma r‑rwol tal‑Koordinatur tal‑UE għall‑Ġlieda Kontra t‑Terroriżmu. Fil‑ġlieda tagħha kontra l‑kriminalità u t‑terroriżmu, l‑Unjoni għandha tappoġġa lill‑awtoritajiet nazzjonali billi timmobilizza l‑istrumenti kollha ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja u  tal‑pulizija, bi rwol imsaħħaħ ta’ koordinazzjoni għall‑Europol u l‑Eurojust, inkluż permezz ta’:• ir‑rieżami u l‑aġġornament tal‑istrateġija tas‑sigurtà

interna sa nofs l‑2015;• it‑titjib f l‑iskambji ta’ informazzjoni transkonfinali,

inkluż dwar rekords kriminali;• l‑iżvilupp ulterjuri ta’ approċċ komprensiv għas‑sigurtà

ċibernetika u ċ‑ċiberkriminalità;• il‑prevenzjoni tar‑radikalizzazzjoni u  l‑estremiżmu

u azzjoni biex jiġi indirizzat il‑fenomenu tal‑ġellieda barranin, inkluż permezz tal‑użu effettiv tal‑istrumenti eżistenti għal twissijiet madwar l‑UE kollha u l‑iżvilupp ta’ strumenti bħas‑sistema tar‑Reġistru tal‑Ismijiet tal‑Passiġġieri tal‑UE.

Page 43: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

41

11. Il‑funzjonament bla xkiel ta’ spazju ta’ ġustizzja tassew Ewropew li jirrispetta s‑sistemi u  t‑tradizzjonijiet legali differenti tal‑Istati Membri huwa vitali għall‑UE. F’dan ir‑rigward, il‑fiduċja reċiproka fis‑sistemi ġudizzjarji ta’ xulxin għandha tissaħħaħ aktar. Politika Ewropea tajba tal‑ġustizzja ser tikkontribwixxi għat‑tkabbir ekonomiku billi tgħin lin‑negozji u lill‑konsumaturi jibbenefikaw minn ambjent kummerċjali affidabbli fi ħdan is‑suq intern. Hija meħtieġa aktar azzjoni biex:• tiġi promossa l‑konsistenza u ċ‑ċarezza tal‑leġislazzjoni

tal‑UE għaċ‑ċittadini u n‑negozji;• jiġi ssimplifikat l‑aċċess għall‑ġustizzja; jiġu promossi

rimedji effettivi u l‑użu ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi inkluż l‑użu tal‑ġustizzja elettronika;

• ikomplu l‑isforzi biex jissaħħu d‑drittijiet ta’ persuni akkużati u suspettati fi proċedimenti kriminali;

• jiġi eżaminat it‑tisħiħ tad‑drittijiet tal‑persuni, b’mod partikolari t‑tfal, fi proċedimenti biex jiġi ffaċilitat l‑infurzar ta’ sentenzi fil‑liġi tal‑familja u f ’materji ċivili u kummerċjali b’implikazzjonijiet transkonfinali;

• tissaħħaħ il‑protezzjoni tal‑vittmi;• jitjieb ir‑rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet

u sentenzi f ’materji ċivili u kriminali;• jissaħħu l‑iskambji ta’ informazzjoni bejn l‑awtoritajiet

tal‑Istati Membri;• jiġu miġġielda mġiba frodulenti u danni għall‑baġit

tal‑UE, inkluż billi jsir progress fin‑negozjati dwar l‑Uffiċċju tal‑Prosekutur Pubbliku Ewropew;

• jiġu ffaċilitati l‑attivitajiet transkonfinali u l‑kooperazzjoni operazzjonali;

• jissaħħaħ it‑taħriġ għall‑professjonisti;• jiġi mobilizzat l‑għarfien espert ta’ aġenziji rilevanti

tal‑UE bħall‑Eurojust u  l‑Aġenzija għad‑Drittijiet Fundamentali (FR A).

12. Bħala waħda mil‑libertajiet fundamentali tal‑Unjoni Ewropea, id‑dritt taċ‑ċittadini tal‑UE li jiċċaqalqu liberament u jgħixu u jaħdmu fi Stati Membri oħra jeħtieġ li jiġi protett, inkluż minn użu ħażin possibbli jew talbiet frodulenti.

13. Il‑Kunsill Ewropew jistieden lill‑istituzzjonijiet tal‑UE u  lill‑Istati Membri biex jiżguraw is‑segwitu leġislattiv u  operazzjonali xieraq għal dawn il‑linji gwida u  ser jorganizza rieżami ta’ nofs it‑terminu f l‑2017.

II. TKABBIR, KOMPETITTIVITÀ U IMPJIEGI

A. IS‑SEMESTRU EWROPEW14. Sinjali reċenti ta’ rkupru ekonomiku huma inkoraġġanti

u  juru li l‑isforzi konġunti tal‑Istati Membri u  l‑istituzzjonijiet tal‑UE qed iħallu l‑frott. Reġa’ qed ikun hemm tkabbir u hemm żieda modesta f l‑impjiegi, għalkemm f ’ħafna partijiet tal‑Ewropa, il‑qgħad ‑ b’mod partikolari il‑qgħad taż‑żgħażagħ ‑ għadu f ’livelli mingħajr preċedent u inaċċettabbli. Il‑faqar u l‑esklużjoni soċjali jibqgħu preokkupazzjonijiet prinċipali.

15. Grazzi għall‑isforzi tal‑Istati Membri, il‑korrezzjoni tal‑iżbilanċi makroekonomiċi għamlet progress u  l‑finanzi pubbliċi qed ikomplu jitjiebu. Il‑Kunsill Ewropew jilqa’ l‑abrogazzjoni tal‑proċedura ta’ defiċit eċċessiv għal diversi Stati Membri. Għandhom jintużaw il‑possibbiltajiet offruti mill‑qafas fiskali eżistenti tal‑UE biex tiġi bbilanċjata d‑dixxiplina fiskali mal‑ħtieġa li jiġi appoġġat it‑tkabbir. Bil‑livelli tad‑dejn u l‑qgħad li qed ikunu għoljin b’mod persistenti u t‑tkabbir nominali baxx tal‑PDG, kif ukoll bl‑isfidi ta’ soċjetà li qed tixjiħ u l‑appoġġ għall‑ħolqien tax‑xogħol, partikolarment għaż‑żgħażagħ, il‑konsolidazzjoni fiskali għandha tkompli b’manjiera li tiffavorixxi t‑tkabbir u differenzjata. Ir‑riformi strutturali li jsaħħu t‑tkabbir u jtejbu s‑sostenibbiltà fiskali għandhom jingħataw attenzjoni partikolari, inkluż permezz ta’ valutazzjoni adatta ta’ miżuri fiskali u riformi strutturali, filwaqt li jsir l‑aħjar użu tal‑f lessibbiltà integrata fir‑regoli eżistenti tal‑Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. F’dan il‑kuntest, il‑Kummissjoni ser tirrapporta lill‑Parlament Ewropew u lill‑Kunsill dwar l‑applikazzjoni tal‑qafas ta’ governanza tal‑UE sal‑14 ta’ Diċembru 2014, kif previst fil‑liġi tal‑UE (‘6‑Pack’ u ‘2‑Pack’).

16. L‑irkupru għadu fraġli u  irregolari u  l‑isforzi biex jiġu implimentati r‑riformi strutturali li jtejbu t‑tkabbir għandhom jitkomplew u  jittejbu sabiex tissaħħaħ il‑kapaċità tal‑Ewropa li tikber u toħloq iktar impjiegi u  impjiegi aħjar. Tinħtieġ aktar azzjoni biex jitnaqqas il‑porzjon ta’ taxxa fuq ix‑xogħol, jiġu rriformati s‑swieq tal‑prodotti u  s‑servizzi u  l‑amministrazzjonijiet pubbliċi, jitjieb l‑ambjent tan‑negozju u  tar‑riċerka, l‑iżvilupp u l‑innovazzjoni (RŻI), jiġi ffaċilitat l‑aċċess għall‑finanzjament, sabiex jitjieb il‑funzjonament tal‑industriji li jużaw netwerks u jiġu rriformati s‑sistemi edukattivi.

17. F’dan l‑isfond, il‑Kunsill Ewropew b’mod ġenerali approva r‑rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall‑pajjiżi (CSR) u  b’hekk ikkonkluda s‑Semestru Ewropew 2014. L‑implimentazzjoni tagħhom hija kruċjali sabiex jiġi aċċellerat it‑tkabbir. Ibbażat fuq il‑prinċipji ta’ sjieda nazzjonali u  djalogu soċjali, l‑Istati Membri għandhom jirrispettaw ir‑rakkomandazzjonijiet fid‑deċiżjonijiet tagħhom li jmiss dwar il‑baġits, ir‑riformi strutturali u  l‑politiki tal‑impjiegi u  dawk soċjali. Il‑Kunsill u  l‑Kummissjoni ser ikomplu jissorveljaw l‑implimentazzjoni tas‑CSR u jieħdu azzjoni kif meħtieġ.

Idoneità regolatorja18. Il‑Kunsill Ewropew irreveda l‑progress li sar fil‑qasam

tal‑idoneità u l‑prestazzjoni tar‑regolamentazzjoni fuq il‑bażi tal‑komunikazzjoni tal‑Kummissjoni. Sar ħafna progress f l‑implimentazzjoni tal‑programm REFIT mill‑Kummissjoni, l‑istituzzjonijiet l‑oħra tal‑UE u  l‑Istati Membri; dan wassal għal tnaqqis effettiv tal‑piż regolatorju. Il‑Kunsill Ewropew jikkunsidra li l‑idoneità regolatorja għandha tibqa’ prijorità fil‑ħidma tal‑istituzzjonijiet. Dan jeħtieġ impenn qawwi lejn is‑simplifikazzjoni regolatorja u  t‑tnaqqis tal‑piżijiet

Page 44: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

42

fil‑ħidma leġislattiva u użu aħjar tal‑valutazzjoni tal‑impatt u l‑evalwazzjoni ex post matul iċ‑ċiklu leġislattiv kollu, fil‑livell tal‑UE u f ’dak nazzjonali.

19. Miżuri tal‑idoneità regolatorja fil‑livell Ewropew għandhom jiġu kkomplementati b’inizjattivi favur l‑idoneità regolatorja mill‑Istati Membri. F’dan ir‑rigward, l‑Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mid‑dispożizzjonijiet ta’ f lessibbiltà regolatorja għall‑benefiċċju ta’ intrapriżi żgħar u  ta’ daqs medju f l‑implimentazzjoni tal‑leġislazzjoni tal‑UE.

20. Il‑Kunsill Ewropew jistieden lill‑Kunsill jipproċedi għal eżami dettaljat tal‑Komunikazzjoni tal‑Kummissjoni. Il‑Kummissjoni, l‑istituzzjonijiet l‑oħra tal‑UE u l‑Istati Membri mistiedna jkomplu l‑implimentazzjoni tal‑programm REFIT b’mod ambizzjuż, filwaqt li jieħdu kont tal‑protezzjoni tal‑konsumaturi u tal‑impjegati kif ukoll tħassib dwar is‑saħħa u l‑ambjent.

B. KLIMA U ENERĠIJA21. Il‑Kunsill Ewropew ħa nota tal‑progress li sar lejn deċiżjoni

finali f ’Ottubru rigward il‑qafas għall‑klima u l‑enerġija 2030 f ’konformità mal‑konklużjonijiet tiegħu ta’ Marzu 2014. F’dan il‑kuntest, huwa enfasizza l‑importanza li jiġu żviluppati malajr l‑elementi ewlenin tal‑qafas, u b’mod partikolari, jistenna b’interess il‑preżentazzjoni ta’ rieżami min‑naħa tal‑Kummissjoni sa Lulju tad‑Direttiva dwar l‑Effiċjenza f l‑Enerġija u kif l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija tista’ tikkontribwixxi għall‑qafas għall‑klima u l‑enerġija 2030. Huwa jerġa’ jafferma l‑importanza tas‑Summit tan‑NU dwar il‑Klima f ’Settembru 2014 u jikkonferma li l‑mira speċifika tal‑UE għall‑2030 għat‑tnaqqis tal‑emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra ser tkun kompletament konformi mal‑objettiv ambizzjuż maqbul tal‑UE għall‑2050.

22. Il‑Kunsill Ewropew laqa’ l‑Istrateġija Ewropea dwar is‑Sigurtà tal‑Enerġija (SESE) tal‑Kummissjoni u kellu l‑ewwel diskussjoni fuq dik il‑bażi. Is‑SESE hija marbuta mill‑qrib mal‑qafas ta’ politika għall‑klima u l‑enerġija 2030. Il‑Kunsill Ewropew jappella għal aktar sforzi biex titnaqqas id‑dipendenza għolja tal‑Ewropa fuq l‑enerġija u jappoġġa l‑implimentazzjoni immedjata ta’ sett ta’ miżuri l‑aktar urġenti biex tissaħħaħ ir‑reżiljenza tal‑Ewropa u tiżdied is‑sigurtà tal‑enerġija tagħha fi żmien qasir, qabel ix‑xitwa tal‑2014/2015. B’mod partikolari huwa jaqbel li:• fid‑dawl ta’ valutazzjonijiet tar‑riskju ta’ interruzzjoni

għal perijodu qasir tal‑provvista, ser jissaħħu l‑mekkaniżmi ta’ emerġenza u ta’ solidarjetà eżistenti, inkluża l‑ħażna tal‑gass, l‑infrastruttura ta’ emerġenza u f lussi fid‑direzzjoni opposta, sabiex dan ir‑riskju jiġi indirizzat primarjament f l‑Istati Membri l‑aktar vulnerabbli;

• bil‑għan li tiżdied is‑sigurtà tal‑enerġija tal‑UE, l‑investimenti f l‑infrastruttura tal‑enerġija rilevanti, inklużi dawk li jinvolvu pajjiżi terzi, għandhom jiġu segwiti b’rispett sħiħ għar‑regoli kollha tas‑suq intern

tal‑UE u r‑regoli tal‑kompetizzjoni, li għandhom jiġu infurzati b’mod konsistenti;

• l‑UE ser tikkoopera mas‑sħab internazzjonali tagħha biex jitnaqqas ir‑riskju ta’ interruzzjoni tal‑provvisti tal‑enerġija;

• il‑Komunità tal‑Enerġija, li għandha l‑għan li tespandi l‑acquis tal‑UE dwar l‑enerġija għal pajjiżi tat‑tkabbir u tal‑viċinat, għandha tissaħħaħ sabiex tkun żgurata l‑applikazzjoni tal‑acquis f ’dawk il‑pajjiżi.

Fit‑tħejjija għal‑laqgħa tal‑Kunsill Ewropew ta’ Ottubru, il‑Kunsill Ewropew talab lill‑Kunsill biex ikompli janalizza aktar miżuri għall‑perijodu medju u  fit‑tul biex tittejjeb is‑sigurtà tal‑enerġija tal‑UE, fuq il‑bażi tas‑SESE tal‑Kummissjoni. Il‑Kunsill Ewropew enfasizza l‑importanza tal‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija, aktar żvilupp tal‑produzzjoni domestika, aktar implimentazzjoni u integrazzjoni tas‑suq Ewropew tal‑enerġija bbażata fuq approċċ reġjonali, aktar trasparenza fuq is‑suq tal‑gass, u  fuq it‑trawwim ta’ infrastruttura nieqsa, li jtemmu kwalunkwe iżolament tal‑Istati Membri min‑netwerks Ewropej tal‑gass u tal‑elettriku sal‑2015. F’konformità mal‑għan tal‑ikkompletar tas‑suq Ewropew tal‑enerġija sal‑aħħar tal‑2014, għandha tiżdied l‑interkonnettività, inkluż permezz ta’ eżami ulterjuri tal‑mira l‑ġdida ta’ interkonnessjoni proposta mill‑Kummissjoni.

23. Il‑Kunsill Ewropew ser jieħu deċiżjoni finali dwar il‑qafas il‑ġdid tal‑politika għall‑klima u l‑enerġija, inkluż dwar aktar miżuri mmirati għat‑titjib tas‑sigurtà tal‑enerġija tal‑Ewropa u dwar l‑għanijiet speċifiċi ta’ interkonnessjoni 2030, mhux aktar tard minn Ottubru 2014. L‑isforzi kollha ser jiġu mobilizzati sabiex tintlaħaq din l‑iskadenza miftiehma.

24. Il‑Kunsill Ewropew jappoġġa wkoll l‑inizjattiva dwar l‑enerġija tal‑G7 ta’ Ruma li sservi biex timplimenta politiki biex tinbena sistema tal‑enerġija aktar kompetittiva, diversifikata u  reżiljenti b’emissjonijiet imnaqqsa tal‑gassijiet b’effett ta’ serra billi jiġi promoss l‑użu ta’ teknoloġiji sikuri u sostenibbli.

III. IĊ‑ĊIKLU ISTITUZZJONALI LI JMISS25. Il‑Kunsill Ewropew adotta d‑Deċiżjoni li tipproponi

lil Jean‑Claude Juncker lill‑Parlament Ewropew bħala kandidat għal President tal‑Kummissjoni Ewropea. Il‑President tal‑Kunsill Ewropew ser ikollu konsultazzjonijiet fid‑dawl ta’ ħatriet oħra li għandhom isiru.

26. Huwa qabel dwar l‑aġenda strateġika mehmuża. Huwa jistieden lill‑istituzzjonijiet tal‑UE u l‑Istati Membri biex jimplimentaw bis‑sħiħ dawn il‑prijoritajiet fil‑ħidma tagħhom. L‑aġenda tiggwida wkoll lill‑istituzzjonijiet fil‑programmazzjoni annwali u  pluriennali kif ukoll f l‑ippjanar leġislattiv; huma għandhom jorganizzaw il‑ħidma tagħhom kif adatt. Il‑Kunsill Ewropew ser jiżgura l‑monitoraġġ regolari tal‑implimentazzjoni ta’ dawn il‑prijoritajiet strateġiċi.

Page 45: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

43

27. Ir‑Renju Unit qajjem xi preokkuppazzjonijiet marbutin mal‑iżvilupp futur tal‑UE. Dawn il‑preokkuppazzjonijiet ser ikollhom jiġu indirizzati.

F’dan il‑kuntest, il‑Kunsill Ewropew innota li l‑kunċett ta’ unjoni dejjem eqreb jippermetti toroq differenti ta’ integrazzjoni għal pajjiżi differenti, li jippermetti lil dawk li jridu japprofondixxu l‑integrazzjoni jimxu ‘l quddiem, filwaqt li jirrispetta x‑xewqa ta’ dawk li ma jridux japprofondixxu aktar.

Ladarba l‑Kummissjoni Ewropea l‑ġdida tkun effettivament fis‑seħħ, il‑Kunsill Ewropew ser jikkunsidra l‑proċess għall‑ħatra tal‑President tal‑Kummissjoni Ewropea għall‑futur, b’rispett għat‑Trattati Ewropej.

IV. PUNTI OĦRA28. Il‑Kunsill Ewropew jifraħ lil‑Litwanja għall‑konverġenza li

kisbet, ibbażata fuq politiki ekonomiċi, fiskali u finanzjarji tajba, u jilqa’ l‑fatt li ssodisfat il‑kriterji ta’ konverġenza kollha kif stabbiliti fit‑Trattat. Huwa laqa’ l‑proposta tal‑Kummissjoni li l‑Litwanja tadotta l‑euro f l‑1 ta’ Jannar 2015.

Ukraina29. Filwaqt li jfakkar fid‑Dikjarazzjonijiet tal‑Kapijiet ta’ Stat

u ta’ Gvern dwar l‑Ukraina tas‑6 ta’ Marzu u s‑27 ta’ Mejju, il‑konklużjonijiet tal‑Kunsill Ewropew tal‑21 ta’ Marzu u l‑konklużjonijiet tal‑Kunsill Affarijiet Barranin dwar l‑Ukraina tat‑23 ta’ Ġunju, il‑Kunsill Ewropew jesprimi l‑appoġġ tiegħu għall‑pjan ta’ paċi li tħabbar il‑ġimgħa li għaddiet mill‑President Poroshenko. Huwa jieħu nota tad‑dikjarazzjoni tal‑President Russu ta’ appoġġ fil‑prinċipju għall‑pjan ta’ paċi u d‑deċiżjoni tal‑Kunsill Federali li jirrevoka l‑awtorizzazzjoni li jintużaw forzi Russi biex isir intervent militari f l‑Ukraina.

30. Il‑Kunsill Ewropew jiddispjaċih li l‑waqfien mill‑ġlied, għalkemm qed jiġi rispettat mill‑awtoritajiet Ukraini, ma wassalx għat‑tmiem sħiħ tal‑ostilità militari. Għaldaqstant, jappella lill‑partijiet kollha biex jimpenjaw ruħhom b’mod ġenwin għall‑implimentazzjoni tal‑pjan ta’ paċi u  biex jikkonsolidaw it‑tmiem tal‑attivitajiet militari. Iħeġġeġ lill‑Federazzjoni Russa biex tuża b’mod attiv l‑inf luwenza tagħha fuq il‑gruppi armati illegalment u biex twaqqaf il‑f luss ta’ armi u militanti minn naħa għall‑oħra tal‑fruntiera, sabiex jinkisbu riżultati rapidi u tanġibbli fit‑tnaqqis tat‑tensjoni. Il‑Kunsill Ewropew jappoġġa l‑monitoraġġ mill‑OSKE tal‑implimentazzjoni tal‑pjan ta’ paċi kif ukoll ir‑rwol tagħha f l‑appoġġ tal‑waqfien mill‑ġlied u l‑istabbiliment ta’ kontrolli effettivi fil‑fruntiera.

31. Il‑Kunsill Ewropew jikkonferma mill‑ġdid l‑impenn tiegħu li jappoġġa l‑proċess ta’ stabbilizzazzjoni ekonomika f l‑Ukraina u  jilqa’ ż‑żewġ ħlasijiet sinifikanti reċenti mill‑Kummissjoni li jammontaw għal EUR 750 miljun fil‑qafas tal‑Kuntratt għall‑Bini tal‑Istat u tal‑Assistenza Makrofinanzjarja. F’dan il‑kuntest, il‑Kunsill Ewropew jistenna b’interess il‑laqgħa ta’ koordinazzjoni

tad‑donaturi ta’ livell għoli dwar l‑Ukraina li għandha ssir fi Brussell fit‑8 ta’ Lulju.

32. Wara l‑konklużjonijiet tiegħu ta’ Marzu u d‑deċiżjoni li ma jirrikonoxxix l‑annessjoni illegali tal‑Krimea u Sevastopol, il‑Kunsill Ewropew jilqa’ l‑ħidma mwettqa mill‑Kummissjoni biex tagħti effett lil din il‑politika u d‑deċiżjoni li tiġi pprojbita l‑importazzjoni ta’ oġġetti mill‑Krimea u  Sevastopol li ma jkollhomx ċertifikat Ukrain.

33. Il‑Kunsill Ewropew ifakkar li l‑Kummissjoni Ewropea, is‑SEAE u l‑Istati Membri wettqu ħidma preparatorja fuq miżuri mmirati, kif talab hu f ’Marzu, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu aktar passi mingħajr dewmien. F’dak ir‑rigward, il‑Kunsill Ewropew jistenna li sat‑Tnejn 30 ta’ Ġunju jkunu ttieħdu l‑passi li ġejjin:• jintlaħaq qbil dwar mekkaniżmu ta’ verifika,

immonitorjat mill‑OSKE, għall‑waqfien mill‑ġlied u għall‑kontroll effettiv fil‑fruntiera;

• jerġgħu jingħataw it‑tliet punti ta’ kontroll tal‑fruntiera (Izvarino, Dolzhanskiy, Krasnopartizansk) lill‑awtoritajiet Ukraini;

• jinħelsu l‑ostaġġi inklużi l‑osservaturi kollha tal‑OSKE;

• jitnedew negozjati sostanzjali dwar l‑implimentazzjoni tal‑pjan ta’ paċi tal‑President Poroshenko.

Il‑Kunsill ser jevalwa s‑sitwazzjoni u, jekk ikun meħtieġ, jadotta d‑deċiżjonijiet meħtieġa.

Il‑Kunsill Ewropew jenfasizza l‑impenn tiegħu li jerġa’ jiltaqa’ fi kwalunkwe ħin għal aktar miżuri restrittivi sinifikanti.

34. Il‑Kunsill Ewropew approva l‑konklużjonijiet tal‑Kunsill tal‑24 ta’ Ġunju 2014 dwar l‑Albanija.

ANNESS I

AĠENDA STRATEĠIKA GĦALL‑UNJONI FI ŻMINIJIET TA’ BIDLAL‑elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju 2014 jiftħu ċiklu leġislattiv ġdid. Dan il‑mument ta’ tiġdid politiku jasal fuqna eżattament kif il‑pajjiżi tagħna ħerġin minn snin ta’ kriżi ekonomika u kif kibret id‑diżillużjoni pubblika bil‑politika. Dan huwa ż‑żmien it‑tajjeb biex nistabbilixxu dak li rridu li l‑Unjoni tiffoka fuqu u kif irridu li tiffunzjona.Illum il‑Kunsill Ewropew qabel fuq ħames prijoritajiet sovrastanti li ser jiggwidaw il‑ħidma tal‑Unjoni Ewropea fil‑ħames snin li ġejjin: ekonomiji aktar b’saħħithom b’aktar impjiegi; soċjetajiet kapaċi jirresponsabbilizzaw u  jipproteġu; futur sigur għall‑enerġija u l‑klima siguri; qasam fdat tal‑libertajiet fundamentali; azzjoni konġunta effettiva fid‑dinja.Bl‑isfidi importanti li għandhom quddiemhom is‑soċjetajiet tagħna l‑azzjoni f ’dawn l‑oqsma hija vitali. Għalkemm l‑irkupru f l‑Ewropa qed jaqbad ir‑ritmu, il‑qgħad għadu l‑akbar preokkupazzjoni tagħna – speċjalment għaż‑żgħażagħ –

Page 46: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

44

u  l‑inugwaljanzi qed jiżdiedu. Sadattant l‑ekonomija dinjija qed tinbidel malajr. Fl‑era diġitali, it‑tellieqa għall‑innovazzjoni, il‑ħiliet u s‑swieq iġġiegħel lill‑pajjiżi kollha tagħna jantiċipaw u  jadattaw sabiex jirnexxu. Ir‑riżorsi naturali skarsi, il‑prezz tal‑enerġija u l‑impatt tat‑tibdil fil‑klima huma sfidi kbar; bħalissa d‑dipendenza tal‑Ewropa fuq l‑enerġija hija vulnerabbiltà. Madwar id‑dinja, ir‑radikalizzazzjoni u  l‑estremiżmu huma raġunijiet ta’ tħassib. L‑istabbiltà ġeopolitika proprju fil‑fruntieri tagħna ma jistgħux jiġu injorati. Ix‑xejriet demoġrafiċi huma ta’ sfida, bit‑tixjiħ tal‑popolazzjonijiet li jagħmel pressjoni addizzjonali fuq is‑sistemi tas‑servizzi soċjali tagħna u l‑f lussi migratorji irregolari li jeħtieġu tweġiba komuni u  azzjoni armonizzata.F’dan il‑kuntest, l‑ewwel għan tal‑ħidma tal‑Unjoni matul is‑snin li ġejjin għandu jkun li tgħammar lis‑soċjetajiet tagħna għall‑futur u li trawwem il‑fiduċja.Il‑pajjiżi tal‑Ewropa jinsabu f ’pożizzjoni unika biex isawru l‑bidla – kemm b’mod individwali kif ukoll kollettiv bħala Unjoni. Id‑diversità tagħna hija siewja, l‑għaqda tagħna ġġib is‑saħħa. Fl‑Unjoni tagħna, jeżistu livelli differenti ta’ kooperazzjoni u integrazzjoni. Il‑politika tagħna tat‑tkabbir tkompli trawwem id‑demokrazija u l‑prosperità.F’konformità mal‑prinċipji tas‑sussidjarjetà u l‑proporzjonalità, l‑Unjoni għandha tikkonċentra l‑azzjoni tagħha fuq oqsma fejn tagħmel differenza reali. Hija m’għandhiex tieħu azzjoni meta l‑Istati Membri jistgħu jiksbu aħjar l‑istess objettivi. Il‑kredibbiltà tal‑Unjoni tiddependi fuq il‑kapaċità tagħha li tiżgura segwitu adegwat għad‑deċiżjonijiet u  l‑impenji. Dan jirrikjedi istituzzjonijiet b’saħħithom u  kredibbli, iżda ser jibbenefika wkoll minn involviment eqreb tal‑parlamenti nazzjonali. Fuq kollox, l‑enfasi għandha tkun fuq riżultati konkreti – fil‑ħames oqsma li ġejjin.

1. Unjoni ta’ impjiegi, tkabbir u kompetittivitàIl‑pajjiżi tagħna ħerġin mill‑aktar kriżi ekonomika serja f ’ġenerazzjoni. Qed naraw sforzi u  riformi li jħallu l‑frott. Madankollu mhux ser nerġgħu lura għall‑wegħdiet tal‑imgħoddi. tkabbir bil‑mod, qgħad kbir, investiment pubbliku u  privat insuffiċjenti, żbilanċi makroekonomiċi, dejn pubbliku, u nuqqas ta’ kompetittività. Aħna nirrispettaw il‑Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Jinħtieġ li l‑ekonomiji tagħna kollha jkomplu jwettqu riformi strutturali. Huwa ċar ħafna li s‑saħħa komuni tagħna tiddependi fuq is‑suċċess ta’ kull pajjiż individwali. Huwa għalhekk li l‑Unjoni għandha tieħu passi qalbiena biex trawwem it‑tkabbir, iżżid l‑investimenti, toħloq aktar impjiegi u impjiegi aħjar u  tħeġġeġ riformi għall‑kompetittività. Dan jirrikjedi wkoll li jsir l‑aħjar użu tal‑f lessibbiltà minsuġa fir‑regoli tal‑Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.Ir‑rieżami li jmiss tal‑istrateġija EU2020 ser ikun okkażjoni tajba biex jinġieb f ’konformità sħiħa ma’ din l‑aġenda strateġika.Għalhekk il‑prijoritajiet li nistabbilixxu għall‑Unjoni għall‑ħames snin li ġejjin huma:• nisfruttaw b’mod sħiħ il‑potenzjal tas‑suq uniku

fid‑dimensjonijiet kollha tiegħu: billi nlestu s‑suq intern fi prodotti u servizzi; billi nlestu s‑suq uniku diġitali sal‑2015;

• nippromwovu klima ta’ intraprenditorija u ħolqien ta’ impjieg , iktar u iktar għall‑SMEs: billi niffaċilitaw l‑aċċess għall‑finanzjament u l‑investiment; billi niżguraw regolamentazzjoni finanzjarja aktar reżiljenti; billi ntejbu l‑funzjonament tas‑swieq tax‑xogħol u nressqu t‑taxxi ‘l bogħod mix‑xogħol; billi nnaqqsu piżijiet amministrattivi żejda u spejjeż ta’ konformità b’mod immirat, li jirrispetta l‑protezzjoni tal‑konsumatur u  l‑impjegati kif ukoll il‑preokkupazzjonijiet tas‑saħħa u tal‑ambjent;

• ninvestu u nħejju l‑ekonomiji tagħna għall‑futur: billi nindirizzaw investiment li ilu li kellu jsir f l‑infrastruttura tat‑trasport, l‑enerġija u  t‑telekomunikazzjoni kif ukoll f l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija, l‑innovazzjoni u r‑riċerka, il‑ħiliet, l‑edukazzjoni u l‑innovazzjoni; billi nagħmlu użu sħiħ tal‑fondi strutturali tal‑UE; billi nimmobilizzaw it‑taħlita t‑tajba ta’ finanzjament privat u pubbliku u niffaċilitaw investimenti fit‑tul; billi nużaw u niżviluppaw strumenti finanzjarji, bħal dawk tal‑Bank Ewropew tal‑Investiment, b’mod partikolari għal proġetti fit‑tul; billi nipprovdu l‑qafas regolatorju adatt għal investimenti fit‑tul;

• insaħħu l‑attrattiva dinjija tal‑Unjoni bħala post ta’ produzzjoni u investiment b’bażi industrijali b’saħħitha u  kompetittiva u  b’agrikoltura li tirnexxi, u  nlestu n‑negozjati dwar ftehimiet ta’ kummerċ internazzjonali, fi spirtu ta’ benefiċċju u trasparenza lejn xulxin u reċiproku, inkluż TTIP, sal‑2015;

• nagħmlu l‑Unjoni Ekonomika u  Monetarja fattur aktar sod u reżiljenti ta’ stabbiltà u tkabbir: b’governanza taż‑żona tal‑euro aktar b’saħħitha u  koordinazzjoni, konverġenza u  solidarjetà aktar b’saħħithom tal‑politika ekonomika, filwaqt li nirrispettaw l‑integrità tas‑suq intern u  nippreservaw it‑trasparenza u l‑attitudni miftuħa fir‑rigward tal‑pajjiżi tal‑UE li ma jagħmlux parti miż‑żona tal‑euro.

2. Unjoni li tirresponsabbilizza u tipproteġi liċ‑ċittadini kollha

L‑Ewropej ibbenefikaw mill‑opportunitajiet offruti minn ekonomiji integrati bi fruntieri miftuħin, iżda l‑vantaġġi mhux dejjem ikunu tanġibbli minnufih għal kulħadd. Bosta jesperjenzaw u jibżgħu mill‑faqar u l‑esklużjoni soċjali. L‑Unjoni għandha tkompli tagħmel dak li hija tajba fih u tkompli tiftaħ opportunitajiet, iżda għandha wkoll tiġi perċepita u esperjenzata bħala sors ta’ protezzjoni. In‑nies jistennew li l‑Ewropa tiddefendi l‑interessi tagħhom u tipproteġihom minn theddid, iżda wkoll li tirrispetta l‑identitajiet tagħhom u s‑sens ta’ appartanenza. L‑Unjoni għandha tkun aktar b’saħħitha fuq barra, u turi aktar interess fuq ġewwa.Għaldaqstant, waqt li nirrispettaw il‑kompetenzi tal‑Istati Membri, li huma responsabbli għas‑sistemi tas‑servizzi soċjali tagħhom, il‑prijoritajiet li nistabbilixxu għall‑Unjoni f ’dan il‑qasam għall‑ħames snin li ġejjin huma li:• tgħin f l‑iżvilupp tal‑ħiliet u  tikxef it‑talenti

u l‑opportunitajiet għall‑ħajja għal kulħadd: billi tintensifika l‑ġlieda kontra l‑qgħad fost iż‑żgħażagħ,

Page 47: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

45

b’mod partikolari għaż‑żgħażagħ li telqu l‑edukazzjoni, l‑impjiegi jew it‑taħriġ; billi tippromwovi l‑ħiliet xierqa għall‑ekonomija moderna u t‑tagħlim tul il‑ħajja; billi tiffaċilita l‑mobbiltà tal‑ħaddiema, speċjalment f ’oqsma b’karigi battala persistenti jew diskrepanza fil‑ħiliet; billi tipproteġi waħda mill‑erba’ libertajiet fundamentali tal‑Unjoni, id‑dritt taċ‑ċittadini kollha tal‑UE li jiċċaqalqu liberament u jgħixu u jaħdmu fi Stati Membri oħra, inkluż minn użu ħażin possibbli jew talbiet frodulenti;

• tiggarantixxi kondizzjonijiet ġusti: billi tiġġieled l‑evażjoni tat‑taxxa u  l‑frodi tat‑taxxa sabiex kulħadd jikkontribwixxi s‑sehem ġust tiegħu;

• tgħin biex tiżgura li s‑soċjetajiet kollha tagħna jkollhom il‑protezzjoni tagħhom fis‑seħħ biex jakkumpanjaw il‑bidla u  jreġġgħu lura l‑inugwaljanzi, b’sistemi ta’ protezzjoni soċjali li huma effiċjenti, ġusti u xierqa għall‑futur; fil‑fatt, l‑investiment fil‑kapital uman u n‑nisġa soċjali huwa wkoll importanti għall‑prospetti ta’ prosperità fit‑tul għall‑ekonomija Ewropea.

3. Lejn Unjoni tal‑Enerġija li tħares ‘il quddiem lejn il‑politika dwar il‑klima

Avvenimenti ġeopolitiċi, il‑kompetizzjoni dinjija f l‑enerġija u  l‑impatt tat‑tibdil fil‑klima qed iwasslu għal evalwazzjoni mill‑ġdid tal‑istrateġija tagħna għall‑enerġija u  l‑klima. Għandna nevitaw id‑dipendenza sa punt tant għoli tal‑Ewropa fuq l‑importazzjonijiet tal‑karburant u l‑gass. Biex niżguraw li l‑ġejjieni tal‑enerġija tagħna qiegħed taħt kontroll sħiħ, aħna rridu nibnu Unjoni tal‑Enerġija bil‑għan ta’ enerġija bi prezzijiet li jintlaħqu, sigura u sostenibbli. L‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija hija essenzjali, peress li l‑irħas u l‑iktar enerġija nadifa hija dik li ma tiġix ikkunsmata.Fid‑dawl ta’ din l‑isfida, il‑politiki tagħna dwar l‑enerġija u l‑klima għall‑ħames snin li ġejjin iridu jiffukaw fuq:• enerġija bi prezzijiet li jintlaħqu għall‑kumpanniji

u  ċ‑ċittadini: billi tiġi moderata d‑domanda għall‑enerġija grazzi għall‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija; billi jiġi kkompletat is‑suq integrat tal‑enerġija tagħna; billi jinstabu mezzi biex tiżdied is‑setgħa ta’ negozjar tal‑Unjoni; billi tiżdied it‑trasparenza fis‑suq tal‑gass; billi jiġu stimulati r‑riċerka, l‑iżvilupp u l‑bażi industrijali Ewropea fil‑qasam tal‑enerġija;

• enerġija sigura għall‑pajjiżi kollha tagħna: billi tiġi aċċellerata d‑diversifikazzjoni tal‑provvista u  r‑rotot tal‑enerġija, inkluż permezz ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, siguri u sostenibbli u indiġeni oħra, bħala mezz kif titnaqqas id‑dipendenza fuq l‑enerġija, b’mod partikolari fuq sors jew fornitur uniku, billi tiġi żviluppata l‑infrastruttura neċessarja bħal interkonnessjonijiet; billi l‑atturi privati u pubbliċi jingħataw il‑qafas ta’ ppjanar it‑tajjeb sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet dwar investiment medju sa dak fit‑tul;

• enerġija ekoloġika: billi titkompla titmexxa l‑ġlieda kontra t‑tisħin globali qabel il‑laqgħa COP 2015 tan‑Nazzjonijiet Uniti f 'Pariġi u lil hinn, inkluż permezz

tal‑istabbiliment ta' miri ambizzjużi għall‑2030 li huma f 'konformità sħiħa mal‑objettiv maqbul tal‑UE għall‑2050.

4. Unjoni ta' libertà, sigurtà u ġustizzjaIċ‑ċittadini jistennew li l‑gvernijiet tagħhom jipprovdu ġustizzja, protezzjoni u kondizzjonijiet ġusti b'rispett sħiħ għad‑drittijiet fundamentali u  l‑istat tad‑dritt. Dan jirrikjedi wkoll azzjoni konġunta Ewropea, ibbażata fuq il‑valuri fundamentali tagħna. Minħabba d‑dimensjonijiet transkonfinali tagħhom, fenomeni bħat‑terroriżmu u l‑kriminalità organizzata jitolbu kooperazzjoni aktar b'saħħitha mill‑UE. L‑istess jgħodd għal kwistjonijiet ta' ġustizzja, peress li ċ‑ċittadini qegħdin jistudjaw, jaħdmu, jinnegozjaw, jiżżewġu u jkollhom it‑tfal dejjem aktar f l‑Unjoni. Sfida oħra fis‑snin li ġejjin hija l‑ġestjoni tal‑f lussi ta' migrazzjoni, li qed jiżdiedu minħabba l‑instabbiltà u l‑faqar f 'partijiet kbar tad‑dinja u x‑xejriet demografiċi – kwistjoni li tirrikjedi solidarjetà u responsabbiltà, u kondiviżjoni ġusta tar‑responsabbiltà.Għalhekk il‑prijoritajiet li nistabbilixxu għall‑Unjoni għall‑ħames snin li ġejjin huma:• ġestjoni aħjar tal‑migrazzjoni f l‑aspetti kollha

tagħha: billi nindirizzaw nuqqasijiet ta' ħiliet speċifiċi u  niġbdu t‑talent; billi nittrattaw b'mod aktar sod il‑migrazzjoni irregolari, anki permezz ta' kooperazzjoni aħjar ma' pajjiżi terzi; inkluż dwar ir‑riamissjoni; billi nipproteġu lil dawk fil‑bżonn permezz ta' politika b'saħħitha tal‑asil; b'ġestjoni msaħħa u  moderna tal‑fruntieri esterni tal‑Unjoni;

• prevenzjoni u  ġlieda kontra l‑kriminalità u  t‑terroriżmu: billi jittieħdu miżuri stretti kontra l‑kriminalità organizzata, bħat‑traffikar, il‑faċilitazzjoni ta' dħul klandestin tal‑bnedmin u ċ‑ċiberkriminalità; billi tiġi ttrattata l‑korruzzjoni; billi jiġi miġġieled it‑terroriżmu u ssir ħidma kontra r‑radikalizzazzjoni – filwaqt li jiġu garantiti d‑drittijiet u  l‑valuri fundamentali, inkluża l‑protezzjoni ta' data personali;

• titjib fil‑kooperazzjoni ġudizzjarja fost il‑pajjiżi tagħna: billi jinbnew rabtiet bejn is‑sistemi u t‑tradizzjonijiet ta' ġustizzja differenti; billi jissaħħu l‑għodod komuni, inkluż il‑Eurojust; permezz ta' rikonoxximent reċiproku tas‑sentenzi, sabiex iċ‑ċittadini u l‑kumpanniji jkunu jistgħu jħaddmu aktar faċilment id‑drittijiet tagħhom f l‑Unjoni kollha.

5. L‑Unjoni bħala attur dinji b'saħħtuAvvenimenti reċenti juru kemm l‑ambjent strateġiku u ġeopolitiku sar jinbidel malajr, iktar u iktar fil‑fruntieri tal‑Lvant u tan‑Nofsinhar tal‑Unjoni. L‑instabbiltà fil‑viċinat usa' tagħna hija akbar minn qatt qabel. Fl‑istess waqt qatt ma kien daqstant importanti li ninvolvu lis‑sħab tagħna fi kwistjonijiet ta' interess reċiproku jew dinji. Biex niddefendu l‑interessi u l‑valuri tagħna u  biex nipproteġu liċ‑ċittadini, involviment aktar b'saħħtu mill‑Unjoni Ewropea f 'affarijiet dinjija huwa kruċjali.Il‑prijoritajiet tal‑politika barranija li ġejjin għalhekk ser ikunu importanti fis‑snin li ġejjin:

Page 48: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

46

• inkabbru l‑inf luwenza tagħna kemm jista' jkun: billi tiġi żgurata l‑konsistenza bejn il‑miri tal‑Istati Membri u  tal‑politika barranija tal‑UE u  billi jitjiebu l‑koordinazzjoni u l‑koerenza bejn l‑oqsma prinċipali tal‑azzjoni esterna tal‑UE, bħall‑kummerċ, l‑enerġija, il‑ġustizzja u affarijiet interni, il‑politika dwar l‑iżvilupp u l‑politika ekonomika;

• inkunu sieħeb b'saħħtu fil‑viċinat tagħna: billi nippromwovu l‑istabbiltà, il‑prosperità u d‑demokrazija fil‑pajjiżi l‑eqreb tal‑Unjoni, fil‑kontinent Ewropew, fil‑Mediterran, f l‑Afrika u fil‑Lvant Nofsani;

• ninvolvu lis‑sħab strateġiċi dinjija tagħna, b'mod partikolari s‑sħab transatlantiċi tagħna, f 'firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet – mill‑kummerċ u  ċ‑ċibersigurtà sad‑drittijiet tal‑bniedem u l‑prevenzjoni tal‑kunf litti, san‑nonproliferazzjoni u  l‑ġestjoni tal‑kriżijiet – bilateralment u f 'fora multilaterali;

• niżviluppaw il‑kooperazzjoni fis‑sigurtà u  d‑difiża sabiex inkunu nistgħu nħarsu l‑impenji u  r‑responsabbiltajiet tagħna madwar id‑dinja: billi

nsaħħu l‑Politika ta' Sigurtà u  ta' Difiża Komuni; f 'komplementarjetà sħiħa man‑NATO; billi niżguraw li l‑Istati Membri jżommu u jiżviluppaw il‑kapaċitajiet ċivili u militari neċessarji, inkluż permezz tal‑akkomunament u  l‑kondiviżjoni; b'industrija ta' difiża Ewropea aktar b'saħħitha.

ANNESS II

DOKUMENTI APPROVATI MILL‑KUNSILL EWROPEW• Rapport tal‑Kunsill tal‑24 ta' Ġunju 2014 dwar

ir‑Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall‑Pajjiż tal‑2014• Konklużjonijiet tal‑Kunsill tal‑24 ta' Ġunju 2014 dwar

l‑Albanija• Strateġija dwar is‑Sigurtà Marittima tal‑Unjoni Ewropea• Konklużjonijiet tal‑Kunsill tad‑19 ta' Mejju 2014 dwar

ir‑rapport annwali dwar l‑Għajnuna Uffiċjali tal‑UE għall‑Iżvilupp

Page 49: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

47

I. IĊ‑ĊIKLU ISTITUZZJONALI LI JMISS1. Wara l‑elezzjoni mill‑Parlament Ewropew tal‑President

tal‑Kummissjoni Ewropea, il‑Kunsill Ewropew kellu skambju ta’ fehmiet mal‑President elett, is‑Sur Jean‑Claude Juncker, marbut b’mod partikolari mal‑prijoritajiet stabbiliti f l‑Aġenda Strateġika għall‑Unjoni fi żminijiet ta’ bidla miftiehma fis‑27 ta’ Ġunju 2014. Huwa jistieden lill‑Istituzzjonijiet kollha biex jikkonċentraw l‑attivitajiet tagħhom fuq oqsma fejn l‑Unjoni tista’ tagħmel differenza reali. Il‑Kunsill Ewropew tenna l‑impenn tiegħu li jiżgura monitoraġġ regolari ta’ dawn il‑prijoritajiet strateġiċi.

2. Il‑President tal‑Kunsill Ewropew irrapporta dwar il‑konsultazzjonijiet li wettaq, skont it‑Trattati, dwar ħatriet oħra għaċ‑ċiklu istituzzjonali li jmiss. Il‑Kunsill Ewropew kellu l‑ewwel dibattitu f 'dak ir‑rigward u qabel li jerġa' lura għalih għal deċiżjoni finali f 'laqgħa speċjali fit‑30 ta' Awwissu.

3. Il‑Kummissjoni l‑ġdida ser tinħatar mill‑Kunsill Ewropew wara vot ta’ kunsens mill‑Parlament Ewropew dwar il‑President, ir‑Rappreżentant  Għoli tal‑Unjoni għall‑Affarijiet Barranin u l‑Politika ta’ Sigurtà u l‑membri l‑oħra tal‑Kummissjoni bħala korp.

II. RELAZZJONIJIET ESTERNI

Ukraina4. Filwaqt li jfakkar fid‑dikjarazzjonijiet tal‑Kapijiet ta' Stat

jew ta' Gvern dwar l‑Ukraina tas‑6 ta' Marzu u s‑27 ta' Mejju u l‑konklużjonijiet tiegħu tal‑21 ta' Marzu u s‑27 ta' Ġunju, il‑Kunsill Ewropew għal darb'oħra jenfasizza l‑appoġġ tiegħu għal soluzzjoni paċifika tal‑kriżi f l‑Ukraina, b'mod partikolari l‑ħtieġa urġenti biex jintlaħaq qbil dwar waqfien mill‑ġlied ġenwin u sostenibbli mill‑partijiet kollha biex jinħolqu l‑kondizzjonijiet meħtieġa għall‑implimentazzjoni tal‑pjan ta' paċi tal‑President Poroshenko. Il‑Kunsill Ewropew jappoġġa l‑isforzi diplomatiċi mill‑Ukraina, il‑Federazzjoni Russa, Franza u l‑Ġermanja, kif ukoll id‑Dikjarazzjoni Konġunta ta' Berlin tat‑2 ta' Lulju.

5. Il‑Kunsill Ewropew jikkundanna l‑kontinwazzjoni ta' attivitajiet illegali mill‑militanti armati f l‑Ukraina tal‑Lvant, inkluż l‑okkupazzjoni ta' bini pubbliku, teħid ta' ostaġġi u  attakki armati fuq l‑infurzaturi tal‑liġi u  l‑gwardji tal‑fruntiera Ukraini. Il‑Kunsill Ewropew iħeġġeġ lill‑Federazzjoni Russa biex tuża b'mod attiv l‑inf luwenza tagħha fuq il‑gruppi armati illegalment u  biex twaqqaf il‑f luss ta' armi u  militanti minn naħa għall‑oħra tal‑fruntiera, sabiex it‑tensjoni titnaqqas b'mod rapidu. F'dan il‑kuntest, il‑Kunsill Ewropew ifakkar fid‑deċiżjoni tal‑11 ta' Lulju biex tiġi estiża l‑projbizzjoni

fuq l‑ivjaġġar u l‑iffriżar tal‑assi f l‑UE għal 11‑il individwu ġdid għall‑azzjonijiet li jdgħajfu l‑integrità territorjali, is‑sovranità u  l‑indipendenza tal‑Ukraina. L‑Istati Membri qablu wkoll li ma titkompliex l‑applikazzjoni tal‑ftehim tagħhom tal‑20 ta' Frar 2014 dwar il‑liċenzji tal‑esportazzjoni.

6. Il‑Kunsill Ewropew jiddispjaċih li l‑passi mitluba li huwa stabbilixxa fil‑konklużjonijiet tiegħu tas‑27 ta' Ġunju ma ttiħdux b'mod adegwat. B'riżultat ta' dan, il‑Kunsill Ewropew jaqbel li jespandi l‑miżuri restrittivi, bil‑ħsieb li jiġu mmirati entitajiet, inkluż mill‑Federazzjoni Russa, li qegħdin jappoġġaw b'mod materjali jew finanzjarju azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu s‑sovranità, l‑integrità territorjali u  l‑indipendenza tal‑Ukraina. Huwa jagħti lill‑Kunsill l‑inkarigu li jadotta l‑istrumenti legali meħtieġa u jiddeċiedi sa tmiem Lulju dwar l‑ewwel lista ta' entitajiet u persuni, inkluż mill‑Federazzjoni Russa, li għandhom jiġu elenkati taħt il‑kriterji msaħħa. Huwa jitlob ukoll li tiġi kkunsidrata l‑possibbiltà li jiġu mmirati individwi jew entitajiet li b'mod attiv jipprovdu appoġġ materjali jew finanzjarju lir‑Russi li jieħdu d‑deċiżjonijiet li huma responsabbli mill‑annessjoni tal‑Krimea jew id‑destabilizzazzjoni tal‑Lvant tal‑Ukraina. Il‑Kunsill Ewropew jitlob lill‑BEI biex jissospendi l‑iffirmar ta' operazzjonijiet ġodda ta' finanzjament fil‑Federazzjoni Russa. L‑Istati Membri tal‑Unjoni Ewropea ser jikkoordinaw il‑pożizzjonijiet tagħhom fil‑Bord tad‑Direttur tal‑BERŻ bil‑ħsieb ukoll li jissospendu l‑iffinanzjar ta' operazzjonijiet ġodda. Fl‑aħħar nett, il‑Kunsill Ewropew jistieden lill‑Kummissjoni biex tivvaluta mill‑ġdid il‑programmi ta' kooperazzjoni bejn l‑UE u r‑Russja bil‑ħsieb li tittieħed deċiżjoni, każ b'każ, dwar is‑sospensjoni tal‑implimentazzjoni ta' programmi ta' kooperazzjoni reġjonali u bilaterali tal‑UE. Madankollu, il‑proġetti li jittrattaw esklużivament il‑kooperazzjoni transkonfinali u s‑soċjetà ċivili ser jibqgħu.

Il‑Kunsill Ewropew ifakkar li l‑Kummissjoni, is‑SEAE u l‑Istati Membri wettqu ħidma preparatorja fuq miżuri mmirati, kif huwa talab f ’Marzu, sabiex ikunu jistgħu jittieħdu aktar passi mingħajr dewmien. Il‑Kunsill Ewropew jibqa' impenjat li jiltaqa' mill‑ġdid ikun meta jkun jekk l‑avvenimenti jitolbu dan.

F'konformità mal‑politika ta' nonrikonoxximent tal‑annessjoni illegali tal‑Krimea u Sevastopol, il‑Kunsill Ewropew jitlob lill‑Kummissjoni u s‑SEAE jippreżentaw proposti għal miżuri addizzjonali b'mod partikolari biex jiġu ristretti l‑investimenti fil‑Krimea u  f 'Sevastopol. Il‑Kunsill Ewropew jistenna wkoll li l‑Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali iżommu lura milli jiffinanzjaw xi proġetti li jirrikonoxxu b'mod espliċitu jew impliċitu l‑annessjoni illegali tal‑Krimea u Sevastopol.

LAQGĦA SPEĊJALI TAL‑KUNSILL EWROPEW — 16 TA' LULJU 2014

Konklużjonijiet

Page 50: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

48

7. Il‑Kunsill Ewropew ifaħħar l‑isforzi tal‑OSKE u l‑Presidenza tagħha, b'mod partikolari biex jiffaċilitaw il‑laqgħat tal‑Grupp ta' Kuntatt f l‑Ukraina, u jfaħħar il‑fatt li jinsabu lesti biex jistabbilixxu missjoni li tissorvelja l‑fruntiera, li għaliha l‑Unjoni Ewropea u l‑Istati Membri tagħha jinsabu lesti sabiex jikkunsidraw kontribut sostanzjali.

8. Il‑Kunsill Ewropew jenfasizza l‑impenn tal‑Unjoni Ewropea biex tissokta taħditiet trilaterali dwar il‑kondizzjonijiet tal‑provvista tal‑gass mill‑Federazzjoni Russa għall‑Ukraina, u jfaħħar l‑isforzi tal‑Kummissjoni f 'dan ir‑rigward. Huwa importanti li jintlaħaq qbil rapidu għas‑salvagwardja tas‑sigurtà tal‑provvista u t‑transitu tal‑gass naturali mill‑Ukraina lejn l‑Istati Membri tal‑UE u għall‑istabbiliment tal‑ekonomija tal‑Ukraina.

9. Il‑Kunsill Ewropew jenfasizza l‑importanza li l‑Ukraina tirratifika l‑Ftehim ta' Assoċjazzjoni bil‑ħsieb tal‑applikazzjoni proviżorja bikrija tiegħu. Huwa jilqa' t‑twettiq tal‑konsultazzjonijiet trilaterali fil‑livell ministerjali bejn l‑Ukraina, il‑Federazzjoni Russa u l‑Unjoni Ewropea fil‑11 ta' Lulju dwar l‑implimentazzjoni tal‑Ftehim ta' Assoċjazzjoni. F'dan il‑kuntest, huwa jilqa' wkoll it‑twaqqif ta' mekkaniżmu ta' konsultazzjoni li jindirizza d‑diffikultajiet potenzjali li jirriżultaw mill‑effetti tal‑implimentazzjoni taż‑Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva dwar l‑implimentazzjoni tal‑Ftehim ta' Kummerċ Ħieles tal‑Komunità ta' Stati Indipendenti.

Gaża10. Il‑Kunsill Ewropew qed isegwi bi tħassib serju

l‑vjolenza kontinwa f l‑Iżrael u Gaża. Il‑Kunsill Ewropew jikkundanna l‑isparar ta' rokits minn Gaża fuq l‑Iżrael u l‑immirar indiskriminat taċ‑ċittadini. L‑Iżrael għandu

d‑dritt jipproteġi l‑popolazzjoni tiegħu minn dan it‑tip ta' attakki. Meta jagħmel dan, huwa għandu jaġixxi b'mod proporzjonali u  jiżgura l‑protezzjoni taċ‑ċivili f 'kull mument. Huwa jiddeplora profondament it‑telf ta' ħajjiet innoċenti u l‑għadd għoli ta' persuni midruba f l‑Istrixxa ta' Gaża bħala riżultat tal‑operazzjonijiet militari Iżraeljani u jinsab imħasseb ferm bid‑deterjorament rapidu u  drammatiku tas‑sitwazzjoni umanitarja. Il‑Kunsill Ewropew jappella liż‑żewġ naħat biex inaqqsu l‑gravità tas‑sitwazzjoni, biex itemmu l‑vjolenza, biex itemmu t‑tbatija tal‑popolazzjonijiet ċivili b'mod partikolari billi jagħtuhom aċċess għall‑assistenza umanitarja, u li terġa' taqa' l‑kalma. Il‑Kunsill Ewropew jilqa' l‑isforzi li qed isiru minn sħab reġjonali, b'mod partikolari l‑inizjattiva li tniedet mill‑Eġittu, biex jistabbilixxu waqfien mill‑ġlied u jitlob lill‑Ħamas biex jaqbel ma' tali waqfien mill‑ġlied. L‑Unjoni Ewropea tinsab lesta tipprovdi l‑appoġġ meħtieġ għal dan il‑għan. L‑Unjoni Ewropea tkompli tappella għall‑implimentazzjoni sħiħa tar‑Riżoluzzjoni tal‑Kunsill tas‑Sigurtà tan‑Nazzjonijiet Uniti 1860 (2009).

11. L‑avvenimenti traġiċi f l‑aħħar jiem jenfasizzaw il‑ħtieġa urġenti li l‑partijiet kollha jaħdmu biex jerġa' jissokta l‑proċess diplomatiku u  biex titfittex soluzzjoni bejn iż‑żewġ stati għall‑konf litt bejn l‑Iżraeljani u l‑Palestinjani. L‑Unjoni Ewropea ttenni l‑offerta tagħha liż‑żewġ partijiet ta' pakkett ta' appoġġ politiku u ekonomiku Ewropew u ta' Sħubija Privileġġata Speċjali mal‑Unjoni Ewropea fil‑każ ta' ftehim ta' paċi finali.

12. L‑Iżraeljani u  l‑Palestinjani jeħtieġu jagħmlu l‑għażla strateġika tal‑paċi sabiex il‑ġenerazzjonijiet futuri tagħhom ikunu jistgħu jgħixu ħajja 'l bogħod mill‑konf litti tal‑passat u jgawdu l‑istabbiltà, is‑sigurtà u l‑prosperità li attwalment qegħdin jiġu miċħuda.

Page 51: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

49

I. IĊ‑ĊIKLU ISTITUZZJONALI LI JMISS1. Fid‑dawl tal‑konsultazzjonijiet li twettqu mill‑President

tal‑Kunsill Ewropew, il‑Kunsill Ewropew, f ’konformità mat‑Trattati, illum adotta d‑deċiżjonijiet li ġejjin:

2. Il‑Kunsill Ewropew eleġġa lis‑Sur Donald Tusk bħala President tal‑Kunsill Ewropew għall‑perijodu mill‑1 ta' Diċembru 2014 sal‑31 ta’ Mejju 2017 1. Huwa talab lis‑Segretarju Ġenerali tal‑Kunsill biex jassisti lill‑President elett tal‑Kunsill Ewropew matul il‑perijodu ta’ tranżizzjoni.

3. Il‑Kunsill Ewropew ħatar, bil‑qbil tal‑President elett tal‑Kummissjoni, lis‑Sinjura Federica Mogherini bħala Rappreżentant Għoli tal‑Unjoni għall‑Affarijiet Barranin u l‑Politika ta’ Sigurtà għall‑perijodu mit‑tmiem tal‑mandat attwali tal‑Kummissjoni sal‑31 ta’ Ottubru 2019 2.

4. Il‑Kunsill Ewropew stieden lill‑Kunsill biex jadotta mingħajr dewmien, bi qbil komuni mal‑President elett tal‑Kummissjoni, il‑lista ta’ persuni oħra li huwa ser jipproponi li jinħatru bħala membri tal‑Kummissjoni.

5. Il‑Kummissjoni l‑ġdida ser tinħatar mill‑Kunsill Ewropew wara vot ta’ kunsens mill‑Parlament Ewropew dwar il‑President, ir‑Rappreżentant  Għoli tal‑Unjoni għall‑Affarijiet Barranin u l‑Politika ta’ Sigurtà u l‑membri l‑oħra tal‑Kummissjoni bħala korp.

6. Il‑Kunsill Ewropew laqa’ d‑deċiżjoni tal‑Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal‑Partijiet Kontraenti għat‑Trattat dwar l‑Istabbiltà, il‑Koordinazzjoni u l‑Governanza f l‑Unjoni Ekonomika u Monetarja li l‑munita tagħhom hija l‑euro li taħtar lis‑Sur Donald Tusk bħala President tas‑Summit taż‑Żona tal‑Euro għall‑perijodu mill‑1 ta’ Diċembru 2014 sal‑31 ta’ Mejju 2017 3.

II. KWISTJONIJIET EKONOMIĊI7. Minkejja titjib sinifikanti fil‑kondizzjonijiet tas‑suq

finanzjarju u  f l‑isforzi strutturali li saru mill‑Istati Membri, is‑sitwazzjoni ekonomika u  tal‑impjiegi f l‑Ewropa tqajjem tħassib sinifikanti. F'dawn l‑aħħar ġimgħat id‑data ekonomika kkonfermat li l‑irkupru, partikolarment fiż‑żona tal‑euro, huwa dgħajjef, li l‑inf lazzjoni hija eċċezzjonalment baxxa u  li l‑qgħad huwa inaċċettabbilment għoli. F'dan il‑kuntest, il‑Kunsill

1 Deċiżjoni tal‑Kunsill Ewropew li teleġġi lill‑President tal‑Kunsill Ewropew (EUCO 144/14)

2 Deċiżjoni tal‑Kunsill Ewropew li taħtar ir‑Rappreżentant Għoli tal‑Unjoni għall‑Affarijiet Barranin u  l‑Politika ta’ Sigurtà (EUCO 146/14)

3 Deċiżjoni tal‑Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal‑Partijiet Kontraenti għat‑Trattat dwar l‑Istabbiltà, il‑Koordinazzjoni u l‑Governanza f l‑Unjoni Ekonomika u Monetarja li l‑munita tagħhom hija l‑euro li taħtar il‑President tas‑Summit taż‑Żona tal‑Euro (dok. 11949/14)

Ewropew ifakkar fil‑konklużjonijiet tiegħu tas‑27 ta' Ġunju 2014 dwar is‑Semestru Ewropew kif ukoll fil‑ftehim tiegħu dwar Aġenda Strateġika b'fokus qawwi fuq l‑impjiegi, it‑tkabbir u l‑kompetittività. Il‑Kunsill Ewropew jappella għal progress rapidu f l‑implimentazzjoni ta' dawn l‑orjentazzjonijiet. Għal dan il‑għan, huwa jitlob lill‑Kunsill biex jivvaluta s‑sitwazzjoni soċjoekonomika u biex jibda jaħdem bla dewmien fuq dawn il‑kwistjonijiet. Il‑Kunsill Ewropew jilqa' wkoll l‑intenzjoni tal‑gvern Taljan li jorganizza konferenza f 'Ottubru fil‑livell tal‑Kapijiet ta' Stat u jew Gvern dwar l‑impjieg, speċjalment l‑impjieg taż‑żgħażagħ, b'segwitu għal dawk li saru f 'Berlin u Pariġi. Fil‑ħarifa, il‑Kunsill Ewropew ser jindirizza wkoll is‑sitwazzjoni ekonomika u ser jitlaqqa' Summit taż‑Żona tal‑euro minħabba f 'hekk.

III. RELAZZJONIJIET ESTERNI

UKR AINA8. Filwaqt li jfakkar fid‑dikjarazzjonijiet tal‑Kapijiet ta’ Stat jew

ta’ Gvern dwar l‑Ukraina tas‑6 ta’ Marzu u tas‑27 ta’ Mejju u fil‑konklużjonijiet tiegħu tal‑21 ta’ Marzu, is‑27 ta’ Ġunju u s‑16 ta’ Lulju, il‑Kunsill Ewropew jibqa' estremament imħasseb bil‑ġlied li għaddej u li qed isir dejjem aktar intens fil‑Lvant tal‑Ukraina u jkompli jikkundanna bil‑qawwa l‑annessjoni illegali tal‑Krimea. Huwa jikkundanna l‑inf lussi dejjem akbar ta’ ġellieda u armi mit‑territorju tal‑Federazzjoni Russa lejn il‑Lvant tal‑Ukraina kif ukoll l‑aggressjoni mill‑forzi armati Russi fuq l‑art tal‑Ukraina. Huwa jappella lill‑Federazzjoni Russa biex tirtira minnufih l‑assi u l‑forzi militari kollha tagħha mill‑Ukraina. L‑Unjoni Ewropea ttenni l‑ħtieġa urġenti għal soluzzjoni politika sostenibbli bbażata fuq ir‑rispett tas‑sovranità, l‑integrità territorjali, l‑għaqda u l‑indipendenza tal‑Ukraina.

9. Il‑Kunsill Ewropew jissottolinja l‑importanza tal‑implimentazzjoni tal‑pjan ta' paċi tal‑President Poroshenko mingħajr dewmien. L‑ewwel pass għandu jikkonsisti mill‑waqfien mill‑ġlied bi qbil reċiproku u vijabbli, l‑istabbiliment mill‑ġdid ta’ kontroll mill‑Ukraina fuq il‑fruntiera tagħha, u  l‑waqfien immedjat tal‑f lussi ta’ armi, materjal u persunal militari mill‑Federazzjoni Russa lejn l‑Ukraina, kif ukoll ir‑rilaxx urġenti tal‑ostaġġi kollha miżmuma mill‑gruppi armati illegalment kif ukoll tal‑priġunieri miżmuma fil‑Federazzjoni Russa. Barra minn hekk, il‑Kunsill Ewropew itenni l‑appell tiegħu għall‑aċċess immedjat, sikur u mingħajr restrizzjonijiet fuq is‑sit tat‑tiġrif ta' MH17 bħala parti mill‑waqfien mill‑ġlied. Il‑Kunsill Ewropew jesprimi għal darb'oħra l‑appoġġ tiegħu għall‑isforzi prezzjużi tal‑Organizzazzjoni għas‑Sigurtà u l‑Kooperazzjoni f l‑Ewropa.

LAQGĦA SPEĊJALI TAL‑KUNSILL EWROPEW — 30 TA' AWWISSU 2014

Konklużjonijiet

Page 52: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

50

10. Il‑Kunsill Ewropew jilqa' d‑diskussjonijiet trilaterali mnedija bejn l‑Unjoni Ewropea, l‑Ukraina u l‑Federazzjoni Russa dwar kwistjonijiet prattiċi fir‑rigward tal‑implimentazzjoni tal‑Ftehim ta' Assoċjazzjoni/DCFTA u d‑diskussjonijiet dwar l‑enerġija. Il‑Kunsill Ewropew jappella lill‑partijiet kollha biex iżommu l‑momentum biex jintlaħqu riżultati tanġibbli fil‑limitu ta' żmien maqbul. Il‑Kunsill Ewropew jappella wkoll lill‑partijiet kollha biex jappoġġaw u jiffaċilitaw it‑trasport stabbli u sigur tas‑sorsi tal‑enerġija, b'mod partikolari l‑gass.

11. Il‑Kunsill jappella lill‑partijiet kollha biex jappoġġaw u  jiffaċilitaw mingħajr dewmien il‑ħidma tal‑organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali, f ’konformità mad‑dritt u  l‑prinċipji umanitarji internazzjonali. L‑impatt umanitarju tal‑konf litt fuq il‑popolazzjoni ċivili m’għandux jiġi sfruttat għal finijiet politiċi jew militari. Il‑Kunsill Ewropew jappella lill‑kontribwenti kollha, inkluża l‑Federazzjoni Russa, biex jappoġġaw l‑isforz ta’ għajnuna internazzjonali mmexxi min‑Nazzjonijiet Uniti, b’rikonoxximent sħiħ tar‑rwol tal‑Gvern tal‑Ukraina bħala l‑ewwel tweġiba.

12. Il‑Kunsill Ewropew jibqa’ involut fil‑monitoraġġ u l‑valutazzjoni tal‑miżuri restrittivi adottati mill‑Unjoni Ewropea u  jinsab lest jieħu passi ulterjuri sinifikanti, fid‑dawl tal‑iżvilupp tas‑sitwazzjoni fuq il‑post. Huwa jitlob lill‑Kummissjoni biex tibda b'urġenza ħidma preparatorja, b'mod konġunt mas‑SEAE, u biex fi żmien ġimgħa tippreżenta proposti għall‑kunsiderazzjoni. Huwa jitlob lill‑Kummissjoni biex tinkludi fil‑proposti tagħha dispożizzjoni li abbażi tagħha kull persuna u istituzzjoni li tittratta mal‑gruppi separatisti fid‑Donbass tkun elenkata.

13. Il‑Kunsill Ewropew jilqa’ l‑miżuri eċċezzjonali li ttieħdu mill‑Kummissjoni biex jiġu stabbilizzati s‑swieq agrikoli u alimentari tal‑UE biex jittaffew l‑effetti tar‑restrizzjonijiet Russi fuq l‑importazzjoni ta’ ċerti prodotti agrikoli tal‑UE. Huwa jistieden lill‑Kummissjoni biex tagħmel monitoraġġ tas‑sitwazzjoni u biex tikkunsidra li tadotta miżuri ulterjuri, kif adatt.

IR AQ /SIRJA14. Il‑Kunsill Ewropew huwa estremament diżappuntat

bid‑deterjorament tas‑sitwazzjoni ta’ sigurtà u umanitarja f l‑Iraq u  fis‑Sirja bħala riżultat tal‑okkupazzjoni ta’ partijiet mit‑territorju tagħhom mill‑”Istat Iżlamiku f l‑Iraq u  l‑Levante (ISIL)”. Il‑Kunsill Ewropew huwa xxukkjat u jikkundanna bil‑qawwa l‑qtil indiskriminat u  l‑ksur tad‑drittijiet tal‑bniedem imwettqa minn din l‑organizzazzjoni u organizzazzjonijiet terroristiċi oħra, b’mod partikolari kontra l‑Kristjani u minoranzi reliġjużi u etniċi oħra li għandhom jagħmlu parti minn Iraq ġdid u  demokratiku u  l‑gruppi l‑iktar vulnerabbli. Dawk responsabbli għal dawn ir‑reati ser jinżammu responsabbli. Il‑Kunsill Ewropew jissottolinja l‑importanza ta’ azzjoni koordinata mill‑pajjiżi tar‑reġjun biex jirribattu dan it‑theddid. Huwa jħeġġeġ lill‑mexxejja kollha f l‑Iraq biex jiffurmaw gvern verament inklużiv bħala l‑ewwel

rispons politiku għall‑kriżi attwali, u jinsab lest li jappoġġa lill‑Gvern tal‑Iraq fit‑twettiq tar‑riformi neċessarji.

15. L‑instabbiltà fis‑Sirja, kawża tal‑gwerra brutali tar‑reġim ta’ Assad kontra l‑poplu tiegħu stess, ippermettiet li jiffjorixxi l‑ISIL. Soluzzjoni dejjiema tirrikjedi b’urġenza tranżizzjoni politika fis‑Sirja.

16. Il‑Kunsill Ewropew jappella lill‑partijiet kollha fil‑konf litt fis‑Sirja biex jirrispettaw il‑mandat tal‑Forza tan‑Nazzjonijiet Uniti Inkarigata mill‑Osservanza tad‑Diżimpenn u  biex jiżguraw is‑sigurtà u  l‑libertà tal‑moviment tat‑truppi tan‑NU, inkluż dawk mill‑Istati Membri tal‑UE, u  jikkundanna l‑attakki reċenti fuq il‑Forza u d‑detenzjoni ta’ wħud mill‑membri tagħha.

17. Il‑Kunsill Ewropew jemmen li l‑ħolqien ta’ Kalifat Islamiku f l‑Iraq u fis‑Sirja u l‑esportazzjoni tat‑terroriżmu Islamiku‑estremist li fuqu huwa bbażat, hu ta’ theddida diretta għas‑sigurtà tal‑pajjiżi Ewropej. L‑Unjoni Ewropea hija determinata li tikkontribwixxi fil‑ġlieda kontra t‑theddida kkawżata mill‑ISIL u minn gruppi terroristiċi oħra f l‑Iraq u s‑Sirja, kif mitlub mir‑Riżoluzzjoni 2170 tal‑Kunsill tas‑Sigurtà tan‑Nazzjonijiet Uniti. F’dan il‑kuntest, il‑Kunsill Ewropew jilqa’ l‑isforzi li saru mill‑Istati Uniti u  msieħba oħra u  l‑inizjattiva li tiġi organizzata konferenza internazzjonali dwar is‑sigurtà f l‑Iraq. Huwa jappoġġa d‑deċiżjoni mill‑Istati Membri individwali li jipprovdu materjal militari lill‑Iraq, inkluż lill‑awtoritajiet reġjonali Kurdi. Hija titlob lill‑Kunsill biex iqis użu aktar effettiv tal‑miżuri restrittivi eżistenti, b’mod partikolari sabiex iċaħħdu lill‑ISIL mill‑benefiċċji ta’ bejgħ illeċitu ta’ żejt jew bejgħ ta’ riżorsi oħra fis‑swieq internazzjonali. Hija għadha impenjata wkoll li tipprovdi assistenza umanitarja lill‑popolazzjonijiet milquta.

***18. Il‑Kunsill Ewropew jemmen bil‑qawwa li hija meħtieġa

azzjoni determinata biex jitwaqqaf il‑f luss ta’ ġellieda barranin. Huwa jappella għall‑implimentazzjoni rapida tal‑pakkett ta’ miżuri tal‑UE b’appoġġ għall‑isforzi tal‑Istati Membri, kif maqbul mill‑Kunsill sa minn Ġunju 2013, b’mod partikolari biex jimpedixxu r‑radikalizzazzjoni u  l‑estremiżmu, jikkondividu l‑informazzjoni b’mod aktar effettiv ‑ inkluż ma’ pajjiżi terzi rilevanti, jiddisswadu, jidentifikaw u  jisfrattaw l‑ivvjaġġar suspettuż u jinvestigaw u jipproċedu kontra l‑ġellieda barranin. F’dan il‑kuntest, il‑Kunsill Ewropew jappella lill‑Kunsill u  lill‑Parlament Ewropew sabiex jiffinalizzaw il‑ħidma fuq il‑proposta tal‑UE għal Reġistru tal‑Ismijiet tal‑Passiġġieri qabel tmiem is‑sena.

Il‑Kunsill Ewropew jissottolinja wkoll il‑ħtieġa għal kooperazzjoni mill‑qrib ma’ pajjiżi terzi biex jiżviluppaw approċċ koerenti, inkluż it‑tisħiħ tas‑sigurtà fuq il‑fruntieri u tal‑avjazzjoni u l‑kapaċità kontra t‑terroriżmu fir‑reġjun.

Il‑Kunsill Ewropew jitlob lill‑Kunsill biex jirrevedi l‑effikaċja tal‑miżuri u biex jipproponi azzjoni addizzjonali, kif ikun meħtieġ. Il‑Kunsill Ewropew ser jirrieżamina din il‑kwistjoni fil‑laqgħa tiegħu f ’Diċembru.

Page 53: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

51

GAŻA19. Il‑Kunsill Ewropew jilqa’ l‑ftehim għall‑waqfien mill‑ġlied

milħuq taħt l‑awspiċi tal‑awtoritajiet Eġizzjani. Huwa jħeġġeġ liż‑żewġ Partijiet biex josservawh bis‑sħiħ u biex ikomplu bin‑negozjati li jwasslu għal titjib fundamentali tal‑kondizzjonijiet tal‑għajxien tal‑poplu Palestinjan f l‑Istrixxa ta’ Gaża permezz tat‑tneħħija tar‑reġim tal‑għeluq ta’ Gaża, u biex itemmu t‑theddida għall‑Iżrael min‑naħa tal‑Ħamas u  gruppi militanti oħra f ’Gaża. Dan għandu jiġi appoġġat minn monitoraġġ u verifika internazzjonali biex tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa ta’ ftehim komprensiv. Il‑gruppi terroristiċi kollha f ’Gaża għandhom iċedu l‑armi.

Għalhekk huwa urġenti li l‑gvern kunsenswali Palestinjan jeżerċita r‑responsabbiltajiet kollha tiegħu kemm fix‑Xatt tal‑Punent kif ukoll f l‑Istrixxa ta’ Gaża inkluż fil‑qasam tas‑sigurtà u tal‑amministrazzjoni ċivili.

Il‑Kunsill Ewropew għadu mħasseb ħafna dwar is‑sitwazzjoni umanitarja diżastruża f l‑Istrixxa ta’ Gaża. Hu jappella għal aċċess umanitarju immedjat u mingħajr xkiel f ’konformità mal‑liġi internazzjonali.

20. Il‑Kunsill Ewropew itenni li l‑Unjoni Ewropea tinsab lesta li tikkontribwixxi għal soluzzjoni komprensiva u  sostenibbli li ssaħħaħ is‑sigurtà, il‑benesseri u l‑prosperità tal‑Palestinjani u l‑Iżraeljani bl‑istess mod.

21. Ftehim finali bbażat fuq is‑soluzzjoni ta’ żewġ Stati biss iġib paċi u stabbiltà dejjiema. Il‑Kunsill Ewropew għalhekk jinkoraġġixxi liż‑żewġ partijiet biex jerġgħu jimpenjaw ruħhom f ’negozjati għal dan il‑għan. L‑Istrixxa ta’ Gaża għandha tkun parti minn Stat Palestinjan futur.

LIBJA22. Il‑Kunsill Ewropew jikkundanna bil‑qawwa ż‑żieda

fil‑ġlied fil‑Libja, speċjalment attakki kontra żoni residenzjali, istituzzjonijiet pubbliċi, faċilitajiet u infrastruttura kritika.

23. Huwa jappella lill‑partijiet kollha fil‑Libja biex jaċċettaw waqfien mill‑ġlied immedjat, biex tintemm it‑tbatija tal‑poplu, u biex jimpenjaw ruħhom b’mod kostruttiv fi

djalogu politiku inklużiv. F’dan ir‑rigward, huwa jappoġġa bis‑sħiħ l‑isforzi tal‑missjoni tan‑NU fil‑Libja.

24. Il‑Kunsill Ewropew jinkoraġġixxi wkoll lill‑pajjiżi ġirien u l‑pajjiżi tar‑reġjun biex jappoġġaw waqfien immedjat tal‑ostilitajiet u  biex joqogħdu lura minn azzjonijiet li jistgħu jiggravaw id‑diviżjonijiet attwali u  jdgħajfu t‑tranżizzjoni demokratika tal‑Libja.

25. Il‑Kunsill Ewropew jappella lill‑gvern interim u l‑Kamra tar‑Rappreżentanti tal‑Libja biex jistabbilixxu b’mod urġenti gvern tassew inklużiv li jkun kapaċi jindirizza l‑ħtiġijiet tal‑poplu Libjan. Huwa jinkoraġġixxi lill‑Assemblea għall‑Abbozzar tal‑Kostituzzjoni biex bħala kwistjoni ta’ urġenza tkompli l‑ħidma tagħha fuq test kostituzzjonali li għandu jistabbilixxi u  jipproteġi d‑drittijiet tal‑Libjani kollha.

EBOLA26. Il‑Kunsill Ewropew jesprimi tħassib dwar il‑kriżi

kkawżata mill‑virus tal‑Ebola f l‑Afrika, u  jenfasizza l‑importanza li l‑komunità internazzjonali kollha tagħti appoġġ koordinat sostanzjali lill‑pajjiżi tar‑reġjun, lill‑NGOs u  lill‑Organizzazzjoni Dinjija tas‑Saħħa (WHO) biex jgħinhom jittrattaw il‑marda bl‑aktar mod rapidu u  effiċjenti possibbli. F’dan ir‑rigward il‑Kunsill Ewropew jilqa’ l‑fondi addizzjonali pprovduti mill‑Unjoni Ewropea u l‑Istati Membri tagħha u l‑isforzi tagħhom li jipprovdu aktar riżorsi finanzjarji u umani biex tintlaħaq b’mod partikolari d‑domanda akbar għal esperti fuq il‑post. Il‑Kunsill Ewropew irodd ħajr lill‑isforzi tal‑ħaddiema umanitarji u dawk fil‑qasam tas‑saħħa li jinsabu fuq il‑front. Huwa jħeġġeġ lill‑pajjiżi kollha biex isegwu l‑linji gwida tal‑WHO u jippermettu, anke jekk ikunu kkontrollati, konnessjonijiet tal‑ajru mill‑pajjiżi kkonċernati u lejnhom sabiex jippermettu li l‑isforzi ta’ appoġġ ikunu effettivi u  sabiex l‑ekonomiji tagħhom ikomplu jiffunzjonaw. Il‑Kunsill Ewropew jappella għal aktar koordinazzjoni fil‑livell tal‑UE tal‑assistenza pprovduta mill‑Istati Membri tal‑UE u jistieden lill‑Kunsill jadotta qafas ta’ reazzjoni komprensiva tal‑UE biex jindirizza dan il‑kriżi.

Page 54: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

52

I. QAFAS TA’ POLITIKA GĦALL‑KLIMA U L‑ENERĠIJA GĦALL‑2030

1. Sar progress sostanzjali lejn il‑kisba tal‑miri tal‑UE għat‑tnaqqis tal‑emissjonijiet ta’ gassijiet serra, l‑enerġija rinnovabbli u  l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija, li jeħtieġ li jintlaħqu kompletament sal‑2020. Abbażi tal‑prinċipji identifikati fil‑konklużjonijiet tal‑Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2014, illum, il‑Kunsill Ewropew qabel dwar il‑Qafas ta’ politika għall‑klima u l‑enerġija għall‑2030 għall‑Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, l‑UE ser tippreżenta l‑kontribut tagħha sa mhux aktar tard mill‑ewwel tliet xhur tal‑2015, skont l‑iskeda ta’ żmien miftiehma mill‑UNFCCC f ’Varsavja għall‑konklużjoni ta’ ftehim globali dwar il‑klima. Il‑Kunsill Ewropew jistieden lill‑pajjiżi kollha biex iressqu miri u  politiki ambizzjużi, ferm qabel il‑21 Konferenza tal‑Partijiet f ’Pariġi. Huwa ser jerġa’ lura għal din il‑kwistjoni wara l‑Konferenza ta’ Pariġi. Il‑Kunsill Ewropew ser iżomm l‑elementi kollha tal‑qafas taħt reviżjoni u ser ikompli jagħti orjentazzjonijiet strateġiċi kif xieraq, b’mod partikolari fir‑rigward tal‑kunsens dwar l‑ETS, is‑setturi li ma jaqgħux taħt l‑ETS, l‑interkonnessjonijiet u  l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija. Il‑Kummissjoni ser ikompli jkollha djalogu regolari mal‑partijiet ikkonċernati.

Mira għat‑tnaqqis tal‑emissjonijiet tal‑gassijiet b’effett ta’ serra2 Il‑Kunsill Ewropew approva mira vinkolanti tal‑UE ta’

tnaqqis domestiku ta’ mill‑inqas 40% f l‑emissjonijiet tal‑gassijiet b’effett ta’ serra sal‑2030 meta mqabbla mal‑1990. Għal dan il‑għan: 22.1 il‑mira ser tintlaħaq b’mod kollettiv mill‑UE bl‑aktar

mod kosteffettiv possibbli, bit‑tnaqqis fis‑setturi li jaqgħu taħt l‑ETS u s‑setturi li ma jaqgħux taħt l‑ETS li jammonta għal 43% u 30% sal‑2030 meta mqabbla mal‑2005, rispettivament;

2.2 l‑Istati Membri kollha ser jipparteċipaw f ’dan l‑isforz, filwaqt li jżommu bilanċ bejn ġustizzja u solidarjetà;

ETS tal‑UE2.3 Sistema riformata għall‑Iskambju ta’ Kwoti

tal‑Emissjonijiet (ETS) li tiffunzjona sew bi strument għall‑istabbiltà tas‑suq f ’konformità mal‑proposta tal‑Kummissjoni ser tkun l‑istrument ewlieni Ewropew biex tintlaħaq din il‑mira; il‑fattur annwali biex jitnaqqas il‑limitu massimu ta’ emissjonijiet massimi permessi ser jinbidel minn 1.74% għal 2.2% mill‑2021 ‘il quddiem;

2.4 l‑allokazzjoni bla ħlas mhux ser tiskadi; il‑miżuri eżistenti ser ikomplu wara l‑2020 biex jiġi evitat ir‑riskju tar‑rilokazzjoni tal‑emissjonijiet tal‑karbonju minħabba l‑politika dwar il‑klima, sakemm ma jsirux sforzi komparabbli f ’ekonomiji kbar oħra, bl‑objettiv

li jiġu pprovduti livelli adatti ta’ appoġġ għal setturi f ’riskju li jitilfu l‑kompetittività internazzjonali. Il‑valur referenzjarju għall‑allokazzjonijiet bla ħlas ser jiġu perjodikament riveduti f ’konformità mal‑progress teknoloġiku fis‑setturi rispettivi tal‑industrija. Ser jittieħed kont kemm tal‑ispejjeż diretti kif ukoll indiretti tal‑karbonju, f ’konformità mar‑regoli tal‑UE dwar l‑għajnuna mill‑Istat sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. Sabiex tinżamm il‑kompetittività internazzjonali, l‑iktar installazzjonijiet effiċjenti f ’dawn is‑setturi m’għandhomx jiffaċċjaw spejjeż mhux dovuti tal‑karbonju li jwasslu għar‑rilokazzjoni tal‑emissjonijiet tal‑karbonju. L‑allokazzjonijiet futuri ser jiżguraw allinjament aħjar mal‑livelli ta’ produzzjoni li qed jinbidlu f ’setturi differenti. Fl‑istess ħin, l‑inċentivi favur l‑innovazzjoni tal‑industrija ser jinżammu kompletament u  l‑kumplessità amministrattiva mhux ser tiżdied. Il‑kwistjoni li jiġu żgurati prezzijiet li jintlaħqu tal‑enerġija u jiġu evitati gwadanji mhux previsti ser tiġi kkunsidrata;

2.5 f ’dan il‑kuntest, Stati Membri bi PDG per capita taħt is‑60% tal‑medja tal‑UE jistgħu jagħżlu li jkomplu jagħtu kwoti bla ħlas lis‑settur tal‑enerġija sal‑2030. L‑ammont massimu mogħti bla ħlas wara l‑2020 m’għandux ikun aktar minn 40% tal‑kwoti allokati taħt il‑punt 2.9 għall‑irkantar lill‑Istati Membri li jagħmlu użu minn din l‑għażla. Il‑modalitajiet attwali, inkluża t‑trasparenza, għandhom jittejbu biex jiġi żgurat li l‑fondi jintużaw biex jiġu promossi investimenti reali li jimmodernizzaw is‑settur tal‑enerġija, filwaqt li jiġu evitati distorsjonijiet fis‑suq intern tal‑enerġija;

2.6 il‑faċilità NER300 eżistenti ser tiġġedded, inkluż għall‑qbid u l‑ħżin tad‑diossidu tal‑karbonju u s‑sorsi tal‑enerġija rinnovabbli, bl‑estensjoni tal‑kamp ta’ applikazzjoni tagħha għall‑innovazzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal‑karbonju fis‑setturi industrijali u d‑dotazzjoni inizjali ser tiżdied għal 400 miljun kwota (NER400). Ser ikunu eliġibbli proġetti ta’ investiment f l‑Istati Membri kollha, inklużi proġetti fuq skala żgħira;

2.7 riżerva ġdida ta’ 12 % ta’ kwoti tal‑ETS tal‑UE ser titwarrab biex tindirizza ħtiġijiet addizzjonali ta’ investiment partikolarment għoljin fi Stati Membri bi dħul baxx (PDG per capita4 inqas minn 60% tal‑medja tal‑UE). Din ser ikollha l‑karatteristiċi li ġejjin:

4 Ir‑referenzi kollha fir‑rigward tal‑PDG f l‑2013 f ’EUR bil‑prezzijiet tas‑suq.

KUNSILL EWROPEW — 23–24 TA’ OTTUBRU 2014

Konklużjonijiet

Page 55: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

53

— ir‑rikavat mir‑riżerva ser jintuża biex tittejjeb l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija u  biex jiġu modernizzati s‑sistemi tal‑enerġija ta’ dawn l‑Istati Membri, sabiex jipprovdu liċ‑ċittadini tagħhom b’enerġija aktar nadifa, sigura u  bi prezz li jista’ jintlaħaq;

— l‑użu tal‑fondi ser ikun kompletament trasparenti;

— kwoti mir‑riżerva ser jiġu rkantati skont l‑istess prinċipji u modalitajiet bħal kwoti oħra;

— ir‑riżerva ser isservi biex jiġi stabbilit fond li ser jiġi amministrat mill‑Istati Membri benefiċjarji, bl‑involviment tal‑BEI f l‑għażla tal‑proġetti. Ser jiġu żgurati arranġamenti ssimplifikati għal proġetti fuq skala żgħira. Sal‑31 ta’ Diċembru 2030 id‑distribuzzjoni tal‑fondi ser tkun ibbażata fuq it‑taħlita ta’ sehem ta’ 50% ta’ emissjonijiet verifikati u ta’ sehem ta’ 50% tal‑kriterji tal‑PDG, iżda il‑bażi li fuqha jintgħażlu l‑proġetti ser tiġi riveduta sa tmiem l‑2024;

2.8 għall‑finijiet ta’ solidarjetà, tkabbir u interkonnessjonijiet, 10% tal‑kwoti tal‑ETS tal‑UE li jridu jiġu rkantati mill‑Istati Membri ser jitqassmu fost dawk il‑pajjiżi li l‑PDG per capita tagħhom ma qabiżx 90% tal‑medja tal‑UE (f l‑2013);

2.9 il‑bqija tal‑kwoti ser jitqassmu fost l‑Istati Membri kollha abbażi ta’ emissjonijiet verifikati, mingħajr ma jitnaqqas is‑sehem tal‑kwoti li għandu jiġi rkantat;

Setturi li ma jaqgħux taħt l‑ETS2.10 il‑metodoloġija biex jiġu stabbiliti l‑miri nazzjonali

għat‑tnaqqis tal‑emissjonijiet għas‑setturi li ma jaqgħux taħt l‑ETS, bl‑elementi kollha kif applikati fid‑Deċiżjoni dwar il‑Kondiviżjoni tal‑Isforzi għall‑2020, ser tkompli sal‑2030, bi sforzi li jitqassmu abbażi ta’ PDG per capita relattiv. L‑Istati Membri kollha ser jikkontribwixxu għat‑tnaqqis globali f l‑emissjonijiet tal‑UE f l‑2030 b’miri li jvarjaw bejn 0% u ‑40% meta mqabbla mal‑2005;

2.11 il‑miri għall‑Istati Membri bi PDG per capita ogħla mill‑medja tal‑UE ser ikunu aġġustati b’mod relattiv biex jirrif lettu l‑kosteffettività b’mod ġust u bbilanċjat;

2.12 id‑disponibbiltà u l‑użu ta’ strumenti ta’ f lessibbiltà eżistenti fi ħdan is‑setturi li ma jaqgħux taħt l‑ETS ser jittejbu b’mod sinifikanti sabiex tiġi żgurata l‑kosteffettività tal‑isforz kollettiv tal‑UE u  l‑konverġenza tal‑emissjonijiet per capita sal‑2030. Flessibbiltà ġdida biex jintlaħqu l‑miri ‑ għall‑Istati Membri b’miri nazzjonali għat‑tnaqqis tal‑emissjonijiet li huma ogħla b’mod sinifikanti kemm mill‑medja tal‑UE kif ukoll mill‑potenzjal tagħhom ta’ tnaqqis kosteffettiv kif ukoll għal Stati Membri li ma kellhomx allokazzjoni bla ħlas għal installazzjonijiet industrijali f l‑2013 ‑ ser tiġi stabbilita permezz ta’ tnaqqis limitat u  ta’ darba

fil‑kwoti tal‑ETS, li ser jiġi deċiż qabel l‑2020, filwaqt li tinżamm il‑prevedibbiltà u l‑integrità ambjentali;

2.13 huwa importanti li jitnaqqsu l‑emissjonijiet tal‑gassijiet b’effett ta’ serra u  r‑riskji relatati mad‑dipendenza fuq il‑karburanti fossili fis‑settur tat‑trasport. Għaldaqstant, il‑Kunsill Ewropew jistieden lill‑Kummissjoni sabiex tkompli teżamina strumenti u  miżuri għal approċċ komprensiv u  teknoloġikament newtrali għall‑promozzjoni tat‑tnaqqis tal‑emissjonijiet u  l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija fit‑trasport, għal trasport elettriku u għal sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fit‑trasport ukoll wara l‑2020. Il‑Kunsill Ewropew jappella għal adozzjoni rapida tad‑Direttiva li tistabbilixxi metodi ta’ kalkolu u rekwiżiti ta’ rappurtar skont id‑Direttiva 98/70/KE tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill dwar il‑kwalità tal‑karburanti tal‑petrol u tad‑diżil. Huwa jfakkar ukoll li skont il‑leġislazzjoni eżistenti, Stat Membru jista’ jagħżel li jinkludi s‑settur tat‑trasport fil‑qafas tal‑ETS;

2.14 l‑objettivi multipli tas‑settur agrikolu u tal‑użu tal‑art, bil‑potenzjal aktar baxx tagħhom ta’ mitigazzjoni, għandhom jiġu rikonoxxuti, kif ukoll il‑ħtieġa li tkun żgurata l‑koerenza bejn l‑objettivi tal‑UE marbutin mas‑sigurtà alimentari u t‑tibdil fil‑klima. Il‑Kunsill Ewropew jistieden lill‑Kummissjoni teżamina l‑aħjar mezzi li jippromwovu l‑intensifikazzjoni sostenibbli tal‑produzzjoni tal‑ikel, filwaqt li jitjieb kemm jista’ jkun il‑kontribut tas‑settur għall‑mitigazzjoni u s‑sekwestru tal‑emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, inkluż permezz tal‑afforestazzjoni. Hekk kif jippermettu l‑kondizzjonijiet tekniċi u fi kwalunkwe każ qabel l‑2020, ser tiġi stabbilita politika dwar l‑inklużjoni tal‑Użu tal‑Art, it‑Tibdil f l‑Użu tal‑Art u  l‑Forestrija fil‑qafas għall‑mitigazzjoni tal‑emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra għall‑2030.

Sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija3. Ġiet stabbilita mira tal‑UE ta’ mill‑inqas 27% għas‑sehem

tal‑enerġija rinnovabbli kkunsmata f l‑UE f l‑2030. Din il‑mira ser tkun vinkolanti fil‑livell tal‑UE. Din ser tintlaħaq permezz ta’ kontributi tal‑Istati Membri mmexxija mill‑ħtieġa li kollha f limkien jilħqu l‑mira tal‑UE mingħajr ma l‑Istati Membri jinżammu milli jistabbilixxu u jappoġġaw miri nazzjonali aktar ambizzjużi għalihom stess, f ’konformità mal‑linji gwida dwar l‑għajnuna mill‑Istat, kif ukoll b’kont meħud tal‑grad ta’ integrazzjoni tagħhom fis‑suq intern tal‑enerġija. L‑integrazzjoni ta’ livelli li qed jiżdiedu ta’ enerġija rinnovabbli intermittenti teħtieġ suq intern tal‑enerġija aktar interkonness u  sostenn xieraq, li għandu jiġu kkoordinat kif meħtieġ fil‑livell reġjonali.

Ġiet stabbilita mira indikattiva ta’ mill‑inqas 27% fil‑livell tal‑UE għat‑titjib tal‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija f l‑2030 meta mqabbel mal‑previżjonijiet tal‑konsum tal‑enerġija fil‑futur abbażi tal‑kriterji attwali. Din ser tinkiseb b’mod

Page 56: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

54

kosteffettiv u  ser tirrispetta b’mod sħiħ l‑effettività tas‑sistema ETS fil‑kontribut tagħha għall‑miri klimatiċi inġenerali. Din ser tiġi riveduta sal‑2020, filwaqt li jitqies il‑livell tal‑UE ta’ 30 %. Il‑Kummissjoni ser tipproponi setturi ta’ prijorità fejn jista’ jsir gwadann sinifikanti ta’ effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija, u modi biex dawn jiġu indirizzati fil‑livell tal‑UE, filwaqt li l‑UE u l‑Istati Membri ser jiffokaw l‑isforzi regolatorji u finanzjarji tagħhom fuq dawn is‑setturi.

Dawn il‑miri ser jintlaħqu b’rispett sħiħ lejn il‑libertà tal‑Istati Membri li jagħżlu t‑taħlita tal‑enerġija tagħhom. Il‑miri mhux ser jinbidlu f ’miri nazzjonali vinkolanti. L‑Istati Membri individwali huma liberi li jistabbilixxu miri nazzjonali ogħla għalihom stess.

Kisba ta’ suq intern tal‑enerġija kompletament konness u li jiffunzjona b’mod sħiħ4. Il‑Kunsill Ewropew innota l‑importanza fundamentali

ta’ suq intern tal‑enerġija kompletament konness u  li jiffunzjona b’mod sħiħ. Filwaqt li fakkar fil‑konklużjonijiet ta’ Marzu 2014 dwar it‑tlestija tiegħu, il‑Kunsill Ewropew enfasizza li għandu jiġi mobilizzat kull sforz sabiex dan l‑objettiv jintlaħaq bħala kwistjoni ta’ urġenza. Il‑prevenzjoni tal‑interkonnessjonijiet inadegwati tal‑Istati Membri man‑netwerks Ewropej tal‑gass u tal‑elettriku u  l‑iżgurar tal‑operat sinkronizzat tal‑Istati Membri fin‑Netwerks Kontinentali Ewropej kif previst f l‑Istrateġija Ewropea għas‑Sigurtà tal‑Enerġija wkoll ser jibqgħu prijorità wara l‑2020. F’dak il‑kuntest iddeċieda li:

— il‑Kummissjoni Ewropea b’appoġġ mill‑Istati Membri ser tieħu miżuri urġenti sabiex tiżgura l‑kisba ta’ mira minima ta’ 10% tal‑interkonnessjonijiet eżistenti tal‑elettriku, bħala kwistjoni ta’ urġenza, u mhux iktar tard mill‑2020 tal‑inqas għall‑Istati Membri li ma jkunux għadhom laħqu livell minimu ta’ integrazzjoni fis‑suq intern tal‑enerġija, li huma l‑Istati Baltiċi, il‑Portugall u Spanja, u għall‑Istati Membri li jikkostitwixxu l‑punt ta’ aċċess prinċipali tagħhom għas‑suq intern tal‑enerġija. Il‑Kummissjoni ser tissorvelja l‑progress u tirrapporta lill‑Kunsill Ewropew dwar is‑sorsi kollha possibbli ta’ finanzjament inkluż dwar il‑possibbiltajiet ta’ finanzjament tal‑UE sabiex ikun żgurat li tintlaħaq il‑mira ta’ 10%. Fid‑dawl ta’ dan, il‑Kunsill Ewropew jistieden lill‑Kummissjoni tagħmel proposti, inkluż dwar il‑finanzjament, fil‑limiti tal‑istrumenti rilevanti tal‑QFP, jekk xieraq. Waqt li jfakkar fil‑konklużjonijiet tal‑Kunsilli Ewropej ta’ Marzu u ta’ Ġunju, li enfasizzaw il‑ħtieġa li tkun żgurata l‑parteċipazjoni sħiħa tal‑Istati Membri kollha fis‑suq intern tal‑enerġija, il‑Kummissjoni ser tirrapporta wkoll regolarment lill‑Kunsill Ewropew bl‑għan li tintlaħaq il‑mira ta’ 15% sal‑2030, kif propost mill‑Kummissjoni. Iż‑żewġ miri ser jinkisbu permezz tal‑implimentazzjoni tal‑PCIs;

— L‑Istati Membri u  l‑Kummissjoni ser jiffaċilitaw l‑implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni

inkluż dawk identifikati f l‑Istrateġija Ewropea għas‑Sigurtà tal‑Enerġija li jikkollegaw b’mod partikolari l‑Istati Baltiċi, Spanja u  l‑Portugall mal‑bqija tas‑suq intern tal‑enerġija, u jiżguraw li dawn jingħataw l‑ogħla prijorità u  li jitlestew sal‑2020. Ser tingħata attenzjoni speċjali lill‑partijiet tas‑suq uniku l‑aktar remoti u/jew konnessi anqas tajjeb bħal Malta, Ċipru u l‑Greċja. F’dan il‑kuntest, il‑Kunsill Ewropew jilqa’, bħala l‑ewwel pass, l‑istrateġija komuni reċenti tal‑operaturi tas‑sistemi ta’ trasmissjoni għall‑iżvilupp ta’ interkonnessjonijiet għall‑Peniżola Iberika mas‑suq intern tal‑elettriku, inklużi proġetti konkreti sabiex il‑kapaċità tiżdied. Il‑Kunsill Ewropew jappella għall‑implimentazzjoni tal‑istrateġija u jinkoraġġixxi lill‑operaturi tas‑sistemi ta’ trasmissjoni u  l‑awtoritajiet regolatorji biex jinkludu l‑proġetti rilevanti fil‑pjanijiet ta’ għaxar snin li jmiss għall‑iżvilupp tan‑netwerk;

— meta l‑implimentazzjoni ta’ dawn il‑proġetti ma tkunx biżżejjed biex tintlaħaq il‑mira ta’ 10%, ser jiġu identifikati proġetti ġodda, li ser jiżdiedu bħala kwistjoni ta’ prijorità fir‑reviżjoni li jmiss tal‑lista ta’ proġetti ta’ interess komuni u dawn ser jiġu implimentati rapidament. Il‑kofinanzjament tal‑UE għandu jitpoġġa għad‑dispożizzjoni ta’ dawn il‑proġetti. Il‑Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta komunikazzjoni qabel il‑Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2015 dwar l‑aħjar linji ta’ azzjoni sabiex il‑mira msemmija hawn fuq tintlaħaq b’mod effettiv.

Sigurtà tal‑enerġija5. Filwaqt li fakkar fil‑konklużjonijiet tiegħu ta’ Ġunju 2014,

il‑Kunsill Ewropew approva aktar azzjonijiet li jnaqqsu d‑dipendenza enerġetika tal‑UE u  jżidu s‑sigurtà tal‑enerġija tagħha kemm għall‑elettriku kif ukoll għall‑gass. Il‑moderazzjoni tad‑domanda tal‑enerġija permezz ta’ effiċjenza akbar f l‑użu tal‑enerġija ser tikkontribwixxi wkoll għal dan l‑għan. Il‑Kunsill Ewropew ħa nota tar‑rapport tal‑Presidenza dwar is‑sigurtà tal‑enerġija5. Huwa laqa’ r‑Rapport tal‑Kummissjoni dwar azzjoni immedjata sabiex tiżdied il‑kapaċità tal‑UE fil‑konfront ta’ interruzzjoni maġġuri possibbli matul ix‑xitwa li ġejja. Dan ir‑rapport jagħti stampa sħiħa ta’ kemm hi robusta s‑sistema Ewropea tal‑enerġija (eżerċizzju ta’ simulazzjoni ta’ kriżi). F’dan il‑kuntest, il‑Kunsill Ewropew laqa’ l‑kontributi mill‑Istati Membri kollha, l‑atturi ewlenin fil‑qasam tal‑enerġija, kif ukoll il‑pajjiżi ġirien u s‑sħab. Il‑Kunsill Ewropew għaraf ukoll li s‑sigurtà tal‑enerġija tal‑UE tista’ tiżdied billi jsir rikors għal riżorsi indiġeni kif ukoll għal teknoloġiji sikuri u sostenibbli b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal‑karbonju.

Il‑Kunsill Ewropew qabel dwar il‑punti li ġejjin: — jiġu implimentati proġetti kritiċi ta’ interess komuni

fis‑settur tal‑gass, bħall‑Kuritur bejn it‑Tramuntana u  n‑Nofsinhar, il‑Kuritur tal‑Gass tan‑Nofsinhar

5 13788/14

Page 57: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

55

u l‑promozzjoni ta’ ċentru ġdid tal‑gass fin‑Nofsinhar tal‑Ewropa kif ukoll il‑proġetti infrastrutturali ewlenin li jsaħħu s‑sigurtà tal‑enerġija tal‑Finlandja u l‑Istati Baltiċi, biex tiġi żgurata d‑diversifikazzjoni tal‑provvista u r‑rotot tal‑enerġija biex jiġi ggarantit il‑funzjonament tas‑suq;

— jitjiebu l‑arranġamenti għal użu aħjar tal‑kapaċità ta’ rigassifikazzjoni u ħżin fis‑sistema tal‑gass sabiex jiġu indirizzati aħjar is‑sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

— il‑Kummissjoni tiġi mistiedna tintensifika l‑appoġġ tagħha sabiex tiżgura koordinazzjoni aħjar tal‑isforzi biex jitlestew il‑proġetti kritiċi ta’ interess komuni; u tiżviluppa azzjonijiet immirati bħal pariri tekniċi jew l‑istabbiliment ta’ task forces multilaterali rigward interkonnetturi speċifiċi mal‑Istati Membri rilevanti għal riżoluzzjoni rapida tal‑problemi f l‑implimentazzjoni;

— il‑proċeduri amministrattivi nazzjonali jiġu ssimplifikati f ’konformità mal‑gwida tal‑Kummissjoni, u  tiġi żviluppata aktar politika li tindirizza l‑protezzjoni tal‑infrastruttura kritika tal‑enerġija, inkluż kontra r‑riskji relatati mal‑ICT;

— bil‑għan li tiżdied is‑saħħa tan‑negozjar tal‑UE fin‑negozjati dwar l‑enerġija, isir użu sħiħ mid‑Deċiżjoni li tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni fir‑rigward tal‑ftehimiet intergovernattivi bejn l‑Istati Membri u pajjiżi terzi fil‑qasam tal‑enerġija, b’mod partikolari fir‑rigward ta’ dispożizzjonijiet standard u  l‑assistenza tal‑Kummissjoni fin‑negozjati;

— jiġi inkoraġġut li l‑Istati Membri u  l‑kumpanniji involuti jipprovdu informazzjoni rilevanti lill‑Kummissjoni u  jfittxu l‑appoġġ tagħha matul in‑negozjati, inkluż dwar il‑valutazzjoni ex‑ante tal‑kompatibbiltà tal‑ftehimiet intergovernattivi mal‑leġislazzjoni tal‑UE u  l‑prijoritajiet tagħha fil‑qasam tas‑sigurtà tal‑enerġija;

— tkompli tissaħħaħ il‑Komunità tal‑Enerġija li għandha l‑mira li tespandi l‑acquis tal‑UE dwar l‑enerġija lejn il‑pajjiżi tat‑tkabbir u tal‑viċinat, fid‑dawl tat‑tħassib dwar is‑sigurtà tal‑provvista tal‑UE;

— isir użu mill‑istrumenti tal‑politika barranija tal‑UE u tal‑Istati Membri biex jiġu ppreżentati messaġġi konsistenti relatati mas‑sigurtà tal‑enerġija, b’mod partikolari lis‑sħab strateġiċi u l‑fornituri ewlenin tal‑enerġija.

Il‑Kunsill Ewropew ser jerġa’ lura għall‑kwistjoni tas‑sigurtà tal‑enerġija f l‑2015 biex jivvaluta l‑progress.

Governanza6. Il‑Kunsill Ewropew qabel li tiġi żviluppata sistema ta’

governanza affidabbli u trasparenti mingħajr ebda piż amministrattiv mhux dovut, bħala għajnuna biex jiġi żgurat li l‑UE tilħaq il‑miri tal‑politika tal‑enerġija tagħha, bil‑f lessibbiltà meħtieġa għall‑Istati Membri u b’rispett

sħiħ lejn il‑libertà tagħhom li jagħżlu t‑taħlita tal‑enerġija tagħhom. Din is‑sistema ta’ governanza ser:6.1 tibni fuq elementi modulari eżistenti, bħal

programmi nazzjonali dwar il‑klima, il‑pjanijiet nazzjonali għall‑enerġija rinnovabbli u l‑effiċjenza f l‑użu tal‑enerġija. Il‑linji separati tal‑ippjanar u  r‑rappurtar ser jiġu ssimplifikati u  miġbura f limkien;

6.2 issaħħaħ ir‑rwol u  d‑drittijiet tal‑konsumaturi, it‑trasparenza u  l‑prevedibbiltà għall‑investituri fost l‑oħrajn permezz ta’ monitoraġġ sistematiku ta’ indikaturi ewlenin għal sistema tal‑enerġija bi prezz li jintlaħaq, sikura, kompetittiva, sigura u sostenibbli;

6.3 tiffaċilita l‑koordinazzjoni tal‑politiki nazzjonali dwar l‑enerġija u trawwem kooperazzjoni reġjonali bejn l‑Istati Membri.

Il‑Kunsill Ewropew ifakkar f l‑għan tiegħu li jibni Unjoni tal‑Enerġija bil‑għan ta’ enerġija bi prezz li jintlaħaq għal kulħadd, sigura u sostenibbli, kif ġie ddikjarat f l‑Aġenda Strateġika tiegħu, u ser iżomm l‑implimentazzjoni ta’ dan l‑għan taħt reviżjoni regolari.

II. KWISTJONIJIET EKONOMIĊI7. Is‑sitwazzjoni ekonomika u  tal‑impjiegi tibqa’ l‑ogħla

prijorità tagħna. L‑iżviluppi makroekonomiċi reċenti huma diżappuntanti b’livell baxx ta’ tkabbir tal‑PDG u  livelli persistenti għolja ħafna ta’ qgħad fil‑biċċa l‑kbira tal‑Ewropa kif ukoll inf lazzjoni eċċezzjonalment baxxa. Dan jissottolinja l‑urġenza tal‑implimentazzjoni immedjata ta’ miżuri biex tingħata spinta lill‑impjiegi, it‑tkabbir, il‑kompetittività u  ta’ dawk maħsuba biex jirresponsabbilizzaw u jipproteġu liċ‑ċittadini tagħha kif stabbilit f l‑Aġenda Strateġika għall‑Unjoni fi Żminijiet ta’ Bidla. Riformi strutturali u finanzi pubbliċi fis‑sod huma kondizzjonijiet ewlenin għall‑investiment. Għal dan l‑għan, il‑Kunsill Ewropew stieden lill‑Kummissjoni, lill‑Kunsill u lill‑Istati Membri biex isarrfu dawn l‑orjentazzjonijiet f ’azzjonijiet ta’ politika konkreti mingħajr dewmien.

8. Biex twitti t‑triq lejn irkupru ekonomiku sostenibbli b’saħħtu, l‑Ewropa teħtieġ li tinvesti fil‑ġejjieni tagħha. Investiment baxx illum inaqqar il‑potenzjal għat‑tkabbir ta’ għada. Il‑Kunsill Ewropew jappoġġa l‑intenzjoni tal‑Kummissjoni li jmiss biex tniedi inizjattiva biex jiġu mmobilizzati EUR 300 biljun f ’investiment addizzjonali minn sorsi pubbliċi u privati matul il‑perijodu 2015‑2017. Jeħtieġ li ninkoraġġixxu użu sħiħ mir‑riżorsi kollha eżistenti u allokati tal‑UE. Il‑Kunsill Ewropew laqa’ l‑istabbiliment ta’ Task Force, immexxija mill‑Kummissjoni u l‑Bank Ewropew tal‑Investiment, bil‑ħsieb li jiġu identifikati azzjonijiet konkreti biex tingħata spinta lill‑investiment, inkluż pjan ta’ proġetti potenzjalment vijabbli ta’ rilevanza Ewropea li għandhom jitwettqu fit‑terminu qasir u medju. Huwa stieden lill‑Kummissjoni u  lill‑Kunsill, f ’kooperazzjoni mill‑qrib b’mod partikolari mal‑BEI, biex imexxu din l‑inizjattiva ta’ investiment ‘il quddiem mingħajr dewmien, u biex jirrapportaw lill‑Kunsill Ewropew f ’Diċembru.

Page 58: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

56

9. Il‑progress lejn l‑istabbiliment tal‑unjoni bankarja kkontribwixxa għal titjib sinifikanti fil‑kondizzjonijiet tas‑suq finanzjarju. Sistema bankarja Ewropea reżiljenti, sorveljata tajjeb u regolata ser tikkontribwixxi biex tappoġġa l‑irkupru ekonomiku. F’dan ir‑rigward, il‑Kunsill Ewropew laqa’ t‑tnedija tal‑Mekkaniżmu Superviżorju Uniku f l‑4 ta’ Novembru 2014.

III. PUNTI OĦRA

Ebola10. Il‑Kunsill Ewropew jinsab imħasseb ferm dwar it‑tixrid

bla heda tal‑virus tal‑Ebola f l‑Afrika tal‑Punent u l‑għadd dejjem jiżdied ta’ nies infettati u li qed imutu bih. Huwa faħħar il‑ħidma mwettqa mill‑gvernijiet tal‑pajjiżi affettwati u mill‑NGOs b’reazzjoni għal sfida mingħajr preċedent għas‑saħħa. Il‑Kunsill Ewropew esprima wkoll l‑apprezzament kbir tiegħu għad‑dedikazzjoni altruwista ta’ ħaddiema fil‑qasam tas‑saħħa f ’din il‑kriżi u għall‑kuraġġ u l‑professjonaliżmu tagħhom.

11. Billi ngħaqdu f limkien man‑Nazzjonijiet Uniti, l‑organizzazzjonijiet reġjonali u  sħab ewlenin oħra, l‑Unjoni Ewropea u l‑Istati Membri tagħha kienu minn ta’ quddiem f l‑isforzi internazzjonali biex jiġi provdut rispons ta’ emerġenza billi joffru kapaċitajiet li kienu ta’ qofol, bħal persunal espert, laboratorji mobbli li kapaċi jittrattaw l‑Ebola, ċentri ta’ trattament, u  trasport kemm bl‑ajru kif ukoll bil‑baħar bħala parti mir‑Rispons Komprensiv tal‑UE. Il‑finanzjament mill‑Unjoni Ewropea u  l‑Istati Membri tagħha issa laħaq aktar minn EUR 600 miljun. Il‑Kunsill Affarijiet Barranin reċenti u l‑laqgħa tal‑Ministri tal‑UE għas‑Saħħa ddefinixxew aktar l‑azzjoni tal‑UE u l‑Kunsill Ewropew iħeġġeġ l‑implimentazzjoni rapida tal‑konklużjonijiet tagħhom.

12. Rispons sostnut, koordinat u  miżjud huwa meħtieġ sabiex jitrażżnu x‑xejriet attwali. Hija meħtieġa assistenza addizzjonali biex iżżid ir‑rispons fuq il‑post, l‑aktar fir‑rigward tal‑kura medika u t‑tagħmir, kif ukoll screening imsaħħaħ fil‑punti ta’ ħruġ. Il‑Kunsill Ewropew laqa’ l‑impenji tal‑Istati Membri biex iżidu l‑assistenza finanzjarja, li ser iwassal għal finanzjament totali ta’ EUR  1  biljun. Barra minn hekk, l‑Istati Membri impenjaw ruħhom li jimmobilizzaw aktar persunal mediku u  ta’ appoġġ fir‑reġjun. L‑Istati Membri u l‑Kummissjoni qablu wkoll li jiggarantixxu kura xierqa għall‑ħaddiema internazzjonali fil‑qasam tas‑saħħa fil‑limiti tar‑riżorsi disponibbli biex jingħataw it‑trattament li jeħtieġu, inkluż permezz ta’ evakwazzjoni medika. Barra minn hekk, l‑użu taċ‑Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar‑Rispons f ’Emerġenza (ERCC) bħala mekkaniżmu ta’ koordinament għall‑mobilizzazzjoni ta’ esperti volontarji fil‑qasam tas‑saħħa huwa prijorità.

13. L‑iskala tal‑epidemija hija theddida mhux biss għall‑ekonomija u l‑istabbiltà tal‑pajjiżi affettwati, iżda wkoll għar‑reġjun kollu kemm hu. Il‑Kunsill Ewropew jappella lir‑Rappreżentant Għoli u lill‑Kummissjoni biex jiżviluppaw pakkett ta’ miżuri li jindirizzaw l‑implikazzjonijiet politiċi,

ta’ sigurtà u ekonomiċi usa’ tal‑kriżi tal‑Ebola fil‑Punent tal‑Afrika.

14. L‑għajnuna lill‑Punent tal‑Afrika biex ilaħħaq mal‑kriżi hija l‑aktar mod effettiv biex jiġi evitat tixrid serju tal‑marda xi mkien ieħor. Fl‑istess ħin, bl‑ewwel każijiet ikkonfermati ta’ infezzjonijiet tal‑Ebola f l‑Ewropa, l‑istat ta’ tħejjija f l‑Unjoni Ewropea u ħidma ulterjuri biex jitħarsu pajjiżi tal‑Unjoni Ewropea u ċ‑ċittadini tagħhom huma tal‑akbar importanza, b’mod partikolari miżuri ta’ prekawzjoni biex jitnaqqsu r‑riskji ta’ kontaġju, inklużi azzjonijiet preventivi koordinati fi ħdan l‑UE bħall‑kondiviżjoni tal‑informazzjoni u l‑aħjar prattika, it‑taħriġ ta’ professjonisti fil‑qasam tas‑saħħa u, fejn adatt, screening fil‑punti tad‑dħul.

15. Bil‑ħsieb li tissaħħaħ aktar il‑kapaċità ta’ rispons tal‑UE għall‑Ebola, l‑UE ħatret lill‑Kummissarju li jmiss Christos Stylianides bħala koordinatur tal‑UE għall‑Ebola. Assistit miċ‑Ċentru ta’ Koordinazzjoni tar‑Rispons f ’Emerġenza, hu ser jaħdem mal‑istituzzjonijiet tal‑UE, l‑Istati Membri, in‑NU u  organizzazzjonijiet internazzjonali u  partijiet interessati oħra.

16. Il‑Kunsill Ewropew jistieden lill‑President tal‑Kummissjoni u lir‑Rappreżentant Għoli biex jirrapportaw lura fil‑laqgħa tiegħu li jmiss dwar il‑miżuri meħuda biex jirrispondu għal kriżi tal‑Ebola.

Ukraina17. Waqt li fakkar fil‑konklużjonijiet tiegħu tat‑30 ta’ Awwissu,

il‑Kunsill Ewropew laqa’ l‑Protokoll ta’ Minsk tal‑5 ta’ Settembru u l‑Memorandum ta’ Minsk tad‑19 ta’ Settembru bħala passi lejn soluzzjoni politika sostenibbli tal‑kriżi, li għandha tkun ibbażata fuq ir‑rispett lejn l‑indipendenza, is‑sovranità u  l‑integrità territorjali tal‑Ukraina. Huwa jistenna l‑impenn sħiħ tal‑partijiet u l‑implimentazzjoni rapida tal‑impenji kollha skont id‑dokumenti ta’ Minsk, b’mod partikolari fir‑rigward tal‑implimentazzjoni sħiħa tal‑waqfien mill‑ġlied, l‑istabbiliment ta’ arranġamenti komprensivi ta’ kontroll tal‑fruntieri u li jsiru elezzjonijiet bikrija fir‑reġjuni ta’ Donetsk u  Luhansk skont il‑liġi tal‑Ukraina. Huwa jqis li l‑elezzjonijiet “presidenzjali” u “parlamentari” mitluba mill‑awtoritajiet awtoproklamati jmorru kontra l‑ispirtu u dak li hu dettat mill‑Protokoll ta’ Minsk, u mhux ser ikunu rikonoxxuti. Il‑Kunsill Ewropew itenni l‑appell tiegħu għall‑aċċess immedjat, sikur u mingħajr restrizzjonijiet għas‑sit tal‑waqgħa tal‑MH17.

18. L‑Unjoni Ewropea tistenna li l‑Federazzjoni Russa tirrispetta s‑sovranità nazzjonali u l‑integrità territorjali tal‑Ukraina u tikkontribwixxi għall‑istabbilizzazzjoni politika u l‑irkupru ekonomiku tal‑Ukraina. Il‑Kunsill Ewropew itenni li mhuwiex ser jirrikonoxxi l‑annessjoni illegali tal‑Krimea. Il‑Federazzjoni Russa għandha tassumi r‑responsabbiltajiet tagħha għall‑implimentazzjoni sħiħa tal‑ftehimiet ta’ Minsk. B’mod partikolari, l‑awtoritajiet Russi għandhom jipprevjenu kwalunkwe moviment militari, ta’ armi jew ta’ ġellieda mit‑territorju tagħhom għal ġewwa l‑Ukraina. Huma għandhom jeżerċitaw l‑inf luwenza tagħhom biex jiżguraw li s‑separatisti jimplimentaw b’rieda tajba l‑obbligi

Page 59: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

57

assunti f ’Minsk. Il‑Federazzjoni Russa għandha wkoll tappoġġa l‑isforzi ta’ verifika tal‑OSKE.

19. L‑Unjoni Ewropea u  l‑Istati Membri tagħha jibqgħu impenjati bis‑sħiħ favur soluzzjoni politika għall‑kriżi tal‑Ukraina, inkluż permezz ta’ kontributi biex tissaħħaħ il‑kapaċità ta’ monitoraġġ tal‑OSKE, billi jżidu l‑assistenza umanitarja tagħhom, u jinkoraġġixxu u jassistu lill‑Ukraina fil‑proċess tagħha ta’ riformi, b’mod partikolari dwar id‑deċentralizzazzjoni u  l‑protezzjoni tad‑drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali. Il‑Kunsill Ewropew laqa’ l‑applikazzjoni proviżorja imminenti tal‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Huwa ssottolinja l‑importanza li l‑Federazzjoni Russa, l‑Ukraina u  l‑Unjoni Ewropea jirrispettaw bis‑sħiħ l‑impenji rif lessi fid‑Dikjarazzjoni Ministerjali Konġunta tat‑12 ta’ Settembru.

20. Bil‑ħsieb tal‑elezzjonijiet parlamentari tas‑26 ta’ Ottubru, il‑Kunsill Ewropew itenni r‑rieda tiegħu li jappoġġa lill‑Ukraina hi u tindirizza r‑riforma politika u ekonomika, inkluż fis‑settur tal‑enerġija, f ’konformità mal‑impenji li ttieħdu miż‑żewġ naħat permezz tal‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.

21. Il‑Kunsill Ewropew laqa’ l‑progress fir‑riżoluzzjoni tal‑kriżi tal‑enerġija tal‑Ukraina. Huwa jistenna b’interess il‑finalizzazzjoni tan‑negozjati trilaterali li għaddejjin bejn il‑Federazzjoni Russa, l‑Ukraina u l‑Kummissjoni Ewropea.

22. Il‑Kunsill Ewropew fakkar fid‑deċiżjonijiet preċedenti tal‑UE dwar miżuri restrittivi. Huwa ser jibqa’ jsegwi s‑sitwazzjoni f l‑Ukraina sabiex jipprovdi direzzjoni ulterjuri kif meħtieġ.

Ir‑Repubblika tal‑Moldova23. Il‑Kunsill Ewropew jistenna b’interess li jsiru l‑elezzjonijiet

parlamentari fir‑Repubblika tal‑Moldova fit‑30 ta’ Novembru bħala pass ieħor importanti fuq l‑aġenda

Ewropea tar‑Repubblika tal‑Moldova wara l‑applikazzjoni proviżorja reċenti tal‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Huwa jistenna li l‑elezzjonijiet parlamentari li ġejjin ikunu ħielsa u  ġusti, u  jirrakkomanda li l‑awtoritajiet tal‑Moldova jaħdmu mill‑qrib ma’ osservaturi elettorali internazzjonali. F’dan il‑kuntest, il‑forzi politiċi kollha għandhom iwettqu kampanja elettorali miftuħa u ġusta.

Ċipru24. Il‑Kunsill Ewropew esprima tħassib serju dwar it‑tensjonijiet

li reġgħu qamu fil‑Lvant tal‑Mediterran u ħeġġeġ lit‑Turkija biex toqgħod pass lura u tirrispetta s‑sovranità ta’ Ċipru fir‑rigward tal‑baħar territorjali tiegħu u d‑drittijiet sovrani ta’ Ċipru fiż‑żona ekonomika esklussiva tiegħu. Il‑Kunsill Ewropew fakkar fid‑Dikjarazzjoni tal‑Komunità Ewropea u l‑Istati Membri tagħha tal‑21 ta’ Settembru 2005, inkluż li r‑rikonoxximent tal‑Istati Membri kollha huwa komponent neċessarju tal‑proċess ta’ adeżjoni. Fiċ‑ċirkostanzi attwali, il‑Kunsill Ewropew qies li hu aktar importanti minn qatt qabel li tiġi ggarantita klima pożittiva sabiex in‑negozjati għal ftehim komprensiv fil‑kwistjoni ta’ Ċipru jistgħu jissoktaw.

Strateġija tal‑Unjoni Ewropea għar‑Reġjun Adrijatiku u Joniku25. Il‑Kunsill Ewropew approva l‑Istrateġija tal‑Unjoni Ewropea

għar‑Reġjun Adrijatiku u  Joniku (EUSAIR) u  appella lill‑atturi rilevanti kollha biex jimplimentawha mingħajr dewmien, kif deskritt fil‑Konklużjonijiet tal‑Kunsill tad‑29 ta’ Settembru 2014.

Kwistjonijiet istituzzjonali26. Il‑Kunsill Ewropew adotta d‑Deċiżjoni li taħtar

lill‑Kummissjoni Ewropea.

Page 60: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

58

B’segwitu għad‑diskussjoni tal‑Kunsill Ewropew dwar kwistjonijiet ekonomiċi u  l‑konklużjonijiet adottati f ’dak ir‑rigward (il‑paragrafi 7‑9 tal‑konklużjonijiet tal‑Kunsill Ewropew), is‑Summit tal‑Euro eżamina aktar speċifikament is‑sitwazzjoni ekonomika u tal‑impjiegi fiż‑żona tal‑euro. Hu qabel li hi essenzjali koordinazzjoni aktar mill‑qrib tal‑linji ta’ politika ekonomika biex jiġi żgurat il‑funzjonament mingħajr xkiel tal‑Unjoni Ekonomika u Monetarja.

F’dan ir‑rigward, hu appella biex il‑ħidma tkompli, f ’kooperazzjoni mill‑qrib mal‑Kummissjoni, biex jiġu żviluppati mekkaniżmi konkreti għal koordinazzjoni, konverġenza u  solidarjetà aktar b’saħħithom fil‑politika ekonomika. Hu stieden lill‑President tal‑Kummissjoni, f ’kooperazzjoni mill‑qrib mal‑President tas‑Summit tal‑Euro, il‑President tal‑Grupp tal‑Euro u l‑President tal‑Bank Ċentrali Ewropew, biex iħejju l‑passi li jmiss għal governanza ekonomika aħjar fiż‑żona tal‑euro.

SUMMIT TAŻ‑ŻONA TAL‑EURO — 24 TA’ OTTUBRU 2014

Page 61: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

59

I. INRAWMU L‑INVESTIMENT FL‑EWROPA1. It‑trawwim tal‑investiment u  l‑indirizzar tal‑falliment

tas‑suq f l‑Ewropa huma sfidi politiċi ewlenin. Il‑fokus il‑ġdid fuq l‑investiment, f limkien mal‑impenn tal‑Istati Membri biex jintensifikaw ir‑riformi strutturali u biex ifittxu konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi t‑tkabbir, ser jipprovdi l‑bażi għat‑tkabbir u l‑impjiegi f l‑Ewropa. Il‑Kunsill Ewropew:a) jappella għall‑istabbiliment ta’ Fond Ewropew

għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) fil‑Grupp tal‑BEI bil‑għan li jiġu mobilizzati EUR 315‑il biljun f ’investimenti ġodda bejn l‑2015 u  l‑2017. Il‑Kummissjoni ser tippreżenta proposta f ’Jannar 2015, li l‑leġislaturi tal‑Unjoni huma mistiedna li jaqblu dwarha sa Ġunju, sabiex l‑investimenti l‑ġodda jkunu jistgħu jiġu attivati diġà minn nofs l‑2015. Il‑Grupp tal‑BEI huwa mistieden jibda l‑attivitajiet billi juża l‑fondi proprji minn Jannar 2015. L‑EFSI ser ikun miftuħ għal kontribuzzjonijiet mill‑Istati Membri, direttament jew permezz ta’ banek promozzjonali nazzjonali. Il‑Kunsill Ewropew jieħu nota tal‑pożizzjoni favorevoli li l‑Kummissjoni indikat lejn kontribuzzjonijiet kapitali bħal dawn fil‑kuntest tal‑valutazzjoni tal‑finanzi pubbliċi taħt il‑Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, neċessarjament f ’konformità mal‑f lessibbiltà li hija integrata fir‑regoli eżistenti tiegħu;

b) jappoġġa l‑intenzjoni tal‑Kummissjoni u tal‑BEI li jsaħħu l‑assistenza teknika għall‑proġetti fil‑livell Ewropew u  li joħolqu ċentru ta’ konsulenza għall‑investiment li għandu jkun operazzjonali minn nofs l‑2015;

c) jenfasizza li l‑FEIS ser jikkomplementaw u  jkunu addizzjonali għall‑programmi tal‑UE li għaddejjin bħalissa u  l‑attivitajiet tradizzjonali tal‑BEI. F’dan il‑kuntest, jeħtieġ li jiġi inkoraġġut l‑użu sħiħ tar‑riżorsi kollha eżistenti u  allokati tal‑UE. Il‑Kummissjoni ser taħdem mill‑qrib mal‑Istati Membri kkonċernati biex jinstabu soluzzjonijiet sabiex jimmassimizzaw l‑użu tal‑impenji taħt il‑perijodu tal‑QFP 2007‑2013 u tirrikonoxxi x‑xewqa li jitwettqu proġetti fuq perijodu twil fis‑snin li ġejjin billi tintuża l‑f lessibbiltà tar‑regoli eżistenti;

d) jistieden lill‑Kummissjoni u lil‑leġislaturi tal‑Unjoni biex iħaffu l‑ħidma fuq il‑miżuri ewlenin biex tiżdied l‑attrattiva tal‑Unjoni għall‑produzzjoni, l‑investiment u l‑innovazzjoni u biex jitjieb l‑ambjent regolatorju għall‑investimenti, inkluż biex jimxi lejn swieq kapitali integrati aħjar, filwaqt li f l‑istess ħin isegwu b’mod vigoruż l‑aġenda għal regolamentazzjoni aħjar immirata lejn regolamentazzjoni trasparenti u  sempliċi li tinkiseb bi spejjeż minimi, b’mod konsistenti mal‑konklużjonijiet tal‑Kunsill tal‑4 ta’ Diċembru 2014;

e) jappella biex jitħaffu l‑adozzjoni, it‑traspożizzjoni u  l‑implimentazzjoni tal‑leġislazzjoni tal‑Unjoni fil‑qasam tas‑Suq Uniku u biex jitjiebu l‑isforzi biex jitneħħew l‑ostakli u jitlesta s‑suq intern għall‑prodotti u s‑servizzi;

f) jappella lill‑Kummissjoni biex tippreżenta proposta komprensiva għal Unjoni tal‑Enerġija ferm minn qabel il‑Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2015;

g) jappella lil‑leġislaturi tal‑Unjoni biex jagħtu spinta ġdida lill‑ħidma dwar proposti pendenti rigward is‑Suq Uniku Diġitali u  lill‑Kummissjoni biex tippreżenta komunikazzjoni ambizzjuża f ’dan il‑qasam ferm minn qabel il‑Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2015;

h) jappella għal aktar tisħiħ tas‑sistema kummerċjali multilaterali u l‑konklużjoni ta’ ftehimiet kummerċjali bilaterali ma’ sħab ewlenin. L‑UE u  l‑Istati Uniti għandhom jagħmlu l‑isforzi kollha biex jikkonkludu n‑negozjati dwar TTIP ambizzjuża, komprensiva u ta’ benefiċċju reċiproku sal‑aħħar tal‑2015.

2. Il‑Kunsill Ewropew ser jieħu regolarment kont tal‑implimentazzjoni tal‑linji gwida msemmija hawn fuq.

3. Hemm ħtieġa urġenti li jiġu avvanzati l‑isforzi fil‑ġlieda kontra l‑evitar tat‑taxxa u l‑ippjanar aggressiv tat‑taxxa, kemm fil‑livell dinji kif ukoll f ’dak tal‑UE. Filwaqt li jenfasizza l‑importanza tat‑trasparenza, il‑Kunsill Ewropew jistenna bil‑ħerqa l‑proposta tal‑Kummissjoni dwar l‑iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar deċiżjonijiet dwar it‑taxxa f l‑UE. Il‑Kunsill ser jiddiskuti kif ser isir progress dwar dawn il‑kwistjonijiet kollha u jirrapporta lura lill‑Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2015.

KUNSILL EWROPEW — 18 TA’ DIĊEMBRU 2014

Konklużjonijiet

Page 62: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

60

4. Koordinazzjoni aktar mill‑qrib tal‑politiki ekonomiċi hija essenzjali biex jiġi żgurat il‑funzjonament mingħajr xkiel tal‑Unjoni Ekonomika u Monetarja. Wara diskussjoni dwar din il‑kwistjoni abbażi ta’ nota analitika fil‑laqgħa informali tal‑Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fi Frar, il‑President tal‑Kummissjoni, f ’kooperazzjoni mill‑qrib mal‑President tas‑Summit taż‑Żona tal‑Euro, il‑President tal‑Grupp tal‑euro u  l‑President tal‑Bank Ċentrali Ewropew, ser jirrapporta l‑aktar tard lill‑Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2015. L‑Istati Membri ser ikunu involuti mill‑qrib fil‑ħidma preparatorja.

II. UKRAINA5. Il‑Kunsill Ewropew jifraħ lill‑Ukraina għall‑gvern il‑ġdid

tagħha u jilqa’ d‑determinazzjoni tagħha li twettaq riformi politiċi u ekonomiċi. Wara t‑tieni żborż tal‑Kummissjoni f ’Diċembru ta’ EUR 500 miljun f ’assistenza

makrofinanzjarja, l‑UE u l‑Istati Membri tagħha jinsabu lesti li jkomplu jiffaċilitaw u  jappoġġaw il‑proċess ta’ riforma tal‑Ukraina, f limkien ma’ donaturi oħra u f ’konformità mal‑kondizzjonalità tal‑FMI. Il‑Kunsill Ewropew jilqa’ d‑disponibbiltà tal‑Kummissjoni li żżid l‑għajnuna umanitarja għan‑nies li qed ibatu f l‑Ukraina.

6. Is‑sitwazzjoni fil‑Lvant tal‑Ukraina tibqa’ ta’ tħassib serju. Il‑politika tal‑Unjoni li ma tirrikonoxxix l‑annessjoni illegali tal‑Krimea u Sevastopol saret aktar stretta mil‑lum. L‑UE ser tibqa’ ddeterminata; il‑Kunsill Ewropew jinsab lest li jekk ikun meħtieġ jieħu passi ulterjuri. Il‑partijiet kollha, inkluż ir‑Russja, għandhom jimpenjaw ruħhom b’mod attiv u  jimplimentaw b’mod sħiħ il‑ftehimiet ta’ Minsk. Il‑Kunsill Ewropew jappella għal aċċess bla tfixkil għas‑sit tat‑tiġrif tal‑MH17 f l‑interess tal‑investigazzjonijiet li għaddejjin bħalissa.

Page 63: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi
Page 64: Il‑Kunsill Ewropew fl‑2014 · 2017. 10. 23. · Ċertament, l‑ebda nazzjon Ewropew, l‑ebda stat waħdieni, ma jista’ jegħlibhom waħdu. Min‑naħa tiegħi, wegħidt lill‑kollegi

Rue de la Loi/Wetstraat 1751048 Bruxelles/BrusselBELGIQUE/BELGIËTel. +32 (0)2 281 61 11www.consilium.europa.eu

European Council

ISBN 978-92-824-4841-0ISSN 2363-295Xdoi:10.2860/729664

QC-AO-14-001-MT-N