ba it 2017 mi uri -oqsma tal-anzjani u persuni bÕdi abilit budger 2017.pdfk onxji mill-b !onnijiet...

10
Baġit 2017 Miżuri -Oqsma tal-Anzjani u Persuni b’Diżabilità

Upload: others

Post on 13-Feb-2020

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: Ba it 2017 Mi uri -Oqsma tal-Anzjani u Persuni bÕDi abilit budger 2017.pdfK onxji mill-b !onnijiet u t-tb atijiet l-qasam tad -di !abili - t , p ermezz taÔ dan il-ba $ it il-p ersuni

Baġit 2017Miżuri

fl-Oqsma tal-Anzjaniu Persuni b’Diżabilità

Page 2: Ba it 2017 Mi uri -Oqsma tal-Anzjani u Persuni bÕDi abilit budger 2017.pdfK onxji mill-b !onnijiet u t-tb atijiet l-qasam tad -di !abili - t , p ermezz taÔ dan il-ba $ it il-p ersuni

Daħla mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità

u Anzjanità Attiva, l-Onor. Justyne Caruana

Il-baġit ta' kull sena huwa parti minn pjan fit-tul biex il-pajjiż jissaħħaħ u jkabbar il-ġid u biex il-Maltin u l-Għawdxin jieħdu s-sehem li jixirqilhom biex jimxu 'l quddiem. Dan il-baġit jikkonferma s-suċċess li kiseb pajjiżna fl-aħħar tliet snin fil-qasam tal-ekonomija u l-ġid nazzjonali. L-akbar numru ta' nies jaħdmu li qatt kellu pajjiżna juri kemm aktar nies għandhom opportunità li juru l-ħiliet tagħhom u bihom jiksbu l-għixien u jkollhom ħajja indipdendenti.Imma dan il-baġit ħaseb iktar li jqassam il-ġid lil dawk fostna li l-aktar jistħoqqil-hom appoġġ. Fost dawn hemm dawk il-Maltin u Għawdxin li jiena, bħala Segretarju Parlamentari, għandi dmir li naħdem magħhom u għalihom - l-anzja-ni u l-persuni b'diżabilità.

Fil-paġni li ġejjin għandkom ġabra fil-qosor tal-miżuri li joħorġu mill-baġit tas-sena d-dieħla. Tistgħu taraw kull miżura xi tfisser u kif tistgħu tikkwalifikaw għaliha. Hemm kategoriji diversi ta' eluf ta' persuni li żgur se jibbenefikaw minn żidiet, tnaqqis fit-taxxa, benefiċċji u inizzjattivi ġodda li flimkien jistgħu jinġabru fit-titlu ta' dan il-ktejjeb: Malta suċċess - Ġid li jasal għand kulħadd.Ikun tajjeb li tkunu tafu liema miżuri u benefiċċji għandkom dritt għalihom. Minbarra dan it-tagħrif tistgħu wkoll iċċemplu fuq 80076677 fejn jispjegawlkom iktar. Dan il-ktejjeb juri kif bil-fatti u b'sens ta' ġustizzja soċjali, il-Gvern qiegħed jaħseb f'kulħadd - huma x'inhuma l-abbilitajiet jew l-età - biex Malta suċċess tkun ukoll suċċess għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Justyne Caruana

Page 3: Ba it 2017 Mi uri -Oqsma tal-Anzjani u Persuni bÕDi abilit budger 2017.pdfK onxji mill-b !onnijiet u t-tb atijiet l-qasam tad -di !abili - t , p ermezz taÔ dan il-ba $ it il-p ersuni

Persuni b’Diżabilità - Soċjetà Ġusta

Konxji mill-bżonnijiet u t-tbatijiet l-qasam tad-diżabili-tà, permezz ta‘ dan il-baġit il-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom qed jingħataw iktar sostenn u aktar għajnuna.

Servizz ta’ Assistent Personali

Wara s-suċċess tal-empowerment program li nedejna fil-baġit li għadda b’vot ta’ €200,000 u li minnu bbene kaw madwar 300 persu-na, issa qed nagħmlu qabża oħra ’l quddiem. Qed nivvutaw MILJUN EWRO għall-Skema ġdida li permezz tagħha persuna b’diżabilità jkollha l-għajnuna ta’ assistent personali skont l-ħtiġijiet partikolari u ser tkun miftuha għal persuni ta’ kull età jiġiferi tfal u kbar, bl-ispiża tas-servizz tinġarr bejn il-Gvern u dawk li jagħmlu użu mis-servizz.

Page 4: Ba it 2017 Mi uri -Oqsma tal-Anzjani u Persuni bÕDi abilit budger 2017.pdfK onxji mill-b !onnijiet u t-tb atijiet l-qasam tad -di !abili - t , p ermezz taÔ dan il-ba $ it il-p ersuni

Ċentru ta’ Matul il-Jum Ġdid

Dan iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum ser ikun qed jilqa‘ fih 50 persuna b’diżabilità. Barra minn hekk, dan il-post ser ikun jikkonsisti ukoll f’ċentru ta’ taħriġ għall-persuni b’diżabilità, ġenituri, familjari, qraba u carers ta’ persuni b’diżabilità.

It-taħriġ li ser isir f’dan iċ-Ċentru ser jiffoka l-aktar biex ikun hemm kontinwità fid-djar tagħhom. Uħud mill-Programmi li ser jibdew isiru jinkludu Independent living – Dan ser jitqassam fuq stadji differenti ġewwa fiċ-Ċentru, fil-Komunità u fid-dar tagħhom stess.

Ċentru ta’ Matul il-Jum tal-Imtarfa

Dan il-proġett ser ikun qed jitkabbar id-daqs u jtejjeb il-faċilitajiet taċ-Ċentru preżenti fl-Imtarfa. Fil-preżent hemm 100 persuna b’diżabilità li jattendu ċ-Ċentru. Permezz ta’ dan il-proġett, iċ-Ċentru ser ikun jista’ jilqa’ fih 70 persuna b’diżabilità oħra.

Miżuri Oħra

Se jkomplu jinħolqu aktar impjiegi għall-persuni b’diżabilità permezz tad-Document Management System for Public Documents. B’hekk inkomplu nibnu fuq l-esperjenza li ksibna mill-Proġett mal-Maltapost F’Għawdex.

F’kaz ta’ trasferiment ta’ vetturi lil dawk li mhumiex eżenti mit-taxxa tar-reġistrazzjoni mingħand dawk li huma eżentati, l-ammont dovut minħabba l-eżenzjoni, se jiġi mifrux fuq medda ta’ 10 snin.

Page 5: Ba it 2017 Mi uri -Oqsma tal-Anzjani u Persuni bÕDi abilit budger 2017.pdfK onxji mill-b !onnijiet u t-tb atijiet l-qasam tad -di !abili - t , p ermezz taÔ dan il-ba $ it il-p ersuni

Pensjoni tad-Diżabilità

Se jkun hemm riforma fil-pensjonijiet tad-diżabilità, li fiha ħa jkun hemm tliet livelli.

1. L-ewwel livell se jikkonċerna lil dawk il-persuni li assolutament ma jistgħux jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol skont il-Barthel Index.2. It-tieni livell se jkun bħal dak imħallas llum, u se jkun qed jiġbor fih lil dawk il-perusni li d-diżabilità tagħhom taqa‘ fil-paramentri tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u jkunu jaħdmu jew jistgħu jaħdmu.3. It-tielet livell se jkun qiegħed gradwalment jiġbor fih diżabilitajiet li sal-llum għadhom m’humiex koperti bil-liġi u persuni li sal-lum ma jieħdux benefiċċju.

Għal dawk il-persuni li jkunu qed jirċievu pensjoni tad-diżabilità li għand-hom bżonn il-mediċina, il-karta r-roża se tkun għall-sena u mhux għal 3 xhur.

Proġett REACH

Dan huwa proġett li jinkorpora fih servizzi differenti addattati għal kulħadd, inklużi persuni b’diżabilità. Permezz ta’ dan il-proġett, ser jingħa-taw servizzi professjonali u b’infrastruttura moderna, iddisinjata fuq il-kunċett ta‘ Universal Design u li fih jista’ jitħaddem il-kunċett ta’ Indepen-dent Living. Il-proġett huwa maħsub fuq medda ta’ tliet snin u ser jiswa’ mad-€9 miljun. L- ewwel żewġ fażijiet mistennija jkunu lesti sal-aħħar tal-2017.

Page 6: Ba it 2017 Mi uri -Oqsma tal-Anzjani u Persuni bÕDi abilit budger 2017.pdfK onxji mill-b !onnijiet u t-tb atijiet l-qasam tad -di !abili - t , p ermezz taÔ dan il-ba $ it il-p ersuni

Anzjanità

Konxji li hemm sfidi kbar fil-qasam tal-anzjani iżda ħdimnau ser inkomplu naħdmu iktar biex l-anzjani tagħna jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar u aktar attiva.

Il-Proġett ‘Carer At Home’

Qed jiġi estiż il-proġett ‘Carer At Home’ biex l-anzjani tagħna jkunu jistgħu jieħdu l-kura li għandhom bżonn ġo darhom stess minn persuni kwalifikati magħżula minnhom. Għal dan is-servizz il-Gvern permezz ta‘ dan il-baġit, qed iżid l-allokazzjoni finanzjarja lil kull applikant minn €4,500 għall-€5,200 fis-sena.

Servizz ta’ Respite għall-Carers

Wara s-suċċess li kellna bil-proġetti ta‘ Respite fid-djar tal-anzjani, issa ser nintroduċu servizz ġdid ta’ respite fid-dar. Permezz ta‘ dan is-servizz nistgħu nagħtu perjodu ta’ mistrieħ lill-carers ta‘ persuni anzjani mingħajr il-ħtieġa li lil dawn l-anzjani noħorġuhom mid-dar. Is-servizz ser jingħata minn żmien għall-żmien b’dan illi kull carer jingħata tlett perjodi ta‘ mistrieħ. Dan se jkun servizz kompletament iffinanzjat mill-gvern.

Page 7: Ba it 2017 Mi uri -Oqsma tal-Anzjani u Persuni bÕDi abilit budger 2017.pdfK onxji mill-b !onnijiet u t-tb atijiet l-qasam tad -di !abili - t , p ermezz taÔ dan il-ba $ it il-p ersuni

Meals on Wheels

Riforma u investiment biex jissaħħaħ is-servizz tal-Meals on Wheels. Permezz ta’ din ir-riforma, apparti qabża fil-kwalità, kull min applika għal dan is-servizz ser ikun qed jieħdu b’mod immedjat.

Il-Proġett Rużar Briffa

Aktar investiment fid-djar tal-Anzjani. Fir-Residenza San Vincenz De Paule qiegħed isir il-proġett Rużar Briffa li huwa maqsum fi tliet fażijiet u diġà bdiet l-ewwel fażi. Permezz ta‘ dan il-proġett, ser jinbnew sitt swali ġodda u moderni biex jindirizzaw il-bżonnijiet tar-residenti kif ukoll bżonnijiet ta’ anzjani oħra li għandhom bżonn dan is-servizz. Il-binja Rużar Briffa fi ħdan ir-Residenza San Vinċenz de Paul se tkun qed tara titjib u tiġi estiża bil-għan li toffri livelli aħjar ta’ għejxien fost ir-residenti. Fid-dawl ta’ dan, se jinbnew sitt swali ġodda biex jilqgħu fihom numru akbar ta’ pazjenti.

Page 8: Ba it 2017 Mi uri -Oqsma tal-Anzjani u Persuni bÕDi abilit budger 2017.pdfK onxji mill-b !onnijiet u t-tb atijiet l-qasam tad -di !abili - t , p ermezz taÔ dan il-ba $ it il-p ersuni

Riforma fil-Pensjoni tal-Wens u l-Allowance tal-Carer

Ser jitneħħa t-test tal-mezzi kif ukoll ser tiżdied ir-rata fil-ġimgħa b’€35 filwaqt li l-carers allowance ser tiżdied b’€14 fil-ġimgħa. Il-Kriterji twessgħu biex jinkludu wkoll lill-miżżewġin li jieħdu ħsieb qrabathom l-anzjani.

Eżenzjoni ta’ Taxxa għall-Pensjonanti

Taħt sistema ġdida, persuni pensjonanti ta’ età aktar minn 61 sena se jkunu eżenti milli jħallsu income-tax fuq pensjonijiet, inkluż sigurtà soċjali, pensjoni tat-teżor u/jew minn sorsi oħra. Dan sa massimu ta’ €13,000, jiġifieri ekwivalenti għall-ogħla rata ta’ pens-joni tal-Gvern.

Permezz ta’ din l-inizjattiva hu kkalkulat li se jkunu qed jibbenifikaw madwar 22,000 pensjonanti. B’riżultat ta’ dan, 9,000 pensjonant issa m’huma se jkunu qed iħallsu l-ebda taxxa.

Page 9: Ba it 2017 Mi uri -Oqsma tal-Anzjani u Persuni bÕDi abilit budger 2017.pdfK onxji mill-b !onnijiet u t-tb atijiet l-qasam tad -di !abili - t , p ermezz taÔ dan il-ba $ it il-p ersuni

Miżuri Oħra

Żieda fil-Pensjoni Minima

€300 għall-anzjani li jgħixu fi djarhom

Proġett ta’ ‘Lifts’ f’binjiet residenzjali tal-Gvern

L-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek

Ħlas Kapitali fuq il-Pensjonijiet tal-Irtirar

Żieda sħiħa tal-Ogħli tal-Ħajja għall-Pensjonanti

Nisa miżżewġa taħt il-75 sena se jingħataw żieda ta‘ €50 bħala bonus annwali ...

... u ħafna aktar ...

Biex il-Ġid Jasal Għand Kulħadd.

Page 10: Ba it 2017 Mi uri -Oqsma tal-Anzjani u Persuni bÕDi abilit budger 2017.pdfK onxji mill-b !onnijiet u t-tb atijiet l-qasam tad -di !abili - t , p ermezz taÔ dan il-ba $ it il-p ersuni

Budget helpline - 80076677

Segretarjat Parlamentari Għad-Drittijiet ta’ PersuniB’Diżabilità u Anzjanità Attiva - 25903156

Segretarjat Parlamentari Għad-Drittijiet ta’ Persuni B’Diżabilità u Anzjanità AttivaPalazzo FerreriaTriq Ir-RepubblikaIl-Belt Valletta

[email protected]