1800 550 552 jien imħasseb/ imħassba€¦ · l-iskema ta’ lmenti dwar il-kura tal-anzjani (aged...

2
L-iSkema ta’ Lmenti dwar il-Kura tal-Anzjani (Aged Care Complaints Scheme) Telefon 1800 550 552 * Jekk int trux/a jew għandek impediment tas- smigħ jew tat-taħdit, aħna nistgħu ngħinuk permezz tas-Servizz Nazzjonali tar-Relay (National Relay Service). Ċempel 1800 555 677 u staqsi għal 1800 550 552. Jekk għandek bżonn interpretu, aħna nistgħu ngħinuk permezz tas-Servizz tat-Traduzzjoni u tal-Interpreti (Translating and Interpreting Service). Ċempel 131 450 u staqsi għal 1800 550 552. Iktbilna Aged Care Complaints Scheme Department of Social Services GPO Box 9848 (Fil-belt kapitali tiegħek) Sit tal-Web agedcarecomplaints.govspace.gov.au Għal aktar tagħrif dwar il-kura tal-anzjani Il-websajt magħrufa bħala My Aged Care u ċ-ċentru nazzjonali tal-kuntatt ġew stabbiliti mill- Gvern Awstraljan biex jgħinuk tuża s-sistema tal- kura tal-anzjani. Huma jistgħu jipprovduk b’tagħrif dwar il-kura tal-anzjani, għalik stess, għall-membru tal-familja, ħabib/a jew xi ħadd ieħor li qed tieħu ħsiebu/ha Website myagedcare.gov.au Ċentru tal-kuntatt 1800 200 422 * telefonati 1800 huma bla ħlas minn linji fissi; imma telefonati minn mobajls jista’ jiġu mitluba jħallsu. Ċaħda: Skont l-Att tal-Kura tal-Anzjani tas-sena 1997 (Aged Care Act 1997), l-iSkema ta’ Lmenti dwar il-Kura tal-Anzjani (Aged Care Complaints Scheme) tista’ tuża kwalunkwe tagħrif li tirċievi biex jgħinha tagħmel ix-xogħol regolatorju tagħha. L-iSkema għandha proċeduri fis-seħħ biex tara li tagħrif personali hu protett kontra użu ħażin u li ma jkunx żvelat b’mod illegali. It-tagħrif kollu f’din il-pubblikazzjoni hu korrett mill-Lulju 2014. Is-Servizz ta’ Min Jaqbeż Għalik jista’ jgħinek. Persuna li taqbeż għalik tista’: tagħtik tagħrif dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek tgħinek tqajmu l-problemi tagħkom magħna jew mal-provveditur tas-servizz tissapportjak f’kwalunkwe stadju matul il- proċess tal-ilment. Is-Servizz ta’ Min Jaqbeż Għalik hu bla ħlas, indipendenti u konfidenzjali. Il-persuna li taqbeż għalik dejjem ser titlob il-permess tiegħek qabel ma jieħu xi miżuri. Int tista’ ċċempel il-Linja Nazzjonali ta’ Min Jaqbeż Għalik dwar il-Kura tal-Anzjani (National Aged Care Advocacy Line) fuq 1800 700 600. Bil-permess tiegħek, aħna nistgħu nċemplu għan-nom tiegħek aġenzija li taqbeż għalik biex nispjegaw dak li qed iħassbek u naraw li l-aġenzija tikkuntattjak. “Hemm sapport ieħor disponibbli?” DSS12882.1402 Jien imħasseb/ imħassba Tagħrif għal dawk li qed jirċievu l-kura, familji, rappreżentanti u kerers dwar l-Aged Care Complaints Scheme MALTESE

Upload: others

Post on 06-Nov-2020

5 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: 1800 550 552 Jien imħasseb/ imħassba€¦ · L-iSkema ta’ Lmenti dwar il-Kura tal-Anzjani (Aged Care Complaints Scheme) Telefon 1800 550 552* Jekk int trux/a jew għandek impediment

L-iSkema ta’ Lmenti dwar il-Kura tal-Anzjani (Aged Care Complaints Scheme)

Telefon 1800 550 552*

Jekk int trux/a jew għandek impediment tas-smigħ jew tat-taħdit, aħna nistgħu ngħinuk permezz tas-Servizz Nazzjonali tar-Relay (National Relay Service). Ċempel 1800 555 677 u staqsi għal 1800 550 552.

Jekk għandek bżonn interpretu, aħna nistgħu ngħinuk permezz tas-Servizz tat-Traduzzjoni u tal-Interpreti (Translating and Interpreting Service). Ċempel 131 450 u staqsi għal 1800 550 552.

IktbilnaAged Care Complaints SchemeDepartment of Social ServicesGPO Box 9848 (Fil-belt kapitali tiegħek)

Sit tal-Webagedcarecomplaints.govspace.gov.au

Għal aktar tagħrif dwar il-kura tal-anzjaniIl-websajt magħrufa bħala My Aged Care u ċ-ċentru nazzjonali tal-kuntatt ġew stabbiliti mill-Gvern Awstraljan biex jgħinuk tuża s-sistema tal-kura tal-anzjani. Huma jistgħu jipprovduk b’tagħrif dwar il-kura tal-anzjani, għalik stess, għall-membru tal-familja, ħabib/a jew xi ħadd ieħor li qed tieħu ħsiebu/ha

Website myagedcare.gov.auĊentru tal-kuntatt 1800 200 422

* telefonati 1800 huma bla ħlas minn linji fissi; imma telefonati minn mobajls jista’ jiġu mitluba jħallsu.

Ċaħda: Skont l-Att tal-Kura tal-Anzjani tas-sena 1997 (Aged Care Act 1997), l-iSkema ta’ Lmenti dwar il-Kura tal-Anzjani (Aged Care Complaints Scheme) tista’ tuża kwalunkwe tagħrif li tirċievi biex jgħinha tagħmel ix-xogħol regolatorju tagħha. L-iSkema għandha proċeduri fis-seħħ biex tara li tagħrif personali hu protett kontra użu ħażin u li ma jkunx żvelat b’mod illegali.

It-tagħrif kollu f’din il-pubblikazzjoni hu korrett mill-Lulju 2014.

Is-Servizz ta’ Min Jaqbeż Għalik jista’ jgħinek.Persuna li taqbeż għalik tista’:

• tagħtik tagħrif dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek

• tgħinek tqajmu l-problemi tagħkom magħna jew mal-provveditur tas-servizz

• tissapportjak f’kwalunkwe stadju matul il-proċess tal-ilment.

Is-Servizz ta’ Min Jaqbeż Għalik hu bla ħlas, indipendenti u konfidenzjali. Il-persuna li taqbeż għalik dejjem ser titlob il-permess tiegħek qabel ma jieħu xi miżuri.

Int tista’ ċċempel il-Linja Nazzjonali ta’ Min Jaqbeż Għalik dwar il-Kura tal-Anzjani (National Aged Care Advocacy Line) fuq 1800 700 600. Bil-permess tiegħek, aħna nistgħu nċemplu għan-nom tiegħek aġenzija li taqbeż għalik biex nispjegaw dak li qed iħassbek u naraw li l-aġenzija tikkuntattjak.

“Hemm sapport ieħor disponibbli?”

DS

S12

882.

1402

Jien imħasseb/imħassba

Tagħrif għal dawk li qed jirċievu l-kura, familji, rappreżentanti u kerers dwar l-Aged Care Complaints Scheme

MALTESE

Page 2: 1800 550 552 Jien imħasseb/ imħassba€¦ · L-iSkema ta’ Lmenti dwar il-Kura tal-Anzjani (Aged Care Complaints Scheme) Telefon 1800 550 552* Jekk int trux/a jew għandek impediment

Aħna nħeġġukom li l-ewwelnett tqajmu t-tħassib tagħkom mal-provveditur tas-servizz. Dan jista’ jwassal għal riżoluzzjoni mgħaġġla u sostenibbli.Jekk ma tistgħux issolvu t-tħassib tagħkom mal-provveditur tas-servizz, intom tistgħu ċċemplu l-Aged Care Complaints Scheme (l-iSkema tal-Ilmenti dwar il-Kura tal-Anzjani) (the Scheme) (l-iSkema) fuq 1800 550 552. Int tista’ titfa’ ilment onlajn fuq il-websajt tagħna f’ agedcarecomplaints.govspace.gov.au. Is-servizz tagħna hu bla ħlas.

Aħna nistgħu ngħinukom issolvu t-tħassib tagħkom dwar il-kwalità tal-kura u tas-servizzi li qed tirċievu mill-provvedituri tal-kura tal-anzjani ssussidjati mill-Gvern Awstraljan li jipprovdu kura residenzjali, Home Care Packages (Pakketti tal-Kura fid-Dar), u servizzi tal-HACC iffinanzjati mill-Commonwealth (barra servizzi tal-HACC f’Western Australia u f’Victoria).

It-tħassib tagħkom jista’ jkollu x’jaqsam ma’ kwalunkwe kura jew servizzi li jingħatawlkom mis-servizz inkluż kura personali jew klinika, għażla ta’ attivitajiet, diskriminazzjoni, katerink, komunikazzjoni jew ambjent fiżiku.

Kulħadd jista’ jressaq xi ħaġa li qed tħassbu.Dawn jinkludu persuni li qed jirċievu l-kura, imseħbin, familja, rappreżentanti, ħbieb, persuni li jaqbżu għalik, impjegati u voluntiera.

Jekk qed tressaq xi ħaġa li qed tħassbek dwar il-kura li qed tirċievi persuna oħra, int għandek tara li l-persuna (jew ir-rappreżentant tiegħu jew tagħha) jafu dwarha.

Aħna ser neżaminaw it-tħassib hu x’inhu l-isfond kulturali, id-diżabilità, is-sess, l-identità sesswali, l-orjentazzjoni sesswali jew status ieħor tal-persuna. Aħna ma niddiskriminawx.

Aħna ser nispjegaw il-proċess, l-għażliet tar-riżoluzzjoni li hemm u x’jista’ jinkiseb.Aħna nistgħu ngħinuk issolvi it-tħassib tiegħek malajr. Pereżempju, aħna nistgħu nċemplu lill-provveditur tas-servizz għan-nom tagħkom, jew nagħtukom tagħrif biex ngħinukom tqajmu t-tħassib tagħkom.

F’xi każi, aħna ser nistaqsu lill-provveditur tas-servizz jirriżolvi t-tħassib tagħkom. Aħna nistgħu wkoll nużaw għażliet oħra, bħal konċiljazzjoni, medjazzjoni jew investigazzjoni.

Il-fokus tagħna hu li nirriżolvu t-tħassib tagħkom fl-aħjar interess ta’ min qed jirċievi l-kura.Jekk jogħġbok agħti kemm tista’ tagħrif meta tikkuntattjana. Dan jgħina nifhmu kwistjonijet tiegħek u x’qed tistenna.

Aħna nagħżlu l-għażliet li l-aktar iwasslu għal aħjar riżultat, skont in-natura tat-tħassib tiegħek u r-riskju tal-persuna li qed tirċievi l-kura.

Le. Int tista tressaq l-ilment tiegħek b’mod anonimu jew konfidenzjali.Imma, dan jista’ jillimita x’nistgħu nagħmlu biex ngħinuk, mela l-aħjar ħaġa hi li tressaq it-tħassib tiegħek bil-miftuħ.

Aħna nistgħu nispjegaw id-differenzi bejn ilmenti bil-miftuħ, b’mod anonimu u konfidenzjali meta ċċempel. Intom tistgħu ssibu tagħrif dwar dan fuq il-websajt tagħna f’ agedcarecomplaints.govspace.gov.au

“Jien imħasseb/imħassba. X’għandi nagħmel?”

“Min jista’ jressaq xi ħaġa li qed tħassbu?”

“X’Jiġri meta nikkuntattja l-Iskema ta’ Lmenti?”

“Hemm għalfejn nagħti ismi?”

“X’inhuma l-għażliet tiegħi?”