l-aqwa servizz tas-saħħa lill-anzjani - futur fis-sod

8
L-Erbgħa, 6 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 €9 miljun biex ittella’ l-Blokk Ġwanni Pawlu II għall-anzjani bid-dimensja Il-Gvern raħħas ħafna mediċini u minn dan qed igawdu l-pazjenti Muscat sieket għalkollox dwar dak li qal Anġlu Farrugia ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN L-aqwa servizzi tas-saħħa lill-anzjani Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem emmen li l-anzjani għandhom jingħataw l-aqwa rispett u l-aħjar stima. Dan għandu jkun muri bl-iżjed mod tanġibbli billi l-anzjani tagħna jingħataw is-servizzi li jkollhom bżonn bl-aħjar mod possibbli Post l-anzjani jibqa’ fil-familja u fil-komunità, madankollu meta minħabba raġunijiet ta’ mard dan ma jkunx possibbli, allura l-anzjani għandhom isibu fid-djar tal-anzjani fejn jibdew jgħixu, l-aħjar servizzi, kura u attenzjoni. Il-politika tal-Gvern hi bbażata fuq il-ħtieġa li lill- anzjani tagħna, sa fejn hu possibbli, inżommuhom fil-familji fejn għal tant u tant snin għexu. Hu importanti ħafna li sa fejn hu possibbli l-anzjani tagħna jibqgħu jgħixu fil-komunità fejn għexu għal għexieren ta’ snin. Hu għalhekk li l-Gvern introduċa diversi miżuri ta’ għajnuna biex l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-familji tagħhom. Fost l-oħrajn mis- sena l-oħra dawk l-anzjani li jibqgħu jgħixu fil-familji tagħhom u li jkunu għalqu t-80 sena qed jingħataw allowance ta’ €300 sena. Din l-allowance qed tingħata lil eluf ta’ anzjani. Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li din l-allowance titla’ għal €500 u tingħata lil dawk li jkunu għalqu l-75 sena. Servizz ieħor mogħti mill- Gvern lill-anzjani bl-iskop li jinkoraġġixxi aktar lill-familji biex l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-familja kien dak imsejjaħ outreach. Għas-servizz tal- CommCare saru 7,000 talba mill-anzjani. Permezz ta’ dan is-servizz aktar anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil- komunità filwaqt li jingħataw l-assistenza li jkollhom bżonn. Fost servizzi personalizzati oħra li l-anzjani qed igawdu hemm it-telecare, il-meals-on- wheels, il-handyman service, il- homehelp u roħs fuq is-servizz tat-telefon. Grazzi għall-miżuri introdotti mill-Gvern matul din il- leġiżlatura, illum hawn aktar minn 10,000 anzjan li baqgħu jaħdmu wara l-età tal- pensjoni. Dan fih innifsu jfisser ukoll dħul akbar għall-istess anzjani li filwaqt li jkunu qed jaqilgħu mix-xogħol tagħhom, ma jkunu qed jitilfu xejn mill- pensjoni tagħhom. Madankollu, sfortunatament, mhux l-anzjani kollha jistgħu jagħmlu hekk u għandna numru ta’ anzjani li ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunitajiet tagħna. Fost l-oħrajn għadd ta’ anzjani jibdew ħajja ġdida fir-Residenza San Vinċenz de Paul li matul din il-leġiżlatura kompliet bil-funzjoni tagħha li toffri kura fit-tul għall-anzjani. Is-servizzi li toffri r-Residenza huma bosta u barra l-aspett mediku lill- anzjani, toffri wkoll appoġġ soċjali u psikoloġiku lir- residenti u lill-qraba tagħhom. Tajjeb li wieħed jiftakar li matul din il-leġiżlatura l-Gvern biddel mil-lejl għan-nhar l-ambjent f’din ir-Residenza. Għall-anzjani li jbatu mid- dimensja l-Gvern żviluppa blokk ġdid – il-Blokk Ġwanni Pawlu II. Dan sar b’investiment ta’ disa’ miljun ewro. Dakinhar infetħet paġna ġdida fl-istorja tas-saħħa f’pajjiżna. Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista ħaseb biex isaħħaħ is-servizzi tiegħu għall-anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu fil- komunitajiet. Fost l-oħrajn żied is-sodod bi 800 billi, fost l-oħrajn, il-Gvern xtara għadd kbir ta’ sodod mill- privat biex ikun jista’ jgħin lill-anzjani. Ma’ dan irid jiżdied ukoll, fost l-oħrajn, l-investiment ta’ żewġ miljun ewro fil-Kumpless St. Jean Antide fejn infetħu żewġ swali ġodda tal- ġerjatrija – San Ġorġ Preca u Santa Bernardetta. Dawn jakkomodaw 65 anzjan. Aktar minn 10,000 anzjan qed jaħdmu wara l-età tal-pensjoni

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 30-Mar-2016

247 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

Suppliment l-Erbgħa 6 ta' Frar 2013

TRANSCRIPT

Page 1: L-aqwa servizz tas-saħħa lill-anzjani - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 6 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

€9 miljun biex ittella’ l-Blokk Ġwanni Pawlu II għall-anzjani bid-dimensja

Il-Gvern raħħas ħafna mediċini u minn dan qed igawdu l-pazjenti

Muscat sieket għalkollox dwar dak li qal Anġlu Farrugiaii iii viFATTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScAT jAGħżEL ħAżIN

L-aqwa servizzi tas-saħħa lill-anzjani Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem emmen li l-anzjani għandhom jingħataw l-aqwa rispett u l-aħjar stima. Dan għandu jkun muri bl-iżjed mod tanġibbli billi l-anzjani tagħna jingħataw is-servizzi li jkollhom bżonn bl-aħjar mod possibbli

Post l-anzjani jibqa’ fil-familja u fil-komunità, madankollu meta minħabba raġunijiet ta’ mard dan ma jkunx possibbli, allura l-anzjani għandhom isibu fid-djar tal-anzjani fejn jibdew jgħixu, l-aħjar servizzi, kura u attenzjoni.

Il-politika tal-Gvern hi bbażata fuq il-ħtieġa li lill-anzjani tagħna, sa fejn hu possibbli, inżommuhom fil-familji fejn għal tant u tant snin għexu. Hu importanti ħafna li sa fejn hu possibbli l-anzjani tagħna jibqgħu jgħixu fil-komunità fejn għexu għal għexieren ta’ snin.

Hu għalhekk li l-Gvern introduċa diversi miżuri ta’ għajnuna biex l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-familji tagħhom. Fost l-oħrajn mis-sena l-oħra dawk l-anzjani li jibqgħu jgħixu fil-familji tagħhom u li jkunu għalqu t-80 sena qed jingħataw

allowance ta’ €300 sena. Din l-allowance qed tingħata lil eluf ta’ anzjani.

Il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li din l-allowance titla’ għal €500 u tingħata lil dawk li jkunu għalqu l-75 sena.

Servizz ieħor mogħti mill-Gvern lill-anzjani bl-iskop li jinkoraġġixxi aktar lill-familji biex l-anzjani jibqgħu jgħixu fil-familja kien dak imsejjaħ outreach.

Għas-servizz tal-CommCare saru 7,000 talba mill-anzjani. Permezz ta’ dan is-servizz aktar anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunità filwaqt li jingħataw l-assistenza li jkollhom bżonn.

Fost servizzi personalizzati oħra li l-anzjani qed igawdu hemm it-telecare, il-meals-on-wheels, il-handyman service, il-homehelp u roħs fuq is-servizz tat-telefon.

Grazzi għall-miżuri introdotti mill-Gvern matul din il-leġiżlatura, illum hawn aktar minn 10,000 anzjan li baqgħu jaħdmu wara l-età tal-pensjoni.

Dan fih innifsu jfisser ukoll dħul akbar għall-istess anzjani li filwaqt li jkunu qed jaqilgħu mix-xogħol tagħhom, ma jkunu qed jitilfu xejn mill-pensjoni tagħhom.

Madankollu, sfortunatament, mhux l-anzjani kollha jistgħu jagħmlu hekk u għandna numru ta’ anzjani li ma jkunux jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunitajiet tagħna.

Fost l-oħrajn għadd ta’ anzjani jibdew ħajja ġdida

fir-Residenza San Vinċenz de Paul li matul din il-leġiżlatura kompliet bil-funzjoni tagħha li toffri kura fit-tul għall-anzjani.

Is-servizzi li toffri r-Residenza huma bosta u barra l-aspett mediku lill-anzjani, toffri wkoll appoġġ soċjali u psikoloġiku lir-residenti u lill-qraba tagħhom.

Tajjeb li wieħed jiftakar li matul din il-leġiżlatura l-Gvern biddel mil-lejl għan-nhar l-ambjent f’din ir-Residenza. Għall-anzjani li jbatu mid-dimensja l-Gvern żviluppa blokk ġdid – il-Blokk Ġwanni Pawlu II. Dan sar b’investiment ta’ disa’ miljun ewro. Dakinhar infetħet paġna ġdida fl-istorja tas-saħħa f’pajjiżna.

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħaseb biex isaħħaħ is-servizzi tiegħu għall-anzjani li ma jistgħux jibqgħu jgħixu fil-komunitajiet. Fost l-oħrajn żied is-sodod bi 800 billi, fost l-oħrajn, il-Gvern xtara għadd kbir ta’ sodod mill-privat biex ikun jista’ jgħin lill-anzjani.

Ma’ dan irid jiżdied ukoll, fost l-oħrajn, l-investiment ta’ żewġ miljun ewro fil-Kumpless St. Jean Antide fejn infetħu żewġ swali ġodda tal-ġerjatrija – San Ġorġ Preca u Santa Bernardetta. Dawn jakkomodaw 65 anzjan.

Aktar minn 10,000 anzjan qed jaħdmu wara l-età tal-pensjoni

Page 2: L-aqwa servizz tas-saħħa lill-anzjani - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 6 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

€9 miljunf’investiment biex ittella’ l-Blokk Ġwanni Pawlu II

għall-anzjani bid-dimensja

€2 miljun f’investiment għall-iżvilupp ta’ żewġ swali tal-ġerjatrija

fil-kumpless St. jean Antide

Fatti u Ċifri

100,000ruħ, ħafna minnhom

anzjani, igawdu mediċini b’xejn

mill-Gvern

800sodda oħra

għall-anzjani li minħabba xi raġuni ma jistgħux jibqgħu jgħixu

fil-komunità

L-anzjani ħaqqhom l-aqwa u l-aħjar u hu għalhekk li l-Gvern ikompli jieħu l-inizjattivi biex itejjeb il-ħajja ta’ missirijietna

u ommijietna

7,000anzjan u anzjana qed igawdu

mis-servizz tal-commcare u hekk baqgħu jgħixu

fil-komunità

Appoġġ lil min hu dgħajjefJissokta l-impenn biex l-anzjani jibqgħu jgħixu mal-familja fl-ambjent fejn għexu33. Inkattru u ntejbu s-servizzi għas-saħħa mentali

Tinħoloq entità akuta ġdida għas-servizzi għas-saħħa mentali, li tkun tinkludi servizzi speċifiċi għat-tfal u l-adolexxenti u Unit li tittratta dawk li jissejħu Eating Disorders, bħall-anorexia u l-bulimia.

34. Sapport kmieni fil-komunità sabiex l-individwu jibqa’ f’daru

Tkun żviluppata sistema ta’ ċensiment u monitoraġġ li b’mod reali tista’ tidentifika u tissorvelja l-ħin kollu persuni vulnerabbli fis-soċjetà, bil-għan li l-ewwel nett jitbiegħed kemm jista’ jkun il-mument fejn il-persuna jkollha tiddaħħal f’waħda mir-residenzi għall-kura, u t-tieni sabiex permezz tal-ħidma flimkien mal-kunsilli lokali, il-Knisja u l-NGOs fir-reġjun partikolari, il-familjari (carers) li jieħdu ħsieb lill-individwu fil-komunità jkollhom kull tip ta’ sapport adegwat, u jkun possibbli li jsiru l-preparamenti f’waqthom u b’mod koordinat jekk persuna tiġi biex tiddaħħal f’residenza. Bi sħubija ma’ NGO, tinfetaħ entità li tilqa’ pazjenti li għandhom

bżonn kura paljattiva, f’ambjent adattat u xieraq, lejn tmiem il-ħajja tagħhom.

35. Min ma jistax ikollu tfal

Wara li għaddejna l-liġi li tirregola l-fertilizzazzjoni assistita (IVF) se nintroduċu din il-proċedura bħala parti mis-servizz tas-saħħa pubblika biex inti tkun tista’ tagħmel din il-proċedura b’xejn u mingħajr ma jkollok għalfejn tmur barra minn Malta.

36. Servizzi għal persuni li jeħtieġu appoġġ fl-iżvilupp tagħhom

Insaħħu s-servizzi edukattivi, terapewtiċi u ta’ saħħa għal dawk it-tfal li jeħtieġu appoġġ professjonali fl-iżvilupp tagħhom. Dan billi noffru s-servizzi ta’ assessjar, sapport, terapija u gwida taħt qafas wieħed. Is-servizz iġib flimkien l-aspett mediku, edukattiv u soċjali. B’hekk il-familji jkunu moqdija aħjar u jitnaqqas il-waiting time. Barra minn hekk, is-servizz jibqa’ jingħata sakemm il-familja jkollha bżonnu,  mhux l-anqas fi żmien tal-adolexxenza u fit-tranżizzjoni għall-ħajja adulta.

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

Page 3: L-aqwa servizz tas-saħħa lill-anzjani - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 6 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemĦidma importanti ħafna li twettqet matul din il-leġiżlatura kienet konnessa mal-mediċini fejn ħafna mediċini importanti, fosthom mediċini użati mill-anzjani, traħħsu fil-prezz. Sadattant, kienet varata l-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek li qed tiffaċilita aktar il-ħajja ta’ dawk li jkollhom bżonn il-mediċini

Investiment mill-Gvern fl-għoti tal-mediċiniKultant donnu li dak li hu b’xejn neħduh wisq for granted u dan jiġri għax inkunu drajna b’dak l-oġġett jew is-servizz. L-istess jista’ jingħad għas-saħħa b’xejn u l-mediċini b’xejn.

Il-Gvern għamel investiment kbir f’dan il-qasam u baqa’ għaddej b’diversi skemi u inizjattivi li ftit issibhom f’pajjiżi ferm akbar minna, fejn wieħed irid ikun jiflaħ finanzjarjament jew ikollu xi assigurazzjoni.

Hawn Malta, għalkemm limitati fid-daqs u l-popolazzjoni, bl-għaqal tal-Gvern dan is-servizz għadu jingħata b’xejn u lil kulħadd. Jingħataw, fost oħrajn, mediċini li tant anzjani u persuni li jkollhom bżonnhom jeħduhom b’xejn u ta’ kuljum, u dan ifisser iffrankar ta’ flus.

Is-saħħa tal-individwu hi fil-qalb il-politika tal-GvernIl-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista għażel li waħda mill-proposti għal-leġiżlatura li jmiss tkun dik li jħallas lill-pazjenti jew lill-persuni li huma intitolati għal mediċina b’xejn, ġaladarba din il-mediċina tkun out of stock.

Żgur li din l-inizjattiva hi importanti ħafna għax b’hekk wieħed ma joqgħodx jinkwieta li mhux se jkun kapaċi jħallas għaliha. Dan juri kemm il-Gvern għandu għal qalbu s-saħħa ta’ kull persuna f’Malta u f’Għawdex.

Kull persuna hi importanti għas-soċjetà u għall-Gvern, u s-saħħa ta’ kull persuna hi għal qalb il-politika tiegħu wkoll.

B’hekk il-Gvern tejjeb u qiegħed ikompli jtejjeb id-diversi servizzi tas-saħħa.

Pajjiżna xxurtjat li fil-qasam tas-saħħa jgawdi l-aqwa servizzi u kuraMhux kulħadd għandu l-istess ammont ta’ finanzi. Hawn min għandu ħafna u hawn min għandu inqas, iżda kulħadd hu intitolat l-istess fejn jidħol is-servizz tas-saħħa. Kulħadd jista’ juża d-diversi servizzi li joffri l-Gvern fosthom ta’ Mater Dei, dawk mis-servizz privat, tal-bereġ u l-polikliniċi u saħansitra operazzjonijiet.

Il-mediċini b’xejn huma ta’ wens għal diversi persuni fosthom l-anzjani li jiddependu fuq il-pensjoni u b’hekk anke jekk jieħdu aktar minn mediċina waħda, jistgħu xorta jakkwistawhom b’xejn mill-Gvern.

Din il-lista tal-mediċini b’xejn tkompli tiżdied permezz tal-inizjattiva tal-Gvern li jkompli jgħin lill-individwi.

Apprezzament importanti għar-roħs fil-mediċiniMhux kulħadd intitolat għall-mediċini, u dik tifhimha. Iżda l-Gvern xorta ħaseb f’kulħadd u permezz ta’ diversi diskussjonijiet, il-Gvern raħħas mijiet u mijiet ta’ mediċini li fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jibbenefika minnhom.

Bir-roħs fil-mediċini wieħed għandu japprezza li mhux biss igawdu dawk li jieħdu l-mediċina darba kultant, forsi bħal meta jinqala’ każ ta’ riħ, imma wkoll igawdu dawk li jeħduhom ta’ spiss u b’ammont ikbar, pereżempju dawk li għandhom xi kundizzjoni u jiddependu fuq xi mediċina partikulari, bħal dawk li għandhom xi problemi f’qalbhom jew bil-pressjoni.

Tajjeb li napprezzaw li xejn ma jiġi mix-xejn u jekk il-Gvern qiegħed jinvesti miljuni fl-għoti tal-mediċini, dan qed jagħmlu għall-aħjar ġid ta’ saħħitna.

L-iskema l-Ispiżjar tal-Għażla Tiegħek fiha ħafna benefiċċjiLi naf hu li l-Gvern għamel inizjattiva li l-mediċini jingħataw mill-ispiżerija tal-għażla tiegħek, dik li tinsab fil-lokalità tiegħek jew f’xi oħra li tixtieq int.

Din kienet waħda mill-aqwa inizjattivi naħseb għaliex b’hekk, dak li jkun, flok irid jinqala’ minn daru u jmur l-Isptar Mater Dei biex jiġbor il-mediċini, issa jista’ jagħmel dan mil-lokalità tiegħu stess.

Ma ninsewx li hemm anzjani jew persuni iżgħar li għandhom problemi ta’ mobbiltà u allura s-sagrifiċċju u tbatija tagħhom huma ferm ikbar minn ta’ ħaddieħor li hu aktar b’saħħtu.

Barra minn hekk, din l-inizjattiva tnaqqas id-dewmien li wieħed idum jistenna biex jieħu l-mediċini għax hekk in-nies kollha li huma intitolati għall-mediċina b’xejn huma maqsumin fuq numru ta’ spiżeriji u mhux imorru f’waħda biss.

MARIA SchEMbRIIL-MOSTA

SARAh GILSONPEMbROKE

MATThEw VELLASAN ĠwANNNIcOLà

cAMILLERIbIRKIRKARA

NAThAN McKAyĦAż-żAbbAR

Page 4: L-aqwa servizz tas-saħħa lill-anzjani - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 6 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

L-anzjani jibqgħu fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern u jistgħu jkomplu jingħataw l-aqwa servizzi għax għandna l-finanzi fis-sod

Il-Gvern Nazzjonalista jassigura l-aqwa kura lill-anzjani filwaqt li jħeġġiġhom jibqgħu attivi u

kemm jista’ jkun jibqgħu jgħixu mal-familji tagħhom fil-lokalità fejn trabbew

L-anzjani jibqgħu persuni speċjali fil-politika tal-Gvern u kien għalhekk li f’din il-leġiżlatura l-Gvern

ħa diversi miżuri biex l-anzjani jibqgħu jingħataw l-aqwa kura u inizjattivi biex jibqgħu attivi fis-soċjetà

permezz tal-Università tat-Tielet Età, xogħol u attivitajiet mill-Gvern u mill-Kunsilli Lokali

Page 5: L-aqwa servizz tas-saħħa lill-anzjani - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 6 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista daħħal fis-seħħ għadd ta’ inċentivi

biex min jilħaq l-età tal-irtirar jibqa’ jaħdem u jibqa’ jirċievi paga u pensjoni sħiħa. Fil-programm elettorali l-Partit Nazzjonalista issa qed jipproponi

wkoll li pensjonanti li sal-lum jitilfu parti mill-pensjoni tagħhom, ma jibqgħux jitilfuha

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex jorganizzaw diversi attivitajiet li fihom ikunu

jistgħu jipparteċipaw l-anzjani li joqogħdu fil-komunità. Dan bl-iskop li l-anzjani jibqgħu attivi fis-soċjetà. Kien għalhekk li nfetħu għadd ta’ day care centres għall-anzjani u l-Partit Nazzjonalista qiegħed iwiegħed li se

jissokta jiftaħ aktar ċentri għall-anzjani f’lokalitajiet oħra

Page 6: L-aqwa servizz tas-saħħa lill-anzjani - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 6 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Il-ġurnalisti jistaqsu:

Anġlu Farrugia tkellem dwar kuntratturi kbar u l-finanzjament tal-Labour Party... xi twieġbu? Anġlu qal li għamilt delitt politiku fuqu kiesaħ u biered... x’tikkummenta? Anġlu qallek giddieb, diżonest, krudil, inuman, vendikattiv... xi twieġeb?

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

JIPPROVA JAQTA’ RAS KULĦADD... U ANĠLU fARRUGIA JIbDA JGĦID DAK LI JAf

Muscat:

... ma nikkummentax... ma nikkummentax... ma nikkummentax...

Dak li għadu kemm kien id-deputy leader ta’ Muscat, Anġlu farrugia, fl-intervista ta’ nhar il-Ħadd li għadda mas-Sunday Times

Page 7: L-aqwa servizz tas-saħħa lill-anzjani - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 6 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Qawwija ħafna kienet l-intervista ta’ Anġlu Farrugia nhar il-Ħadd li għadda mas-Sunday Times. Anġlu Farrugia mhux xi ħadd ‘il bogħod mit-tmexxija tal-Labour Party, anzi kien in-numru tnejn tal-Labour Party sa xahar u nofs ilu. Ma jistax ikollok lil xi ħadd li jaf aktar dwar il-Labour Party, ħlief il-leader Muscat

finanzjament tal-Labour Party u kuntratturi kbarHemm nies qrib il-Labour Party li huma kuntratturi kbar u li huma involuti fil-finanzjament tal-partit. Din qed jgħidha Anġlu Farrugia. Tista’ ma taqbilx miegħu politikament – u kif qal il-Prim Ministru Lawrence Gonzi nhar il-Ħadd li għadda wkoll fil-mass meeting fil-Mosta, hu qatt ma qabel politikament ma’ Anġlu Farrugia – imma dan hu fatt li qed jgħidu Anġlu Farrugia stess u li żgur jaf x’qed jgħid għax kien id-deputy leader tal-Labour Party.

Intervista qawwija ħafna ta’ Anġlu Farrugia li jikxef il-maskra ta’ joseph Muscat

Muscat jagħti tiegħu lil ħaddieħorDak li qal Anġlu Farrugia joħroġ il-falsità ta’ dak li ilu jirrepeti Muscat żmien twil. Waqt li Muscat jippoża tat-trasparenti u jitfa’ l-ħmieġ il-ħin kollu fuq kulħadd – anke jekk illum hu ċar li l-istituzzjonijiet ma jħarsu lejn wiċċ ħadd u ressqu anke kontra mħallfin – dak li għadu kemm kien id-deputy ta’ Muscat qed jitkellem dwar il-finanzjament tal-Labour u kuntratturi kbar.

Il-proposti ta’ Muscat dwar il-MEPA u l-power station jintnuDak li qal Anġlu Farrugia jixħet aktar dawl fuq il-proposti ta’ Muscat dwar il-MEPA u l-power station li jrid jibni bla bżonn. Diġà, anke qabel ma tkellem Anġlu Farrugia, dawn il-proposti kienu jintnu. Għax waqt li Muscat jgħid li tkellem qabel ma’ negozjanti Maltin u barranin, ma jridx jgħid ma’ min tkellem, x’qalulu

u xi ftiehem. U dan hu nuqqas kbir ta’ trasparenza fuq taħditiet importanti li Muscat hu ċar li għamel bil-ħabi u li minn dak li jirriżulta minnhom se jkunu qed jaffettwaw id-deċiżjonijiet tal-Gvern u t-taxxi li nħallsu jekk Muscat ikun fil-poter mill-10 ta’ Marzu.

bagħtu b’kaxxa vojta bla policiesAnġlu Farrugia fl-intervista jgħid li Muscat qatt ma involvieh fid-diskussjonijiet dwar il-programm elettorali. Jiġifieri Muscat bagħat lil Anġlu Farrugia b’kaxxa vojta mill-policies għad-dibattitu ta’ Xarabank li minħabba fih qaċċatlu rasu.

Delitt politiku kiesaħ u bieredU d-deskrizzjoni li jagħti Anġlu Farrugia tal-mod kif qaċċatlu rasu Muscat hi grafika ħafna: “qisek bgħatt għall-akbar ħabib tiegħek u sparajtlu sitt tiri; delitt kiesaħ u biered.”

Jekk kien kapaċi jqaċċat ras id-deputy tiegħu... Jekk Muscat kien kapaċi jqaċċat ras id-deputy tiegħu stess qabel ma biss saret l-elezzjoni, aħseb u ara kemm ikun kapaċi jqaċċat ras nies indipendenti u nies li ma jaqblux miegħu ladarba jkun kiseb il-poter.

Kliem iebes dwar MuscatAnġlu Farrugia jerfa’ kliem iebes għal dak li Muscat għamel miegħu: stallett f’dahru, krudeltà, vendikazzjoni. U għal Muscat jerfa’ wkoll deskrizzjonijiet ibsin ħafna tal-elementi fil-karattru tal-leader Laburista: diżonestà, inumanità, gideb.

Minkejja li bħalissa Muscat qed jipprova jingħoġob ma’ kulħadd għall-poter, jekk dan hu l-mod kif Muscat ġab ruħu mad-deputy leader tiegħu qabel biss kiseb il-poter, aħseb u ara kif iġib ruħu ladarba ma jkunx għad għandu bżonn il-vot ta’ dawk li qed jipprova jingħoġob magħhom bħalissa.

Partit li biegħ ruħu b’mod li jqanqal ħsibijiet dwar xiri ta’ favuriDwar il-Labour taħt Muscat, Anġlu Farrugia jgħid li hu partit bla valuri. U din jista’ jaraha kulħadd: illum il-Labour tilef is-sens ta’ x’inhi l-missjoni vera tiegħu li issa hi biss il-kisba tal-poter u l-kuluri tal-ingravajjet.

Li hu gravi ħafna aktar mill-qerq tal-kuluri hu dak li jfisser x’qed jgħid min għadu kemm kien in-numru tnejn fil-Labour Party:

n li l-partit ta’ Muscat biegħ ruħu,

n li dak li qed isir fil-partit ta’ Muscat iqanqal ħsibijiet dwar xiri ta’ favuri bil-moħbi, u

n li bi gvern ta’ Muscat ma jkunux istituzzjonijiet pubbliċi, ħielsa u serji li jagħmlu d-deċiżjonijiet li jolqtuna, imma istituzzjonijiet influwenzati b’mod maħmuġ.

Dak li qal Anġlu Farrugia hu gravi ħafna.

Anġlu Farrugia jitkellem dwar kuntratturi kbar u l-finanzjament tal-Labour Party li jqanqal ħsibijiet dwar xiri ta’ favuri

Page 8: L-aqwa servizz tas-saħħa lill-anzjani - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 6 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem kellu stima u rispett kbir lejn l-anzjani tagħna li matul is-snin ikkontribwew ħafna għal pajjiżna. Illum il-Gvern irid irodd lura lill-anzjani b’rikonoxximent għal dak kollu li huma għamlu għal pajjiżna. Il-Gvern hu kburi li l-anzjani għandhom post ċentrali ħafna fil-politika tiegħu.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi