stqarrija gĦall-istampa edukazzjoni, Żgħażagħ, kultura …

23
L-ISTAMPA Rue de la Loi 175 B – 1048 BRUSSELL Tel.: +32 (0)2 281 7040 / 6319 Fax: +32 (0)2 281 8026 [email protected] http://www.consilium.europa.eu/Newsroom 10360/11 1 MT KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA MT 10360/11 (OR. en) PRESSE 141 PR CO 30 STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA It-3090 laqgħa tal-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sports Brussell, 19 u 20 ta' Mejju 2011 President Is-Sur Géza SZŐCS Ministru tal-Istat għall-Kultura Is-Sur Miklós SOLTÉSZ Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Soċjali, tal-Familja u taż- Żgħażagħ Is-Sinjura Rózsa HOFFMANN Ministru tal-Istat għall-Edukazzjoni Is-Sur Attila CZENE Ministru tal-Istat għall-Isports

Upload: others

Post on 02-Dec-2021

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

L - I S T A M P ARue de la Loi 175 B – 1048 BRUSSELL Tel.: +32 (0)2 281 7040 / 6319 Fax: +32 (0)2 281 8026

[email protected] http://www.consilium.europa.eu/Newsroom10360/11 1

MT

KUNSILLTAL-UNJONI EWROPEA MT

10360/11

(OR. en)

PRESSE 141PR CO 30

STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

It-3090 laqgħa tal-Kunsill

Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sports

Brussell, 19 u 20 ta' Mejju 2011

President Is-Sur Géza SZŐCSMinistru tal-Istat għall-KulturaIs-Sur Miklós SOLTÉSZMinistru tal-Istat għall-Affarijiet Soċjali, tal-Familja u taż-ŻgħażagħIs-Sinjura Rózsa HOFFMANNMinistru tal-Istat għall-EdukazzjoniIs-Sur Attila CZENEMinistru tal-Istat għall-Isports

19.-20.V.2011

10360/11 2

MT

Riżultati Prinċipali tal-Kunsill

Kultura

Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar deċiżjoni li tistabbilixxi Azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-ċertifikat tal-patrimonju Ewropew.

Il-Kunsill ħatar lil Plzeň (Repubblika Ċeka) bħala Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2015.Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar:

– il-kontribut tal-kultura għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020;– servizzi ta' informazzjoni dwar il-mobbiltà għall-artisti u għall-professjonisti tal-kultura.

Matul l-ikla ta' nofsinhar, il-Ministri tas-settur awdjoviżiv u l-kultura ddiskutew il-futur tal-programmi CULTURE u MEDIA wara l-2013.

Żgħażagħ

Il-Kunsill adotta żewġ riżoluzzjonijiet dwar:

– l-inkoraġġiment ta' forom ġodda u effettivi ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha fil-ħajja demokratika fl-Ewropa;

– djalogu strutturat maż-żgħażagħ dwar l-impjiegi għaż-żgħażagħ.

Il-Ministri ddiskuteaw l-attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp tal-komunitajiet lokali fil-kuntest ta' "2011 - Sena Ewropea ta' Attivitajiet Volontarji".

Edukazzjoni

Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar żewġ rakkomondazzjonijiet:

– waħda dwar il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ;

– l-oħra dwar il-linji ta' politika biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel.

F'dan il-kuntest, il-Ministri ddiskutew ukoll, f'dibattitu pubbliku, linji ta' politika ta' prevenzjoni kontra t-tluq bikri mill-iskola mmirati lejn dawk li huma soċjoekonomikament żvantaġġati, inklużi r-Rom.

Barra minn hekk, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrin tat-tfal.

Sports

Il-Kunsill adotta Riżoluzzjoni dwar il-Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isports (2011-2014).Il-Ministri kellhom ukoll dibattitu pubbliku dwar aspetti relatati mal-isports tal-imħatri onlajn.Fil-ħin tal-ikel sar djalogu strutturat ta' livell għoli bejn il-Ministri mill-Istati Membri tat-trojka estiża u r-rappreżentanti tal-moviment tal-isports.

19.-20.V.2011

1 � Meta dikjarazzjonijiet, konklużjonijiet jew riżoluzzjonijiet ikunu ġew adottati formalment mill-Kunsill, dan ikun indikat fl-intestatura tas-suġġett ikkonċernat u t-test jitqiegħed bejn il-virgoletti.

� Id-dokumenti li r-referenzi tagħhom jingħataw fit-test qegħdin fis-sit ta' l-Internet tal-Kunsill http://www.consilium.europa.eu.

� Atti adottati b'dikjarazzjonijiet għall-minuti tal-Kunsill li jkunu jistgħu jinħarġu għall-pubbliku huma indikati b'asterisk; dawn id-dikjarazzjonijiet qegħdin fuq is-sit ta' l-Internet tal-Kunsill imsemmi hawn fuq jew jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju ta' l-Istampa.

10360/11 3

MT

WERREJ1

PARTEĊIPANTI .......................................................................................................................... 5

PUNTI LI ĠEW DISKUSSI

KULTURA..................................................................................................................................... 8

Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew.................................................................................................. 8

Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2015.................................................................................. 8

Kontribut tal-kultura għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020........................................ 9

Servizzi ta' informazzjoni dwar il-mobbiltà: .................................................................................... 9

AFFARIJIET OĦRAJN ................................................................................................................ 11

ŻGĦAŻAGĦ ................................................................................................................................ 13

Parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa....................................................... 13

Djalogu strutturat maż-żgħażagħ dwar l-impjiegi għaż-żgħażagħ .................................................. 13

Attivitajiet ta' volontarjat taż-żgħażagħ ......................................................................................... 14

AFFARIJIET OĦRAJN ................................................................................................................ 15

EDUKAZZJONI........................................................................................................................... 16

Tluq bikri mill-iskejjel .................................................................................................................. 16

Linji ta' politika ta' prevenzjoni kontra t-tluq bikri mill-iskejjel ..................................................... 16

Mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ................................................................................................. 17

Il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal ............................................................................................ 18

AFFARIJIET OĦRAJN ................................................................................................................ 19

19.-20.V.2011

10360/11 4

MT

SPORTS ....................................................................................................................................... 20

Pjan ta' Ħidma għall-Isports .......................................................................................................... 20

Imħatri onlajn ............................................................................................................................... 21

AFFARIJIET OĦRAJN ................................................................................................................ 22

PUNTI OĦRAJN LI ĠEW APPROVATI

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

– Laqgħa tal-Kunsill taż-ŻEE .............................................................................................................................23

19.-20.V.2011

10360/11 5

MT

PARTEĊIPANTI

Belġju:Is-Sur Pascal SMET Ministru Fjamming tal-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, l-

Opportunitajiet Indaqs u l-Affarijiet ta' BrussellIs-Sinjura Fadila LAANAN Ministru tal-Komunità Franċiża tal-Kultura, is-Settur

Awdjoviżiv, is-Saħħa u l-Opportunitajiet IndaqsIs-Sur Philippe MUYTERS Ministru Fjamming tal-Finanzi, il-Baġit, l-Impjiegi, l-

Ippjanar Territorjali u l-IsportsBulgarija:Is-Sinjura Petya EVTIMOVA Viċi Ministru tal-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ u x-XjenzaIs-Sur Todor CHOBANOV Viċi Ministru tal-KulturaIs-Sur Lasar KAMENOV Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Fiżika u l-Isports

Repubblika Ċeka:Is-Sur Jiři BESSER Ministru tal-KulturaIs-Sur Jan KOCOUREK Viċi Ministru tal-Isports u taż-Żgħażagħ

Danimarka:Is-Sur Per Stig MØLLER Ministru tal-Kultura u Ministru tal-Affarijiet tal-KnisjaIs-Sur Troels Lund POULSEN Ministru tal-EdukazzjoniIs-Sur Jonas BERING LIISBERG Viċi Rappreżentant Permanenti

Ġermanja:Is-Sur Bernd NEUMANN Ministru tal-Istat għall-KulturaIs-Sur Wolfgang HEUBISCH Ministru tal-Istat Bavarjan għax-Xjenza, ir-Riċerka u l-

ArtiIs-Sur Hermann KUES Segretarju Parlamentari tal-Istat fil-Ministeru Federali tal-

Familja, l-Anzjani, in-Nisa u ż-ŻgħażagħIs-Sur Georg SCHÜTTE Segretarju tal-Istat fil-Ministeru Federali tal-Edukazzjoni

u r-RiċerkaIs-Sur Jürgen ZÖLLNER Senatur, Senat għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u r-Riċerka

tal-Land BerlinIs-Sur Guido PERUZZO Viċi Rappreżentant Permanent tar-Repubblika Federali

tal-Ġermanja għall-UE Is-Sur Gunter FISCHER Ministru fil-Ministeru tal-Intern u l-Isports tal-Land

Rhineland-Palatinate

Estonja:Is-Sur Gert ANTSU Viċi Rappreżentant Permanenti

Irlanda:Is-Sinjura Geraldine BYRNE NASON Viċi Rappreżentant Permanenti

Greċja:Is-Sinjura Fotini GENNIMATA Viċi Ministru tal-Edukazzjoni, it-Tagħlim tul il-Ħajja u l-

Affarijiet ReliġjużiIs-Sur Georgios NIKITIADIS Segretarju tal-Istat għall-Kultura u t-TuriżmuIs-Sur Yiannos LIVANOS Segretarju Ġenerali għaż-Żgħażagħ

Spanja:Is-Sur Mario BEDERA BRAVO Segretarju tal-Istat għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ

ProfessjonaliIs-Sur Albert SOLER SICILIA Segretarju tal-Istat għall-IsportsIs-Sur José Pascual MARCO MARTÍNEZ Viċi Rappreżentant PermanentiIs-Sur Bartomeu LLINAS FERRA Ministru tal-Edukazzjoni u l-Kultura tal-Komunità

Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi

Franza:Is-Sur Frédéric MITTERAND Ministru tal-Kultura u l-KomunikazzjoniIs-Sinjura Chantal JOUANNO Ministru tal-IsportsIs-Sinjura Jeannette BOUGRAB Ministru tal-Istat responsabbli għaż-Żgħażagħ u x-Xogħol

Volontarju, fl-Uffiċċju tal-Ministru tal-Edukazzjoni Nazzjonali, iż-Żgħażagħ u x-Xogħol Volontarju

Is-Sur Philippe LEGLISE-COSTA Viċi Rappreżentant Permanenti

19.-20.V.2011

10360/11 6

MT

Italja:Is-Sur Giancarlo GALAN Ministru tal-Beni u l-Attivitajiet KulturaliIs-Sur Rocco CRIMI Segretarju tal-Istat, Uffiċċju tal-Prim Ministru,

responsabbli għall-IsportsIs-Sur Vincenzo GRASSI Viċi Rappreżentant Permanenti

Ċipru:Is-Sur George ZODIATES Viċi Rappreżentant Permanenti

Latvja:Is-Sinjura Solvita ZVIDRINA Segretarju tal-Istat għall-KulturaIs-Sinjura Daiga REČA Segretarju Parlamentari, Ministeru tal-Edukazzjoni u x-

Xjenza

Litwanja:Is-Sur Arūnas GELŪNAS Ministru tal-KulturaIs-Sur Gintaras STEPONAVIČIUS Ministru tal-Edukazzjoni u x-XjenzaIs-Sur Arūnas VINČIŪNAS Viċi Rappreżentant Permanenti

Lussemburgu:Is-Sinjura Octavie MODERT Ministru tal-Kultura, Ministru għar-Relazzjonijiet mal-

Parlament, Ministru għas-Simplifikazzjoni Amministrattiva fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Ministru b'responsabbiltà għas-Servizz Ċivili u r-Riforma Amministrattiva

Is-Sinjura Michèle EISENBARTH Viċi Rappreżentant Permanenti

Ungerija:Is-Sur Géza SZÖCS Ministru tal-Istat għall-KulturaIs-Sur Miklós SOLTÉSZ Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Soċjali, tal-Familja u taż-

ŻgħażagħIs-Sur Attila CZENE Ministru tal-Istat għall-IsportsIs-Sinjura Rózsa HOFFMANN Ministru tal-Istat għall-Edukazzjoni

Malta:Is-Sur Clyde PULI Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-IsportsIs-Sur Mario DE MARCO Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-

Kultura

Pajjiżi l-Baxxi:Is-Sur Halbe ZIJLSTRA Segretarju tal-Istat għall-Edukazzjoni, il-Kultura u x-

XjenzaIs-Sur Dirk OLDENBURG Viċi Rappreżentant Permanenti

Awstrija:Is-Sur Norbert DARABOS Ministru Federali tad-Difiża u l-IsportsIs-Sur Harald GÜNTHER Viċi Rappreżentant Permanenti

Polonja:Is-Sur Bogdan ZDROJEWSKI Ministru tal-Kultura u l-Wirt NazzjonaliIs-Sinjura Katarzyna HALL Ministru tal-Edukazzjoni NazzjonaliIs-Sur Adam GIERSZ Ministru tal-Isports u t-Turiżmu

Portugall:Is-Sinjura Gabriela CANAVILHAS Ministru tal-KulturaIs-Sur José A. VENTURA SILVA Segretarju tal-Istat għall-EdukazzjoniIs-Sur Laurentino DIAS Segretarju tal-Istat għaż-Żgħażagħ u l-Isports

Rumanija:Is-Sinjura Doina MELINTE Segretarju tal-Istat għaż-Żgħażagħ u l-IsportsIs-Sinjura Irina CAJAL MARIN Segretarju tal-Istat għall-Kultura u l-Wirt Nazzjonali

Slovenja:Is-Sinjura Majda ŠIRCA Ministru tal-KulturaIs-Sur Igor LUKŠIČ Ministru tal-Edukazzjoni u l-Isports

Slovakkja:Is-Sinjura Natália CEHLÁRIKOVÁ Segretarju tal-Istat fil-Ministeru tal-KulturaIs-Sur Peter JAVORČÍK Viċi Rappreżentant Permanenti

Finlandja:Is-Sinjura Marja RISLAKKI Viċi Rappreżentant Permanenti

19.-20.V.2011

10360/11 7

MT

Svezja:Is-Sinjura Lena ADELSOHN-LILJEROTH Ministru tal-Kultura u l-IsportsIs-Sinjura Nyamko SABUNI Ministru għall-Opportunitajiet Indaqs

Renju Unit:Is-Sur Andy LEBRECHT Viċi Rappreżentant PermanentiIs-Sur Tim LOUGHTON Sotto-Segretarju Parlamentari tal-Istat għat-Tfal u l-

Familji

Kummissjoni:Is-Sinjura Androulla VASSILIOU Membru

19.-20.V.2011

10360/11 8

MT

PUNTI LI ĠEW DISKUSSI

KULTURA

Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew

F'deliberazzjoni pubblika, il-Kunsill laħaq qbil politiku, b'astenzjoni mid-delegazzjoni tar-Renju Unit, fuq deċiżjoni li tistabbilixxi Azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (9213/11 + COR 1 REV 1). Dan iċ-ċertifikat jingħata lil siti li għandhom valur simboliku qawwi - u mhux biss wieħed estetiku - f'termini tal-istorja u l-patrimonju Ewropew (bħal monumenti, siti naturali, taħt l-ilma, arkeoloġiċi, industrijali jew urbani, pajsaġġi u oġġetti kulturali) u li fl-istess ħin jippromwovu l-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem li huma l-bażi tal-integrazzjoni Ewropea. Id-deċiżjoni għandha wkoll l-għan li ssaħħaħ is-sens ta' appartenenza taċ-ċittadini Ewropej għall-Ewropa, speċjalment dak taż-żgħażagħ.

Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għandu wkoll l-għan li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u sostenibbli tar-reġjuni, b'mod partikolari permezz tat-turiżmu kulturali. Huwa jibni fuq inizjattiva intergovernattiva mnedija fl-2006, li taħtha diġà ġew iċċertifikati 68 sit minn 18-il Stat Membru. Sabiex jittejbu l-kwalità u l-effiċjenza tagħha u jiġi żgurat is-suċċess tagħha għal perijodu ta' żmien twil, l-inizjattiva qed titbiddel f'azzjoni formali tal-Unjoni Ewropea. Taħt din l-azzjoni l-ġdida, kull Stat Membru ser ikollu l-possibbiltà li jagħżel minn qabel mhux aktar minn żewġ siti kull sentejn u bord ta' esperti indipendenti ser jagħżel mhux aktar minn sit wieħed għal kull pajjiż biex jirċievi ċ-ċertifikat.

Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2015

Il-Kunsill adotta Deċiżjoni li taħtar uffiċjalment lil Plzeň fir-Repubblika Ċeka bħala Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2015 (9050/11).

Mons fil-Belġju - innominat is-sena li għaddiet - huwa l-Kapitali Ewropea tal-Kultura l-oħra għas-sena 2015. Sal-2019, bliet minn żewġ Stati Membri ser jinħatru kull sena bħala Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura.

19.-20.V.2011

10360/11 9

MT

Kontribut tal-kultura għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-kontribut tal-kultura għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 (9057/11).

Il-konklużjonijiet jissottolinjaw il-fatt li s-settur kulturali u kreattiv għandu l-potenzjal li jiġġenera tkabbir u impjiegi ta' kwalità, u għalhekk għandu rwol importanti fil-kisba tal-objettivi tal-istrateġija u l-inizjattivi ewlenin tagħha, bħall-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (9981/1/10) jew l-Unjoni tal-Innovazzjoni (14035/10). B'mod partikolari, il-konklużjonijiet jeżaminaw il-kontribut speċifiku tal-kultura għall-miri prinċipali tal-Istrateġija 2020: tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv

Fl-aħħar nett, il-konklużjonijiet jappellaw lill-Istati Membri biex jużaw il-fondi finanzjarji tal-UE, bħall-Fondi Strutturali, għal proġetti kulturali u lill-Kummissjoni biex tinkorpora l-kultura fil-politika u l-istrumenti finanzjarji tal-UE fil-futur.

Servizzi ta' informazzjoni dwar il-mobbiltà:

F'dibattitu pubbliku, il-Ministri ddiskutew is-servizzi ta' informazzjoni dwar il-mobbiltà għall-artisti u l-professjonisti kulturali, abbażi ta' żewġ mistoqsijiet imħejjija mill-Presidenza biex tistruttura d-dibattitu. Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet dwar is-suġġett (9058/11), fil-qafas tal-Pjan ta' Ħidma għall-Kultura attwali adottat f'Novembru 2010 (ĠU C 325, 2.12.2010).

Mobbiltà transnazzjonali - li hija objettiv speċifiku tal-Programm Kultura 2007-2013 - tiffaċilita l-aċċess għall-artisti u l-professjonisti kulturali għas-suq tax-xogħol Ewropew, u b'hekk toħloq opportunitajiet ta' impjiegi ġodda u tippromwovi l-impjiegi fis-settur kulturali u fl-ekonomija ġenerali. It-titjib tal-mobbiltà jista' wkoll jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020.

B'mod ġenerali, il-Ministri ssottolinjaw il-valur miżjud tal-mobbiltà għad-diversità kulturali iżda l-biċċa l-kbira minnhom jirrikonoxxu wkoll li hemm diversi ostakoli għall-mobbiltà tal-artisti u l-professjonijiet kulturali, bħan-nuqqas ta' strutturi biex jiġu indirizzati r-regoli dwar il-permessi ta' xogħol jew residenza, ir-regolamenti dwar id-drittijiet tal-awtur, it-taxxi, l-assigurazzjoni, eċċ. Il-parti l-kbira tal-Istati Membri diġà nedew jew qegħdin jaġġornaw u jimmodernizzaw is-servizzi tagħhom ta' informazzjoni dwar il-mobbiltà permezz ta' portali tal-internet jew permezz ta' servizzi speċifiċi fil-Ministeri kompetenti.

19.-20.V.2011

10360/11 10

MT

Xi Ministri qiesu li l-kooperazzjoni bejn is-servizzi u l-istrutturi differenti hi estremament importanti u tista' f'xi każijiet titjieb. Għadd ta' delegazzjonijiet issuġġerew il-ħolqien ta' portal jew pjattaforma multilingwistika tal-UE, possibbilment fil-qafas tal-programm CULTURE futur.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill jissuġġerixxu miżuri biex tiġi stabbilita sistema ta' informazzjoni li tipprovdi lill-artisti u lill-professjonisti tal-kultura b'informazzjoni komprensiva, preċiża u aġġornata dwar kwistjonijiet relatati mal-mobbiltà fi ħdan l-UE. Il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri biex jaħtru esperti nazzjonali għal grupp ta' ħidma li ser jassisti lill-Kummissjoni fl-eżami ta' proposti konkreti f'dan il-qasam.

19.-20.V.2011

10360/11 11

MT

AFFARIJIET OĦRAJN

· Kotba elettroniċi

· Manifest dwar il-kultura fl-Ewropa

Il-Ministru Franċiż stieden lill-kollegi tiegħu biex jirriflettu dwar kwistjonijiet relatati mal-kotba elettroniċi. Il-Ministru Franċiż u dak Sloven informaw ukoll lill-Kunsill dwar l-intenzjoni tagħhom li jipproponu manifest dwar il-kultura fl-Ewropa (9621/11). Il-manifest għandu jipproklama li l-kultura għandha tkun fil-qofol tal-proġett Ewropew u li d-diversità kulturali teħtieġ u jixirqilha politika kulturali innovattiva u ambizzjuża. Il-Presidenza Pollakka li jmiss iddikjarat li hi lesta biex teżamina din l-inizjattiva.

· Rapport mill-'Comité des Sages' (Grupp ta' riflessjoni) biex il-wirt kulturali Ewropew jinġieb onlajn (Europeana)

Il-Kummissarju Vassiliou ppreżentat ir-rapport, maħruġ f'Jannar ta' din is-sena u intitolat "Ir-Rinaxximent il-Ġdid", li issa huwa disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE. (http://ec.europa.eu/information_society/activities/digital_libraries/doc/reflection_group/final-report-cdS3.pdf).

Ir-rapport jirrakkomanda t-titjib u l-aċċelerazzjoni tal-proċess ta' diġitalizzazzjoni, b'mod partikolari rigward l-Europeana (http://www.europeana.eu/portal/)- il-librerija diġitali Ewropea - li għandha ssir il-punt ta' referenza għall-kontenut kulturali onlajn Ewropew. Barra minn hekk, huwa jirrakkomanda li sal-2016 il-kapulavuri kollha tal-Istati Membri kollha għandhom ikunu disponibbli permezz tal-Europeana.

· Pjan ta' Ħidma tal-Kunsill għall-Kultura 2011-2014

Il-Presidenza informat lill-Ministri dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-programm (ĠU C 325, 2.12.2010), li jistabbilixxi l-prijoritajiet li ġejjin għall-Kunsill fl-azzjonijiet ta' politika kulturali tiegħu f'perijodu ta' żmien medju:

(1) Diversità kulturali, djalogu interkulturali u kultura aċċessibbli u inklużiva;

(2) Industriji kulturali u kreattivi;

19.-20.V.2011

10360/11 12

MT

(3) Ħiliet u mobbiltà;

(4) Wirt kulturali;

(5) Kultura fir-relazzjonijiet esterni; u

(6) Statistika dwar il-kultura

Il-Presidenza Ungeriża organizzat diversi avvenimenti u konferenzi, b'mod partikolari fil-kuntest ta' "Ħiliet u mobbiltà" u "Kultura fir-relazzjonijiet esterni"

· Rapport dwar il-laqgħa informali tal-Ministri tal-kultura (Budapest, Gödöllő, 27 u 28 ta' Marzu 2011)

Il-Presidenza Ungeriża informat lill-Ministri dwar l-eżitu ta' din il-laqgħa li kienet iddedikata għal diskussjoni dwar ir-rwol tal-kultura fl-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 (www.eu2011.hu).

· Programm ta' ħidma tal-Presidenza li jmiss

Il-Presidenza Pollakka ppreżentat il-programm ta' ħidma tagħha għall-kultura, li jinkludi l-prijoritajiet li ġejjin: kompetenzi kulturali, u l-protezzjoni tal-wirt kulturali, b'mod partikolari l-films u x-xogħlijiet awdjoviżivi.

19.-20.V.2011

10360/11 13

MT

ŻGĦAŻAGĦ

Parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa

Il-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri adottaw riżoluzzjoni dwar l-inkoraġġiment ta' forom ġodda u effettivi ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (8064/11).

Ir-riżoluzzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ l-impenn ċiviku u l-parteċipazzjoni demokratika taż-żgħażagħ billi tinkoraġġixxi l-akkwist u l-iżvilupp ta' kompetenzi prinċipali u ħiliet ġodda kif ukoll il-mobbiltà, il-faċilitazzjoni tat-titjib tal-ħiliet personali taż-żgħażagħ u li dawn jiġu motivati biex jipparteċipaw bis-sħiħ fis-sistema tal-edukazzjoni, fis-suq tax-xogħol u fil-ħajja tal-komunità.

Il-Ministri fakkru f'dan il-kuntest li l-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ hija waħda mill-objettivi ġenerali tar-riżoluzzjoni adottata reċentement dwar qafas imġedded għal kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018)1 li jirrikonoxxi wkoll li ż-żgħażagħ kollha huma riżorsa tas-soċjetà bid-dritt li jipparteċipaw fl-iżvilupp ta' linji ta' politika li jaffettwawhom permezz ta' djalogu strutturat kontinwu maż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.

Djalogu strutturat maż-żgħażagħ dwar l-impjiegi għaż-żgħażagħ

Il-Ministri ħadu nota ta' nota tal-Presidenza dwar is-sitwazzjoni attwali tad-djalogu strutturat bejn iż-żgħażagħ u l-istituzzjonijiet tal-UE għall-perijodu bejn l-1 ta' Jannar 2010 u t-30 ta' Ġunju 2011 (9170/11).

Il-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri adottaw ukoll riżoluzzjoni dwar id-djalogu strutturat maż-żgħażagħ dwar l-impjiegi taż-żgħażagħ (9048/11), li tevalwa u toħroġ l-esperjenza miksuba mill-perijodu ta' 18-il xahar li għaddew u tistabbilixxi prijoritajiet ta' politika għall-Grupp ta' Tliet Presidenzi li jmiss (PL, DK u CY).

L-ewwel żewġ ċikli ta' ħidma tad-djalogu strutturat għandhom jiġu evalwati mill-Kunsill fil-kuntest tar-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ li għandu jiġi ppreżentat mill-Kummissjoni sal-aħħar tal-2012.

Il-prijorità tematika ġenerali għaċ-ċiklu ta' 18-il xahar li jmiss (mill-1 ta' Lulju 2011 sal-31 ta' Diċembru 2012) ser tkun il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b'enfasi speċjali fuq il-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika fl-Ewropa.

1 ĠU C 311, 19.12.2009.

19.-20.V.2011

10360/11 14

MT

Attivitajiet ta' volontarjat taż-żgħażagħ

F'dibattitu pubbliku, il-Ministri ddiskutew l-attivitajiet volontarji taż-żgħażagħ u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp tal-komunitajiet lokali (9053/11), abbażi ta' nota tal-Presidenza.

Is-sena 2011 ġiet nominata bħala s-"Sena Ewropea tal-Attivitajiet Volontarji - promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva", li tfittex li tippromwovi u ttejjeb il-kondizzjonijiet għall-volontarjat fl-UE u żżid l-għarfien dwar il-valur u l-importanza tal-volontarjat. Il-Presidenza Ungeriża u l-Presidenza Pollakka li jmiss ippjanaw serje ta' avvenimenti f'dan il-kuntest li għandhom iseħħu matul l-2011.

B'mod ġenerali, il-Ministri qiesu li l-volontarjat huwa espressjoni attiva tal-parteċipazzjoni ċivika li ssaħħaħ il-valuri Ewropej komuni bħas-solidarjetà u l-koeżjoni soċjali. Huwa jipprovdi wkoll opportunitajiet importanti ta' tagħlim, peress li l-involviment f'attivitajiet ta' volontarjat jista' jipprovdi lin-nies b'ħiliet u kompetenzi ġodda u jista' saħansitra jtejjeb l-impjegabbiltà tagħhom.

Għadd ta' Ministri enfasizzaw ukoll li huwa importanti li l-attivitajiet volontarji jinvolvu wkoll lil persuni aktar imdaħħlin fl-età, biex b'hekk isir kontribut biex titnaqqas id-differenza bejn il-ġenerazzjonijiet u titrawwem it-trasmissjoni tal-għarfien.

Barra minn hekk, il-Ministri fakkru li l-biċċa l-kbira tal-attivitajiet ta' volontarjat taż-żgħażagħ iseħħu f'livell lokali u wkoll fi ħdan organizzazzjonijiet nongovernattivi, u li għandhom jiġu appoġġati f'livell politiku. Diversi delegazzjonijiet appellaw ukoll għal skambju regolari ta' prattiki tajba.

19.-20.V.2011

10360/11 15

MT

AFFARIJIET OĦRAJN

· Rapport dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm "Żgħażagħ fl-Azzjoni" (2007-2013)

Il-Kummissarju Vassiliou informat lill-Ministri dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni interim ta' dan il-programm tal-UE (http://ec.europa.eu/youth/youth-in-action-programme/doc247_en.htm), li twettqet permezz ta' kontributi nazzjonali u minn evalwazzjoni indipendenti. Ġew approvati madwar 2000 proġett u l-konklużjonijiet juru li l-programm kien effettiv f'termini ta' impjiegi u parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, filwaqt li laħaq ukoll lil dawk b'inqas opportunitajiet. Il-Kummissjoni biħsiebha tapplika r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport.

· Programm ta' ħidma tal-Presidenza li jmiss

Id-delegazzjoni Pollakka indikat li t-tema prinċipali ta' dan il-programm fil-qasam taż-żgħażagħ ser tkun iż-"Żgħażagħ u d-dinja", fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattiva ewlenija tagħha "Żgħażagħ f'moviment".

19.-20.V.2011

10360/11 16

MT

EDUKAZZJONI

Tluq bikri mill-iskejjel

· Il-Kunsill laħaq qbil politiku - bir-Renju Unit jivvota kontra - dwar rakkomandazzjoni rigward linji ta' politika biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (9423/11), li jfittex li jippromwovi l-progress lejn il-mira ewlenija tal-Ewropa 2020 biex ir-rati ta' tluq bikri mill-iskejjel jitnaqqsu għal inqas minn 10% sal-2020 (meta mqabbel ma' 14,4% fl-2009).

It-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel jindirizza żewġ għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, li huma t-'tkabbir intelliġenti' - billi jtejjeb il-livelli tal-edukazzjoni u t-taħriġ - kif ukoll it'tkabbir inklużiv' -billi jindirizza wieħed mill-fatturi ta' riskju prinċipali għall-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali. Minkejja progress sinifikanti matul l-aħħar deċennju, ir-rati ta' tluq bikri mill-iskejjel fl-Ewropa -jiġifieri l-għadd ta' dawk tal-età bejn 18 u 24 sena li għandhom edukazzjoni sekondarja inferjuri jew anqas, u li m'għandhomx jirċievu edukazzjoni jew taħriġ - għadhom għoljin wisq u jikkostitwixxu problema urġenti u serja f'bosta pajjiżi tal-UE. B'mod ġenerali, il-Ministri qiesu li approċċ ta' suċċess f'dan il-qasam jeħtieġ linji ta' politika konsistenti, transsettorjali u komprensivi. Din mhijiex biss kwistjoni ta' edukazzjoni: hija għandha implikazzjonijiet fuq firxa ta' linji ta' politika soċjali, taż-żgħażagħ, tas-saħħa u tal-impjiegi. Il-linji ta' politika li jiffukaw fuq miżuri preventivi aktar milli kumpensatorji jidhru li huma l-aktar effikaċi.

Diversi delegazzjonijiet issottolinjaw li l-appoġġ għandu jkun sistematiku mis-snin bikrin sal-ħajja adulta u jindirizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa ta' attenzjoni fuq il-livelli kollha tas-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ: aspetti strutturali, fatturi tal-livell tal-iskejjel u appoġġ individwali.

Linji ta' politika ta' prevenzjoni kontra t-tluq bikri mill-iskejjel

· Bħala segwitu, il-Ministri kellhom dibattitu fil-pubbliku, abbażi ta' dokument ta' sfond imħejji mill-Presidenza (9043/11), dwar linji ta' politika ta' prevenzjoni kontra t-tluq bikri mill-iskejjel, immirat, b'mod partikolari, lejn dawk li huma żvantaġġati soċjoekonomikament, inklużi r-Rom.

Il-Kummissarju Reding għamlet intervent fil-qosor dwar dan is-suġġett, u fakkret fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni maħruġa reċentement "Qafas tal-UE għall-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom fl-2020" (8727/11) u fil-konklużjonijiet importanti adottati fid-19 ta' Mejju mill-Kunsill EPSCO, li hi l-konfigurazzjoni ewlenija tal-Kunsill fir-rigward ta' din il-materja. Hija fakkret li t-tluq bikri mill-iskola joħloq u jipperpetwa l-inugwaljanza soċjoekonomika: attwalment huma inqas min-nofs it-tfal Rom li jibbenefikaw mill-edukazzjoni primarja, meta mqabbel ma' kważi 95% ta' tfal Ewropej oħrajn, u l-kisba edukattiva tagħhom spiss tibqa' taħt il-medja.

19.-20.V.2011

10360/11 17

MT

Għalkemm is-sitwazzjoni tar-Rom tvarja minn Stat Membru għal Stat Membru, ġie maqbul b'mod ġenerali li l-maġġoranza tal-poplu Rom li jgħix fl-UE jbati minn esklużjoni soċjali, diskriminazzjoni, segregazzjoni u faqar kbir u ħafna minnhom jgħixu f'territorji b'aċċess limitat għal servizzi ta' kwalità, inkluż fil-qasam tal-edukazzjoni.

L-integrazzjoni ekonomika u soċjali tar-Rom hija waħda mill-prijoritajiet tal-Presidenza Ungeriża li, bħalma jagħmlu għadd kbir ta' Stati Membri, tqisha kruċjali għall-preżent u l-futur tal-kompetittività tal-Unjoni Ewropea u l-benessri taċ-ċittadini tagħha.

Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri diġà stabbilixxew miżuri u programmi preventivi biex jittrattaw din il-problema, minn skejjel speċjali u programmi ta' appoġġ għat-tagħlim għal taħriġ speċifiku għall-għalliema, ħatra ta' kunsillieri edukattivi, u interventi mmirati. Diversi Ministri ssottolinjaw l-importanza tal-involviment tal-familji, b'mod partikolari l-ommijiet, f'dawn l-isforzi.

Linji ta' politika effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom għandhom ikunu bbażati fuq erba' pilastri: l-edukazzjoni, l-impjegabbiltà, is-saħħa u l-akkomodazzjoni, filwaqt li tiġi rikonoxxuta r-responsabbiltà prinċipali tal-Istati Membri f'dan ir-rigward.

Il-biċċa l-kbira tal-Ministri appellaw għall-istabbiliment ta' pjattaforma/bażi ta' data Ewropea għall-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattika dwar kwistjonijiet relatati mar-Rom.

Sommarju ta' dan id-dibattitu, flimkien mal-konklużjonijiet tal-Kunsill EPSCO, ser jintbagħtu -wara li jingħaddu lill-Kunsill Affarijiet Ġenerali - lill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju.

Mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ

Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar rakkomandazzjoni rigward il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim fost iż-żgħażagħ (9036/11), li tagħmel parti mill-inizjattiva ewlenija Żgħażagħ f'Moviment. Ir-rakkomandazzjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jieħdu l-passi adatti sabiex ineħħu l-ostakoli amministrattivi u istituzzjonali li fost l-oħrajn qegħdin jimpedixxu l-progress f'dan il-qasam. Fl-istess ħin, hija tirrispetta bis-sħiħ il-kompetenzi u r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri skont il-leġislazzjoni nazzjonali u Ewropea.

19.-20.V.2011

10360/11 18

MT

Bħala parti mil-libertà ta' moviment tal-persuni, il-mobbiltà fit-tagħlim, jiġifieri l-mobbiltà transnazzjonali għall-fini tal-kisba ta' ħiliet ġodda, hija waħda mill-mezzi fundamentali li bihom l-individwi, partikolarment iż-żgħażagħ, jistgħu jsaħħu l-impjegabbiltà tagħhom fil-futur kif ukoll l-iżvilupp personali tagħhom. Hija tikkontribwixxi wkoll għat-titjib tal-koeżjoni Ewropea.

Għal żmien konsiderevoli, l-UE appoġġat liż-żgħażagħ permezz ta' diversi inizjattivi u programmi (LEONARDO, COMENIUS, ERASMUS). Barra minn hekk, fis-snin reċenti ġew żviluppati għadd ta' għodod Ewropej li jagħmluha aktar faċli għaż-żgħażagħ biex isiefru għal finijiet ta' tagħlim. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-Ministri rrikonoxxew li mhux l-istrumenti u l-għodod kollha jintużaw b'mod sħiħ u li għad hemm ħafna ostakoli. Il-parti l-kbira tal-Istati Membri diġà qegħdin ifittxu li jtejbu l-iskemi attwali tagħhom dwar din il-kwistjoni.

Il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal

Għall-ewwel darba fil-livell tal-UE, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (9424/11), li jiffukaw fuq il-benefiċċji fit-tul kemm għall-individwi kif ukoll għas-soċjetà inġenerali li jista' jġib l-għoti ta' aċċess ġeneralizzat għal edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal ta' kwalità għolja.

Il-kura u l-edukazzjoni bikrija tat-tfal ta' kwalità għolja huma rikonoxxuti bħala ta' benefiċċju għat-tfal kollha, iżda partikolarment għal dawk bi sfond soċjoekonomikament żvantaġġat, migranti jew bi sfond Rom, jew bi ħtiġijiet edukattivi speċjali. Barra minn hekk, huma jnaqqsu r-riskju ta' tluq bikri mill-iskola aktar 'il quddiem.

F'Mejju 2009, il-Ministri tal-Edukazzjoni stabbilixxew mira li sal-2020 tal-inqas 95% tat-tfal bejn l-età ta' erba' snin u l-età meta tibda l-edukazzjoni primarja obbligatorja għandhom jipparteċipaw fl-edukazzjoni bikrija tat-tfal1.

Filwaqt li l-Istati Membri għamlu progress ġenerali tajjeb fi snin reċenti fit-titjib tad-disponibbiltà tal-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, huma meħtieġa aktar sforzi.

Il-kooperazzjoni f'livell Ewropew, flimkien mal-użu effiċjenti tal-programmi tal-UE, jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità billi jappoġġaw u jikkomplementaw miżuri meħudin f'livell nazzjonali u jgħinu lill-Istati Membri biex jindirizzaw sfidi komuni.

1 "ET 2020": qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ĠU C 119, 28.5.2009).

19.-20.V.2011

10360/11 19

MT

AFFARIJIET OĦRAJN

· Laqgħa informali tal-Ministri tal-edukazzjoni (Budapest, 28 u 29 ta' Marzu 2011)

· Avvenimenti u konferenzi tal-Presidenza fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

Il-Presidenza informat lill-Ministri dwar l-eżitu tal-laqgħa informali li kellha bħala suġġett prinċipali ċ-"Ċittadinanza Attiva", fil-kuntest tas-Sena Ewropea tal-Attivitajiet Volontarji 2011. Il-Presidenza Ungeriża fakkret ukoll fl-avvenimenti l-aktar importanti li diġà seħħew matul il-mandat tagħha u semmiet dawk skedati għall-ġimgħat li ġejjin (www.eu2011.hu).

· Rapport dwar l-evalwazzjoni interim tal-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja (2007-2013)

Il-Kummissjoni ser tibgħat rapport bil-miktub lill-Kunsill dwar din l-evalwazzjoni interim. Il-programm jappoġġa firxa ta' azzjonijiet inklużi skambji, żjajjar ta' studju u attivitajiet ta' netwerking u għandu baġit ta' madwar EUR 7 biljun. Il-proġetti huma maħsuba mhux biss għal studenti individwali, iżda wkoll għall-għalliema, min iħarreġ u l-oħrajn kollha involuti fl-edukazzjoni u t-taħriġ. (http://ec.europa.eu/education/lifelong-learning-programme/doc78_en.htm)

· Skejjel Ewropej

Il-Kummissjoni informat lill-Ministri dwar is-sitwazzjoni attwali rigward l-Iskejjel Ewropej li l-finanzjament tagħhom kien qiegħed jiġi diskuss reċentement. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni fakkar fl-importanza u l-valur miżjud Ewropew ta' dawn l-iskejjel ta' kwalità għolja li għandhom popolazzjoni ta' kważi 24 000 student fi skejjel f'diversi pajjiżi Ewropej. Huwa talab lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni dwar l-Iskejjel Ewropej, b'mod partikolari rigward l-issekondar tal-għalliema.

· Programm ta' ħidma tal-Presidenza li jmiss

Id-delegazzjoni Pollakka indikat li s-suġġetti prinċipali tal-Presidenza futura tagħha ser ikunu l-edukazzjoni għall-mobbiltà u l-immodernizzar tal-universitajiet. Hija qiegħda wkoll tippjana li twettaq b'mod partikolari ħidma rigward it-tagħlim tul il-ħajja u l-edukazzjoni għall-adulti u li ssaħħaħ il-kooperazzjoni fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant.

19.-20.V.2011

10360/11 20

MT

SPORTS

Pjan ta' Ħidma għall-Isports

Il-Kunsill adotta Riżoluzzjoni dwar il-Pjan ta' Ħidma tal-Unjoni Ewropea għall-Isports (2011-2014) (9509/1/11). Il-Ministri laqgħu b'entużjażmu dan l-ewwel Pjan ta' Ħidma tal-UE f'qasam ġdid ta' kompetenza introdott mit-Trattat ta' Lisbona, li jagħti lill-UE kompetenza ġdida ta' appoġġ, koordinazzjoni u supplimentar għall-isports, filwaqt li jirrispetta kemm l-awtonomija tal-istrutturi nazzjonali li jirregolaw l-isports kif ukoll il-kompetenzi tal-Istati Membri.

Il-Pjan ta' Ħidma jirrikonoxxi l-kontribut importanti tal-isports għall-għanijiet ġenerali tal-istrateġija Ewropa 2020, meta wieħed iqis il-potenzjal kbir tas-settur li jikkontribwixxi għal tkabbirintelliġenti, sostenibbli u inklużiv u impjiegi ġodda u meta jitqiesu l-effetti pożittivi tiegħu fuq l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll fuq is-saħħa pubblika u t-tixjiħ attiv. Huwa jistabbilixxi l-oqsma ta' prijorità li ġejjin:

– l-integrità, b'mod partikolari l-ġlieda kontra d-doping u t-tbagħbis tal-logħob u l-promozzjoni ta' governanza tajba;

– il-valuri soċjali, b'mod partikolari s-saħħa, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-volontarjat;

– l-aspetti ekonomiċi, b'mod partikolari l-finanzjament sostenibbli u t-tfassil ta' politika bbażat fuq l-evidenza.

Sabiex jiġu indirizzati dawn il-prijoritajiet, l-Istati Membri u l-Kummissjoni qablu li jistabbilixxu diversi gruppi esperti għat-tliet snin li ġejjin. Minbarra dawn il-gruppi, metodi ta' ħidma oħrajn jistgħu jinkludu konferenzi tal-Presidenza, laqgħat informali ta' diretturi u ministri tal-isports, studji u konferenzi tal-Kummissjoni.

Fl-ewwel nofs tal-2014, il-Kunsill ser jevalwa l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Ħidma abbażi ta' rapport imħejji mill-Kummissjoni sa tmiem l-20131.

1 Ara wkoll: Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: "L-Iżvilupp tad-Dimensjoni Ewropea fl-Isport" (5597/11).

19.-20.V.2011

10360/11 21

MT

Imħatri onlajn

F'dibattitu pubbliku, il-Ministri ddiskutew l-aspetti relatati mal-isports tal-imħatri onlajn, abbażi ta' dokument ta' sfond imħejji mill-Presidenza (9059/11)1.

L-attivitajiet tal-imħatri relatati mal-isports illum il-ġurnata jirrappreżentaw 32% tas-servizzi tal-logħob tal-azzard u ġie stmat li l-industrija tal-imħatri illegali - li qiegħda tespandi - għandha valur ta' madwar € 148 biljun fis-sena, bl-ebda dħul, ikun xi jkun, għall-isports. L-imħatri irregolari u illegali huma marbutin mill-qrib ma' kwistjonijiet ta' tbagħbis tal-logħob u ħasil tal-flus u konsegwentement joħolqu theddida kbira għall-isports u s-soċjetà.

Il-parti l-kbira tal-Ministri rrikonoxxew li din hija problema serja u minħabba l-komplessità tagħha, il-mod kif Stati Membri differenti jirregolawha huwa wkoll differenti b'mod sinifikanti. Il-Ministri ssottolinjaw l-importanza tal-preservazzjoni tal-integrità tal-isports u li jiġi żgurat il-finanzjament sostenibbli tiegħu.

Għadd kbir ta' Ministri qiesu li qabel ma jittieħdu miżuri speċifiċi fil-livell Ewropew, huma meħtieġa aktar konsultazzjonijiet u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-istrutturi tal-isports u l-organizzazzjonijiet, kif ukoll l-operaturi tal-imħatri.

1 Ara wkoll: Green Paper tal-Kummissjoni dwar il-logħob tal-azzard onlajn fis-suq intern (8313/11).

19.-20.V.2011

10360/11 22

MT

AFFARIJIET OĦRAJN

· Laqgħa informali tal-Ministri tal-Isports (Budapest, mit-22 sat-23 ta' Frar 2011)

Il-Presidenza informat lill-Ministri dwar l-eżitu ta' din il-laqgħa informali li ddiskutiet ir-rwol u l-finanzjament tal-isports Ewropej u l-ġlieda kontra d-doping. Il-laqgħa seħħet b'mod parallel mal-Forum tal-UE dwar l-Isports organizzat mill-Kummissjoni. (www.eu2011.hu)

· Laqgħa tal-Bord ta' Fondazzjoni tal-Aġenzija Dinjija għall-Ġlieda kontra d-Doping (WADA) (Montreal, 15 ta' Mejju 2011)

Il-Presidenza informat lill-Ministri dwar din il-laqgħa li fiha l-Unjoni Ewropea kienet irrappreżentata mit-"trojka". Il-punti prinċipali fuq l-aġenda kienu l-baġit tal-WADA, ir-reviżjoni futura tal-kodiċi tal-WADA u l-kungress li jmiss fl-2013.

· Djalogu Strutturat tal-UE mal-moviment tal-isports (20 ta' Mejju 2011, matul l-ikla ta' nofsinhar)

Il-Presidenza ppreżentat rendikont fil-qosor tad-djalogu strutturat ta' livell għoli bejn l-UE (irrappreżentata mit-trojka estiża (BE, HU, PL, DK) u mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew) u l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u r-rappreżentanti tal-movimenti tal-isports (bħall-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, il-Kumitat Olimpiku Ewropew, il-UEFA, il-FIBA (basketball), u l-Lotteriji Ewropej), li ppreċeda s-sessjoni formali tal-Kunsill.

· Programm ta' ħidma tal-Presidenza li jmiss

Id-delegazzjoni Pollakka ppreżentat il-prijoritajiet tagħha għas-sitt xhur li jmiss: il-ġlieda kontra d-doping u t-tbagħbis tal-logħob, id-dimensjoni soċjali tal-isports (marbuta max-xogħol ta' volontarjat) u l-aspetti finanzjarji.

19.-20.V.2011

10360/11 23

MT

PUNTI OĦRAJN APPROVATI

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Laqgħa tal-Kunsill taż-ŻEE

Il-Kunsill ħa nota tat-tħejjijiet għall-35 laqgħa tal-Kunsill taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li ser issir fi Brussell fit-23 ta' Mejju.