niggarantixxu l-istipendji liż-żgħażagħ - futur fis-sod

8
Il-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 €120 miljun f’investiment biex jinbena l-kampus il-ġdid tal-MCAST Il-Partit Nazzjonalista hu l-partit tal- edukazzjoni u jiggarantixxi l-istipendji Dibattitu li wera d-differenza bejn is-sustanza ta’ Gonzi u l-paroli ta’ Muscat ii iii vii FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Niggarantixxu l-istipendji liż-żgħażagħ Kien il-Partit Nazzjonalista li f’pajjiżna vara l-idea tal-istipendji għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li jibqgħu jistudjaw jew jitħarrġu wara li jtemmu s-sekondarja L-iskop wara dan l-impenn kien u hu biex iż-żgħażagħ ikomplu javvanzaw u jimxu ‘l quddiem ħalli jkunu jistgħu jagħmlu suċċess fil-karriera li jaqbdu. Is-sistema tal- istipendji – mhedda mill-Malta Labour Party li saħansitra bidilhom f’self lill-istudenti – tat riżutati pożittivi tant li llum mat-83 fil-mija taż- żgħażagħ jibqgħu għaddejjin bl-istudji u bit-taħriġ tagħhom wara li jtemmu l-iskola fis- sekondarja. Hu biss il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li jiggarantixxi l-istipendji liż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ għandhom serħan il-moħħ li jistgħu jibqgħu jistudjaw fis-Sixth Form ta’ Malta jew f’Għawdex, fil-Higher Secondary fin-Naxxar, fl-istituti tal-MCAST jew fl-Università ta’ Malta u jieħdu l-istipendju kemm-il darba l-pajjiż jibqa’ jitmexxa mill-Partit Nazzjonalista fil- Gvern. Iż-żgħażagħ ma jistgħux jafdaw lill-Malta Labour Party għax kif kemm-il darba hedded li jagħmel fil-passat, jekk ikun fil-Gvern ma jiddejjaqx jibdel is-sistema tal-istipendji u jagħtiha xi forma oħra, forsi kif kien qal, forma ta’ self. Fil-Programm Elettorali tiegħu l-Partit Nazzjonalista jagħmilha ċara u tonda li l-istipendji jsaħħaħhom u mhux ineħħihom. U jsaħħaħhom billi kull sena jżid l-istipendji tal- istudenti billi jagħti ż-żieda tal-għoli tal-ħajja pro rata. Gvern Nazzjonalista jakkredita l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali lill- istudenti favur il-pensjoni tagħhom. Gvern Nazzjonalista jżid l-istipendji lill-istudenti b’diżabbiltà minħabba l-ispejjeż addizzjonali li jkollhom skont it-tip ta’ diżabbiltà. Barra minn hekk Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jkompli jagħti rati ta’ stipendji preferenzjali għal dawk il-korsijiet li huma l-aktar importanti fl-oqsma ekonomiċi ġodda tal-pajjiż jew fejn ikun hemm nuqqas ta’ ħaddiema gradwati. Fil-Programm Elettorali tiegħu l-Partit Nazzjonalista jagħmilha ċara wkoll li jkompli jżid l-istipendji supplimentari lil studenti li ġejjin minn familji bi dħul baxx.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 23-Mar-2016

236 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

Suppliment - Il-Gimgha 1 ta' Marzu 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Niggarantixxu l-istipendji liż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Il-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

€120 miljun f’investiment biex jinbena l-kampus il-ġdid tal-MCAST

Il-Partit Nazzjonalista hu l-partit tal-edukazzjoni u jiggarantixxi l-istipendji

Dibattitu li wera d-differenza bejn is-sustanza ta’ Gonzi u l-paroli ta’ Muscatii iii viiFATTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUSCAT jAGħżEL ħAżIN

Niggarantixxu l-istipendji liż-żgħażagħKien il-Partit Nazzjonalista li f’pajjiżna vara l-idea tal-istipendji għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li jibqgħu jistudjaw jew jitħarrġu wara li jtemmu s-sekondarja

L-iskop wara dan l-impenn kien u hu biex iż-żgħażagħ ikomplu javvanzaw u jimxu ‘l quddiem ħalli jkunu jistgħu jagħmlu suċċess fil-karriera li jaqbdu. Is-sistema tal-istipendji – mhedda mill-Malta Labour Party li saħansitra bidilhom f’self lill-istudenti – tat riżutati pożittivi tant li llum mat-83 fil-mija taż-żgħażagħ jibqgħu għaddejjin bl-istudji u bit-taħriġ tagħhom wara li jtemmu l-iskola fis-sekondarja.

Hu biss il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li jiggarantixxi l-istipendji liż-żgħażagħ. Iż-żgħażagħ għandhom serħan il-moħħ li jistgħu jibqgħu jistudjaw fis-Sixth Form ta’ Malta jew f’Għawdex, fil-Higher Secondary fin-Naxxar, fl-istituti tal-MCAST jew fl-Università ta’ Malta u jieħdu l-istipendju kemm-il darba l-pajjiż jibqa’ jitmexxa mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.

Iż-żgħażagħ ma jistgħux jafdaw lill-Malta Labour Party għax kif kemm-il darba hedded li jagħmel fil-passat, jekk ikun fil-Gvern ma jiddejjaqx jibdel is-sistema tal-istipendji u jagħtiha xi forma oħra, forsi kif kien qal, forma ta’ self.

Fil-Programm Elettorali tiegħu l-Partit Nazzjonalista jagħmilha ċara u tonda li l-istipendji jsaħħaħhom u mhux ineħħihom.

U jsaħħaħhom billi kull

sena jżid l-istipendji tal-istudenti billi jagħti ż-żieda tal-għoli tal-ħajja pro rata.

Gvern Nazzjonalista jakkredita l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali lill-istudenti favur il-pensjoni tagħhom.

Gvern Nazzjonalista jżid l-istipendji lill-istudenti b’diżabbiltà minħabba l-ispejjeż addizzjonali li jkollhom skont it-tip ta’ diżabbiltà.

Barra minn hekk

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jkompli jagħti rati ta’ stipendji preferenzjali għal dawk il-korsijiet li huma l-aktar importanti fl-oqsma ekonomiċi ġodda tal-pajjiż jew fejn ikun hemm nuqqas ta’ ħaddiema gradwati.

Fil-Programm Elettorali tiegħu l-Partit Nazzjonalista jagħmilha ċara wkoll li jkompli jżid l-istipendji supplimentari lil studenti li ġejjin minn familji bi dħul baxx.

Page 2: Niggarantixxu l-istipendji liż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu 2013www.mychoice.pn

€120 miljunF’investiment biex jinbena

l-kampus il-ġdid tal-MCAST

4,000Iż-żieda fl-ammont ta’ studenti li

jgawdu l-istipendji fl-aħħar ħames snin minn 15,000 għal 19,000

Fatti u Ċifri

€10 miljun

f’investiment f’boroż ta’ studju fl-iskema

STEPS

€2.2 miljun

F’investiment mill-Gvern biex jgħolli l-livell

tal-edukazzjoni fil-qasam tal-Arti Viżiva

L-investiment fiż-żgħażagħ biex ikomplu jistudjaw u jimxu

‘l quddiem hu kbir ħafna u dan jixhed l-impenn tal-Gvern biex pajjiżna jissokta jagħmel qabżiet kbar ‘il

quddiem u hekk iż-żgħażagħ tagħna jkomplu jiffaċċjaw l-isfidi

li jiltaqgħu magħhom u jibdluhom f’opportunitajiet

€400kull tliet xhur bħala

allowance ieħor lill-istudenti kollha Għawdxin

li jistudjaw f’Malta

Inwessgħu t-tax bands biex innaqqsu t-taxxa tad-dħul

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalitàMILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

19. Tnaqqis tat-taxxa

i. Min l-uniku dħul tiegħu hija l-paga minima u l-bonus statutorju ma jħallasx taxxa tad-dħul.

ii. Nerġgħu nwessgħu t-tax bands biex innaqqsu t-taxxa tad-dħul għal kulħadd.

iii. Titneħħa t-taxxa tal-boll fuq it-trasferiment tal-proprjetà kollha mill-ġenituri għat-tfal kemm b’wirt mal-mewt tagħhom kif ukoll b’donazzjoni.

iv. Fl-2012 daħħalna skema li permezz tagħha d-dħul fuq kera ta’ proprjetà skedata fi Grad 1 jew 2 jew li proprjetà li tiġi restawrata f’Zoni ta’ Konservazzjoni Urbana jiġi ntaxxat b’final withholding tax imnaqqsa. Din l-iskema tinfirex billi l-income tax titnaqqas minn 35% għal final witholding tax ta’ 15%. B’hekk int tkun tista’ tikri l-proprjetà tiegħek u sserraħ rasek li taf kemm se tħallas taxxa minn qabel.

20. Ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa

i. Il-ġlieda kontra min jevadi t-taxxi tagħmel ġustizzja ma’ dak li jħallas dak li huwa dovut. Wara l-amalgamazzjoni tad-dipartmenti prinċipali li jiġbru t-taxxa f’pajjiżna, ninvestu aktar riżorsi fil-ġlieda

kontra l-evażjoni tat-taxxa biex jiżdied id-dħul tal-Gvern mingħajr ma jiżdiedu t-taxxi.

ii. Sabiex jiġi attakkat aktar l-abbuż tal-benefiċċji soċjali li tant jiswew flus u li tant huma importanti għal min għandu tassew bżonnhom, jiddaħħlu pieni aktar ħorox u skwalifika minn benefiċċji soċjali għal kull min jinqabad jabbuża.

iii. Issir reviżjoni tas-sistema tal-multi u interessi mħaddma mid-Dipartment tat-Taxxa biex waqt li nassiguraw li dawn jibqgħu jservu ta’ deterrent għal min idum biex iħallas it-taxxa dovuta, min-naħa l-oħra nagħmluha aktar faċli li persuna tirregolarizza ruħha mingħajr multi u interessi esaġerati u mingħajr ma tispiċċa l-ħabs.

iv. Tiddaħħal il-possibbiltà ta’ medjazzjoni u arbitraġġ fil-kamp fiskali sabiex jinstabu soluzzjonijiet ġusti u aktar malajr bejn l-awtoritajiet tat-taxxa u min għandu jagħti.

v. Tiġi implimentata s-sistema ta’ tpaċija ta’ taxxa dovuta minn individwi kontra refunds dovuti mill-Gvern lill-istess individwi. B’hekk tispiċċa darba għal dejjem l-anomalija li xi ħadd għandu jiġi ssikkat iħallas taxxi lill-Gvern meta fl-istess ħin ikun qed jistenna ħlasijiet mill-Gvern stess.

Page 3: Niggarantixxu l-istipendji liż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Il-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemIl-Partit Nazzjonalista hu l-Partit fil-Gvern li jiggarantixxi l-għoti tal-istipendji liż-żgħażagħ waqt li jkunu qed jistudjaw jew isegwu xi taħriġ. Il-Partit Nazzjonalista hu s-serħan tal-moħħ għall-istess studenti għax irid tassew u ġenwinament li dawn jimxu ‘l quddiem u jagħmlu storja ta’ suċċess

Gvern Nazzjonalista dejjem investa favur l-istudentiL-istudenti huma riżorsa importanti għal dan il-pajjiż, wieħed ma jridx jinsa li Malta m’għandhiex riżorsi naturali u b’hekk trid taħdem biex ir-riżorsa unika, dik umana, tkun imħarrġa sew biex b’hekk inkunu f’pożizzjoni aktar komda biex inġibu l-investiment lejn pajjiżna.

Il-gvern imexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem ra kif u investa l-miljuni kbar permezz kemm minn fondi miġbura mill-pajjiż iżda wkoll minn fondi mill-Unjoni Ewropea, fejn infetħu l-bibien tal-opportunità għal kull student kemm fl-Università, ITS, MCAST u dawk privati.

Il-Partit Nazzjonalista dejjem fetaħ il-bibien tal-opportunitàKull min għandu l-ulied jixtieq li uliedhom jieħdu pożizzjonijiet aħjar minnhom, xogħol li jġib miegħu gratifikazzjoni u identità lill-persuna. Dan kollu hu possibbli grazzi għall-edukazzjoni li tibda mill-Primarja sal-livell terzjarju.

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi flimkien mal-mexxejja ta’ qablu li jaqgħu taħt il-kappa ta’ Gvern Nazzjonalista mhux biss fetħu dawn l-opportunitajiet ta’ studju iżda saħansitra taw lill-istudenti stipendju biex itaffu l-ispejjeż li jiltaqgħu magħhom l-istudenti fil-kors tal-istudji tagħhom biex ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem.

Kien il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern li fetaħ l-MCAST - l-MLP kien għalquL-MCAST hu istituzzjoni ġdida fejn l-istudenti jistgħu jispeċjalizzaw f’oqsma differenti, dik relatat mas-snajja’ u servizzi relattivament ġodda għall-ekonomija tagħna bħal dik tal-avjazzjoni li permezz tagħha nġabu Malta kumpaniji internazzjonali fosthom Lufthansa Technik li qegħdin jimpjegaw mijiet ta’ żgħażagħ Maltin.

Kieku mhux għall-Gvern Nazzjonalista din l-istituzzjoni, tal-MCAST, kieku baqgħet magħluqa wara li l-MLP kienu għalquha u b’hekk mijiet ta’ studenti spiċċaw bla opportunità li jistudjaw u jilħqu f’dak li jixtiequ. Il-Gvern ma waqafx hemm iżda issa anke bena kampus biex tkun aktar faċli għall-istudenti.

Investiment fl-iskejjel għal aktar kumditàL-investiment li qiegħed isir fl-edukazzjoni hu ta’ min ifaħħru, kultant tibda tistaqsi lilek innifsek, kif jista’ jkun dan l-investiment kollu, fuq din id-daqsxejn ta’ gżira.

Investiment li qiegħed irendi l-frott neċessarju, investiment li minnu qegħdin jibbenefikaw uliedna u ż-żgħażagħ tagħna biex jibnu futur aħjar, futur aqwa mill-ġenituri tagħhom.

Dan l-investiment beda jkompli jagħti riżultati akkademiċi tajbin għaliex it-tfal permezz tat-teknoloġija moderna u kumdità ikbar jitgħallmu aħjar u b’mod effettiv.

Espansjoni tal-Università għall-benefiċċju taż-żgħażagħL-Università ta’ Malta hi kunsidrata fost l-ogħla istituzzjoni f’pajjiżna, il-poplu Malti jħares lejha bħala xi ħaġa superjuri u mhux ta’ b’xejn għax minn din l-istituzzjoni flimkien ukoll ma’ dawk tal-MCAST u l-ITS joħorġu n-nisa u l-irġiel li għada se jikkontrubwixxu għas-soċjetà tagħna.

Fl-Università ta’ Malta għadna kemm esperjenzjajna kemm il-politika tal-Gvern Nazzjonalista tħares fit-tul. Inbena ICT center li mhux biss se jinqdew l-istudenti Maltin iżda wkoll barranin anke b’faċilitajiet ġodda bħal telekomunikazzjoni permezz ta’ conference system.

Tajjeb li kulħadd japprezza li kien Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li dejjem investa bis-sħiħ fl-Università ta’ Malta biex tissokta timxi ‘l quddiem.

JASMINEGATTL-IMTARfA

JENNIfERSAMMUTSAN ĠwANN

JOSEPhINE CALLEJAIL-MOSTAJOSETTE

CALLEJAIL-MOSTA

JOSEPhALAMANGORAĦAL ĠDID

Page 4: Niggarantixxu l-istipendji liż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu 2013www.mychoice.pn

Serħan il-moħħ lill-istudenti mill-PN fil-Gvern li jiggarantixxi futur fis-sod

L-Università ta’ Malta llum tilqa’ fiha aktar minn 10,500 student. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jħeġġeġ liż-żgħażagħ

biex ikomplu jistudjaw u jimxu ‘l quddiem kuntrarjament għal dak li għamel Gvern immexxi mill-Partit Laburista bl-ostakoli tal-

parrinu, in-numerus clausus u t-theddid li l-istipendji jibdilhom f’dejn. Iż-żgħażagħ li jridu jimxu ‘l quddiem fil-ħajja jafu li s-serħan

tal-moħħ hu biss bi Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista

Page 5: Niggarantixxu l-istipendji liż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Il-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Investiment qawwi mill-Gvern fil-bini ta’ campus ġdid għall-Istitut

għall-Istudji Turistiċi (ITS) fejn iż-żgħażagħ li huma interessati li

jagħmlu karriera fil-qasam tal-ospitalità u t-turiżmu għandhom kull opporunità li jieħu l-istudji u

t-taħriġ tagħhom. Iż-żgħażagħ jafu tajjeb li l-opportunitajiet ta’ karriera

b’suċċess fil-qasam tat-turiżmu llum kibru qatigħ grazzi għall-

politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjojnalista li matul dawn

il-ħames snin li għaddew irnexxielu jikser ir-rekords kollha abbinati

mat-turisti li żaru l-gżejjer Maltin

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista fetaħ l-MCAST li qed jattira lejh eluf ta’ studenti Maltin u Għawdxin li qed isegwu xi kors full-time jew part-time biex hekk ikomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom bi tħejjija għad-dinja tax-xogħol. L-MCAST qed jikteb storja importanti ħafna ta’ suċċess għaliex qiegħed jagħtu futur lil ħafna żgħażagħ li jistgħu jitħarrġu u jimxu ‘l quddiem fil-qasam li jixtiequ. L-MCAST jista’ jissokta jimxi ‘l quddiem bi Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li kif għamel matul dawn il-ħames snin u investa bil-qawwi fl-edukazzjoni, hekk ikompli jagħmel fil-ħames snin li ġejjin

Page 6: Niggarantixxu l-istipendji liż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Muscat jagħżel ħażin...vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu 20

13www.mychoice.pn

Il-Ġimgħa 13 ta’ Jannar 2012, waqt li kien qed jitkellem fil-Konferenza Ġenerali Laburista, Joseph Muscat ħabbar dan: “Jason Micallef mhux se jkun kandidat għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.”

Joseph Muscat kompla jħabbar: “Jien bgħatt għal Jason Micallef u tlabtu biex jiffoka l-attenzjoni tiegħu fuq ħidma interna tal-partit imexxi s-Super 1. Jason aċċetta u wera kemm hu raġel mal-partit.”

Ftit xhur wara, Jason Micallef wera li jista’ jagħmel li jrid u ħabbar li xorta se joħroġ għall-elezzjoni ġenerali mal-Labour u fil-fatt se jkun qed jikkontesta l-Ħdax-il Distrett.

GĦAX JIEN IL-KING(dehret għall-ewwel darba: il-mument 12.08.12)

f’diversi kwistjonijiet importanti, Muscat

tilef ma’ Jason Micallef, magħruf fil-partit

bħala l-’King’

...u tbati int

Page 7: Niggarantixxu l-istipendji liż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

Il-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

Id-dibattitu organizzat mit-Times of Malta nhar it-Tlieta li għadda u li xxandar fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni reġa’ wera d-differenza bejn il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, iffukat fuq is-sustanza ta’ dak li kiseb bil-fatti u ta’ dak li qed jipproproni bil-garanzija tal-esperjenza, u l-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat li aktar interessat fil-forma u li sar kapaċi ħafna jimla l-ħin bi kliem sabiħ li meta tagħsru ma jgħid xejn u jippreżenta pakkett imgeżwer f’karta sabiħa imma li ma tafx x’fih, ħlief inkonsistenzi.

Riżultati bil-fatti u miri ċari ta’ Gvern NazzjonalistaLawrence Gonzi wera kemm-il darba fid-dibattitu li għandu riżultati qawwijin u miri ċari. Xogħol għall-ħaddiema, speċjalment għaż-żgħażagħ li jibdew jaħdmu u li mlew

l-20,000 post ġdid tax-xogħol li ħoloq il-Gvern fl-aħħar ħames snin. Tagħlim u taħriġ għall-istudenti li żdiedu bil-qawwi fl-aħħar ħames snin. Investiment f’industriji ġodda u f’oħrajn tradizzjonali, fil-fabbriki, fit-turiżmu u fin-negozji żgħar. Rekord fit-turiżmu minkejja dak li kien qed jiġri barra. Spinta lis-servizzi tas-saħħa ta’ kwalità. Qabża ‘l quddiem fil-kwalità tal-ħajja. Investiment fl-istipendji u fl-edukazzjoni għaż-żgħażagħ b’żieda ta’ 4,000 fl-istudenti li qed igawdu l-istipendji.

Muscat b’ħafna paroli u jirridikolaMin-naħa l-oħra, Joseph Muscat kellu ħafna kliem sabiħ u slogans li ilna nisimgħu s-snin imma li wara li jgħaddi ftit tal-ħin minn fuq dak il-kliem tinduna li

ma jfisser xejn. U agħar għax f’ċerti mumenti dak li qed jippretendi li għaxart ijiem oħra jkun il-Prim Ministru ta’ Malta beda jwaqqqa’ l-argumenti għar-ridikolu b’battuti li aktar jixirqu lil xi dibattitu bejn it-tfal milli dibattitu bejn mexxejja serji li wieħed minnhom se nagħtuh il-futur ta’ Malta f’idejh ġimgħa oħra.

Id-diffikultajiet tat-tmexxija u l-lussu tal-paroliIl-Prim Ministru ffoka wkoll fuq id-diffikultajiet li jkun hemm meta wieħed ikollu l-piż tat-tmexxija tal-pajjiż, speċjalment fi żmien li fih pajjiżi oħrajn ġew għarkupptejhom. Faċli tikkritika l-ftit ħażin u tinsa l-ħafna tajjeb li indubbjament wettaq dan il-Gvern. Min għandu biss il-lussu tal-paroli m’għandux dawn id-diffikultajiet u faċli jparla.

Muscat jagħżel ħażinNaturalment, kien hemm mumenti li wrew lil Muscat kif tassew hu. Kien skomdu għall-aħħar fuq il-każ tat-traffikar tad-droga li fih mhux biss ħeba imma wkoll inqabad jigdeb. Muscat ħareġ fil-fatt kemm jiddeċiedi ħażin meta ma jkollux il-lussu tal-paroli imma l-għażla reali quddiemu. U Muscat kompla wera kemm jagħżel ħażin meta reġa’ ħareġ kontra l-privatizzazzjoni tat-tarzna li s-sussidji li kienet tixrob ma baqgħux jirrendu u li issa qegħdin jingħataw f’oqsma oħra fejn qed jirrendu bil-kbir f’industriji ġodda bħall-avjazzjoni, l-informatika, l-online gaming, il-bijoteknoloġija, il-farmaċewtika u s-servizzi marittimi flimkien ma’ għajnuniet lil industriji tradizzjonali qawwijin bħat-turiżmu, in-negozji ż-żgħar u s-servizzi finanzjarji.

Dibattitu li wera d-differenza bejn is-sustanza u l-forma u li kompla wera min hu kapaċi jiddeċiedi tajjeb

Muscat iqarraq b’diversi setturiMuscat wera wkoll kemm qed jipprova jqarraq b’setturi diversi tal-popolazzjoni, speċjalment bil-kaċċaturi, bin-nassaba u bid-dilettanti tal-logħob tan-nar meta qed iwegħedhom l-ilma jiżfen fil-laqgħat magħhom imma wera fid-dibattitu li qed jigdbilhom.

Lawrence Gonzi integru, serju u ġenwinMin-naħa l-oħra, Lawrence Gonzi ħareġ bħala tassew dak li hu: integru, rett, serju, onest u ġenwin. U l-ġenwin biss jiġi bil-garanzija: il-garanzija għax ġenwin u l-garanzija għax għandu r-riżultati li kellu l-okkażjoni jispjega, speċjalment l-impjiegi u t-tkabbir tal-ġid fil-pajjiż, u li fuqhom ma jista’ jmerih u ma merieh ħadd.

LENTI FUQ...Lawrence Gonzi wera d-differenza

bejn il-ġenwin li ġab ir-riżultati bil-fatti u Muscat li qed juri li

jiddeċiedi ħażin, jaħbi u jigdeb

Page 8: Niggarantixxu l-istipendji liż-żgħażagħ - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu 2013www.mychoice.pn

“Il-Partit Nazzjonalista għandu track record mill-aktar pożittiv fejn tidħol l-edukazzjoni u l-inċentivi liż-żgħażagħ biex ikomplu jistudjaw u jitħarrġu. Il-Partit Nazzjonalista biss hu s-serħan tal-moħħ li ż-żgħażagħ jibqgħu jieħdu l-istipendju biex hekk ikomplu bl-istudji jew bit-taħriġ tagħhom. hu għalhekk li fil-Programm Elettorali tiegħu l-Partit Nazzjonalista jagħmel enfasi qawwija ħafna fuq it-tisħiħ tal-edukazzjoni biex hekk kif fil-ħames snin li għaddew saru avvanzi kbar ‘il quddiem u b’pass mgħaġġel, hekk ukoll nissoktaw niksbu aktar suċċessi mill-aktar importanti għaż-żgħażagħ tagħna skont l-għażliet li jagħmlu.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi