aktar xogħol għall-għawdxin f'għawdex - futur fis-sod

8
Il-Ħamis, 21 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 200 kumpanija Għawdxija qed igawdu mill-iskema MicroInvest Twettqu b’suċċess għadd kbir ta’ proġetti li jsaħħu l-ambjent Muscat kien jaf b’każ ta’ blokka droga f’każin Laburista ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Iż-żieda fl-opportunitajiet tax- xogħol f’Għawdex stess għall- Għawdxin wasslet biex matul dawn il-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura żdiedu l-persuni li joqogħdu f’Għawdex u li issa qed jaħdmu f’Għawdex stess. Jirriżulta fil-fatt li f’dawn il- ħames snin l-impjiegi full-time f’Għawdex żdiedu b’700. Dawn iċ-ċifri jkomplu jikkonfermaw l-għaqal tal- politika li mexa biha l-Gvern li joħloq l-opportunitajiet tax-xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess. Opportunitajiet li wasslu biex inqas Għawdxin ikollhom għalfejn jaqsmu lejn Malta biex jaħdmu u jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. U dawn l-opportunitajiet tax-xogħol inħolqu wkoll permezz tad-diversi proġett kapitali li l-Gvern imbarka fuqhom f’Għawdex stess. Dan kollu bil-mira preċiża li l-Gvern ikompli jtejjeb il- kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin. Dan kollu seta’ jsir b’suċċess grazzi għall-impenn tal-Gvern li jindirizza l-isfida partikulari li għandu Għawdex fil-qasam tax-xogħol permezz ta’ numru ta’ miżuri u inizjattivi li taw aktar opportunitajiet lill-operaturi u lill-individwi f’Għawdex, fosthom dawk marbuta mal-iskema MicroInvest u l-Employment Aid Programme. Dan kollu serva wkoll biex minkejja t-taqlib fis-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali fil- qasam tax-xogħol, f’Għawdex is-sitwazzjoni tat-tkattir tal- impjiegi kienet waħda pożittiva u stabbli. Aktar xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin Il-ħolqien tal-opportunitajiet tax-xogħol mill-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul dawn il-ħames snin li għaddew kien fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Inkluż żieda ta’ 700 impjieg full-time f’Għawdex Proġetti kapitali f’Għawdex bi skop soċjo-ekonomiku F’dawn il-ħames snin il-Gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista ħaseb biex iwettaq f’Għawdex għadd sabiħ ta’ proġetti kapitali biex jiżdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess. Fost l-oħrajn kien hemm proġetti importanti fl-oqsma tal-infrastruttura tat-toroq, tas-saħħa u tal-ambjent. Fir-rigward tal- infrastruttura tat-toroq f’Għawdex tul din il- leġiżlatura nbnew mill- ġdid għoxrin kilometru ta’ toroq arterjali. Dawn huma mifruxa madwar Għawdex u, fost l-oħrajn, jinkludu l-bini mill-ġdid tat-Triq ta’ Pinu u t-Triq tax-Xlendi. Dawn iż-żewġ toroq ifissru żieda ta’ 2.5 kilometri ta’ toroq ġodda mibnija skont standards Ewropej u li qed ikomplu jsebbħu d-dehra ġenerali ta’ Għawdex. Saru diversi xogħlijiet f’toroq oħra, fosthom ukoll fit-triq tad-Dwejra, fi Triq Franġisk Portelli u Triq San Lawrenz. Proġett ieħor kbir kien dak fit-triq prinċipali li mix- Xewkija tagħti għar-Rabat. Dan il-proġett għandu jtejjeb l-aċċess f’Għawdex sa mill-port tal-Imġarr, filwaqt li ttrasforma d-dehra ta’ din it-triq prinċipali f’Għawdex.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 06-Mar-2016

243 views

Category:

Documents


7 download

DESCRIPTION

Suppliment il-Ħamis 21 ta' Frar 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Aktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

200 kumpanija Għawdxija qed igawdu mill-iskema MicroInvest

Twettqu b’suċċess għadd kbir ta’ proġetti li jsaħħu l-ambjent

Muscat kien jaf b’każ ta’ blokka droga f’każin Laburistaii iii viFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScaT jaGħżEL ħażIN

Iż-żieda fl-opportunitajiet tax-xogħol f’Għawdex stess għall-Għawdxin wasslet biex matul dawn il-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura żdiedu l-persuni li joqogħdu f’Għawdex u li issa qed jaħdmu f’Għawdex stess.

Jirriżulta fil-fatt li f’dawn il-ħames snin l-impjiegi full-time f’Għawdex żdiedu b’700.

Dawn iċ-ċifri jkomplu jikkonfermaw l-għaqal tal-politika li mexa biha l-Gvern li joħloq l-opportunitajiet tax-xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess.

Opportunitajiet li wasslu biex inqas Għawdxin ikollhom għalfejn jaqsmu lejn Malta biex jaħdmu u jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum.

U dawn l-opportunitajiet tax-xogħol inħolqu wkoll permezz tad-diversi proġett kapitali li l-Gvern imbarka fuqhom f’Għawdex stess.

Dan kollu bil-mira preċiża li l-Gvern ikompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin. Dan kollu seta’ jsir b’suċċess grazzi għall-impenn tal-Gvern li jindirizza l-isfida partikulari

li għandu Għawdex fil-qasam tax-xogħol permezz ta’ numru ta’ miżuri u inizjattivi li taw aktar opportunitajiet lill-operaturi u lill-individwi f’Għawdex, fosthom dawk marbuta mal-iskema MicroInvest u l-Employment Aid Programme.

Dan kollu serva wkoll biex minkejja t-taqlib fis-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali fil-qasam tax-xogħol, f’Għawdex is-sitwazzjoni tat-tkattir tal-impjiegi kienet waħda pożittiva u stabbli.

aktar xogħol f’Għawdex għall-GħawdxinIl-ħolqien tal-opportunitajiet tax-xogħol mill-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul dawn il-ħames snin li għaddew kien fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Inkluż żieda ta’ 700 impjieg full-time f’Għawdex

Proġetti kapitali f’Għawdex bi skop soċjo-ekonomikuF’dawn il-ħames snin il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħaseb biex iwettaq f’Għawdex għadd sabiħ ta’ proġetti kapitali biex jiżdiedu l-opportunitajiet tax-xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess.

Fost l-oħrajn kien hemm proġetti importanti fl-oqsma tal-infrastruttura tat-toroq, tas-saħħa u tal-ambjent.

Fir-rigward tal-infrastruttura tat-toroq f’Għawdex tul din il-leġiżlatura nbnew mill-ġdid għoxrin kilometru ta’ toroq arterjali. Dawn huma mifruxa madwar Għawdex u, fost l-oħrajn, jinkludu l-bini mill-ġdid tat-Triq ta’ Pinu u

t-Triq tax-Xlendi.Dawn iż-żewġ toroq

ifissru żieda ta’ 2.5 kilometri ta’ toroq ġodda mibnija skont standards Ewropej u li qed ikomplu jsebbħu d-dehra ġenerali ta’ Għawdex.

Saru diversi xogħlijiet f’toroq oħra, fosthom ukoll fit-triq tad-Dwejra, fi Triq Franġisk Portelli u Triq San Lawrenz.

Proġett ieħor kbir kien dak fit-triq prinċipali li mix-Xewkija tagħti għar-Rabat. Dan il-proġett għandu jtejjeb l-aċċess f’Għawdex sa mill-port tal-Imġarr, filwaqt li ttrasforma d-dehra ta’ din it-triq prinċipali f’Għawdex.

Page 2: Aktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

11,374 persuna jaħdmu f’Għawdex stess

700persuna aktar qed jaħdmu

full-time f’Għawdex stess fuq ħames snin ilu

Fatti u Ċifri

2,290 opportunità ġdida

tax-xogħol f’Għawdex stess

20 kilometru

ta’ toroq arterjali mibnija mill-ġdid

200 kumpanija investew aktar minn €2 miljun f’Għawdex u hu stmat li bejniethom se

jieħdu aktar minn €1.2 miljun fi krediti ta’ taxxi

200 kumpanija Għawdxija

qed igawdu mill-iskema MicroInvest

Il-pensjonanti li jaħdmu sa 65 u l-employers tagħhom iħallsu biss nofs il-bollaGħal min jaħdem għal rasu, ir-rata tal-bolla bejn l-età tal-irtirar u l-65 sena tinżel minn 15% għal 10%

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalitàMILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

7. Biex aktar pensjonanti jkomplu jaħdmu

i. Fil-preżent, pensjonant li jkompli jaħdem iħallas bolla daqs ħaddieħor. Biex aktar pensjonanti jitħajru jkomplu jaħdmu u b’hekk ikollhom dħul aħjar, ir-rata tal-bolla għall-pensjonanti bejn l-età tal-irtirar u l-65 sena tonqos bin-nofs kemm għal min jaħdem kif ukoll għal min jimpjega. 

ii. Għal min jaħdem għal rasu, ir-rata tal-bolla bejn l-età tal-irtirar u l-65 sena tinżel minn 15% għal 10%.

8. Biex aktar persuni b’diżabbiltà jidħlu fid-dinja tax-xogħol

Gvern Nazzjonalista diġà żgura li s-servizzi edukattivi jkunu inklużivi għal persuni b’diżabbiltà. Il-pass li jmiss huwa li dawn il-persuni jsibu posthom fid-dinja tax-xogħol fejn ikunu jistgħu jagħtu l-kontribut tagħhom waqt li jkompli jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Għal dan il-għan:i. Permezz tal-ETC jissaħħu b’mod qawwi

l-inċentivi biex min jimpjega jħaddem persuni b’diżabbiltà li jistgħu jaħdmu f’post

tax-xogħol, fost l-oħrajn billi min iħaddem jiffranka l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali;

ii. Il-Gvern jassigura li hu stess, fir-rwol tiegħu ta’ employer, ikun tal-aqwa eżempju u jżid ir-rata minima ta’ 2% ta’ persuni b’diżabbiltà impjegati ma’ organizzazzjonijiet pubbliċi għal 4%;

iii. Persuni b’diżabbiltà li jistgħu jaħdmu f’post tax-xogħol protett, ikollhom opportunitajiet tax-xogħol adattati għalihom. Dan isir billi jitwaqqfu Ċentri apposta ta’ xogħol protett (sheltered workshops u enclaves) għal dan il-għan kif ukoll billi bi sħab mal-privat ikun hemm ċentri simili fil-postijiet eżistenti ta’ xogħol;

iv. Koperattivi li aktar minn nofs il-membri tagħhom ikunu persuni b’diżabbiltà jingħataw preferenza f’għotjiet ta’ tenders pubbliċi;

v. Jinfetħu ħames Ċentri ta’ Matul il-Jum oħra għal persuni b’diżabbiltà severa li ma jkunux jistgħu jaħdmu la f’xogħol miftuħ u lanqas f’xogħol protett.

Page 3: Aktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemGħaliex il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista għandu għal qalbu l-ambjent, f’din il-leġiżlatura imbarka fuq għadd ta’ inizjattivi biex isaħħaħ l-ambjent ta’ madwarna. Illum aktar minn qatt qabel il-familji għadhom l-opportunità li jmorru jirrikreaw lilhom infushom fi spazji ta’ rikreazzjoni li qabel kienu jintużaw għal skopijiet oħra

Saru proġetti ta’ fejda favur l-ambjentL-isbaħ proġett li l-Gvern jista’ jagħti lill-poplu hu dak relatat mal-ambjent, proġett li jgħin lill-poplu jgħix ħajja ta’ kwalità ogħla minn kif kien jgħix qabel.

Wieħed mill-proġetti li niftakar hu dak relatat mal-iskart, bl-Impjant ta’ Sant’Antnin, meta permezz ta’ fondi Ewropej, il-Gvern welled proġett fejn l-iskart li niġġeneraw mid-djar u n-negozji ma jibqax jintrema fil-miżbla iżda nibdew nagħżluh u nisseparawh.

Tant morna tajjeb b’din is-sistema li saħansitra naqqasna bil-kbir it-tunnellati ta’ skart li qabel kien imur dritt fil-miżbla tal-Magħtab u kien jagħmel ħsara lill-ambjent.

Il-proġett ta’ riabilitazzjoni tal-MagħtabL-investiment tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem kien favur li kull persuna dejjem tkun fiċ-ċentru tal-politika nazzjonali.

Tant li matul din l-leġiżlatura u anke ta’ qabilha, il-Gvern ma waqafx jinvesti favur l-ambjent u favur ħajja ta’ kwalità aħjar.

Wieħed mill-akbar investimenti li saru mill-Gvern hu dak biex il-miżbla tal-Magħtab, minn muntanja mimlija skart, tinbidel għal park nazzjonali, li jingħata lilna l-Maltin u l-familji tagħna, biex uliedna jkollhom fejn igawdu u jilagħbu f’ambjent mill-isbaħ. Jien naqbel mar-rijabilitazzjoni tal-Magħtab u ma’ dawk il-proġetti ta’ tisbiħ tal-ambent.

Enerġija elettrika mill-iskartPermezz tal-Impjant ta’ Sant’Antnin, bil-għaqal u l-viżjoni tal-Gvern wasalna biex l-iskart u dak il-materjal kollu li ma kellux użu għalina, anzi kien jagħmel ħsara lill-ambjent u lil dak kollu li jmiss miegħu, saħansitra lil saħħet il-bniedem, biddilnieh f’investiment.

Permezz tar-riċiklaġġ fl-Impjant ta’ Sant’Antnin, dak il-materjal beda jinbiegħ u jiġi esportat filwaqt li mill-attivitajiet interni tal-impjant anke enerġija elettrika qiegħda tkun iġġenerata u r-residenti ngħataw vouchers tad-dawl.

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ħadem biex matul din il-leġiżlatura jissebbaħ l-ambjent ta’ madwarna. Saru b’suċċess diversi proġetti ta’ fejda li llum qed jitgawdew mill-familji u mit-tfal tagħna li jistgħu jmorru f’dawn il-postijiet u jistrieħu u jirrikreaw ruħhom.

Proġetti favur ir-riġenerazzjoni tal-ilma tal-pjanIl-ħidma favur l-ambjent hi importanti ħafna għalina l-Maltin, speċjalment meta tqis li bħala pajjiż aħna żgħar u wara dak kollu li nagħmlu jkun hemm konsegwenzi serji bħal meta b’nuqqas ta’ għarfien tellajna ammonti kbar ta’ ilma mill-ilma tal-pjan u dan poġġejnieh f’riskju.

L-ilma hu sors importanti ħafna u l-Gvern għaraf dan billi anke l-proġett li qiegħed jagħmel bħalissa, dak relatat mal-mina u l-ħażna tal-ilma, se jsarrfu f’ġid kbir għal Malta għaliex mhux biss se nżidu l-ħażna li mbagħad tintuża għal skopijiet differenti, iżda se jsir sforz ukoll biex l-ilma tal-pjan jiġi riġenerat.

Tisfija tad-drenaġġ bħala investiment favur it-turisti u l-ħlejjaq marittimiIl-kwalità tal-ilma baħar f’pajjiżna hi ta’ wieħed fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea. Dan ma ġiex b’kumbinazzjoni. Wieħed irid japprezza li kien hemm pjan konkret u konċiż ta’ fejn dan il-Gvern ried iwassal lil pajjiżna.

Wieħed mill-proġetti li wasslu biex jissaffa l-ilma baħar kien dak relatat mat-tisfija tad-drenaġġ hekk kif minbarra li ħadna second class water, li jintuża għat-tisqija, il-kumplament intefa’ l-baħar u ma għamilx ħsara bħalma kien jagħmel id-drenaġġ.

Bit-tisfija tad-drenaġġ ksibna kwalità ogħla għall-ilma baħar, li tfisser aktar investiment favur it-turiżmu, favur ir-reverse osmosis, il-ħlejqiet marittimi iżda fuq kollox, favur saħħitna.

ANDREA BONAvIA ĦAL TARXIEN

MIchAEL BORG

PAwLU AZZOPARDIIR-RABAT ROMEO

PALMIERBIRKIRKARA

SAvIERO hABERIL-FGURA

Page 4: Aktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

F’Għawdex stajna nwettqu diversi proġetti għax żammejna l-ekonomija tikber

Fil-qasam tas-saħħa f’Għawdex saru avvanzi kbar, fosthom fl-Isptar Ġenerali

fejn kienu introdotti diversi servizzi ġodda ta’ kura u hekk il-pazjenti Għawdxin ikunu jistgħu jinqdew f’Għawdex stess mingħajr il-ħtieġa li jiġu Malta għal dawn is-servizzi

F’Għawdex matul dawn il-ħames snin infetħu numru ta’ back-up offices li ħolqu opportunitajiet tax-xogħol għall-Għawdxin. Il-Gvern ħadem biex kabbar l-opportunitajiet tax-xogħol f’Għawdex f’diversi oqsma tal-ħajja - impjiegi bi dħul akbar għall-Għawdxin

Page 5: Aktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Għawdex jibqa’ destinazzjoni mill-isbaħ mhux biss għall-Maltin, imma anki għall-eluf kbar ta’ turisti li jżuru l-gżejjer Maltin. Il-prodott Għawdxi jibqa’ partikulari u kien għalhekk

li f’dawn il-ħames snin il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kompla jtejjeb l-infrastruttura ta’ Għawdex u jsaħħaħ

it-tisbiħ fil-lokalitajiet kollha

Wieħed mill-proġetti mill-aktar importanti li saru f’Għawdex matul din il-leġiżlatura kien ir-restawr tas-swar li jdawru ċ-Ċittadella. F’Għawdex f’din il-leġiżlatura saru għadd kbir ta’ proġetti ta’ tisbiħ, fosthom ir-riabilitazzjoni tal-Ġnien Villa Rundle u l-inawgurazzjoni ta’ Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn. Dawn il-proġetti saru bl-iskop li l-familji u t-tfal Għawdxin ikollhom fejn imorru għal skop ra’ rikreazzjoni u mistrieħ

Page 6: Aktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Muscat jagħżel ħażin...

Ġunju 2009: blokka droga titqatta’ f’każin Laburista

Id-deputy leader tal-Labour Party isir jaf bil-każ tad-droga imma ma jagħmel l-ebda rapport. “Il-Bambin jaf x’kien jiġri kieku rrappurtajt”

Awwissu 2009: il-barman tal-każin tal-Labour jikteb dwar il-każ tad-droga lil Muscat

Il-barman jiltaqa’ ma’ Muscat u jkellmu dwar il-każ tad-droga

Frar 2012: il-barman jerġa’ jikteb lil Muscat u jfakkru li ltaqa’ miegħu dwar il-każ tad-droga

Ilbieraħtlula: Joħorġu l-ittri tal-barman tal-każin tal-Labour lil Muscat dwar il-każ tad-droga

Muscat: “Ma kellix idea. Jien ma kelli qatt sitwazzjoni bħal din; kieku żgur li kont nirrapporta lill-Pulizija”

Nhar is-Sibt li għadda: id-deputy leader jitkellem dwar il-każ tad-droga mat-Times

cOcKTAILS BIS-SILĠ MILL-KAŻINI TAL-LABOUR...u tbati int

Page 7: Aktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 21 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Il-leader tal-Labour Party Muscat għandu każ gravi ħafna li wettaq hu stess u li issa għandu jerfa’ r-responsabbiltà tiegħu. Muscat kien jaf b’każ ta’ blokka droga f’każin Laburista, imma gideb li ma kienx jaf. Muscat ħeba dan il-każ ta’ blokka droga u issa qed jipprova saħansitra juri li hu kiesaħ meta jgħid li hu ħaseb li l-blokka kienet silġ u mhux droga. Muscat imissu jistħi u għandu piż kbir x’jerfa’.

Blokka droga f’każin tal-LabourIl-każ beda minn xhieda li ngħatat fil-Qorti u minn tape li rriżulta mix-xhieda u li fih id-deputy leader tal-Labour Party Toni Abela jinstema’ jgħid li sab każ gravi ħafna ta’ blokka bajda, li hi blokka droga, titqatta’ f’każin Laburista. Id-deputy leader tal-Labour

Muscat juri kemm hu kiesaħ quddiem każ jaħraq ta’ droga f’każin Laburista, il-ħabi tiegħu u l-gideb dwaru

jinstema’ jgħid b’leħnu stess li ma rrappurtax, anzi qal lil min kellem li l-Bambin biss jaf x’kien jinqala’ u xi trouble kien jiġi fih kieku mar jirrapporta.

X’qal id-deputy leader tal-Labour b’leħnu stessId-deputy leader tal-Labour Party jgħid hekk: “Aħna kellna każ... sabu ‘l wieħed qiegħed iqatta’ blokka bajda... ġibt lill-president jagħmel dikjarazzjoni... x’nagħmel ħi? Immur nagħmel rapport l-għassa biex tiġi fit-trouble? Qbadniehom fil-fatt... il-Bambin jaf x’jiġri jekk immur nagħmel rapport.”

Il-każ moħbi mill-Pulizija u mill-pubblikuDan il-każ gravi issa jirriżulta li seħħ meta l-Labour Party kien qed jiċċelebra r-riżultat tal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fis-7 ta’ Ġunju 2009.

Il-Labour Party kien jaf bih mill-ewwel u ma rrapporta lil ħadd, wisq anqas lill-Pulizija. U dan diġà gravi meta wieħed jaf li l-entità ta’ dan il-każ hi ta’ traffikar f’post pubbliku u mhux biss konsum personali. Dan ifisser li l-Labour Party ħeba każ li jista’ jwassal għal piena ta’ għomor il-ħabs.

Nhar is-Sibt kien diġà ċar li dan kien każ ta’ drogaNhar is-Sibt li għadda, Toni Abela f’intervista mat-Times qal li dan il-każ tad-droga f’każin Laburista hu differenti mill-ieħor dwar il-każin tal-Labour ta’ Ħ’Attard li fih Toni Abela mar sab Pulizija Laburista u qallu biex ma jmexxix. F’dan il-każ tad-droga, qatt ma sar rapport lill-Pulizija.

Joseph Muscat jigdeb Wara l-intervista ta’ Toni Abela mat-Times, Muscat kien

mistoqsi dwar dan il-każ tad-droga u Muscat qal: “ma kellix idea”. Mistoqsi għal darb’oħra, Muscat qal li ma kienx jaf u kieku kien jaf kien jirrapporta: “Jien ma kelli qatt sitwazzjoni bħal din; kieku żgur li kont nirrapporta lill-Pulizija”.

Illum hu ċar li Muscat gideb f’din id-dikjarazzjoni għax Muscat kellu tliet okkażjonijiet li fihom il-barman tal-każin tal-Labour fejn seħħ il-każ tad-droga kitblu u saħansitra ltaqa’ miegħu. Dawn it-tliet okkażjonijiet seħħew minn wara l-każ fl-2009 sa sena ilu.

Issa Muscat qed jgħid li l-blokka ħasibha silġ!Muscat inqabad ċar f’gidba. Qiegħed fil-ħofra ta’ gidba gravi dwar każ ta’ traffikar tad-droga f’każin tal-Partit tiegħu li qal li ma kienx jaf bih meta llum hu ċar bi provi inkontrovertibbli li fil-fatt

Muscat kien jaf bih sew f’mill-anqas tliet okkażjonijiet. Hekk kif ġew ippubblikati dawn il-provi, Muscat kompla jħaffer madwaru u jinżel aktar fil-ħofra. Għax flok jammetti li gideb, qed jgħid li meta sema’ bil-blokka bajda ħasibha blokka silġ u mhux blokka droga!

Muscat kiesaħ quddiem każ tant jaħraqKif qatt jista’ xi ħadd jemmen li meta sema’ l-kelma ‘blokka’ Muscat ħasibha blokka silġ u mhux blokka droga? Kif qatt jista’ xi ħadd ma jindunax bil-ksuħat ta’ Muscat hu u jgħid dan?

Muscat imissu jistħi u, flok jurina kemm hu kiesaħ, għandu jurina kemm hu raġel u jerfa’ r-responsabbiltà kbira tiegħu f’każ jaħraq tant ta’ droga f’każin Laburista, il-ħabi tiegħu u l-gideb.

Page 8: Aktar xogħol għall-Għawdxin f'Għawdex - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 21 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“F’din il-leġiżlatura l-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista kompla jieħu ħsieb lil Għawdex u lill-ħaddiema Għawdxin. Dan sar billi twettqu għadd ta’ proġetti importanti li fihom infushom għenu biex inħolqu aktar opportunitajiet ta’ xogħol għall-Għawdxin f’Għawdex stess. hekk se nkomplu nagħmlu matul il-ħames snin li ġejjin għax Għawdex u l-Għawdxin huma fiċ-ċentru tal-politika tal-Gvern.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi