it-tfal u l-familji kollha igawdu minn żidiet fic-children's allowance - futur fis-sod

8
L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 60,000 tifel u tifla qed igawdu minn żidiet fiċ-Children’s Allowance F’din il-leġiżlatura l-paga medja fis-sena żdiedet b’€2,600 Muscat jispira ruħu minn Mario Vella li tgħallem f’università Komunista ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN Wieħed mill-modi biex sar dan kien it-tisħiħ taċ- Children’s Allowance. Il-Gvern ħa diversi inizjattivi biex saru bidliet importanti fl-għoti taċ-Children’s Allowance biex hekk illum grazzi għal dawn il-bidliet li saru qed igawdu aktar minn 60,000 tifel u tifla taħt is-sittax-il sena. Il-miżuri li daħħal il-Gvern matul din il-leġiżlatura wasslu biex issa ċ-Children’s Allowance bdiet tingħata lill-familji kollha bit-tfal. Mill-2008, il-familji bdew jirċievu ċ-Children’s Allowance għal kull wild indaqs, irrispettivament minn kemm għandhom tfal. Ir-rata minima taċ- Children’s Allowance żdiedet minn €250 għal €350 fis- sena. Dan ifisser li grazzi għall-miżuri li daħħal fis-seħħ il-Gvern żdied id-dħul għall- It-tfal u l-familji kollha jgawdu żidiet fiċ-Children’s Allowances Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il-leġiżlatura saħħaħ l-investiment tiegħu fil-familja bl-iskop li jiżdied id-dħul tal-familji Maltin familji li għadhom qed irabbu. Sadattant il-Gvern matul din il-leġiżlatura żied ukoll il-benefiċċju għat-tfal li jgħixu fi Djar tat-Tfal jew ma’ familji li jiffosterjaw lit-tfal. Fl-2008 l-allowance għall- fostering żdied minn €27.95 għal €39.60 għal kull wild fil-ġimgħa. Sentejn wara, jiġifieri fl-2012, il-Gvern kompla jirrikonoxxi l-istituzzjonijiet tat-tfal u lill-familji li jiffosterjaw lit-tfal, jiġifieri lil dawk il-familji li qed jindokraw lil dawn it-tfal li qed jitrabbew barra l-familja naturali tagħhom billi kompla jżid l-allowance minn €40 fil- ġimgħa għal €70 fil-ġimgħa. Fattur importanti ħafna hu li l-età massima tat-tfal li jirċievu din l-għajnuna żdiedet minn sittax-il sena għal 21 sena. Il-Gvern immexxi mill- Partit Nazzjonalista, għax verament għandu lill-familja fiċ-ċentru tal-politika tiegħu, matul din il-leġiżlatura ħadem biex id-dħul tal- familji jiżdied. Illum il-ġurnata ġenituri li jaħdmu t-tnejn u li qed irabbu t-tfal qed jiffrankaw bejn €150 u €840 fis- sena fit-tnaqqis fl-income tax bejniethom. 55,000 ġenitur li jaħdmu t-tnejn jew li għandhom il-kustodja jew iħallsu l-manteniment tat-tfal, igawdu mit-tnaqqis fl-income tax. Aktar flus fi bwiet il-ġenituri li qed irabbu ‘Il fuq minn 8,600 omm irritornaw għad-dinja tax- xogħol wara li kellhom l-ulied. Dawn gawdew ukoll minn tax holiday. Dħul ieħor hu għal dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal fi skejjel privati u li jistgħu jnaqqsu minn €1,200 sa €2,300, skont l-età ta’ wliedhom, mid-dħul taxxabbli tagħhom. Dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom għal edukazzjoni sportiva jew kulturali jistgħu jnaqqsu €100 mid-dħul taxxabbli tagħhom. Tajjeb li wieħed ifakkar li l-Gvern, mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena, żied il-leave tal-maternità għal tmintax- il ġimgħa. Sa sentejn ilu l-leave tal-maternità kien erbatax-il ġimgħa. Jiġifieri l-miżura tal-Gvern, mifruxa fuq sentejn, żiedet il- leave tal-maternità b’erba’ ġimgħat. Il-Gvern qiegħed iħallas hu lill-ommijiet li jieħdu l-leave tal-maternità. Kemm lil dawk l-ommijiet li jaħdmu maċ-Ċivil kif ukoll lil dawk li jaħdmu fis-settur privat.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 09-Mar-2016

244 views

Category:

Documents


8 download

DESCRIPTION

Suppliment 'In-Nazzjon' 23/01/2013

TRANSCRIPT

Page 1: It-tfal u l-familji kollha igawdu minn żidiet fic-Children's Allowance - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

60,000 tifel u tifla qed igawdu minn żidiet fiċ-Children’s Allowance

F’din il-leġiżlatura l-paga medja fis-sena żdiedet b’€2,600

Muscat jispira ruħu minn Mario Vella li tgħallem f’università Komunistaii iii viFATTI U ĊIFrI TITKELLEM INT MUSCAT jAgħżEL ħAżIN

Wieħed mill-modi biex sar dan kien it-tisħiħ taċ-Children’s Allowance. Il-Gvern ħa diversi inizjattivi biex saru bidliet importanti fl-għoti taċ-Children’s Allowance biex hekk illum grazzi għal dawn il-bidliet li saru qed igawdu aktar minn 60,000 tifel u tifla taħt is-sittax-il sena.

Il-miżuri li daħħal il-Gvern matul din il-leġiżlatura wasslu biex issa ċ-Children’s Allowance bdiet tingħata lill-familji kollha bit-tfal.

Mill-2008, il-familji bdew jirċievu ċ-Children’s Allowance għal kull wild indaqs, irrispettivament minn kemm għandhom tfal.

Ir-rata minima taċ-Children’s Allowance żdiedet minn €250 għal €350 fis-sena. Dan ifisser li grazzi għall-miżuri li daħħal fis-seħħ il-Gvern żdied id-dħul għall-

It-tfal u l-familji kollha jgawdu żidiet

fiċ-Children’s AllowancesIl-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista matul din il-leġiżlatura saħħaħ l-investiment tiegħu fil-familja

bl-iskop li jiżdied id-dħul tal-familji Maltin

familji li għadhom qed irabbu.Sadattant il-Gvern matul

din il-leġiżlatura żied ukoll il-benefiċċju għat-tfal li jgħixu fi Djar tat-Tfal jew ma’ familji li jiffosterjaw lit-tfal.

Fl-2008 l-allowance għall-fostering żdied minn €27.95 għal €39.60 għal kull wild fil-ġimgħa.

Sentejn wara, jiġifieri fl-2012, il-Gvern kompla jirrikonoxxi l-istituzzjonijiet tat-tfal u lill-familji li jiffosterjaw lit-tfal, jiġifieri lil dawk il-familji li qed jindokraw lil dawn it-tfal li qed jitrabbew barra l-familja naturali tagħhom billi kompla jżid l-allowance minn €40 fil-ġimgħa għal €70 fil-ġimgħa.

Fattur importanti ħafna hu li l-età massima tat-tfal li jirċievu din l-għajnuna żdiedet minn sittax-il sena għal 21 sena.

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista, għax verament għandu lill-familja fiċ-ċentru tal-politika tiegħu, matul din il-leġiżlatura ħadem biex id-dħul tal-familji jiżdied.

Illum il-ġurnata ġenituri li jaħdmu t-tnejn u li qed irabbu t-tfal qed jiffrankaw bejn €150 u €840 fis-sena fit-tnaqqis fl-income tax bejniethom. 55,000 ġenitur li jaħdmu t-tnejn jew li għandhom il-kustodja jew iħallsu l-manteniment tat-tfal, igawdu mit-tnaqqis fl-income tax.

Aktar flus fi bwiet il-ġenituri li qed irabbu

‘Il fuq minn 8,600 omm irritornaw għad-dinja tax-xogħol wara li kellhom l-ulied. Dawn gawdew ukoll minn tax holiday.

Dħul ieħor hu għal dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal fi skejjel privati u li jistgħu jnaqqsu minn €1,200 sa €2,300, skont l-età ta’ wliedhom, mid-dħul taxxabbli tagħhom.

Dawk il-ġenituri li jibagħtu lit-tfal tagħhom għal edukazzjoni sportiva jew kulturali jistgħu jnaqqsu €100 mid-dħul taxxabbli tagħhom.

Tajjeb li wieħed ifakkar li l-Gvern, mill-1 ta’ Jannar ta’ din is-sena, żied il-leave tal-maternità għal tmintax-il ġimgħa. Sa sentejn ilu l-leave tal-maternità kien erbatax-il ġimgħa. Jiġifieri l-miżura tal-Gvern, mifruxa fuq sentejn, żiedet il-leave tal-maternità b’erba’ ġimgħat.

Il-Gvern qiegħed iħallas hu lill-ommijiet li jieħdu l-leave tal-maternità. Kemm lil dawk l-ommijiet li jaħdmu maċ-Ċivil kif ukoll lil dawk li jaħdmu fis-settur privat.

Page 2: It-tfal u l-familji kollha igawdu minn żidiet fic-Children's Allowance - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

60,000tifel u tifla qed igawdu

minn żidiet fiċ-Children’s Allowance

55,000 ġenitur li jaħdmu t-tnejn

jew li għandhom il-kustodja tat-tfal gawdew minn tnaqqis fl-income tax

Fatti u Ċifri

18-il ġimgħa leave

tal-maternità- żieda ta’ erba’ ġimgħat minn din is-sena

€450 ir-rata minima taċ-Children’s

Allowance skont il-budget għall-2013

8,600 omm gawdew sena jew snin bla taxxa

u rritornaw fid-dinja tax-xogħol

€1,115Iċ-Children’s Allowance

għal kull wild ta’ ħaddiema bil-paga minima skont

il-budget għall-2013

Mill-Manifest ElettoraliPartit Nazzjonalista

Il-ħajja hija kullana ta’ għażliet li permezz tagħhom ngħixu u niżviluppaw ħajjitna. Nistgħu nbiddlu għall-aħjar u nistgħu nbiddlu għall-agħar. Kollox jorbot fuq l-għażliet li nagħmlu.

L-istess jista’ jingħad għall-futur ta’ pajjiżna, tal-familja tiegħek, ta’ wliedek, u tiegħek innifsek. Malta u Għawdex għaddew u għaddejjin minn bidliet kbar. Int trid futur fis-sod li jagħtik serħan il-moħħ – u dan jista’ jiggarantihulek biss il-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista dejjem kien fuq in-naħa t-tajba fl-għażliet għall-bidla li għamel pajjiżna: l-għażla tal-Indipendenza, l-għażla għal-libertà u d-demokrazija, kif ukoll l-għażla favur l-Unjoni Ewropea. Dawn l-għażliet wasslu għal għażliet u bidliet oħrajn li tejbu l-qagħda tiegħek, tal-familja tiegħek u ta’ pajjiżna.

Il-Partit Nazzjonalista dejjem għaraf li l-politika hi servizz li jseħħ fid-djalogu u fil-kuntatt mal-poplu. Dejjem emminna fl-importanza tal-kuntatt ġenwin u kontinwu mal-poplu għall-politiku li jrid iħaddem il-politika bħala għodda ta’ servizz. Hu għalhekk li matul dawn il-ħames snin ta’ ħidma ġibna bidla għall-aħjar, li ma kinitx b’kumbinazzjoni, imma riżultat ta’ għażliet responsabbli bażati fuq l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi.

Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem fehem li biex jinkiseb il-ġid komuni ma nistgħux inkunu populisti, induru ma’ kull riħ tal-pinnur tal-popolarità. Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kien konvint li l-ġid komuni jirrikjedi li nirriflettu l-aspirazzjonijiet tan-nies b’għażliet responsabbli, serji – anki jekk mhux dejjem popolari – u li npoġġu l-futur tal-Maltin u l-Għawdxin kollha fis-

sod – viżjoni ekonomika u soċjali b’saħħitha li tiġbed warajha poplu sħiħ.

Il-Partit Nazzjonalista qatt ma ppretenda li kellu xi monopolju tal-verità dwar x’inhu l-ġid komuni tal-poplu Malti. Dejjem fittixna x’inhu l-ġid komuni fiċ-ċirkustanzi li jinbidlu minn żmien għal żmien. L-istorja tal-Partit u tal-gvernijiet Nazzjonalisti turi li dejjem konna lesti li nifhmu u niġġeddu maż-żminijiet. Pajjiż demokratiku u ħieles, soċjetà b’mentalità aktar Ewropea, li tgħożż il-libertajiet ċivili, li tħeġġeġ il-kuntrast tal-ideat, li tassigura separazzjoni ċara bejn stat u Knisja, soċjetà ta’ wens u spalla għal min ħu l-aktar fil-bżonn, b’mezzi tal-komunikazzjoni pluralistiċi, b’investiment qawwi fit-teknoloġiji moderni, u tant suċċessi oħrajn li minnhom qed igawdi l-poplu kollu. Hekk se nkomplu nagħmlu – se nkomplu niġġeddu u nwettqu l-bidla li trid int u li tixraq lilek.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen li pajjiżna għandu futur fis-sod ta’ aktar xogħol u xogħol aħjar, b’pagi tajbin għalik, aktar flus fil-but tiegħek, servizz tas-saħħa ta’ kwalità u mingħajr ħlas, u edukazzjoni b’xejn ukoll biex int u wliedek tirnexxu lkoll.

Fl-aħħar ħames snin ħdimna flimkien u ġibna s-suċċess għal kulħadd – li qed tgawdih int. Ma ngħidux li ma nqasniex. Iżda aħna determinati li jekk tagħżel li tafdana, se nkomplu nbiddlu flimkien lil pajjiżna biex int u wliedek tgħixu aħjar.

Futur fis-Sod għax din hi l-bidla li tixraqlek.L-għażla f’idejk.

Bil-Partit Nazzjonalista jkollok Futur fis-Sod

Page 3: It-tfal u l-familji kollha igawdu minn żidiet fic-Children's Allowance - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemMill-istħarriġ dwar is-suq tax-xogħol, li għadu kemm kien ippubblikat, jirriżulta li l-paga medja fis-sena żdiedet b’€2,600... Barra minn dan, il-Gvern naqqas it-taxxa biex il-ħaddiem Malti hu l-anqas intaxxat fl-UE u b’hekk igawdi aktar flus fil-but

Leġiżlatura li ħalliet impatt pożittivIż-żieda fil-pagi matul din il-leġiżlatura ħalliet impatt pożittiv fuq kull persuna li taħdem u wkoll fuq il-pensjonanti, għax dawn ukoll jieħdu ż-żieda tal-ħajja b’mod sħiħ. Biż-żieda fil-pagi l-Gvern għaraf li se jkun qiegħed ikompli jsaħħaħ lill-individwu b’mod finanzjarju iżda fl-istess ħin jagħtih serħan il-moħħ li l-qagħda finanzjarja hi b’saħħitha u li dak li jkun jista’ jkompli r-rutina tas-soltu mingħajr ebda problema.

Li ma kienx għal din iż-żieda flimkien ma’ inizjattivi oħra li ħa l-Gvern matul dawn l-aħħar snin, kieku żgur li nofs in-negozji huma vojta u magħluqa b’mijiet ta’ nies ifittxu x-xogħol b’mod speċjali dawk li n-negozju tagħhom jiddependi mill-infiq tan-nies, bħal dawk tal-ħwejjeġ u rigali simili.

Aktar flus fl-idejnL-aħħar tax-xahar jasal u dak hu mument kruċjali għal pajjiż. Il-familji kollha jibdew jaraw kemm fadal flus u kif bil-paga li fadal, wara li tkun tajt il-kontribut tiegħek lill-istat jew forsi wkoll għal xi loan, dik il-familja tagħmel il-baġit tax-xahar.

Jekk il-paga li jkun fadal se tkun baxxa, dak li jkun se jissikka ċ-ċintorin u jevita spejjeż żejda iżda jekk il-flus fl-idejn huma aktar, allura dak li jkun se jippjana x’se jagħmel bihom, b’aktar ħruġ, xi safra jew kapriċċi oħra.

Dawn huma l-affarijiet żgħar li jgħin fihom l-istat biex l-ekonomija tkompli tiġġenera ruħha u b’aktar ġenerazzjoni fl-ekonomija jkun hemm aktar xogħol u profitt għall-kumpaniji. Għalhekk naqbel mal-Gvern għall-mod kif żied il-pagi tal-ħaddiema.

Mod kif tegħleb il-paga minimaMeta żżid il-paga, b’mod dirett tkun qiegħed tgħin fil-battalja biex tgħolli l-minimum wage, battalja diffiċli iżda essenzjali għal kull pajjiż, għax dan hu mod dirett kif tikkumbatti l-faqar u fl-istess ħin tgħolli l-istandard tal-ħajja tal-persuna u b’hekk din tkun tista’ tgħix aħjar.

Aktar ma jkollok nies jgħixu tajjeb, aktar se jkollok persuni li lesti li jinvestu u jonfqu fuq numru ta’ oġġetti li mhumiex meqjusa bħala bażiċi, ngħidu aħna, xi safra, xi weekend break xi mkien jew fil-proprjetà bħal ngħidu aħna refurbishment, għamara ġdida, eċċ.

Dan iwassal biex tolqot kull settur tas-soċjetà, mill-bennej sad-disinjatur, u b’hekk jiżdied ix-xogħol li jfisser aktar paga, aktar qligħ, u għalhekk, aktar investiment.

Stil ta’ ħajja aħjarIx-xogħol hu importanti ħafna għall-bniedem għax barra li jgħinu jakkwista l-flus, jagħtih sens ta’ identità, li hu importanti biex jidentifika ruħu fis-soċjetà tal-lum.

Iżda daqshekk ieħor hu importanti li l-persuna jkollha paga tajba. Paga li tippermetti li wieħed jibni l-istatus tiegħu permezz tal-attività li jagħmel u permezz ta’ dak li jippossjedi. Il-ħaddiema żgur li jkunu megħjuna ferm meta huma jirċievu paga aħjar, li jistgħu jinvestuha f’dak li jixtiequ u b’hekk l-istil tal-ħajja tagħhom jinbidel għall-aħjar.

Grazzi għall-politika tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista f’din il-leġiżlatura nħolqu 20,000 impjieg ġdid u hekk żdiedu sew l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ u għal dawk kollha li jkunu jridu jfittxu li jtejbu l-impjieg tagħhom.

CArMELo ELLULL-iMqABBA

CorinnE AGiUSiL-GżirA

JoSEf Zahra

JohnAthAn SINIalaL-iMSidA

tAniA CAMiLLEriiL-MoStA

Aktar flus fil-butIż-żieda fil-pagi tfisser aktar

flus fil-but u li n-nies ikomplu jonfqu f’dak li jixtiequ. Tista’ timmaġina, għadni ġejja mill-Belt Valletta. Filwaqt li kien hemm min beda jgħid li se jkun Milied mejjet għan-negozji, il-Belt Valletta kienet ippakkjata.

Kieku ma kienx għaż-żieda fil-pagi matul dawn l-aħħar snin, kieku dak li jkun żgur ma kienx se jmur jonfoq u jixtri r-rigali għal dak u għall-ieħor. Kieku qegħdin ġewwa jew fil-bliet nipprotestaw kif qegħdin jagħmlu għexieren ta’ nies madwar l-Ewropa.

Page 4: It-tfal u l-familji kollha igawdu minn żidiet fic-Children's Allowance - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

20,000 impjieg ġdid u paga medja ogħla b’€2,600 ifissru aktar flus f’but il-ħaddiem u livell aqwa tal-għajxien

Il-Gvern daħħal fis-seħħ għadd ta’ miżuri biex aktar nisa jidħlu fis-suq

tax-xogħol. Fost l-oħrajn, il-Gvern naqqas it-taxxi għall-ommijiet li

jidħlu jew jibqgħu f’impjieg

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista investa bis-sħiħ fl-edukazzjoni biex iż-żgħażagħ ikunu

ppreparati aktar ħalli jidħlu fis-suq tax-xogħol u jagħmlu suċċess fil-karriera li jaqbdu

Minkejja ż-żminijiet diffiċli li għadda minnhom pajjiżna, il-politika għaqlija

tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista wasslet biex inħolqu 20,000 impjieg ġdid

u kienu salvati 5,000 impjieg ieħor

Page 5: It-tfal u l-familji kollha igawdu minn żidiet fic-Children's Allowance - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista investa bis-sħiħ fl-edukazzjoni biex iż-żgħażagħ ikunu

ppreparati aktar ħalli jidħlu fis-suq tax-xogħol u jagħmlu suċċess fil-karriera li jaqbdu

Il-politika tal-Gvern wasslet biex inħolqu diversi opportunitajiet tax-xogħol fil-qasam tat-turiżmu fejn

matul dawn il-ħames snin li għaddew inkisru r-rekords kollha abbinati mat-turisti li żaru l-gżejjer Maltin

Page 6: It-tfal u l-familji kollha igawdu minn żidiet fic-Children's Allowance - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

L-EWWEL Li JXoMMU r-riĦA dAWK tAL-qriB(dehret għall-ewwel darba: il-mument 20.05.12)

L-ispiratur u għalliem ta’ Muscat, Mario Vella, Xellugi

estrem li fforma ruħu fl-università Komunista fil-Ġermanja tal-Lvant

meta din kienet għadha teżisti

Muscat jispira ruħu minn Mario Vella li tgħallem fl-università Komunista fil-Ġermanja tal-Lvant waqt li kien fil-Partit Komunista Malti. Tul it-tmexxija ta’ Alfred Sant, Mario Vella kien il-President tal-Labour Party. Muscat studja taħt Mario Vella

Id-Deputat Laburista Adrian Vassallo mhux reġa’ ħiereġ mal-Labour... skont Adrian Vassallo f’dikjarazzjoni fil-11 ta’ Mejju tas-sena li għaddiet, it-tmexxija ta’ Muscat hi waħda ta’ Komuniżmu u dittatorjat maħsuba biss biex taħtaf il-poter bla ma taf x’tagħmel wara

Muscat daħħal lil Alex Sceberras Trigona fl-Eżekuttiv tal-Labour Party u għamlu Segretarju Internazzjonali tal-Labour... Sceberras Trigona kien il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Laburista li għamel lil Malta tapit ta’ Gaddafi u tal-Korea ta’ Fuq

Page 7: It-tfal u l-familji kollha igawdu minn żidiet fic-Children's Allowance - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Ilbieraħ tkellimna dwar l-inċentivi u l-opportunitajiet li ta l-Gvern Nazzjonalista u li bihom ħafna aktar nisa qed jaħdmu llum milli kienu jaħdmu mqar ħames snin ilu. Dawn l-inċentivi jvarjaw minn tnaqqis fit-taxxa, flessibilità fuq il-post tax-xogħol, ħafna child care centres u ċentri tat-tfal għal wara l-ħin tal-iskola u inċentivi għall-employers biex huma wkoll jagħmlu child care centres.

X’inhuma r-riżultati ta’ din il-ħidma ta’ Gvern Nazzjonalista?

in-nisa sa 35 sena jaħdmu f’Malta huma ferm aktar mill-medja EwropeaIl-Prim Ministru Lawrence Gonzi fid-dibattitu ta’ nhar il-Ġimgħa f’Xarabank, hu u jsemmi r-riżultati qawwijin tal-Gvern tiegħu fix-xogħol u fl-edukazzjoni, semma statistika li għadha kemm ħarġet mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

Is-sehem sħiħ tal-mara f’kull livell qed jinħass fl-oqsma ewlenin tal-edukazzjoni u tax-xogħol

Din l-istatistika turi li r-rata ta’ nisa li jaħdmu f’Malta hi waħda ogħla minn tal-bqija tal-Unjoni Ewropea sal-età ta’ 35 sena. Fin-nisa żgħażagħ sa 29 sena, ir-rata ta’ dawk li jaħdmu hi sostanzjalment ogħla mill-bqija tal-UE.

L-istatistika turi li fl-etajiet bejn 20 u 24 sena, waqt li r-rata ta’ nisa jaħdmu fl-UE hi ta’ 46%, f’Malta hi ogħla bil-qawwi fil-livell ta’ 64%. Fl-etajiet bejn 25 u 29, il-medja Ewropea hi ta’ 66% waqt li f’Malta hi ogħla fil-livell ta’ 75%. Fl-etajiet bejn 30 u 34, il-medja Ewropea u dik Maltija huma fl-istess livell ta’ madwar żewġ terzi.

Kultura li qed tinbidel bl-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u xogħolDin l-istatistika turi li hu fl-etajiet ta’ fuq l-40 sena li r-rata ta’ nisa jaħdmu f’Malta hi anqas minn dik tal-UE. U dan juri li

dan in-nuqqas hu wieħed kulturali li f’dawn l-aħħar snin qed jinbidel bil-ħidma, l-opportunitajiet u l-inċentivi tal-Gvern.

Apparti minn dan, in-nisa qed jaħdmu aktar mill-medja Ewropea għax hawn ix-xogħol f’Malta u din l-istatistika fil-fatt tikkonferma s-suċċess tal-Gvern fil-ħolqien tax-xogħol għal dawk li jridu jaħdmu u fir-rata baxxa ħafna ta’ qgħad f’Malta.

Hawn ukoll opportunitajiet qawwijin ta’ edukazzjoni. Illum, fl-Università ta’ Malta, 58% huma nisa. Ċifri oħrajn juru li t-tfajliet li jibqgħu jistudjaw wara s-16-il sena issa żdiedu sew għal tliet kwarti. L-edukazzjoni hi ċ-ċavetta ta’ impjiegi u pagi tajbin u mhix kumbinazzjoni li fost in-nisa li qed jaħdmu b’rati tajbin hemm l-aktar dawk li ħadu l-edukazzjoni tagħhom wara ż-żmien li Gvern Nazzjonalista fetaħ beraħ l-edukazzjoni terzjarja u inċentivaha bl-istipendji.

żieda qawwija fin-nisa jaħdmu minn 43% ħames snin ilu għal 57%Statistika oħra li toħroġ kemm f’Malta kif ukoll mill-Eurostat, il-Labour Force Survey, għandha wkoll ċifra interessanti ħafna. Din hi dwar il-persentaġġ ta’ nisa jaħdmu. Fl-etajiet wara l-25, jiġifieri wara l-edukazzjoni terzjarja, sa 55 sena, in-nisa jaħdmu żdiedu sew minn 33% disa’ snin ilu, għal 43 fil-mija ħames snin ilu, għal 57 fil-mija issa; qabża qawwija ta’ 24 punt perċentwali fi tmien snin u 14-il punt perċentwali f’ħames snin.

Dan hu grazzi għall-fatt li f’Malta fl-aħħar ħames snin inħolqu 20,000 impjieg ġdid li, wara li pattew għal dawk li ntilfu, bqajna minn fuq b’żieda qawwija ta’ 14,000 impjieg full-time mal-privat, kif jirriżulta mill-aħħar statistika dwar l-impjiegi full-time.

Billi l-irġiel tal-etajiet tax-xogħol f’Malta kważi jaħdmu kollha, iż-żieda fl-impjiegi fissret żieda qawwija fin-nisa jaħdmu. Fil-fatt, mill-impjiegi

full-time li żdiedu fl-aħħar ħames snin, 85% mtlew min-nisa.

trasformazzjoni soċjali fis-sehem tal-mara fl-edukazzjoni u x-xogħolIċ-ċifri dwar in-nisa jaħdmu u jistudjaw ma juru xejn anqas minn trasformazzjoni soċjali qawwija u tajba. Il-mara għandha talenti partikolari tagħha li sa ftit snin ilu kienu donnhom jibqgħu d-dar.

Ingergru meta naraw li n-nisa fl-ogħla livelli tat-teħid tad-deċiżjonijiet fis-soċjetà tagħna għadhom ftit. Imma l-edukazzjoni u l-impjiegi huma l-aqwa pedament biex fuqu nibnu sehem aktar sħiħ tal-mara f’kull livell ieħor tas-soċjetà.

U meta nibnu fuq il-pedamenti li diġà qegħedna b’ħafna nisa fl-edukazzjoni u b’impjieg, ma jkunux biss in-nisa li jagħnu lilhom infushom imma tkun ukoll is-soċjetà tagħna kollha kemm hi illi tarrikkixxi ruħha bit-talenti partikolari tal-mara.

Bl-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u xogħol

li ħoloq Gvern Nazzjonalista,

il-mara qed tagħti u wkoll tieħu s-sehem li jixirqilha mill-ġid li

qed joħloq il-pajjiż

Page 8: It-tfal u l-familji kollha igawdu minn żidiet fic-Children's Allowance - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar 2013www.mychoice.pn

“il-Gvern jemmen li l-familja hi l-qalba tas-soċjetà Maltija u għalhekk jibqa’ impenjat li jsostni lill-familji Maltin u Għawdxin biex jibqgħu jagħtu l-aħjar lil uliedhom.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi