settembru 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · fl-isem tal-missier li ... il-kult tiegħu...

65
SETTEMBRU 2016 Il-Parabbola tad-drakma l-mitlufa Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 02-Mar-2021

0 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SETTEMBRU 2016

Il-Parabbola tad-drakma l-mitlufa Il-Parabbola tad-drakma l-mitlufa

Il-Parabbola tad-drakma l-mitlufa

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 2

San Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa u tal-isqfijiet tagħna:

1. Biex kulħadd jagħti s-sehem tiegħu għall-ġid komuni u għall-bini ta’ soċjetà li tqiegħed il-persuna umana fiċ-ċentru tagħha. 2. Biex bil-parteċipazzjoni fis-sagramenti u bil-meditazzjoni tal-Kelma ta’ Alla, l- Insara jagħrfu aħjar il-missjoni tagħhom ta’ evanġelizzazzjoni. 3. Biex kulħadd ikollu xogħol b’kundizzjonijiet xierqa ta’ sigurtà u ta’ ħlas ġust.

Dati importanti għax-xahar ta’ SETTEMBRU: 2 ta’ Settembru Brs. Martri tar-Rivoluzzjoni Franċiża, fosthom Br. Solomon 3 ta’ Settembru San Girgor il-Kbir 8 ta’ Settembru It-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija 14 ta’ Settembru L-Eżaltazzjoni tas-Salib 15 ta’ Settembru Id-Duluri tal-Verġni Mqaddsa Marija 21 ta’ Settembru San Mattew - Appostlu u Evanġelista 27 ta’ Settembru Br. Scubilion - Protettur tal-Gżira ta’ Reunion 29 ta’ Settembru L-Arkanġli Mikiel, Gabrjel u Rafel

Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar jiftħu l-iskejjel fil-gżejjer tagħna. Nitolbu bl-interċessjoni ta’

San Ġwann Battista De La Salle, patrun tal-għalliema, għall-istudenti u l-għalliema

kollha.

Nota importanti: Din il-ħarġa ta’ Settembru issa hija aċċessibbli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- SETTEMBRU 2016 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

San Ġwann Battista De La Salle

Page 3: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 3

Il-Ħamis, 1 ta’ Settembru San Eġidju - abbati

Santa Tereża Margarita Redi – reliġjuża Tereżjana

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Korintin 3: 18-23 Kollox hu tagħkom; u intom ta’ Kristu, u Kristu ta’ Alla. 2. Salm 23: 1-6 Tal-Mulej hi l-art u kulma fiha. 3. Luqa 5: 1-11 Telqu kollox u marru warajh. SAN EĠIDJU ( ċ640-720) - abbati Dak li nafu dwar il-ħajja ta’ dan il-qaddis - wieħed mill-aktar ċelebri taż-

żminijiet tan-nofs - waslilna fil-ħajja leġġendarja tiegħu miktuba bil-Latin madwar is-seklu 10. Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju), fil-Provenza, li kien jgħożż qabru.

Skont din il-ġrajja leġġendarja, hu twieled f’Ateni madwar is-sena 640, minn ġenituri nobbli. Kien għadu żagħżugħ meta ta ruħu għal ħajja axxetika u biex jaħrab mill-unuri tad-dinja u l-fama ta’ qdusija li kienet ġa bdiet tixtered, telaq lejn Franza, niżel l-art Marsilja, għex sentejn ma’ San Ċesarju ta’ Arles u rtira ġo bosk waħdu ħdejn ix-xmara Rhone.

Hawn ukoll il-fama tal-qdusija tiegħu ġibdet lejh bosta nies; għalhekk reġa’ sab imkien aktar moħbi ħdejn Nimes, fejn għex waħdu bosta snin, jiekol ħaxix salvaġġ, jikellem ma’ Alla biss, aktar anġlu milli bniedem u miegħu ċerva li kienet tagħtih il-ħalib.

Fl-aħħar il-kaċċaturi tas-sultan kixfuh, wara li bi żball ferewh bi vleġġa li kienu xeħtu għaċ-ċerva. Wara li sema’ l-istorja tiegħu, ir-re talbu maħfra u ried jagħmillu ħafna rigali u favuri. Iżda l-umiltà tal-qaddis għażlet tirreżisti: talab biss lir-re biex jibni monasteru.

Ir-re aċċetta, bil-patt li Eġidju jkun l-ewwel abbatí. Il-qaddis aċċetta, bena l-kunvent u beda jaċċetta dixxipli bir-regula ta’ San Benedittu.

Miet hawn fl-ewwel kwart tas-seklu 8, meqjum għall-qdusija u għall-għeġubijiet. Il-kult tiegħu malajr inxtered mal-Ewropa, mill-Ingilterra sal-Polonja u l-Ungerija. L-Ingilterrra kellha madwar 160 parroċċa b’ismu (St Giles) u kienet tqimu bħala l-protettur tal-għomja u l-magħtubin.

Riflessjoni: Ejjew nimxu f’widien fondi tal-virtù tal-umiltà u nsibu ruħna fuq sodda ta’ ward u xewk; dawn jinkludu il-karità li tidher qalb il-weġgħat kemm interni u kemm esterni, is-safa tal-ġilju, il-vjola tal-mortifikazzjoni. Partikularment dak li jqanqalni huma t-tliet virtujiet żgħar tal-ħlewwa ta’ qalb, il-faqar spiritwali u s-sempliċità tal-ħajja.

Page 4: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 4

Neżerċitaw il-faqar tal-ispirtu u s-semplicità tal-ħajja billi mmorru naraw il-morda, naqdu lill-fqar u nsabbru lil dawk imnikkta. San Franġisk de Sales, silta minn ittra Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 57, silta mit-2 punt

Saint Peter had not succeeded in his work when he acted on his own, but as soon as Jesus Christ commanded him to throw the net and pointed out the place he ought to throw it, Peter showed such great submission to what the Savior had just told him that he and his companions caught such a great quantity of fish that the net was about to tear. There you see the result of obedience. It draws down God’s blessing so well on what we do that by this means we obtain whatever we desire; we acquire great facility for doing good and touching hearts when we have the happiness of working for the salvation of souls and do so through simple obedience.

TALBA Missier,

l-Ispirtu tagħna jfur bil-ġieħ, bil-qima u b’ringrazzjament għar-rieda sabiħa tiegħek

għall-ġid li tajtna. Il-grazzja tal-providenza kbira tiegħek,

tisboq kull bżonnijiet. L-imħabba tiegħek taħkimna, u l-karità tiegħek hi perfetta.

Ammen. ‘Prayer of the Day’

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Settembru Il-Beatu Ġanfranġisk Burtè – presbiteru u martri

Il-Beatu Apollinaris ta’ Posat – presbiteru u martri Il-Beatu Br. Solomon Leclerq u sħabu - martri tar-Revoluzzjoni Franċiża

Il-Brothers kienu Frères ta’ S. Ġ. Bta. De La Salle: Il-Beatu Brother Solomon Leclerq (1745-1792)

Il-Beatu Brother Roger (1745-1794) Il-Beatu Brother Uldarik (1755-1794) Il-Beatu Brother Leon (1723-1794)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Page 5: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 5

Qari: 1. 1 Korintin 4: 1-5 Il-Mulej jikxef il-fehmiet mistura tal-qlub. 2. Salm 36: 3-6.27-28.39-40 Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej. 3. Luqa 5: 33-39 Meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom,

imbagħad isumu dakinhar. IL-BEATI BROTHERS MARTRI TAR-RIVOLUZZJONI FRANĊIŻA – Bros. Solomon, Leon, Roger u Uldaric Fl-1790, il-kostituzzjoni ċivili tal-kleru tat lill-istat il-kontroll assolut tal-Knisja

Franċiża. Sabiex tkompli taħdem, il-qassisin u r-reliġjużi kienu obbligati li jieħdu ġurament biex jappoġġjaw il-kostituzzjoni.

Ħafna mill-Brothers m’aċċettawx u għalhekk kienu obbligati sabiex jitilqu mill-iskejjel u l-komunitatjiet. Iktar tard, l-istitut neħħewlu l-istatut legali tiegħu minn Franza.

Bro. Solomon Leclercq kien is-segretarju ta’ Bro. Agathon, is-superjur ġenerali. Kien qiegħed jgħix waħdu f’Pariġi waqt li s-superjur baqa’ fid-dar ċentrali barra mill-belt. Bro. Solomon kiteb ittri lill-familja tiegħu li juru spirtu reliġjuż qawwi fi żmien ta’ biża’.

Huwa m’aċċettax li jieħu l-ġurament u ġie arrestat fil-15 ta’ Awwissu 1792 u miżmum f’monasteru Karmelitan flimkien ma’ numru ta’ isqfijiet u qassisin. Fit-2 ta’ Settembru, il-priġunieri nġiebu f’parti fil-ġnien tal-monasteru fejn hemmhekk ġew maqtula. Bro. Solomon ġie bbeatifikat fl-17 ta’ Ottubru 1926.

Tliet Brothers oħra, Bro. Roger, Bro. Leon u Bro. Uldaric kienu fost dawk il-qassisin u reliġjużi li kienu magħluqa f’vapuri antiki li servew bħala ħabs tal-priġunieri fl-assedju tal-port ta’ Rochefort fejn issaportew offiżi u ċaħdiet.

Lil Bro. Roger Faverge li kien direttur fl-iskola ta’ Moulins ħaduh fi gżira fil-port fejn miet fl-età ta’ 49 sena.

Bro. Leon Mopinot li kellu 68 sena u li kien ukoll fl-iskola ta’ Moulins, miet wara xahrejn fuq l-istess vapuri.

Bro. Uldaric Guillaume kompla jgħallem bil-moħbi wara li l-iskola tiegħu kienet ingħalqet. Hu miet wara 15-il xahar ta’ priġunerija u ndifen ma’ priġunieri oħra f’qabar mingħajr isem fuq gżira fil-port.

Dawn it-tliet martri ġew ibbeatifikati fl-1 ta’ Ottubru 1995 mill-Papa San Ġwanni Pawlu II.

Nhar il-15 t’Ottubru, il-Papa Franġisku sejjer jikkanonizza lill-Beatu Brother Solomon wara li seħħ it-tieni miraklu bl-interċezzjoni tiegħu.

Riflessjoni, silta mill-ittra lis-Superjur Ġenerali bagħat lill-Brothers u l-membri tal-familja Lasalljana, nhar id-19 ta’ Lulju, 2016: Dear Brothers Visitors, Brothers, Affiliates, Partners and Lasallians, We are about to celebrate a great day in our Institute: the canonization of Blessed Brother Solomon Leclercq and it is with great joy that I am writing you this news.

Page 6: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 6

The glorification of our first martyr will be held at the closing of the "Year of Mercy." As stressed so many times by Pope Francis during the Jubilee Year, to understand what it means "mercy" is to understand the core of Jesus' teaching. Mercy is love and for love He is willing to do everything, even to give his own life. This is what our Brother Solomon, is teaching us by his heroic fidelity The canonization of Brother Solomon will certainly be a blessing for our Institute. Together, let us thank the Lord. The example set by our Brother must push us to follow Christ day after day. Although we are not called to give a bloody witness we are called anyway to do this in the "terrible day to day task " of our apostolic life. On the occasion of the feast of St. Bartholomew our Founder writes: "You have to suffer a constant martyrdom that is no less violent for the spirit than Saint Bartholomew’s was for his body. You must, so to speak, tear off your own skin, which Saint Paul calls the old man, in order to be clothed with the Spirit of Jesus Christ, which is, according to the same Apostle, the new man." (MF 159,3,2).

Brother Robert Schieler, FSC Superior General

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 179, silta mit-2 punt

The passions cannot be mastered or the flesh prevented from revolting unless fasting and mortification are used to bring them into subjection. This is the way that all the saints lived in order to obtain this result; you will not find any other way than this, joined to prayer. This is what Jesus Christ prescribes for us in the holy Gospel. It is quite right that the body be submissive to the spirit, but if we wish it to be so, we must take the sure means to achieve this result. Take those of fasting and prayer, and if this saint cannot be your model in all that he did to mortify his body, imitate him at least in his recollection, which was so great that he never looked at the ceiling of the places where he was and did not know any of his religious except by the sound of their voices.

TALBA

“Ejjew nistabru bil-ferħ u r-ringrazzjament għas-slaleb u l-uġigħ li ser jibagħtilna.

Li kien għalija, ma jistħoqqlix li nsoffri għalih,

għax għadni s’issa ma’ ltqajt ma l-ebda problemi, u madankollu hemm tant oħrajn li qed isoffru.”

Brother Solomon Leclercq* (*Din kienet l-aħħar kitba tiegħu lill-oħtu qabel ma soffra l-martirju)

Missierna ...

Page 7: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 7

Is-Sibt, 3 ta’ Settembru San Girgor il-Kbir – Papa u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Korintin 4: 6b-15 Aħna bil-ġuħ u bil-għatx, bilkemm imlibbsa. 2. Salm 144: 17-21 Qrib il-Mulej lejn kull minn isejjaħlu. 3. Luqa 6: 1-5 Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt? SAN GIRGOR IL-KBIR (c. 540-604) - Papa u duttur tal-Knisja Dan il-qaddis hu l-ewwel u l-iktar famuż fost is-16-il Papa ta’ dan l-isem.

Twieled Ruma u kien ġej minn familja li diġà kienet tat lill-Knisja żewġ Papiet. Kien edukat għall-karriera fil-liġi u fl-amministrazzjoni.

Meta kellu xi ħaġa fuq it-30 sena kien prefett ta’ Ruma, iżda wara sena huwa bidel id-dar tal-familja f’monasteru tal-Benedittini u waqqaf ukoll sitt monasteri oħra fl-artijiet li kellu fi Sqallija. Hu nnifsu sar raħeb sempliċi meta kellu 35 sena.

Huwa kien ordnat djaknu u mibgħut bħala rappreżentant tal-Papa għand l-imperatur f’Kostantinopli fejn dam seba’ snin.

Wara li reġa’ lura f’Ruma, hu għadda xi żmien bħala wieħed mis-seba’ djakni tal-belt.

Ħames snin wara li rritorna fil-monasteru tiegħu hu laħaq Papa b’għażla popolari, l-ewwel raħeb li tela’ fuq it-tron ta’ Pietru. Il-pontifikat tiegħu fi żminijiet ta’ diffikultajiet kbar, dam 14-il sena u hu wieħed li ħalla marka fl-istorja tal-Knisja.

Huwa żamm il-primat ta’ Ruma u ċċensura l-patrijarka ta’ Kostantinopli talli ħa t-titlu ta’ “patrijarka ekumeniku”. Huwa sar il-mexxej ta’ Ruma, kellu negozjati mal-invażuri Lombardi, ħa ħsieb il-foqra, feda l-ilsiera u bena mill-ġdid knejjes meqruda.

Il-Papa San Girgor ngħata t-titlu ta’ “Kbir” minħabba l-kontribut tiegħu fit-teoloġija morali u axxetika, fil-kant gregorjan (li jġib ismu), fil-liturġija, fl-amministrazzjoni, fil-monastiċiżmu, fl-evanġelizazzjoni u fil-missjoni soċjali tal-Knisja.

San Girgor ma kienx biss isqof kbir u statista; hu miżmum bħala wieħed mill-erba’ dutturi kbar tal-Knisja Latina u l-kitbiet tiegħu huma indirizzati biex iġibu ’l quddiem il-ħajja nisranija u l-formazzjoni tal-isqfijiet. Insibu aktar minn 800 ittra u għadd ta’ prietki.

Il-Papa San Girgor miet fit-12 ta’ Marzu 604, meta kellu madwar 64 sena. Kien dan il-qaddis li bħala Papa sejjaħ lilu nnifsu “Qaddej tal-qaddejja t’Alla”,

titlu li għadu użat mill-Papiet sal-lum. F’Malta kien hawn devozzjoni kbira lejh, u sal-lum għadha ssir l-hekk imsejħa

‘Purċissjoni ta’ San Girgor’ għall-knisja tiegħu taż-Żejtun u li tinżamm l-Erbgħa

Page 8: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 8

fuq l-Għid il-Kbir. Waħda mill-parroċċi ta’ Tas-Sliema hi ddedikata lil San Girgor Papa, kif ukoll il-Parroċċa ta’ Kerċem f’Għawdex, tiċċelebra l-festa tiegħu sollennement.

Riflessjoni: Kull meta naħsbu fi Kristu, għandna niftakru b'liema mħabba xerred fuqna tant grazzji u ġid, u kemm hija kbira l-imħabba li wriena Alla meta tana rahan hekk kbir tal-imħabba li għandu għalina. Għax l-imħabba tnissel u titlob l-imħabba: u għalkemm aħna nkunu għadna fil-bidu tat-triq tal-qdusija, u dejjem hekk imsejkna, nagħmlu ħilitna biex dan inżommuh dejjem quddiem għajnejna u nqajmu fina l-imħabba, għax jekk il-Mulej jagħtina mqar darba li din l-imħabba titnaqqax fil-qiegħ ta' qalbna, kollox isirilna mill-eħfef, u naħdmu ħafna fl-iqsar żmien u bi tbatija inqas.

Santa Tereża ta’ Ġesù

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.109, silta mit-2 punt

Saint Gregory suffered throughout his life with extreme patience. First, he practiced excessive austerities as a religious. Second, the pains of gout made his body so emaciated that it was difficult to recognize him. Third, he suffered from persecution; Emperor Maurice, who had been his close friend, became a cruel enemy and wished to deprive him of his title of Universal Patriarch of the Church. In all this Gregory imitated the holy man Job, whose spirit he had thoroughly absorbed while writing a commentary on the Book of Job. The only remedy he used in all this suffering was recourse to prayer, in which he found great support; God became his protector in his sufferings and in the opposition he met.

TALBA

O Alla Missier tagħna, int ħeġġiġt f’San Girgor

imħabba dejjiema għall-kelma u l-qima. Bl-interċezzjoni tiegħu

kompli imla bit-tama lill-poplu tiegħek minn din l-għajn tal-ħajja,

li ħierġa mill-qalb ta’ Ġesù Kristu, il-blata tagħna, li jgħix u jsaltan miegħek flimkien mal-Ispirtu s-Santu,

Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Missierna ...

Page 9: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 9

Il-Ħadd, 4 ta’ Settembru It-23 Ħadd ta’ Matul is-Sena

Illum issir il-Kanoniżżazzjoni tal-Beata Madre Tereża ta’ Calcutta

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Għerf 9: 13-18b Min jista’ jifhem xi jrid il-Mulej? 2. Salm 89 :3-6,12-14 u 17 Mulej, inti kenn għalija. 3. Filemon 9b-10,12-17 Ilqgħu mhux bħala lsir, iżda bħala ħuk għażiż. 4. Luqa 14: 25-33 Ħadd ma jista’ jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx ġidu kollu. Riflessjoni fuq il-Vanġelu

M’hawn xejn fid-dinja li għandu qawwa ikbar minn dik tal-persważjoni tal-kunsens tal-poplu, u s-suċċess personali jitkejjel skont in-numri ta’ persuni li wieħed jirnexxielu jiġbed warajh: għalhekk il-kapijiet tal-popli, u tista’ tgħid kulħadd, minn dejjem ifittxu l-applaws tal-follol u jissaħħu bin-numri u ċ-ċifri.

Xi ftit jew wisq kulħadd, imma mhux il-Mulej, li peress li “Kotra kbira ta' nies kienet miexja miegħu ” Lq14:25, saħansitra jipprova jiskoraġġixxi l-entużjażmu tagħhom għad-dixxipulat. Li juri kemm huma veri l-kliem tal-ewwel qari mill-Ktieb tal-Għerf “Għax min jista' jagħraf ħsieb Alla, min jista' jifhem x'irid il-Mulej? Beżżiegħa huma ħsibijiet il-bnedmin, u kull pjan tagħna m'hu xejn fiż-żgur” Għ 9:13-14. Alla jibqa’ misterjuż u ma jingħarafx; Hu dejjem lil’ hinn minn dak kollu li nistgħu naħsbu fuqu; mhux biss jikkonfondi lil dawk li huma għaqlin imma jġib fix-xejn saħansitra l-isbaħ sentimenti u xewqat li jkollna. “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx….” Lq 14:26. Diġa hija ħaġa iebsa naċċettaw li Ġesù, il-mibgħut t’Alla biex isalva lil kulħadd qiegħed javża lid-dixxipli tiegħu biex jiċċaraw l-eżiġenzi iebsa li titlob il-mixja warajh. Iżda żgur li ma nifhmux li mingħajr tlaqliq jistedinna nitolbu għal min jobgħodna, u iżjed minn hekk inħobbu lill-għedewwa tagħna u nobgħodu lil missierna, ‘l ommna, lil ħutna u saħansitra ‘l ħajjitna... jiġifieri dak li hu l-iktar għażiż!

Iż-żewġ affarijiet l-oħra li jitlob mid-dixxipli tiegħu jkomplu jħawduna, id-dixxiplu hu mistenni jerfa’ salibu u jiċħad minn jeddu il-ġid kollu tiegħu. Ġesù jista’ jgħid dan kollu għaliex bil-presenza, bil-kelma u bl-azzjoni tiegħufid-dinja, jqiegħed kollox f’diskuzzjoni anke l-isbaħ rejaltajiet umani, bħal m’huma r-rabtiet familjari.

Fil-fatt, Hu biss, li Hu bniedem ġdid, xbiha perfetta t’Alla u mudell tar-relazzjonijiet, jista’ jikxef l-għoqda tal-egoiżmu, ambigwita, xewqat ta’ pusses u manipulazzjoni li jinħbew fil-qalb tal-bniedem u jimmarkaw fil-fond anke l-iktar relazzjonijiet umani nobbli. Ġesù biss jista’ jagħmel dan mingħajr ma

Page 10: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 10

jikkundannana, anzi jipproteġina minna nfusna ; mingħajr ma jinterrompi r-relazzjoni tiegħu magħna, imma jġedded fil-fond tal-intimita tagħna ir-relazzjonijiet ma min iridilna l-ġid u mal-proxxmu. Dan bil-kundizzjoni li bħala dixxipli naċċettawh bħala l-Mulej, u nqiegħduh fiċ-ċentru tal-eżistenza personali u komunitarja, għaliex jekk inħobbuh fuq kull ħaġa oħra biss ikollna garanzija tal-awtentiċita tal-imħabba tagħna lejn l-għeżież tagħna.

Alla ma jqiegħdna kontra ħadd inqas u inqas kontra dawk li jridulna l-ġid. Jekk jitlobna biex ma npoġġu ebda relazzjoni qabel dik miegħu huwa biex nifhmu kif insiru kapaċi nħobbu kif iħobb Alla, mingħajr kejl b’liberta sħiħa . Jekk l-affarijiet huma hekk ir-radikalita eżiġenti ta’ Ġesù ma tbeżżgħaniex iżjed, sew għax Hu għexha qabilna u għamilha possibbli għalina bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu; kif ukoll f’dan kollu hemm l-għażla ta’ Ġesù bħala l-Mulej: meta tittieħed din id-deċiżjoni, il-bqija jiġi waħdu, inevitabbilment. Kif fortunatament, ħadd ma jkun jaf bil-quddiem x-se jiġri f’ħajtu, hekk ħadd ma jkun jista’ jiprevedi l-konsegwenzi li ġġib magħha d-deċiżjoni li timxi wara Ġesù: il-parabbola tal-bennej u tar-re fil-gwerra huma stedina biex ma nimlewx rasna li aħna kapaċi nżommu l-kontroll ta’ ħajjitna issa li ‘l-iktar qawwi’ daħal fiha.

Jekk nagħżlu lil Alla – jew aħjar jekk Alla jagħżilna – irridu nkunu nafu li għandna possibilta waħda biss: it-telqa f’idejh mingħajr kundizzjoni. Kull reżistenza kontra l-Mulej fil-fatt hija destinata biex tfalli u żġur li noħorġu telliefa! Imma fl-aħħar, x’jimporta? Jekk Alla jegħlibna, ma nistgħu nagħmlu xejn iktar ħlief inkantaw ir-rebħa.

Minn “La Realta` e` Cristo”- Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 102, silta mill-1 punt

With this kind of truly Christian firmness and generosity, you ought to uphold God’s cause, which is what you are obliged to do in your work. You fulfill one of the main functions of the Apostles by educating in faith and in religion these new believers, that is, the children who only recently have been filled with God’s Spirit in Baptism. Following the example of the holy Apostles, be worthy of so holy a ministry by seclusion and by application to prayer.

TALBA Mulej Ġesù Kristu,

inti għidt li int it-triq, il-verità u l-ħajja. Tħalliniex nitbegħdu minnek,

int li int it-triq, li ma nitilfux il-fidi fik,

inti li int il-verità u li lanqas ma nistrieħu fuq ħadd jekk mhux fuqek,

int li int il-ħajja. Missierna ...

Page 11: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 11

It-Tnejn, 5 ta’ Settembru San Lawrenz Giustiniani - isqof

Santa Tereża ta’ Kalkutta – fundatriċi Il-Beata Marija Assunta Pallotta

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Korintin 5: 1-8 Tnaddfu mill-ħmira l-qadima. Il-Ħaruf tal-Għid tagħna, li hu Kristu, hu maqtul! 2. Salm 5: 5-6.7.12 Mexxini, Mulej, fis-sewwa tiegħek. 3. Luqa 6: 6-11 Kienu moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt SANTA TEREŻA TA’ KALKUTTA (1910-1997) - fundatriċi Kien jisimha Anjeże Bojaxhiu u twieldet minn ġenituri Albaniżi fi Skopje, li

kienet tagħmel parti minn dik li kienet il-Jugoslavja. Missierha kien bil-ħanut tal-merċa.

F’Novembru 1927 marret Dublin, l-Irlanda, u ngħaqdet mas-sorijiet ta’ Loreto. Hemm ħadet l-isem Tereża, għall-qaddisa patruna tal-missjonijiet.

Wara ftit intbagħtet f’Darjeeling, l-Indja, fejn bdiet in-novizzjat tagħha. Għamlet il-voti tagħha fl-1931.

Għal 20 sena kienet tgħallem il-Ġeografija lil studenti bniet, ulied is-sinjuri fil-kulleġġ tas-sorijiet ta’ Loreto f’Entally, żona fil-lvant ta’ Kalkutta, sakemm saret kap tal-iskola.

Wara l-ħajt tal-kunvent kien hemm wieħed mill-ifqar slums ta’ Kalkutta. Fil-lejla tal-10 ta’ Settembru, 1946, meta kienet f’ferrovija diretta lejn Darjeeling, għall-eżerċizzji spiritwali, ġietha t-“tieni sejħa”: matul dak il-lejl ħasset qawwija l-għajta muġugħa ta’ Ġesù msallab: “Għandi l-għatx!”

Wara talb u pariri, hija ħalliet il-kunvent biex tiddedika ruħha għall-ifqar fost il-fqar. Swor Tereża ħalliet il-kunvent ta’ Entally b’ħames rupiji fil-but u s-sarì abjad bit-tarf ikħal tal-ifqar Indjani. Kien is-16 t’Awwissu 1948.

Fis-7 ta’ Ottubru 1950, id-djoċesi approvat il-kongregazzjoni ġdida tagħha tal-Missjunarji tal-Karità.

Minbarra t-tliet voti, tal-faqar, kastità u ubbidjenza, kull missjunarju tal-Karità jieħu ieħor, dak ta’ "servizz gratwit lejn l-ifqar fost il-fqar". Enfasi fuq l-imitazzjoni tal-virtujiet tal-Madonna, speċjalment l-umiltà, is-silenzju u l-karità.

Il-figura rqiqa ta’ Madre Tereża, il-ġisem fraġli tagħha mgħawweġ bl-għejja tax-xogħol, u wiċċha mkemmex saru magħrufin mad-dinja kollha, l-aktar wara l-pubblikazzjoni tal-ktieb Something Beautiful for God ta’ Malcolm Muggeridge li huwa u martu saru kattoliċi mħeġġin mill-eżempju tagħha.

Kienu ħafna lawrji onorarji li rċeviet u premjijiet ta’ kull xorta, fosthom dak Nobel.

Page 12: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 12

Kienet tħobb tiddefinixxi lilha nnifisha bħala "l-lapes żgħir ta’ Alla". Bil-pubblikazzjoni tad-djarji tagħha wara mewtha sirna nafu li, taħt il-wiċċ

dejjem jitbissem, kien hemm ruħ li għaddiet bosta snin minn tentazzjonijiet kbar u kull xorta ta’ provi oħra anki kontra l-fidi f’dak li jissejjaħ il-lejl mudlam tar-ruħ.

Madre Tereża mietet f’Kalkutta, il-Ġimgħa 5 ta’ Settembru 1997, fid-9.30 ta’ filgħaxija. Kellha 87 sena.

Fis-26 ta’ Lulju 1999, infetaħ il-proċess tagħha ta’ beatifikazzjoni, tliet snin qabel suppost; għalkemm għall-poplu MadreTereza kienet digà qaddisa.

Il-Papa San Ġwanni-Pawlu II, li kien ammiratur kbir tagħha, iddikjaraha beata fl-2003.

Ilbierah il-Papa Franġisku kkanonizza lil Beata Tereża ta’ Kalkutta wara t-tieni miraklu li seħħ bl-interċessjoni tagħha f’Diċembru tal-2015.

SANTA TEREŻA TA’ KALKUTTA, ITLOB GĦALINA.

Riflessjonijiet minn Madre Tereża: It-talb mhuwiex tfittxija. It-talb huwa li terħi lilek innifsek f’idejn Alla għad-

dispożizzjonijiet tiegħu, u tisma’ l-vuċi tiegħu f’qiegħ qalbek. Aħna rridu nduru bil-fqir qisu kien Ġesù nnifsu. Irridu naqdu lill-foqra qishom

kienu Ġesù. Jekk hawn nuqqas ta’ fidi, dan jiġri għax hawn ħafna nies li jaħsbu għal

rashom biss, hawn ħafna egoiżmu. Il-fidi biex tkun awtentika, trid tkun ġeneruża u altruwista; turi ruħha fl-imħabba lejn l-oħrajn.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 131, silta mill-1 punt

Adore God’s fatherly Providence in your regard. He withdrew you from the world in order to prepare you to acquire the virtues you need to do your work well and to educate a great number of children in the Christian spirit. Do you correspond with God’s designs for you? Do you strive in your state of life to achieve such a level of holiness that you can make holy those for whose guidance you are responsible?

TALBA Missier Qaddis,

Int tajtna mudell għall-ħajja fil-familja mqaddsa ta’ Nazzaret. Għinna, twajjeb Missier,

biex nagħmlu mill-familji tagħna Nazzaret ieħor, fejn l-imħabba, il-paċi u l-ferħ isaltnu.

Agħmel li tkun mogħtija għall-ħsieb profond, mħeġġa bl-ewkaristija, b’qawmien ġdid ta’ ferħ.

Ammen. Santa Tereża ta’ Kalkutta

Missierna ...

Page 13: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 13

It-Tlieta, 6 ta’ Settembru San Onesiforu – martri

Il-Beatu Bertrandu ta’ Garrigue – saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Korintin 6: 1-11 L-aħwa jħarrku ’l xulxin, u dan quddiem il-pagani! 2. Salm 149 : 1-6 u 9 Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu. 3. Luqa 6 : 12-19 Għadda l-lejl fit-talb u għażel tnax, li semmiehom appostli SAN ONESIFORU (l-1 seklu) - martri San Pawl fl-ittri tiegħu jsemmi diversi persunaġġi li ltaqa’ magħhom jew

għenuh fil-ħidma tiegħu. Fost dawn, fit-tieni ittra lill-Isqof Timotju (2 Tim. 1, 16-18) huwa jsemmi lil ċertu Onesiforu, li kien membru influwenti u għani fil-knisja ta’ Efesu.

L-isem Onesiforus bil-Grieg ifisser “bniedem utli, ta’ siwi”, u tabilħaqq hekk sabu San Pawl meta dan bla biża’ mar ifittxu waqt li kien fil-ħabs ta’ Ruma u qdieh f’dak kollu li kellu bżonn.

Dwaru l-appostlu jgħid fl-ittra lil Timotju: “Il-Mulej ikollu ħniena mill-familja ta’ Onesiforo li kien ta’ faraġ għalija; hu ma staħax mill-ktajjen tiegħi, imma meta wasal Ruma fittixni bil-ħrara sa ma sabni. Il-Mulej jagħtih il-grazzja li jsib ħniena quddiem il-Mulej f’dak il-jum. Inti taf aħjar minni kemm għenni f’Efesu.”

Dan Onesiforu jingħad li kien akkompanja lil San Pawl fil-vjaġġ li hu għamel għal Spanja, u li kien ukoll maħtur isqof ta’ Colophan (fl-Asja Minuri) jew ta’ Coronea (Boezja). Il-Griegi jżommu li dan Onesiforu kien wieħed mit-72 dixxiplu ta’ Ġesù, imma dan ma jistax ikun għax il-qaddis kien mill-belt Griega ta’ Efesus.

Skont tradizzjoni Rumana, San Onesiforu kien maqtul minħabba t-twemmin tiegħu billi kien marbut ma’ żwiemel selvaġġi u mkaxkar fit-toroq imħarbta sakemm miet f’Parium, “fl-Ellesponto” (id-Dardanelli).

Miegħu kien maqtul ukoll il-qaddej tiegħu Porfirju. Il-Martiroloġju Ruman ifakkru fis-6 ta’ Settembru.

Riflessjoni: Kemm hi ħaġa sabiħa din il-preżenza ta’ Alla f’ruħna, f’dan is-santwarju intimu ta’ ruħna. Hawn se nsibuh dejjem, ukoll meta ma nħossux aktar il-preżenza tiegħu, imma hu xorta jkun hemm, u aktar qrib għandu mnejn, kif għedtli int. Hu hawn li nħobb infittxu. O, ejjew infittxu li ma nħalluhx waħdu, u li ħajjitna ssir talba li ma taqta’ xejn. Min jista’ jisraqulna, min jista’ jtellifna minn Dak li ħatafna u għamilna tiegħu b’mod sħiħ? Kemm hu tajjeb, oħt għażiża! Iva, ejjew inħobbuh b’mod li

Page 14: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 14

nistgħu nsejħulu realment bħala l-“Maħbub” tagħna, kif tgħid l-Omm Tagħna. Ejjew nintelqu fl-imħabba. Il-Beata Eliżabetta tat-Trinità Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 187, silta mit-2 punt

It is not enough to be detached to be able to work effectively for the Church and for the salvation of our neighbor. We must also steadfastly apply ourselves to prayer and mortification. Saint Charles did so diligently, even though he was constantly preoccupied by the good of his diocese. He prayed twice a day without fail, and he was so absorbed in his prayer that when one of the disorderly religious whom he was trying to reform fired a musket at him while he was at prayer with his household, he was not in the least disturbed and continued to pray. He often grieved before God for the salvation of the people of his diocese and frequently even spent part of the night in prayer. If something important for the good of the Church arose, he prayed throughout the whole night.

TALBA

Missier, jien nintelaq f’idejk, agħmel minni dak li trid.

Dak kull ma trid li jsir, jien nirringrazzjak,

jien lest għal kollox, jien naċċetta kollox.

Ħa jsir minni u minn kull ħlejqa oħra, kollox skont ir-rieda tiegħek.

O Mulej, ma nixtieq xejn iżjed minn dan. Jien f’idejk nerħi ruħi;

noffri ruħi għalik bl-imħabba kollha ta’ qalbi, għax jien inħobbok Mulej,

u għalhekk għandi bżonn nagħti lili nnifsi, nerħi lili nnifsi f’idejk,

bla riserva u b’fidi bla tarf, għax inti il-missier tiegħi.

Charles de Foucauld

Missierna ...

Page 15: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 15

L-Erbgħa, 7 ta’ Settembru Santa Reġina – verġni u martri

San Klodoald – saċerdot San Stiefnu Pongracz u San Melkjor Grodziecki - presbiteri Ġiżwiti u martri

San Marku Krizecanin - kanonku ta’ Strigonja u martri Il-Beatu Frederic Ozanam

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 1 Korintin 7: 25-31 Inti marbut ma’ mara? Tfittixx li tinħall. Maħlul minn mara? Tfittixx mara. 2. Salm 44: 11-12.14-17 Isma’, binti, ħares u agħti widen. 3. Luqa 6: 20-26 Henjin intom il-foqra. Ħażin għalikom, intom l-għonja. SAN KLODOALD (CLOUD) († 560) - saċerdot In-nannu ta’ dan il-qaddis kien il-famuż re tal-Franki Klodovew (jew Clovis).

Hu kien iben ir-Re Eklodemer ta’ Orléans li kien maqtul fil-524. Hu kien edukat f’Pariġi, flimkien ma’ żewġ ħutu oħra, minn nanntu Santa Klotilde.

Żewġ zijiet tiegħu, biex ikunu jistgħu jieħdu s-saltna li kienet tmiss lil Klodoald u ħutu, għamlu komplott biex joqtluhom, imma Klodoald kien meħlus mill-mewt billi qata’ x-xagħar twil tiegħu u ħarab lejn Provence fejn għal xi żmien għex il-ħajja ta’ eremit. Wara rritorna qrib Pariġi, u sar dixxiplu ta’ San Severinu.

Fuq talba tal-poplu hu kien ordnat saċerdot f’Nogent, u għamel ħidma pastorali għal xi żmien, sakemm hu rtira ma’ grupp ta’ rġiel qaddisa u ta bidu għall-abbazija li ġġib ismu (St. Cloud).

San Klodoald miet fis-7 ta’ Settembru 560, meta kellu 36 sena. Minħabba li ismu bil-Franċiż Cloud ifisser ‘musmar’, hu ntgħażel patrun ta’ dawk li jagħmlu l-imsiemer; hu wkoll il-qaddis patrun tal-belt u tad-djoċesi ta’ Minnesota fl-Istati Uniti.

Riflessjoni: Il-ħniena tnissel ferħ kbir fil-qalb tal-Missier meta hu jiltaqa’ ma’ kull ħlejqa umana; sa mill-bidu, hu jdur bi mħabba kbira mqar fuq dawk li huma l-iżjed dgħajfa, għax il-kobor u l-qawwa tiegħu jidhru sewwasew fil-ħila tiegħu li jsir ħaġa waħda maċ-ċkejknin, mal-imwarrbin, mal-maħqurin (ara Dewt. 4:31; Salm 86:15; 103:8; 111:4). Hu Alla twajjeb, attent, fidil; joqrob lejn min hu fil-bżonn biex hekk ikun qrib ta’ kulħadd, fuq kollox tal-foqra; jidħol bi ħlewwa fir-realtà umana l-istess kif jagħmlu missier u omm fil-ħajja ta’ wliedhom (ara Ġer. 31:20). Il-kelma li biha tinqeda l-Bibbja biex tgħid ħniena tibgħatna lejn il-ġuf tal-omm: jiġifieri lejn l-imħabba ta’ omm għal uliedha, dawk l-ulied li hi dejjem tibqa’ tħobb, f’kull ċirkustanza u jiġri x’jiġri,

Page 16: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 16

għax huma frott ġufha. U dan hu aspett essenzjali anki fl-imħabba li Alla għandu lejn uliedu kollha, b’mod partikulari lejn il-membri tal-poplu li hu nissel u li jrid irabbi u jeduka: quddiem id-dgħufijiet u l-infedeltajiet tagħhom, il-ġewwieni tiegħu jitqanqal u titħeġġeġ qalbu (ara Ħos. 11:8). U madankollu hu ħanin ma’ kulħadd, imħabbtu hi għall-ġnus kollha, u l-ħlewwa u t-tjieba tiegħu jinfirxu fuq il-ħlejjaq kollha (ara Salm 145:8-9).

Il-Papa Franġisku, silta minn diskors tiegħu fuq il-Missjoni

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 44, silta mit-2 punt

Only the Spirit of God can give us a correct understanding of these maxims of the Gospel and inspire us to put them into practice, because they are above the level of the human spirit. How, indeed, can we ever realize that blessed are the poor, that we must love those who hate us4 and rejoice when we are calumniated and when people say all sorts of evil against us, that we must return good for evil, and so many other truths entirely contrary to what nature suggests, unless the Spirit of God teaches them to us? You are obliged to teach these holy maxims to the children you are appointed to instruct. You must be thoroughly convinced of them, so that you can impress them deeply on the hearts of your students. Be docile, therefore, to the Holy Spirit, who can in a short time procure for you a perfect understanding of these truths

TALBA Mulej tiegħi,

għarrafni l-faqar, li int tant tħobb. Ħanin Ġesù,

jkollok ħniena minni. Inħossni mxennaq għas-Sinjura tal-Faqar. tant li ma nistax insib serħan mingħajrha.

Kont int Mulej, li kebbist din l-imħabba għaliha f’qalbi.

Tini l-grazzja li nagħmilha tiegħi. Nixtieq tassew li nistgħana

bit-teżor tal-faqar. Bil-ħerqa nitolbok,

li s-Sinjura tal-Faqar tkun tiegħi u tiegħi għal dejjem.

Ġesú, int kont tassew fqir. Ma nixtieq li jkolli xejn tiegħi

taħt il-kappa tas-sema, imma biss li ngħix b’dak

li l-oħrajn jistgħu jagħtuni. (mill-Arbor Vitae Crucifixae Iesu,19-21

ta’ Umbertino da Casale) Missierna ...

Page 17: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 17

Il-Ħamis, 8 ta’ Settembru It-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Mikea 5, 1-4a Sa ma teħles dik li għandha teħles. jew Rumani 8: 28-30 Lil dawk li Alla għarafhom mill-bidu, ippredestinahom ukoll. 2. Salm 12: 6 Nifraħ b’ferħ kbir fil-Mulej. 3. Mattew 1:1-14.18-23 Dak li tnissel fiha hu bil-ħidma tal-Ispirtu s-Santu.

IT-TWELID TA’ MARIJA SANTISSMA It-twelid ta’ Marija hu l-preludju għat-twelid ta’ Ġesù, u għalhekk tas-

salvazzjoni tal-bniedem. Hemm uħud li jgħidu li Marija twieldet Nazzaret, u oħrajn jgħidu li twieldet

Ġerusalemm. Il-knisja antika ta’ Sant’Anna f’Ġerusalemm, uffiċċjata mill-White Friars, tal-

Kardinal Lavigerie tinsab fil-post tradizzjonali tat-twelid ta’ Marija f’Ġerusalemm.

Din il-festa bdiet fil-Lvant fis-seklu VI, u daħlet fil-Punent fis-Seklu ta’ wara. Hija waħda mis-seba’ festi ewlenin tal-Madonna, li jfakkru ġrajjiet tal-ħajja tagħha.

L-oħrajn huma l-Kunċizzjoni, il-Preżentazzjoni, l-Annunzjazzjoni (illum il-preżentazzjoni tal-Mulej) u l-Assunzjoni. Hija wkoll waħda mit-tliet festi li jfakkru t-twelid: l-oħrajn huma t-twelid ta’ Ġesù u dak ta’ San Ġwann il-Battista. Imma l-festa tat-twelid tal-Battista hi eqdem minn dik tat-twelid ta’ Marija.

Fost knejjes importanti ddedikati lil Marija Bambina, insemmu biss il-katidral ta’ Milan u ta’ Sirakuża, u l-knisja ta’ Santa Marija del Popolo, tal-Patrijiet Agostinjani, fi Piazza del Popolo, ġewwa Ruma.

U s-sorijiet ta’ Marija Bambina, imwaqqfin minn Santa Bartolomea Capitanio u Santa Viċenza Gerosa, għandhom f’Milan (Via Santa Sofia), is-Santwarju tagħha.

Hawn f’Malta, l-Isla, n-Naxxar u l-Mellieħa jiċċelebraw il-festa tat-twelid tal-Verġni Mqaddsa u fil-gzira ta’ Għawdex ir-raħal tax-Xagħra jiċċelebra wkoll din il-festa għażiża. Din il-festa hija għażiża ħafna għalina l-Maltin.

Riflessjoni, il-qdusija perfetta ta’ Marija: Fil-katekeżi preċedenti jien innutajt li fit-tislima tal-anġlu l-espressjoni «mimlija bil-grazzja» għandha kważi valur ta’ isem: hija l-isem ta’ Marija għall-għajnejn ta’ Alla. Fl-użu semitiku, l-isem jesprimi r-realtà tal-persuni u tal-affarijiet li għalihom wieħed jirreferi. Konsegwentement, it-titolu «mimlija bil-grazzja» jimmanifesta d-dimensjoni

Page 18: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 18

l-iktar profonda tal-personalità taż-żagħżugħa ta’ Nazzaret; sa tali punt magħġuna mill-grazzja u oġġett tal-favur divin, li tistà tkun iddefinita minn din il-preferenza speċjali. Il-Konċilju jfakkar li għal tali verità kienu jimplikaw is-Santi Padri tal-Knisja meta kienu jsejħu lil Marija «l-kollha qaddisa», waqt li fl-istess ħin kienu jenfasizzaw li hi kienet «mill-Ispirtu Santu kważi magħġuna u magħmula kreatura ġdida». Il-grazzja, mifhuma fis-sinifikat ta’ «grazzja santifikanti» li taħdem il-qdusija personali, wettqet f’Marija l-ħolqien il-ġdid, waqt li għamlitha pjenament konformi mal-proġett ta’ Alla. Hekk, ir-riflessjoni duttrinali setgħet tattribwixxi lil Marija perfezzjoni ta’ qdusija li, biex tkun kompluta, kellha b’mod neċessarju tinvesti l-oriġni ta’ ħajjitha. Il-Papa San Ġwanni Pawlu II

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 163, silta mill-1 punt

Let us honor the Most Blessed Virgin on her birthday and join in the quite extraordinary joy felt by the entire Church, which today solemnly celebrates this happy day when God brought into this world the woman who initiated the salvation of all people. God, who conducts all things with wisdom, having the plan to save his people and to be born like them, chose by preference a virgin who was worthy to be his temple and his dwelling place. To prepare her just as he wished her to be, he adorned her by the power of the Holy Spirit with all the natural and supernatural qualities fitting for the one who would be the mother of God. It was necessary for this purpose that the body of this holy Virgin would be so perfectly formed and so well functioning from the time of her birth that it was able to contribute to the holiness of her soul.

Talba ta’ San Ġwann Battista de La Salle li kien jgħid ta’ spiss lill-Imqaddsa Verġni Marija

O wisq qaddisa u safja xebba Marija, omm tal-ħniena, sultana tiegħi, protetriċi tiegħi, ħajti, l-għaxqa u t-tama tiegħi, fit-tjieba tiegħek agħmel li jkolli qalb ta’ iben veru tiegħek; qalb li malajr tobdi u twieġeb lill-iben divin tiegħek, is-salvatur tiegħek u tiegħi; ikolli fiduċja ta’ iben fit-tjubija tiegħek ta’ omm u fil-kwalitajiet kollha li għandu jkollu kull iben tiegħek. Indenja ruħek ukoll li jkollok l-aktar għal qalbek il-ħidma kbira tas-salvazzjoni tiegħi u kull ma jgħin biex din tinkiseb matul ħajti u fil-waqt ta’ mewti; u meta jasal dak il-mument tal-aħħar, omm fidila u ħanina, nitolbok b’ħerqa li ma tabbandunanix. Għinni inti, biex negħleb l-għedewwa kollha tas-salvazzjoni tiegħi u ħu f’idejk qaddisa lil ruħi, biex hekk tikseb ġudizzju tajjeb bl-interċessjoni tiegħek u nkun nista’ nidħol fis-saltna tas-sema u hemm nitgħaxxaq b’hena li ma titfissirx, li nara u nħobb lil Alla u lilek l-iżjed imbierka għal dejjem ta’ dejjem. Ammen

Missierna ...

Page 19: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 19

Il-Ġimgħa, 9 ta’ Settembru San Pietru Claver - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Korintn 9: 16-19.22b-27 Sirt kollox ma’ kulħadd, biex insalva lil kulħadd. 2. Salm 83: 3-6.12 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-

eżerċti! 3. Luqa 6: 39-42 Jista’ għama jmexxi għama ieħor? SAN PIETRU CLAVER, S.J. (1581-1654) Dan il-qaddis twieled f’Verdù, fil-Katalonja (Spanja). Studja għal qassis

f’Barċellona, imma ddeċieda li jsir Ġiżwita fil-belt ta’ Tarragona. Minn hemm intbagħat fil-kulleġġ tal-Ġiżwiti f’Palma di Majorca fejn iltaqa’ ma’ S. Alfons Rodriguez, il-fratell purtinar tal-kunvent li kien ta’ qdusija kbira.

It-tnejn saru ħbieb kbar u l-fratell purtinar ħajjar lil Pietru biex imur fil-missjoni tal-kumpanija fl-Indi.

Fl-1610 Pietru niżel fil-belt ta’ Cartagena, illum Kolumbja, fejn kien hemm wieħed mis-swieq ewlenin tal-ilsiera fid-Dinja l-Ġdida. Hemm huwa ordna qassis fl-1616. Hawn beda jħoss li l-missjoni tiegħu kienet dik li jgħin b’kull mod possibbli lill-ilsiera. Hu kien jilqa’ lil kull vapur li kien jasal bl-ilsiera mill-Afrika (wara li kienu jmutu terz tal-ilsiera fil-vjaġġ) b’galletti, brandi, lumi u kulma kien jiġbor mid-djar.

Patri Claver kellu miegħu grupp ta’ interpreti ta’ karnaġġjon skura li kienu jafu d-diversi djaletti. L-ilsiera kienu jifhmuh tajjeb meta kien ibusilhom il-feriti jintnu tagħhom. Kien jgħallimhom ukoll talba biex jgħiduha.

Is-sidien ta’ dan il-kummerċ tal-ilsiera bdew jipprotestaw miegħu u mas-superjuri tiegħu. Dawn l-isfruttaturi tan-nies bdew isostnu li flok jaħdmu, l-ilsiera ffurmati minn Pietru kien moħħhom biex jitolbu u jkantaw.

Fit-38 sena li dam f’dan ix-xogħol Pietru għammed aktar minn 250,000 ruħ. Hu kien jagħti wkoll is-servizzi tiegħu fl-isptarijiet ta’ Kartaġena u wkoll appostolat siewi ma’ dawk ikkundannati għall-mewt, u ħafna minnhom kien jirnexxielu jirrikonċiljahom ma’ Alla qabel l-eżekuzzjoni tagħhom.

Fl-1650, f’Kartaġena, kien hemm il-pesta u Pietru Claver kien wieħed mill-vittmi.

Fis-6 ta’ Settembru 1654 waqa’ f’koma u miet jumejn wara. Kellu 73 sena. Eluf ġew iżuruh fil-ċella tiegħu u biex ikollhom xi relikwja ta’ dan il-bniedem eċċezzjonali li kien miqjum bħala qaddis f’ħajtu stess.

San Pietru Claver, li kien jiffirma l-ittri tiegħu “Ilsir tal-ilsiera għal dejjem”, ġie ddikjarat qaddis fl-1888 mill-Papa Ljun XIII. Miegħu kien iddikjarat ukoll qaddis il-fratell ġiżwita Alfonsu Rodriguez li kien ħajru jmur fil-missjoni ta’ Cartagena.

Page 20: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 20

Fl-1996 isem San Pietru Claver tniżżel fil-Kalendarju Universali Ruman. Riflessjoni: Wieħed għama, jekk id-dawl ma jkunx marlu għal kollox, ma jkun irid ebda gwida li jmexxih għax, ladarba jara xi ftit, jibda jaħseb li jkun aħjar li jieħu d-direzzjoni li jista' jagħżel hu, għax hu ma jara ebda oħra aħjar. U minħabba f'hekk jista' joħroġ mit-triq it-tajba lill-istess gwida li fil-fatt jara aktar minnu, għax fl-aħħar mill-aħħar huwa hu, aktar milli l-gwida, li għandu jgħid fejn irid imur. Bl-istess mod, ir-ruħ tista' toqgħod fuq it-tagħrif li tiġbor hi, jew dak li tħoss u jkollha esperjenza tiegħu mingħand Alla. B'danakollu, kbar kemm ikunu kbar dawn it-tagħrif u esperjenzi, huma wisq żgħar u diversi minn dak li huwa Alla. U meta r-ruħ timxi matul din it-triq [tal-unjoni], toħroġ minnha jew tieqaf. Għax ma tkunx baqgħet fil-fidi bħal wieħed għama, waqt li jeħtiġilha li l-fidi tkun il-gwida vera tagħha. San Ġwann tas-Salib Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 184, silta mit-3 punt

Be assured that people who do not strive to become great friends of God by fidelity to his grace and by constantly seeking only his glory and the salvation of their souls do not deserve to bear the name of Christians, much less that of religious and of people consecrated to God. What blindness it is to wish to be honored with the saints in the next life when we do not live like the saints now, when we entertain none but earthly thoughts, are unable to distinguish what is precious from what is vile, and seek the pleasures and honors of this world. Would this not be something deserving at once of astonishment and pity for us, who wish to share in the happy lot of the saints? Let us not act in this way. Let us lift our thoughts up to heaven, and may the sight of the holy relics become for us a motive to increase and enlighten in us the spirit of martyrdom, contempt for the world, and ardent love of our Lord Jesus Christ.

TALBA Mulej Ġesù,

nitolbok tiftaħli għajnejja bħal m’għamilt lir-raġel għama (Ġw. 9)

biex inkun nista’ nara tassew. Intonali widnejja

bħal m’għamilt lir-raġel trux u mutu (Mk. 7) biex inkun nista’ nisma’ sewwa

dak kollu li qed tgħidli. Agħmel li dak li s-sensi qed jesperjenzaw

ifakkruni biex nagħraf lill-oħrajn u dak kollu li jinsab madwari. Agħmel li dak kollu li nġarrab iressaqni aktar lejk. Ammen

Missierna ...

Page 21: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 21

Is-Sibt, 10 ta’ Settembru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

San Ġiljan San Nikola ta’ Tolentino – presbiteru

Il-Beatu Franġisk Garate - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Korintin 10: 14-22 Aħna, li aħna ħafna, aħna ġisem wieħed. 2. Salm 115: 12-13.17-18 Lilek Mulej noffri sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr. 3. Luqa 6: 43-49 Għaliex issejħuli: “Mulej Mulej!” u mbagħad ma tagħmlux dak li ngħid jien? SAN NIKOLA MINN TOLENTINO (1245-1305) – Agostinjan Nikola għex il-biċċa kbira ta’ ħajtu fil-belt ta’ Tolentino. Twieled Sant’Angelo,

ħdejn Fermo, fil-Marka ta’ Ankona. Missieru Campagnone u ommu Amata de Guidiani kienu ġa kbar u bla tfal meta talbu ’l Alla biex iberikom bl-interċessjoni ta’ San Nikola minn Bari. Alla semagħhom u t-tifel semmewh Nikola. Kien mudell ta’ qdusija minn ċkunitu.

Beda jistudja ma’ qassis u l-progressi tiegħu ġibdu fuqu l-attenzjoni tal-Isqof Fermo, li tah il-minuri u ppreżentah lill-Kanonċi ta’ San Salvatur. Sar “l-Anġlu tal-Kor” u qabel ma spiċċa l-istudji ġie maħtur kanonku. Iżda wara li sema’ Patri Agostinjan jipprietka fil-Knisja ta’ Santu Wistin, fuq it-test: “Tħobbux id-dinja u l-ħwejjeġ tad-dinja, għax id-dinja tgħaddi u s-sbuħija tagħha wkoll”, ħass ġibda u sejħa biex iħalli d-dinja u jsir Agostinjan. Talab lill-patri biex jaċċettah fl-ordni tal-Eremiti u l-ġenituri tiegħu ħallewh imur bil-ferħ.

Għamel in-novizzjat taħt l-istess predikatur, Patri Reġinaldu u ntrabat qabel ma kien għalaq it-tmintax-il sena.

Waqt l-istudji tiegħu għadda minn kunvent għall-ieħor; Recanati, San Ginesio Macerata u Cingoli, fejn ordna saċerdot (1271). Huwa u jqaddes kien donnu Serafin fuq l-altar, bil-ħeġġa kbira ta’ mħabba t’Alla li kienu tixgħellu sa wiċċu. Għadd kbir ta’ erwieħ devoti kienu ta’ kuljum imorru jisimgħu l-quddiesa tiegħu.

San Nikola hu magħruf għall-ħlewwa tiegħu, għas-sempliċità u għas-safa ta’ Anġlu, li hu dejjem żamm bit-talb u bil-penitenzi.

Miet fil-10 ta’ Settembru, 1305. Hu l-protettur speċjali tal-Erwieħ tal-Purgatorju, li tagħhom kien tant devot.

Riflessjoni: “Alla tiegħek huwa dejjem ħdejk – tabilħaqq, Huwa anke jinsab fik. “Aħna fih ngħixu, nitħarrku u aħna” (Atti 17:28). Mhux biss m’hemmx għalfejn ta’ xi ħadd jidħol bejnu

Page 22: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 22

u bejnek biex tkun tista’ titkellem miegħu, imma huwa l-pjaċir tiegħu li inti titħadded miegħu personali u bil-kunfidenza kollha. Tkellem miegħu spiss fuq il-ħwejjeġ tiegħek, il-pjanijiet tiegħek, l-inkwiet u l-beżgħat tiegħek – dak kollu li għandu x’jaqsam miegħek. Imma fuq kollox, tħaddet miegħu bil-kunfidenza u s-sinċerità kollha; għax Alla ma jridx li jitkellem ma ruħ li ma tridx titkellem miegħu”

San Alphons Maria de Liguori,

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 7, silta mit-3 punt

Because we cannot be saved without the grace proper to our state and because the special grace needed by a person living in community is obedience, you ought to make every effort to possess it as nearly perfectly as possible. It is true that there are other virtues that you need to practice in order to fulfill your duty, being involved as you are in exterior work, but be quite convinced that you will never carry out your duty in an adequate manner unless you possess perfectly the virtue of obedience. This is why you ought to apply to you the words of Pope Saint Gregory, in his Dialogues, that the first and principal virtue you ought to claim for your practice is obedience, because it will be in you the source of all the others and also of your sanctification.

TALBA Mulej, jiena nafda f’idejk

n-nuqqasijiet tiegħi kif ukoll is-suċċessi tiegħi, u jien inġib quddiemek

l-umanità u d-diffikultajiet, l-iżbalji u l-weġgħat tal-passat

għal fejqan tiegħek. Agħtini l-kuraġġ, is-saħħa u l-ġenerożità,

biex nitlaq il-passat warajja u nimxi ’l quddiem,

waqt li ngħix il-preżent kemm jista’ jkun. Mexxini ’l quddiem biex inkun pożittiv

hekk kif nafda l-passat għall-ħniena tiegħek, il-preżent għall-imħabba tiegħek

u l-futur għall-providenza tiegħek. Santu Wistin

Missierna ...

Il-Ħadd, 11 ta’ Settembru L-Erbgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Page 23: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 23

Qari: 1. Eżodu 32: 7-11.13-14 Il-Mulej nidem mid-deni li qal li kien se jagħmel lill-

poplu tiegħu. 2. Salm 50: 3-4.12-13.17 u 19 Inqum u mmur għand missieri. 3. 1 Timotju 1: 12-17 Kristu Ġesù ġie fid-dinja biex isalva ’l-midinbin. 4. Luqa 15: 1-32 Ikun hemm ferħ fost l-anġli ta’ Alla għal midneb

wieħed li jindem. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Nisimgħu spiss aħbarijiet ta’ niket dwar gwerer, attakki terroristiċi li jwaħħxuna, massakri ta’ nies innoċenti fosthom tfal. Splużjoni ta’qilla u waħx bla qies; iġsma ċkejknin imqattgħin biċċiet iktar milli bil-bombi, mill-mibgħeda bla tarf ta’ nies li bħal donnhom ma fadal xejn uman fihom. Id-disperezzjoni tal-ommijiet, it-telfa tal-missirijiet, id-dmugħ ta’ ġnus sħaħ... dan u ħafna iktar daħal fi djarna , għadda minn għajnejna, nifdilna qalbna.

Bħala nies ta’ dinja moderna u edukata, nibqgħu mistgħaġbin ma nistgħux nemmnu li dawn l-atti barbari qegħdin jiġru tassew. Madankollu r-rejalta tobbligana, ġġiegħelna niftħu għajnejna fuq orruri li konna ħsibnihom estinti.

Anke aħna bħan-nagħġa l-mitlufa, id-drakma mitlufa, jew l-iben iż-żgħir tal-vanġelu tallum, qegħdin nagħqdu mingħajr direzzjoni ġo dak il-labirint tal-biża’ li hi l-istorja. Issa li waqgħu l-illużjonijiet ta’ min kien jemmen li ċ-ċivilta tagħna bil-progress xjetifiku u r-rebħiet teknoloġiċi, u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem kienu l-uniku itinererarju li fuqu setgħu jimxu l-popli kollha tad-dinja, għaliex huwa l-uniku li jiggarantixxi lil kulħadd is-salvazzjoni universali li llum insejħula ġid komuni (well being).

Dawn it-traġedji ta’ nies innoċenti madwar id-dinja kollha, u l-gwerer li għamlu għeruqhom f’dak li suppost inqered, huma wkoll ċanfira biex infittxu s-salvazzjoni tal-umanita x’imkien ieħor kif ifakkarna l-ewwel qari tallum: “Mur u inżel, għaliex tħassar il-poplu tiegħek, li inti tellajt mill-Eġittu. Malajr warrbu mit-triq li jiena wrejthom: għamlu għalihom għoġol tal-metall imdewweb, niżlu wiċċhom fl-art iqimuh, u offrewlu sagrifiċċju u qalu: 'Dawn huma l-allat tiegħek, Iżrael, li tellgħuk mill-art ta' l-Eġittu.” (Eż 32:7-8)

Minn żmien Mose sallum fil-fatt l-idolatrija, jiġifieri li nagħmlu minn Alla xbiha immaġinarja, skont l-esegeta P Beauchamp hi – t-tentazzjoni fundamentali u l-iktar waħda perikoluża għall-bniedem u għal ħajtu. L-idolu, ix-xbiha falza li l-bniedem joħloq u jiproġetta ġewwa fih, imma m’għandu x’jaqsam xejn mar-rejalta t’Alla – ma jagħmel xejn iktar ħlief jinjetta l-falsita tiegħu fil-ħajja umana u fl-għażliet tagħha, sakemm iniġġisha fl-intimita tagħha u b’hekk jagħmel possibli kull riżultat anki dak l-iktar traġiku u bla sens.

Dak li ġara liż-żewġ ulied tal-parabbola: anke jekk kienu jgħixu f’kuntatt kontinwu ma missierhom, ma jifhmu xejn dwaru, u jagħmlu ideja kompletament żbaljata tiegħu. Il-ħerqa tal-iben iż-żgħir biex iħalli dar missieru, ir-ribelljoni tiegħu kontra l-missier, huma biss projezzjoni tan-nuqqas

Page 24: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 24

ta’ ħila tiegħu li jgħix ta’ bniedem ħieles. Ta’ dan iwaħħal f’missieru mhux fih innifsu u jgħawweġ dak li fil-fatt hu l-missier, ġust u twajjeb.

Għalhekk bilfors li ż-żagħżugħ arroganti jaqa’ tant fil-baxx iservi l-annimali mniġġsa, il-ħnieżer. Mhux inqas l-iben il-kbir li jipprotesta li għex dejjem ma sinjur biex jaqdih, iktar milli ma missier biex iħobbu: “'Ara,' qal lil missieru, 'ili dawn is-snin kollha naqdik, kelmtek ma ksirthielek qatt ” (Lq 15:29). L-iben ribelluż li jaħli l-wirt u l-iben il-kbir li jidher ubbidjenti, imma għandu qalb iebsa, fil-fatt jixxiebħu f’li joħolqu xbiha falza ta’ missierhom, ħajjithom kollha hi falsifikata.

Hu dak li jiġri llum ukoll. Mhux biss dak l-idolu bil-għatx għad-demm li l-fanatiċi jsejjħulu “alla” imma anke l-idolu mingħajr wiċċ tas-soċjeta tagħna marida bl-anjostiċiżmu, opportuniżmu, materjaliżmu; joħolqu dak li b’dieqa naraw kuljum: in-nuqqas t’Alla jsir vojt tal-umanita li jinfirex u jiżra l-mewt u l-ħerba, għaliex fil-fatt l-idoli huma dejjem bil-għatx għad-demm.

Huwa Alla kkundannat għall-mewt mill-idolatrija tagħna, imma fuq is-salib li fuqu sammarnih aħna, Hu joqtol kull xbiha falza ta’ Alla biex jurina l-wiċċ veru tiegħu, il-wiċċ ħanin u fidil. Bħall-missier tal-parabbola, Alla jidher tellief, imma r-rebħa tiegħu hi ċerta, anzi inevitabbli: għal min ma jaqtax qalbu jfittex il-Wiċċ veru t’Alla hu permess li jsib il-wiċċ veru tal-bniedem, mitluf fuq il-mogħdijiet imdemmija tal-istorja, għaliex l-għerf u l-ħniena infiniti t’Alla, qatt ma waqfu jfittxu l-ulied mitlufa u jġibuhom lura fit-triq tal-ħajja, tas-salvazzjoni u tal-paċi.

Minn “La Realta` e` Cristo” – Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 204, silta mit-2 punt

Although Saint Paul warned his disciple Titus to admonish with vigor those who live without obedience, lest they corrupt their faith, and he also told Timothy to do the same thing, to cause fear in others, he wrote to him at the same time that he ought to be patient and moderate in correcting those who offer resistance, because perhaps God will give them the spirit of repentance. This is one of the best ways to win and to touch the hearts of those who have fallen into a fault and to dispose them to be converted.

TALBA Agħmel ħaqq miegħi int, Mulej! Bla ħtija l-imġiba tiegħi, sħiħa fil-Mulej it-tama tiegħi. Ġarrabni, Mulej, u għarbilni, iflili moħħi u qalbi. Tjubitek quddiem għajnejja,

.

mxejt skont is-sewwa tiegħek.

Ma qgħadtx man-nies giddieba, ma sseħibtx ma' nies qarrieqa. Nobgħod il-ġemgħa tal-ħżiena, ma nagħmilhiex mal-midinbin.

Salm 26: 1-5

Missierna ...

Page 25: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 25

It-Tnejn, 12 ta’ Settembru L-Isem tal-Imqaddsa Verġni Marija

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Korintin 11: 17-26,33 Jekk hemm firda bejnietkom, mhux l-ikla tal-Mulej li intom tieklu. 2. Salm 39: 7-10,17 Inxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi. 3. Luqa 7: 1-10 Anqas f’Iżrael ma sibt fidi bħal din.

L-Isem tal-Imqaddsa Verġni Marija Skont drawwa Lhudija, il-ġenituri ta’ Marija tawha isimha tmint jiem wara t-

twelid tagħha. Huwa għalhekk li l-festa tal-Isem Imqaddes ta’ Marija ssir wara dik tat-twelid tagħha.

Il-festa oriġinat fi Spanja u kienet approvata mis-Santa Sede fl-1513. Il-Papa Innoċent XI estenda din il-festa lill-Knisja kollha fl-1683 wara li r-re tal-Polonja, Ġwanni Sobieski, ħareġ rebbieħ fuq it-Torok fit-12 ta’ Settembru, 1683. Din il-ġurnata kienet iċċelebrata fi Vjenna.

Minn żmien San Ġeremija sas-seklu sittax, l-isem ta’ Marija kien interpretat f’diversi forom, l-aktar popolari kien, ‘Stella Maris’, il-Kewkba tal-Baħar. Fi żmien ir-Rinaxximent permezz ta’ Studju Lhudi, saret kritika assenjata mal-ismijiet mogħtija lill-Verġni Marija, bil-ħsieb li tingħata stima aktar qawwija.

Miryãm deher li kien l-isem ġenwin bil-Lhudi, u ma nstabet l-ebda raġuni

valida, li permezz ta’ dan l-isem Lhudi titbaxxa l-awtorità sovrana tagħha. Għalhekk Marija tieħu l-virtù tas-sovranità mingħand binha li għandu l-

awtorità bħala sid id-dinja. Bħal ma ngħidu li Ġesù hu l-Mulej, hekk ukoll insejħu lil Marija, ‘Is-Sinjura Tagħna’. Kull darba li nlissnu l-isem tagħha naffermaw il-qawwa tagħha, nitolbu l-għajnuna tagħha u npoġġu lilna nfusna taħt il-protezzjoni tagħha.

X’jgħidu l-qaddisin fuq l-Isem Imqaddes ta’ Marija: “L-Isem ta’ Marija fih il-leqqitur tal-virtujiet, id-dawl ħelu tal-modestja u s-

sagrifiċċju li jogħġob lil Alla. Huwa s-sinjal tal-ospitalità u ċ-ċentru tal-qdusija.” San Franġisk Saverju

“Imberkin dawk li jgħożżu l-Isem ta’ Marija. L-għajnuna tagħha żżommhom fis-siegħa tal-prova u huma jġibu l-frott tas-salvazzjoni.” Sant’Antnin ta’ Padova

“M’hemmx isem ieħor, wara dak tal-iben, kemm fil-ġenna kif ukoll fl-art, minn fejn imħuħ devoti qalgħu daqshekk grazzji, tama u ħlewwa, mill-isem tal-Verġni Marija.” L-Abbati Francone

“Tkun kemm tkun il-qalb iebsa u b’nuqqas ta’ fiduċja, l-isem tal-Imqaddsa Verġni għandu tant qawwa, li jekk biss jingħad, dik il-qalb tirtab.”

Il-Beatu Rajmondu Jordano

Page 26: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 26

“L-isem tiegħek, O Omm Alla, hu mimli bil-grazzji u l-barkiet divini.” San Metodju

“L-isem tiegħek, O Marija, ma jistax jitlissen mingħajr ma jaqla’ xi grazzja lil dak li jkun semma’ dan l-isem bl-akbar devozzjoni.” San Bonaventura

“M’hemm l-ebda qawwa f’isem, lanqas hemm xi isem ieħor mogħti lill-bniedem, wara dak ta’ Ġesù, li minnu ħarġet is-salvazzjoni tal-bnedmin, daqs l-isem ta’ Marija ... li d-devozzjoni lejn dan l-isem ħlejju u qaddis twassal għall-abbundanza ta’ grazzji f’din il-ħajja, u glorja qawwija għall-ħajja li jmiss.”

San Rikardu ta’ San Lawrenz

Riflessjoni: Skont Sant’Irinew, Marija «saret kawża ta’ fidwa għall-ġeneru uman kollu» u l-ġuf pur tal-verġni «jerġà jiġġenera l-bnedmin f’Alla». Dan jidwuh Sant’Ambroġ li jiddikjara: «Verġni ġġenerat il-fidwa tad-dinja, verġni tat il-ħajja lill-ħwejjeġ kollha», u Santi Padri oħra li jsejħu lil Marija «Omm il-Fidwa». Fil-Medjuevu, San Anselmu hekk imur idur lejn Marija: «Inti l-omm tal-ġustifikazzjoni u tal-ġustifikati, l-omm tar-rikonċiljazzjoni u tar-rikonċiljati, l-omm tal-fidwa u tas-salvati», waqt li awturi oħra jattribwixxu lilha t-titoli ta’ «Omm il-grazzja» u «Omm il-ħajja». It-titolu «Omm il-Knisja» jirrifletti, għalhekk, il-konvinzjoni profonda tal-fidili nsara, li jaraw f’Marija mhux biss l-omm tal-persuna ta’ Kristu, imma wkoll tal-fidili. Dik li hija magħrufa bħala omm il-fidwa, il-ħajja u l-grazzja, omm is-salvati u omm il-ħajjin, bi dritt xieraq hija pproklamatha Omm il-Knisja. Il-Beatu Papa Pawlu VI kien xtaq li l-istess Konċilju Vatikan II jipproklama «Marija Omm il-Knisja, jiġifieri tal-Poplu kollu ta’ Alla, kemm tal-fidili kif ukoll tar-rgħajja.» Dan għamlu hu stess fid-diskors tal-għeluq tat-tielet sessjoni konċiljari (21 ta’ Novembru, 1964), waqt li talab ukoll, li «minn issa ’l hemm, b’tali titolu l-iktar ħelu, il-Verġni tiġi ferm iktar onorata u msejħa mill-poplu nisrani kollu.»

B’dan il-mod, il-predeċessur venerat tiegħi ħabbar b’mod espliċitu d-duttrina diġà miġbura fil-Kapitolu VIII tal-Lumen Gentium, waqt li ttama li t-titolu ta’ Marija, Omm il-Knisja , jakkwista post dejjem iktar rilevanti fil-liturġija u fil-ħniena tal-poplu nisrani.

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 164, silta mill-1 punt

Today the Church celebrates the feast of the holy name of the Most Blessed Virgin to teach us how useful and advantageous it is for us to invoke her holy name in our needs. The name Mary, by which we honor the Most Blessed Virgin, means star of the sea. It is, says Saint Bernard, very well given to her, because she is indeed a star that enlightens, guides, and leads us to a harbor in the stormy sea of this world. This holy Virgin, says the same saint, is for us the star that rose out of Jacob, whose ray, which is Jesus Christ, enlightens the whole world, for she conceived him in her virginal womb like a star that sends forth its rays without any corruption and enlightens all the world, as Saint Bernard expresses it, following Saint John’s

Page 27: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 27

Gospel. She is this clear and brilliant star, says Saint Bernard, rising above this great and spacious sea, shining by her merits, and enlightening by her example.

TALBA

Imbierka int, O Marija, xhud siekta tal-Għid il-Kbir!

Int, o omm ta’ dak l-imsallab, issa rxuxtat,

li waqt is-siegħa tat-tbatija u l-mewt żammejt ħajja l-fjamma tat-tama,

għallimna nkunu wkoll, f’dan il-wied tad-dmugħ,

konvinti u xhieda ferrieħa tal-ħajja u l-imħabba, miġjuba fid-dinja mill-Feddej Irxoxt.

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II

Missierna ...

It-Tlieta, 13 ta’ Settembru San Ġwann Griżostmu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Korintin 12: 12-14,27-31 Intom il-ġisem ta’ Kristu, u kull wieħed minnkom

membru tiegħu. 2. Salm 100 : 1-3,5,6 Aħna l-poplu tiegħu u n-nagħaġ tal-mergħa tiegħu. 3. Luqa 7: 11-17 Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, qum! SAN ĠWANN GRIŻOSTMU (347-407) Twieled Antjokja, mit-tribun Sekondu u minn Antusa, qalb il-għana u l-unuri.

Missieru miet kmieni u kienet ommu li għallmitu r-reliġjon nisranija. Kien dixxiplu tar-retori Libanju u tal-filosofu Andraganzju; iżda kien aktar għal

qalbu t-tagħlim u l-ispirtu tal-Vanġelu milli l-elokwenza u l-għerf.

Page 28: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 28

Mill-iskola għadda għall-qorti (forum), fejn wera li kien diġà “kapaċi”; iżda malajr xeba’, u wara fuq l-eżempju ta’ ħabibu Bażilju, inġabar fis-solitudini u ta ruħu għall-istudji tal-Iskrittura.

Fit-381, l-Isqof Melezju ordnah djaknu, u s-suċċessur tiegħu Flavjanu, ordnah saċerdot ħames snin wara u tah f’idejh il-katekiżmu tal-poplu fil-katidral fejn għal għaxar snin kellu suċċess mill-aqwa. Anke l-Lhud u l-pagani kienu jmorru jisimgħu l-omeliji tiegħu.

Wara l-mewt ta’ Nettarju (397), patrijarka ta’ Kostantinopoli, Ewtropju riedu bħala suċċessur, u Teofilu, patrijarka ta’ Lixandra, kellu jikkonsagrah isqof, kontra x-xewqa tiegħu (398).

Kollu ħeġġa, ħaseb l-ewwelnett biex jikkoreġi d-drawwiet ħżiena tal-poplu u tal-kleru. Il-poplu kien miegħu bi sħiħ, iżda wħud min-nobbli u mill-kleru daru kontrih.

Teofilu, li fl-403 kien ġie Kostantinopoli u b’għira għall-patrijarka ta’ Kostantinopoli, ġibed ukoll lejh l-Imperatriċi Ewdossja, li wara l-waqgħa ta’ Ewtropju bdiet tagħmel li trid bid-dgħajjef Imperatur Arkadju. Hu rnexxielu jlaqqa’ 36 isqof, fil-Konċilju tal-‘Balluta’, fil-Bitinja, fejn Ġwanni ġie kkundannat, imniżżel mit-tron u eżiljat mill-belt. Iżda l-poplu qabeż għalih, u l-imperatriċi kellha terġa’ ssejjaħlu: il-baħar tal-Bosforu mtela bix-xwieni li marru jilqgħuh.

Iżda l-kalma ma damitx. Wara xahrejn, l-imperatriċi reġgħet ftehmet ma’ Teofilu, laqqgħet konċiljabolu ieħor, u l-patrijarka reġa’ ġie kkundannat u mkeċċi.

Ġwanni Griżostmu ġie mibgħut l-ewwel Kukużu fl-Armenja (404), u mbagħad ittieħed f’vagun miġbud mill-barrin f’post aktar ’il bogħod ħdejn il-Baħar l-Iswed fejn miet fit-triq fl-14 ta’ Settembru tal-407 minħabba l-istrapazz u l-għejja.

L-aħħar kelma tiegħu kienet: “Ikun imfaħħar Alla f’kollox”. Ġismu jinsab fil-knisja ta’ San Pietru, f’Ruma. L-opri ta’ dan il-kbir oratur nisrani huma bosta. Fosthom magħduda bħala l-

opra ewlenija, it-tmenin omelija fuq San Mattew; kif ukoll l-opra “De Sacerdotio”, djalogu mill-isbaħ, f’sitt taqsimiet.

Riflessjoni: Id-dehra tal-armla ta’ Najn qanqlet fl-ispirtu ta’ Ġesù l-ħniena ta’ Ġesù li ssarfet fil-qawmien mill-mewt ta’ binha. Dan il-miraklu kien prova għall-poplu: “Profeta kbir qam fosthom” (Lq. 7: 16). Hawnhekk Luqa jpinġi profil speċifiku u profetiku ta’ Ġesù. Dan huwa bbaźat fuq Elijah u l-miraklu simili tat-Testment il-Qadim li l-profeta għamel lil-armla ta’ Sarefta li binha kien mejjet. Bħal Elijah, Ġesù jqajjem żagħżugħ mill-mewt u jagħtih lil ommu. Għal San Luqa, Ġesù huwa tassew Elijah li ġie lura għall-ħajja. Addattata minn “Praying with Saint Luke’s Gospel”

Page 29: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 29

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 100, l-1 punt

Saint John Chrysostom, predisposed by grace, left the world at a time when he could have lived there with considerable honour because of his eloquence, which was admired by everyone. He withdrew into solitude, where he devoted himself to the study of Holy Scripture, which gave him great insight and a profound religious spirit. You have the happiness and the advantage to be separated from the world and to read and to listen to the reading of Holy Scripture frequently. As a result, you ought to learn from this source the science of salvation and the holy maxims that your profession obliges you to practice and to teach to others. Meditate on these truths from time to time, and take them as the usual topic of your conversation.

TALBA O Alla,

int tkellimt kliem il-ħajja bl-elokwenza tal-qaddej fidil tiegħek

li int sejjaħt biex ixandar l-aħbar it-tajba tas-salvazzjoni. Bl-eżempju u l-interċessjoni ta’ San Ġwann Kriżostmu,

qajjem fi żmienna predikaturi kuraġġjużi u konvinċenti biex jagħtu l-ħajja lill-fidi, ifejjqu l-qlub maqsuma

u joffru ħajja ġdida, bi Kristu sidna,

Ammen. Magnificat

Missierna ...

Page 30: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 30

L-Erbgħa, 14 ta’ Settembru L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Numri 21: 4b-9 Meta xi ħadd kien jisfa’ migdum, kien iħares lejh u jfiq. 2. Salm 77: 1,2,34-38 Tinsewx l-għemejjel kbar ta’ Alla. 3. Fillippin 2: 6-11 Ċekken lilu nnifsu; għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet. 4. Ġwanni 3: 13-17 Jinħtieġ li Bin il-bniedem ikun merfugħ. EŻALTAZZJONI TAS-SALIB Ilum il-Knisja tagħti l-ikbar qima lis-Salib Imqaddes bħala l-istrument tal-aqwa

rebħa, għax hu l-istrument tal-fidwa. Dan hu l-jum tad-dedikazzjoni tal-Knisja, mibnija mill-Imperatur Kostantinu u

minn ommu Sant’Elena fuq il-Kalvarju. Infakkru għalhekk illum is-sejba tas-salib fis-sena 326 (li qabel kienet issir fit-3 ta’ Mejju), kif ukoll ir-ritorn trijonfali tar-relikwija tas-salib għal Ġerusalemm, fis-sena 630, meta l-Imperatur Heraclius kiseb ir-rebħa fuq il-Persjani.

Importanti ferm ġewwa Ruma, il-Bażilika (illum tal-Benedittini Ċisterċensi) ta’ Santa Croce in Gerusalemme, mibnija wkoll, l-ewwel darba mill-Imperatur Kostantinu u Sant’Elena, biex tħares diversi relikwiji tal-passjoni.

Niftakru fl-aħħarnett li s-sinjal tan-nisrani hu s-sinjal tas-salib, u li San Pawl ma setax jiftaħar jekk mhux bis-salib tal-Mulej Ġesù.

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, It-Tieni Ktieb, Kap. VII: Imbierek hu min jilħaq jifhimha x’jiġifieri tħobb lil Ġesù, u xejn ma jqis lilu nnifsu għall-imħabba ta’ Ġesù. Jeħtiġilna nitilqu kulma nħobbu biex inħobbu lilu biss, għax Ġesù jrid ikun maħbub waħdu u fuq kollox , l-imħabba tal-bnedmin hi qarrieqa u ddur mar-riħ; l-imħabba ta’ Ġesù ma titbiddilx u tibqa’ sal-aħħar. Min jorbot qalbu mal-ħwejjeġ maħluqa, jispiċċa fix-xejn bħalhom, min jitħaddan ma’ Ġesù, jitwieżen fis-sħiħ u għal dejjem. Lilu ħobb mela u lilu żomm b’ħabibek: għaliex, jekk kulħadd jitilqek, hu le ma jħallikx u lanqas fl-aħħar ta’ ħajtek ma jħallik tintilef. U ħaġ’oħra: minn kulħadd jeħtieġlek tintgħażel, trid jew ma tridx. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.165, it-2 punt

It is not fitting that the honor we must pay to the cross of our Lord be limited to showing it respect and to adoring it. Rather, we must love it with all the affection of our heart and desire to die attached to it as Jesus Christ our divine Master desired. For, as the author of the Imitation says, those who embrace the cross of Jesus Christ with a good heart need not fear the dreadful sentence of damnation. Because we have been freed from sin by means of it, we must not doubt (and we

Page 31: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 31

ought to have this confidence) that if we love the cross in union with Jesus Christ, who loved it tenderly and bore it with extreme joy, all the miseries of this life will become pleasant and agreeable to us. In this way we will be truly happy, having found our paradise in this world, because we will have entered into the sharing of the suffering spirit of Jesus Christ, who has reconciled us by his death on this holy cross, as Saint Paul says, and made us holy, pure, and beyond reproach before God. Let us, then, consider attentively how much we owe to this sacred wood for having contributed this way to our sanctification. By a zeal of ardent love, let us raise it up to Jesus Christ to unite it to him, for he still loves it now, as he loves our salvation, and is glad to have borne it for our sanctification. Therefore, when you have some trouble, unite with Jesus suffering. Love his cross, because you are one of his members; this union and love will soothe your pains and make them much more tolerable.

TALBA lil Ġesù Msallab

O Ġesù maħbub tiegħi, mixħut għarkupptejja quddiemek,

nitolbok bl-akbar ħrara li tnissel f’qalbi, twemmin, tama u mħabba l-aktar qawwija,

kif ukoll indiema kbira ta’ dnubieti, u fehma sħiħa li ma nerġax noffendik;

filwaqt li jiena, bl-imħabba u bil-ħniena kollha, sejjer naħseb fuq il-ħames pjagi tiegħek,

b’dak il-kliem quddiem għajnejja, li qal fuqek il-profeta David :

‘Nifduli jdejja u riġlejja: għaddewli l-għadam tiegħi kollu’.

Missierna ...

Page 32: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 32

Il-Ħamis, 15 ta’ Settembru L-Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 5: 7-9 Hu tgħallem xi tfisser l-ubbidjenza u sar awtur tas-

salvazzjoni ta’ dejjem. 2.Salm 30: 2-6;15,16,20 Fit-tjieba tiegħek, Mulej, salvani. 3.Ġwanni 19: 25-27 X’weġgħa ġarrbet u x’kefrija meta ratu fit-tbatija l- Omm lil Binha Alla. Jew Luqa 2: 33-35 Sejf jinfidlek ruħek. IL-VERĠNI MQADDSA MARIJA TAD-DULURI Il-Knisja tfakkar id-Dulur tal-Madonna darbtejn matul is-sena: nhar il-Ġimgħa

tal-ġimgħa tal-passjoni (il-ġimgħa ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira), u llum 15 ta’ Settembru. L-ewwel waħda nbdiet f’Cologne, il-Ġermanja, fis-seklu ħmistax bħala tpattija tal-ereżija ta’ Ġovanni Hus. Dik tal-lum bdewha l-patrijiet Serviti meta fl-1668 qalgħu permess mingħand il-Papa biex jiċċelebraw il-festa tas-Seba’ Duluri fit-tielet Ħadd ta’ Settembru. Meta mbagħad il-Papa Piju VII fl-1814 rritorna mill-eżilju estenda din il-festa għall-Knisja kollha bħala tifkira ta’ kemm il-Knisja (u hu personalment) batiet minn Napuljun. Imbagħad, il-Papa San Piju X, meta għamel ir-riforma tal-kalendarju liturġiku, iffissa d-data tal-festa fil-15 ta’ Settembru, fl-Ottava tat-Twelid tal-Verġni Marija. Il-Madonna sofriet mhux għax kellha xi dnub. It-tnissil tagħha kien immakulat. Il-ħajja tagħha kienet bla l-iċken dnub.

Is-Seba’ Duluri nistgħu nniżżluhom hekk: 1. Il-profezija ta’ Xmun fit-tempju. 2. Il-ħarba lejn l-Eġittu, triq ta’ 480 kilometru, bit-tarbija Ġesù ta’ inqas

minn sena. 3. It-telfa ta’ Ġesù. 4. Il-laqgħa tagħha ma’ Ġesù jġorr is-salib fi triqtu lejn il-Kalvarju. 5. Il-kruċifissjoni. 6. Ġesù mejjet fi ħdanha. 7. Id-difna ta’ Ġesù.

“Forsi ma kinitx taqta’ aktar minn sejf dik il-kelma li nifditlek tassew ruħek, kelma li tinfed sa fejn jinfirdu minn xulxin ir-ruħ u l-ispirtu: Mara, hawn hu ibnek? X’bidla din! Ingħatalek Ġwanni minflok Ġesù, l-ilsir minflok is-sid, id-dixxiplu minflok l-imgħallem, bin Żebedew minflok Bin Alla, bniedem sempliċi minflok Alla veru! Kif jista’ jkun li kelma bħal din ma tinfidlekx il-qalb l-iżjed

Page 33: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 33

ħelwa tiegħek meta aħna, imqar jekk biss niftakru fiha, inħossuha taqsmilna qalbna, avolja qalb iebsa daqs il-ħadid u ż-żonqor?” Omelija ta’ S. Bernard

Riflessjoni: Marija kienet imsieħba fit-tbatijiet ta’ Kristu mhux biss f’ħajtu imma b’mod speċjali fl-agunija u l-mewt tiegħu fuq il-kalvarju. Fuq il-kalvarju t-tbatija ta’ Kristu saret ukoll it-tbatija ta’ Marija Ommu li kienet wieqfa ħdejh għad-dell tas-salib. L-uġigħ, iż-żeblieħ, is-swat, il-feriti li ġarrab Ġesù f’ġismu, Marija ħassithom kollha f’qalbha. L-umiljazzjonijiet tiegħu kienu wkoll l-umiljazzjonijiet tagħha bħala omm l-imsallab. Iżda Marija kienet tat il-kunsens tagħha biex Kristu jidħol għal dik it-tbatija kollha bħala feddej tal-umanità. Hija kienet taf li huwa kellu jifdi lill-bnedmin permezz tat-tbatija u l-mewt tiegħu. Hija aċċettat din ix-xorti qalila ta’ binha, u meta ħbiebu abbandunawh hija baqgħet miexja miegħu u wasslitu sal-qabar. Marija kienet għalhekk il-persuna li ssieħbet l-iktar mill-qrib ma’ Ġesù fil-misteru tal-fidwa u saret il-korredentriċi tal-umanità. Mons. Nikol Ġ. Cauchi, isqof ta’ Għawdex (1929-2010) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 177, silta mit-2 punt

God gave her (St. Theresa of Avila) this grace also, that one day while she was in prayer, a Seraph pierced her heart with a flaming arrow; as a result, for the rest of her life, she felt in her heart an ardor that kept her always attentive to God. This is how God rewards souls who give themselves perfectly to him and who suffer much for him. If you wish to be honored with the graces that he grants only to his well beloved, be glad when he afflicts you and tries you, because, as the Wise Man says, God chastises the children whom he loves tenderly.

TALBA

Mulej Ġesù, kemm inħoss għafsa ta’ qalb

meta nara ’l ommok preżenti ħdejn is-salib. Inti mhux biss is-salvatur

li tajt ħajtek għad-dnubiet tad-dinja; imma wkoll bniedem, iben li għandu omm.

Ammen. http://www.cbmidwest.org

Missierna ...

Page 34: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 34

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Settembru San Kornelju – Papa

San Ċiprijanu – isqof ta’ Kartaġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Mill-istorja tal-istitut: Bħal-lum fl-1798, Brother Agathon – is-superjur ġenerali tal-ordni tal-Brothers, miet waħdu, ma kellu lil ħadd biex idur bih, kważi għama u trux, ftit wara li ġie meħlus mill-ħabs fi żmien ir-Rivoluzzjoni Franċiża, wara li ra l-qerda tal-istitut tal-Brothers. Kien Brother Agathon li żviluppa t-tnax-il virtù li bihom għandu jkun mżejjen l-għalliem. Ktieb imprezzabli għal kull għalliem.

Qari: 1. 1Korintin 15: 12-20 Jekk Kristu ma qamx mill-imwiet fiergħa hi l-fidi tagħkom. 2. Salm 16 :1,6-8, 15 Nithennew, Mulej, bid-dehra tiegħek. 3. Luqa 8: 1-3 Kellu miegħu t-Tnax u xi nisa li kienu jaqduhom minn ġidhom SAN KORNELJU (†250) - Papa u SAN ĊIPRIJANU (†251) - isqof ta’ Kartaġni u martri Wara l-martirju tal-Papa San Fabjan, fil-persekuzzjoni ta’ Deċju fl-20 ta’

Jannar 250, is-sede ta’ Ruma baqgħet vakanti għal iktar minn sena. Imma f’Marzu 251 intagħżel San Kornelju.

Ta’ missier ħanin ta l-maħfra lil dawk l-insara li minħabba l-biża’ u d-dgħufija, għall-inqas minn barra, kienu ċaħdu l-fidi, basta jitolbu l-maħfra, u jibdew jgħixu ħajja tajba.

San Ċiprijanu u bosta isqfijiet oħra, qablu ma’ San Kornelju, imma ċertu Novazjanu, qassis Ruman, ħadha kontra tiegħu. Hu qal li l-Knisja ma kellhiex is-setgħa taħfer dak id-dnub, tal-apostasija.

Kornelju ġie eżiljat fil-persekuzzjoni li faqqgħet ftit wara, ħaduh Centumcellae (illum Cittavecchia) fejn miet bit-tbatija li sofra nhar l-Eżaltazzjoni tas-Salib, l-14 ta’ Settembru 253.

Ġie midfun fil-kripta ta’ Lucina, fiċ-Ċimiterju ta’ San Kallistu, barra minn Ruma, fejn kien meqjum ħafna.

Ifaħħru ferm San Ċiprijanu u l-Knisja tgħoddu bħala veru martri. San Ċiprijanu twieled Kartaġni, qrib il-belt ta’ Tuneż tal-lum, madwar is-sena

200. Għall-ewwel kien pagan u laħaq avukat. Imma wara sar nisrani u fis-sena 248 sar isqof ta’ Kartaġni.

Page 35: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 35

Kien wieħed mill-iktar isqfijiet għorrief tal-Knisja u qabel mal-Papa Kornelju dwar il-maħfra lill-insara li kienu ċaħdu l-fidi, imma ma qabilx mal-Papa San Stiefnu I dwar il-validità tal-magħmudija ċelebrata mill-eretiċi.

Miet martri fil-persekuzzjoni ta’ Valerjanu, meta qatgħulu rasu nhar l-Eżaltazzjoni tas-Salib, fl-14 ta’ Settembru, 258.

Huwa l-patrun prinċipali tal-Afrika ta’ Fuq. Riflessjoni: Ġesù llum ukoll għadu jsejjaħ, mhux biss nies għal ħajja saċerdotali jew kkonsagrata iżda wkoll għal ħajja miżewwġa, għal ħajja ta’ servizz u ta’ qadi, għal nies li jagħżlu li jibqgħu weħidhom forsi biex iduru bil-familjari tagħhom. Ġesù għadu jsejjaħ ... iżda xi tweġiba qed isib? Qed nitilqu kollox u mmorru warajh?

Mitt Minuta mal-Mulej – Pubblikazzjoni Dumnikana

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 113, silta mit-2 punt

… the virtue that ought to stand out most in community is charity and union of hearts. Because we ought not to be here except to bring one another to God, we must especially strive to be united in God, to have but one and the same heart, and to have one and the same mind. What ought to inspire us most to achieve this, as Saint John says, is that those who live in love live in God, and God lives in them.

TALBA O Mulej Alla tagħna, inti Alla l-waħdieni

u m’hemmx ieħor għajrek. Aħkem il-qalb u l-moħħ tagħna,

bl-interċessjoni tal-martri Kornelju u Ċiprijanu, li qdew lil ħadd ħliefek Mulej. Dan nitolbuh bi Kristu sidna,

Ammen. Magnificat

Missierna ...

Is-Sibt, 17 ta’ Settembru Il-Verġni Mqaddsa Marija f’Jum is-Sibt San Albertu ta’ Ġerusalemm – isqof

San Robertu Bellarmino – isqof u duttur tal-Knisja Santa Ildegarda – verġni

L-għoti tal-pjagi lil San Franġisk ta’ Assisi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Page 36: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 36

Qari: 1. 1Korintin 15: 35-37, 42-49 Jinżera’ ġisem li jitħassar, iqum ġisem ma jitħassarx. 2. Salm 55 : 10-14 Nimxi quddiem Alla fid-dawl tal-ħajjin. 3. Luqa 8: 4-15 Iż-żerrigħat li jaqgħu f’art tajba huma dawk li jisimgħu

l-Kelma u jgħożżuha, u jagħmlu l-frott billi jżommu sħiħ.

L-GĦOTI TAL-PJAGI LIL SAN FRANĠISK TA’ ASSISI Illum il-Franġiskani jfakkru meta l-fundatur tagħhom San Franġisk t’Assisi rċieva l-pjagi ta’ Kristu fl-1224, sentejn qabel ma miet. F’Awwissu tal-1224, flimkien ma’ ftit ħbieb ta’ ġewwa, il-qaddis irtira fuq il-muntanja Alvernja biex jinġabar fis-skiet u l-penitenza bħala tħejjija ta’ 40 jum għall-festa ta’ San Mikiel Arkanġlu (29 ta’ Settembru). Waqt li kien jitlob, aktarx filgħodu kmieni tal-14 ta’ Settembru, lemaħ fl-ajru bħal raġel f’forma ta’ serafin b’sitt ġwienaħ, b’idejh u saqajh imsammrin ma’ salib. Wara li għebet id-dehra, Franġisku sab idejh, riġlejh u l-kustat stampati bil-marki tal-passjoni ta’ Kristu, li kienu jnixxu d-demm u kawża ta’ uġigħ kbir. Dawn il-pjagi l-qaddis baqa’ jġibhom f’ġismu sakemm miet.

SANTA ILDEGARDA TA’ BINGEN (1098-1179) - reliġjuża Din il-qaddisa hi meqjusa bħala waħda mill-aktar figuri interessanti tas-seklu

XII. Hija twieldet fis-sajf tal-1098 f’Bermesheim, fil-Ġermanja, l-aħħar minn għaxar

ulied. Biex tieħu l-edukazzjoni tagħha, ta’ tmien snin niesha daħħluha f’monasteru Benedittin. Hija baqgħet hemm għal kollox u ħadet il-voti taħt il-gwida tal-badessa famuża Jutta ta’ Spanheim, li mbagħad fl-1136, inħatret badessa warajha.

Minkejja li kienet persuna delikata u suġġetta għall-mard, b’danakollu hija għexet 81 sena u ħajjitha kienet waħda mimlija kollha ħidma, taħbit u provi spiritwali. Hi kellha wkoll esperjenzi mistiċi.

Hija kienet imżejna b’ħafna talenti sbieħ. Barra milli kienet kittieba kapaċi, kienet ukoll mużiċista, kosmologa, artista, drammaturga, esperta fil-mediċina, lingwista, naturalista, filosofa, poetessa, kunsilliera politika, profetessa u kompożitriċi tal-mużika. Aktarx li Ildegarda hija l-ewwel mara mużiċista fl-istorja tal-Knisja.

L-intellett mhux komuni, l-ispiritwalità qawwija tagħha u l-viżjonijiet tagħha, li nġabru fi ktieb, għamluha ċelebri ħafna. Hija kienet imfittxa għall-pariri u għall-għajnuna min-nies kbar ta’ żmienha. Fost dawk li għamlu kuntatti magħha nsibu l-Imperatur Federiku Barbarossa, Filippu t’Alsazja, San Bernard u l-Papa Ewġenju III.

Bejn is-snin 1147 u 1150 hija waqqfet l-ewwel monasteru fuq ix-xmara Reno, fuq l-għolja San Rupert qrib Bingen. Ħmistax-il sena wara (fl-1175) fetħet monasteru ieħor fuq in-naħa l-oħra tax-xmara.

Page 37: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 37

Meta kienet matura fl-età għamlet bosta vjaġġi biex iżżur il-monasteri, li kienu jitolbuha l-intervent tagħha u biex tipprietka fil-pjazez, bħal fi Treviri, f’Metz u f’Cologne.

Santa Ildegarda ta’ Bingen mietet fis-17 ta’ Settembru 1179

Riflessjoni: Erwieħ qaddisa, ibqgħu dejjem imwaħħlin ma' din id-dehra u żommu f'moħħkom lil dan Alla miġjub fix-xejn għalikom! Jalla d-dehra tal-imħabba eterna tiegħu u tat-tbatijiet li ġarrab bl-imħabba jkollhom il-qawwa li jġibukom fix-xejn u inqas mix-xejn ... Morru dejjem kontra tagħkom infuskom u imxu wara Ġesù bi mħabba profonda u billi tipprattikaw il-virtujiet kollha li huma l-frott tal-umiltà tiegħu. Jekk tkunu umli għalkollox tkunu bl-istess mod perfetti fil-virtujiet kollha, għax l-umiltà mqaddsa qisha siġra prezzjuża mħawla fil-qiegħ tal-qlub qaddisa li tipproduċi l-virtujiet kollha evanġeliċi: l-ubbidjenza, is-sabar, id-diliġenza, il-qawwa, il-faqar, is-safa tar-ruħ u tal-ġisem, is-sobrjetà, il-qies u oħrajn bħalhom li jeħtieġ nipprattikaw bla waqfien f'kull okkażjoni, bl-ordni, bl-għerf u bid-diskrezzjoni.

Il-Ven. Ġwann ta' San Sansun

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 14, silta mill-1 punt

In a community the superior’s word is like the seed in today’s Gospel. It is heard by three kinds of poorly disposed people. The seed that fell on the road is the word of a superior that is received by those who have only a weak desire to obey. They seem to have some liking for obedience; they speak well of it on occasion and even urge others to practice it. But all we discover in them is a kind of goodwill that has no consequence, because they find everything they are asked to do very difficult. They cannot bring themselves to practice obedience, and, in fact, they do not. This is because their heart has not been prepared ahead of time. To secure their compliance, the superior, before commanding them anything, first has to prepare them, so that they will like what he is asking them to do.

TALBA “Imbierek int, Mulej talli ħbejt dawn il-ħwejjeġ

lill-għorrief u lill-intelliġenti u wrejthom liċ-ċkejknin.

Iva, Missier, għax hekk jogħġob lilek li tagħmel.” Ġesù, Missier u Mulej ta’ ħajti,

eħlisni mill-pariri tal-ħżiena u tħallinix naqa’ fihom.

Agħmel, iżda, li bil-grazzja tiegħek, insib dak li qed infittex,

għax jien qaddej tiegħek, bin il-qaddejja tiegħek, Ammen.

San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Page 38: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 38

Il-Ħadd, 18 ta’ Settembru “Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Għamos 8: 4-7 Il-Mulej kontra dawk li jixtru bil-flus il-foqra. 2. Salm 112 :1,2,4-8 Faħħru lill-Mulej, li jerfa’ l-fqir. 3. 1Timotju 2: 1-8 Itolbu għall-bnedmin kollha, għax Alla jrid li l-bnedmin kollha

jsalvaw. 4. Luqa 16: 1-13 Ma tistgħux taqdu lil Alla u lill-flus. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Qed ngħixu f’dinja mimlija regħba għall-ġid, għall-pjaċir, ħajja li ma jonqosha xejn, ħajja ta’ konfort. Qed jiġri li l-bniedem jagħmel diviżjoni bejn ir-reliġjon u l-ħajja ta’ kuljum, b’dak kollu li ġġib magħha. Tmur il-quddies mingħajr ma taf x’inti tagħmel u wara tgħix kif jogħġbok.

Hemm għażla x’nagħmlu: jew inkunu “wlied id-dawl” jew “ulied id-dlam”. L-onestà fix-xogħol huwa ħobż li jintiegħem ħelu. Jekk ma nagħrafx id-differenza bejn pjaċir tad-dinja u l-ferħ ta’ ħajja spiritwali jfisser li għadni ma bdejtx ngħix.

Il-messaġġ ta’ Kristu huwa: il-bnedmin huma aktar importanti mill-ħwejjeġ l-oħra.

Wieħed ma jistax jixtri l-hena, l-imħabba, ir-rispett. Fl-aħħar mill-aħħar li jgħodd hu li inti tippossjedi ’l Alla u Alla jippossjedi lilek. Liema hija l-prijorità ta’ ħajjitna? Lil min u x’inhu l-aktar importanti f’ħajti?

Fi tmiem ħajti nieħu miegħi dak biss li “KONT”; x’kont?

Amos u Ġesù jridu minna attitudni u mentalità lejn dawk fil-bżonn. Ħniena tiswa kemm tiswa. Agħmel ħbieb ma’ din il-kwalità ta’ nies. Mhux kwistjoni ta’ dak li aħna nistgħu nagħmlu magħhom, imma pjuttost kemm huma jagħmlu magħna.

X’jistgħu jagħmlu magħna? Jgħinuna nżommu l-prijoritajiet ta’ ħajjitna, jgħinuna ma naqgħux vittmi tar-regħba u x-xeħħa, li nsiru aktar umani, li fl-aħħar mill-aħħar huwa l-ewwel pass biex tkun nisrani!

Dawn il-fqar, l-imsejknin, l-imċaħħdin mill-ġid ta’ din l-art, huma l-messaġġiera li jiftħulna għajnejna, biex naqdu ’l Ġesù fil-persuna tagħhom u b’hekk inkunu, bħalma qalet San Giovanna d’Arco, “Alla l-ewwel u qabel kollox.”

Dak li Ġesù kien għalina, aħna għandna nkunu għalih, fil-persuna tal-oħrajn. Huwa privileġġ għalina meta Ġesù jgħinna biex ngħollu qalbna u jdejna biex nerfgħu u nħobbu ... lill-fqar.

Ħsibijiet ta’ Bro. Louis (†2011)

Page 39: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 39

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 61, l-1 punt

A manager was accused of wasting the property of his employer, who called him and said: What is this that I hear about you? Give me an account of your management. You are in a holy work where God has placed you. You must be convinced that these words are addressed to you. At the close of each day and at the end of each performance of your work, you ought to reflect that God calls you to give him an account of the way you have behaved. For this reason you must reflect on and examine this account, so that you will always be ready to give it. You must act in such a way that God, to whom you have to make this report, will find no fault with it. If you wait to prepare your account until God comes to ask it of you, you must greatly fear that he will find you wanting.

TALBA

Mulej, missier ħajti u sidha, titlaqnix għar-rieda tagħhom,

u tħallinix naqa' minħabba fihom. Min se joqgħod b'sawt ma' ħsibijieti, u bid-dixxiplina tal-għerf ma' qalbi, biex ma jeħlisilix fin-nuqqas tiegħi,

u ma jagħlaqx għajnejh għad-dnubiet tiegħi? Li ma jiżdidux l-iżbalji tiegħi u jitkattru d-dnubiet tiegħi,

u naqa' quddiem dawk li jeħduha miegħi, u jifraħ l-għadu tiegħi minħabba fija!

Mulej, missier u Alla ta' ħajti, tagħtinix ħarsa merfugħa 'l fuq,

u warrab minni kull ġibda ħażina; tħallix li jaħtfuni kilba għall-ikel u xewqat tal-ġisem,

u titlaqnix fil-ħakma ta' xewqat faħxija. Bin Sirak 23: 1-6

Missierna ...

Page 40: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 40

It-Tnejn, 19 ta’ Settembru San Gennaro – isqof u martri

San Franġisk Maria minn Camporosso – reliġjuż San Alfons de Orozco – presbiteru

Sant’Emilja De Rodat - reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Proverbji 3: 27-34 Min jimxi bl-imgħawweġ jistkerrhu l-Mulej. 2. Salm 14: 2-5 Mulej, min joqgħod fuq l-għolja mqaddsa tiegħek? 3. Luqa 8: 16-18 Il-musbieħ iqegħduh fuq l-imnara, biex kull min jidħol ġewwa jara d-dawl SAN ĠENNARU († c. 305) - isqof u martri Ftit nafu dettalji ċerti dwar il-ħajja ta’ San Ġennaru, patrun ta’ Napli, ħlief li

kien isqof ta’ Benevento, belt qrib Napli. Aktarx li ħa l-martirju fil-persekuzzjoni taħt l-Imperatur Djoklezjanu, għall-

ħabta tas-sena 305. Skont il-leġġenda, Ġennaru mar iżur lil xi nsara li kienu mixħutin il-ħabs, u hu

nnifsu kien arrestat flimkien ma’ sitt insara oħra u kkundannati għall-mewt billi kienu mitfugħin fl-anfiteatru biex ikunu maqtulin mill-bhejjem selvaġġi.

Billi l-bhejjem ma għamlulhom ebda ħsara, ġew ikkundannati għal qtugħ ir-ras, u d-demm u l-fdal ta’ Ġennaru ttieħdu Napli.

San Ġennaru għandu post fil-kalendarju universali tal-Knisja minħabba li demmu jinħall 18-il darba kull sena fil-Kattidral ta’ Napli qrib il-festi tiegħu.

Filwaqt li l-poplu jkun jitlob il-qassis jaqleb il-kunjett ta’ 4 pulzieri ’l fuq u ’l isfel quddiem għajnejn in-nies sakemm il-massa skura tad-demm tinħall.

Għalkemm saru ħafna eżamijiet xjentifiċi, dan il-fenomenu, li ilu jsir mill-inqas sa mill-1389, ma jistax jingħata spjegazzjoni naturali.

Riflessjoni: Issa nifhem li l-imħabba perfetta tinsab f’li ġġerraħ id-difetti tal-oħrajn, ma toqgħodx tistagħġeb bid-dgħufijiet tagħhom, tedifika lilek innifsek bl-iċken atti ta' virtù li tarahom jitħarrġu fihom; imma, fuq kollox, fhimt li l-imħabba bl-ebda mod ma għandha tibqa' magħluqa fil-qiegħ tal-qalb: “Ħadd – qal Ġesù, – ma jixgħel musbieħ u jqiegħdu taħt is-siegħ, iżda jqiegħdu fuq l-imnara, biex idawwal lil dawk kollha li qegħdin fid-dar” (Mt. 5, 15). Jidhirli li dan il-musbieħ jirrappreżenta l-imħabba li għandha ddawwal u tferraħ mhux biss lil dawk li huma l-aktar għeżież għalija, imma lil dawk kollha li qegħdin fid-dar, mingħajr ma nħalli lil ħadd barra.

Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

Page 41: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 41

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med 193, silta mill-1 punt

This is what God does by diffusing the fragrance of his teaching throughout the whole world by human ministers. Just as he commanded light to shine out of darkness, so he kindles a light in the hearts of those destined to announce his word to children, so that they may be able to enlighten those children by unveiling for them the glory of God. Because God in his mercy has given you such a ministry, do not falsify his word, but gain glory before him by unveiling his truth to those whom you are charged to instruct. Let this be your whole effort in the instructions you give them, looking upon yourselves as the ministers of God and the dispensers of his mysteries.

TALBA Alla ta’ dejjem,

int li int id-dawl ta’ dawk l-imħuħ li jafuk, il-ferħ tal-qlub ta’ dawk li jħobbuk

u l-qawwa ta’ dawk li għandhom ir-rieda li jaqduk; agħmel li nsiru nafuk biex b’hekk inħobbuk tassew

u hekk inħobbuk biex naqdu lilek biss; naqdu lilek li int il-ħellies perfett,

fi Kristu Ġesù, il-Mulej tagħna. Ammen. Santu Wistin

Missierna ...

It-Tlieta, 20 ta’ Settembru Sant’Andrija Kim Taegon, San Pawl Chong Hasang u sħabhom – martri tal-Korea

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Proverbji 21: 1-6.10-13 Tagħlim qaddis. 2. Salm 118: 1.27.30.34.35.44 Mexxini mill-mogħdija tal-kmandamenti tiegħek. 3. Luqa 8: 19-21 Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’

Alla u jagħmlu li jgħid Hu. SANT’ANDRIJA KIM TAEGON, SAN PAWL CHONG HASANG U SĦABHOM - martri tal-Korea (†1839-1867) Andrija Kim Taegon kien l-ewwel qassis korean u Pawl Chong Hasang kien

appostlu lajk. Dawn, flimkien ma’ 111-il kattoliku ieħor, mietu għall-fidi tagħhom fil-Korea, bejn is-snin 1839-1867.

L-Ispirtu s-Santu, li jonfoħ fejn irid, inqeda bl-appostolat ġeneruż tal-lajċi biex seħħet il-bidu tal-Knisja fl-art tal-Korea.

Page 42: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 42

Waqt invażjoni tal-Ġappuniżi fl-1592 xi Koreani kienu mgħammdin. Il-Korea nqatgħet totalment mill-bqija tad-dinja.

Il-komunità tal-insara damet sas-sena 1836 mingħajr rgħajja u kienet immexxija u mwettqa, tista’ tgħid, minn lajċi biss. Għall-ħabta tal-1777 xi letteratura nisranija waslet fil-pajjiż, u nbeda grupp nisrani.

Meta tnax-il sena wara daħal fil-Korea bil-moħbi qassis Ċiniż, huwa sab 4,000 kattoliċi.

L-ewwel żerriegħa tal-fidi kattolika, miġjuba minn lajk korean fl-1784 fir-ritorn tiegħu f’pajjiżu minn Peking, kien issekondat f’nofs is-seklu XIX mill-martirju ta’ bosta nsara, fosthom Andrija Kim Taegon, Pawl Chong Hasang u sħabhom, l-oħrajn kienu kważi kollha lajċi, rġiel u nisa, miżżewġin u le, xjuħ, żgħażagħ u tfal, li, wara tiġrib kbir bid-demm għażiż li xerrdu, ikkonsagraw il-bidu tal-Knisja li hi fil-Korea.

Dawn il-qaddisin martri, b’kollox 113, ġew iddikjarati qaddisin flimkien mill-Papa, San Ġwanni Pawlu II fis-6 ta’ Mejju 1984 waqt żjara pastorali tiegħu f’dan il-pajjiż tal-Lvant Imbiegħed.

Riflessjoni: Dak li ngħid lil kull bniedem jiddependi mill-grad li jkun laħaq fil-ħajja spiritwali. X’uħud jiksbu biss it-tagħrif l-aktar komuni, għax qatt ma ppruvaw jogħlew iżjed minn hekk. Lil dawk li jagħmlu ħilithom biex jersqu aktar lejja, nagħtihom id-dawl biex jifhmu aħjar xi waħda mill-veritajiet. Lil dawk li jagħtu ħafna importanza lil dak li għandu x’jaqsam miegħi, jiena nnissel ġo fihom dehra kbira, li biha jifhmu sewwa l-ġmiel u l-maestà tal-verità mqaddsa tiegħi.

Fr. Anthony J. Paone S.J., Ħobżna ta’ kuljum, It-Tieni Ktieb, Kap. 3

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 178, silta mit-3 punt

Spoken words pass on and touch hearts only once and momentarily, but the good done by written words, which last forever, like those Saint Luke composed, produces results unendingly and is able century after century, even to the end of the world, to convert a great number of souls, provided they are well disposed to hear the word of God expressed therein. Listen with docility to the word of God. Read it every day with attention, and Saint Luke will be for you an Apostle of Jesus Christ and a preacher of the holy Gospel.

TALBA Verb Etern,

kelma ta’ Alla tiegħi, irrid ngħaddi ħajti nisimgħek: irrid noqgħod dejjem attenta

biex nitgħallem kollox mingħandek. Il-Beata Eliżabetta tat-Trinità

Missierna ...

Page 43: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 43

L-Erbgħa, 21 ta’ Settembru San Mattew - appostlu u evanġelista

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 4: 1-7.11-13 Alla ta lil xi wħud li jkunu appostli, lil xi wħud

evanġelisti. 2. Salm 18: 2-5 Mal-art kollha jasal leħinhom. 3. Mattew 9: 9-13 Ejja warajja. Dak qam u mar warajh. SAN MATTEW (l-1 seklu) Mattew kien Lhudi, x’aktarx li kien mill-Galilija. Bla dubju kien raġel għani.

Ismu jfisser “rigal ta’ Alla”. Huwa l-istess persuna li San Mark u San Luqa jsejħulu Levi.

Bi professjoni kien pubblikan, jiġifieri wieħed li jiġbor it-taxxi mingħand il-Lhud u jgħaddihom lill-ħakkiema tagħhom, ir-Rumani. Dan kien fi żmien Erodi Antipa.

Il-Lhud ma kinux jaħmluhom lill-pubblikani, għax barra milli kienu aġenti tal-Gvern Ruman, kellhom il-fama li kienu rgħiba u qarrieqa. Għalhekk il-Lhud ma kinux iħalluhom jidħlu fit-tempju u fis-sinagoga. L-ebda Lhudi tal-affari tiegħu ma kien ikollu kuntatti magħhom.

B’danakollu, darba waħda Ġesù rah bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “ejja warajja.” Dak qam u mar warajh (Mt. 9:9). Hekk kienet is-sejħa ta’ San Mattew biex isir wieħed mit-tnax-il appostlu ta’ Ġesù.

Ftit wara, Mattew stieden lil Ġesù għall-ikla fid-dar tiegħu f’Kafarnaum u stieden ukoll ħafna kolletturi ħbieb tiegħu. Xħin il-Fariżej raw dan ħaduha kontra Ġesù u qalu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin?” Ġesù sempliċiment weġibhom: “It-tabib ma jeħtiġuhx dawk li huma f’saħħithom, iżda l-morda” (Mt. 9:12).

Isem San Mattew insibuh fil-lista tal-appostli. Flimkien mal-appostli kien xhud tal-qawmien mill-imwiet ta’ Ġesù; kien magħhom ukoll Ġerusalemm jitlob u jistenna l-miġja tal-Ispirtu s-Santu (Atti 1:13).

San Mattew kiteb l-ewwel Vanġelu. Kitbu bl-Aramajk, l-ilsien antik tal-Palestina, u li bih kien jitkellem Ġesù. Is-simbolu tiegħu hu figura ta’ bniedem għax il-Vanġelu tiegħu jibda bil-ġenealoġija ta’ Ġesù.

Tradizzjoni tgħid li San Mattew mar jipprietka lil Ġesù fl-Etjopja (mhux dik tal-Afrika iżda ta’ ħdejn il-baħar Kaspju) fejn miet martri.

Riflessjoni, Tweġiba għas-Sejħa: Jekk Alla jrid jiltaqa’ magħna bħala bnedmin umani – anzi bħala tfal – anke

aħna rridu nagħmlu l-almu tagħna biex nersqu lejn Alla. Aħna għandna naqbdu t-triq bħalma għamlu r-rgħajja ta’ Betlem u l-Maġi tal-Lvant.

Page 44: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 44

Meta Ġesù jsejjaħ, dan jagħmlu mhux biex ixekkel il-personalità, imma biex iġegħelha tinfetaħ fl-essenza vera tagħha, u hekk takkwista l-ideal li jagħtiha motivazzjoni.

Il-Papa San Ġwanni Pawlu II

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 167, l-1 punt

The most admirable trait in the life of Saint Matthew is that he faithfully followed Jesus Christ as soon as he was called. He lived in Capharnaum, a city of Judea, where he was a collector of the imperial tax. Jesus Christ, who was preaching his Gospel there, one day passed by the gate where Saint Matthew stayed, and the saint immediately left his counting house and all he had and followed Jesus Christ. To show the joy and gratitude he had toward Jesus Christ because of his conversion, he invited him to a great banquet in his house, where several publicans and sinners were present. These, says Saint Jerome, were converted by our Lord. Saint Matthew’s conversion is quite extraordinary and shows the power of grace and the effect it produces in a soul. It is true that the word of Jesus Christ is efficacious in the calling of his first Apostles, but as most of them were poor fishermen, it is not so surprising that they at once followed Jesus Christ, whereas Saint Matthew had property and lived comfortably. Were you as prompt to follow Jesus Christ as Saint Matthew was: on the spot, at the first word, not taking time to settle his affairs, and without even asking for a delay in order to do so? How many times has Jesus Christ perhaps called you?

TALBA O glorjuż San Mattew,

fil-Vanġelu tiegħek, int urejtna lil Ġesù bħala l-Messija li kien mistenni,

dak li kien magħruf lill-profeti fit-Testment il-Qadim, u dak li tana l-liġi l-ġdida, fit-Testment il-Ġdid

biex waqqaf il-Knisja. Agħtina l-grazzja li dejjem naraw lil Ġesù ħaj fil-Knisja tiegħu,

u f’din il-ħajja fid-dinja, dejjem nimxu fuq il-kelma tiegħu. Biex b’hekk inkunu nistgħu ngħixu

miegħu fis-sema, għal dejjem. Ammen.

Missierna ...

Page 45: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 45

Il-Ħamis, 22 ta’ Settembru San Injazju minn Santhia – presbiteru

Il-Beatu Vincente Scicluna Hernandez u 232 martri Spanjoli Il-Beatu Tumas Sitjar – presbiteru u sħabu martri

Il-Beatu Ġjaċint Serrano u Sħabu – martri ta’ Spanja San Tumas ta’Villanova – isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Koħelet 1: 2-11 Xejn ġdid m’hemm taħt ix-xemx. 2. Salm 89 : 3-6.12-14,17 Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel. 3. Luqa 9: 7-9 Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu

qiegħed nisma’ dan kollu?

SAN TUMAS TA’ VILLANOVA (1486-1555) – isqof Imwieled ġewwa Fontanella f’Castille fi Spanja, bin Alonzo Yomàs Garcia u

Lucia Martinez Casterlaanus. San Tumas huwa msejjaħ ta’ Villanova minħabba li dan kien il-post fejn twieled hu u l-ġenituri tiegħu. Dan li kien jagħmel il-karità u li kien ‘missier il-foqra’, ġie mrobbi fil-virtù tal-karità u lil dawk fil-bżonn.

Meta kellu sittax-il sena, huwa ngħaqad mal-Eremiti ta’ Santu Wistin ġo Salamanca. Wara l-ordinazzjoni tiegħu ma damx ma ħa l-fama bħala lettur tat-teoloġija u kien meqjus bħala predikatur ispirat u kien hemm domanda kbira għalih ġo Spanja kollha.

L-Imperatur Karlu V, li kien imexxi l-Ewropa dak iż-żmien, kellu rispett kbir lejn Tumas u laħħqu predikatur tiegħu fil-qorti u kunsillier tal-Istat, tant li meta l-imperatur kien ikun assenti minn Sqallija, huwa kien jikkorrispondi miegħu.

Tumas ma damx ma laħaq provinċjal tal-kongragazzjoni tiegħu. Huwa bagħat l-ewwel Missjunarji Agostinjani ġewwa l-Messiku. Fl-1544, b’ubbidjenza aċċetta l-arċidjoċesi ta’ Valencia, post li kien ilu ma jara isqof ’il fuq minn mitt sena.

Hemmhekk ħadem biex jirriforma l-morali tal-kleru u tal-lajċi. Huwa rċieva għotja ta’ flus biex juża fuq il-palazz tiegħu iżda minflok uża dawn l-istess flus biex jibni mill-ġdid sptar li kien sofra ħruq estensiv. Waqqaf kulleġġ għall-kleru ta’ età żagħżugħa, ieħor għall-istudenti fqar u orfanatrofju għat-tfal abbandunati u ta’ ġenituri indiġieni. Għall-benefiċċju tal-ħaddiema, il-quddies beda jiġi offrut fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Huwa kien ta’ eżempju għall-oħrajn, billi għex f’sempliċità u faqar kbir; isewwi l-ħwejjeġ tiegħu stess u jagħti żewġ terzi tal-qligħ episkopali tiegħu għall-karità. B’hekk, madwar ħames mitt ruħ ġew mitmugħa kuljum u nies imqabbda jagħmlu karità fittxew nies oħra rispettabbli li meta sabu ruħhom f’diffikultà, ma kienx hemm bżonn jitolbu l-għajnuna. Nies li jsewwu l-magni

Page 46: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 46

ngħataw l-għodda meħtieġa biex ikunu jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom. Fi ftit kliem, il-ħajja ta’ San Tumas kienet waħda ta’ sagrifiċċju personali u kontinwu u ta’ karità.

Tumas kellu wkoll id-don tal-mirakli fejn fejjaq il-morda u kkonverta midinbin kbar.

Riflessjoni: Aħna nemmnu u nistqarru li Ġesù ta’ Nazzaret, imwieled Lhudi minn xebba ta’ Israel, f’Betlehem, fi żmien is-sultan Erodi l-Kbir u l-Imperatur Ċesri Awgustu; kellu s-sengħa ta’ mastrudaxxa, miet imsallab f’Ġerusalemm, taħt il-prokuratur Ponzju Pilatu, fi żmien is-saltna tal-imperatur Tiberju – hu l-iben etern ta’ Alla magħmul bniedem li “ġie mingħand Alla” (Ġw. 13,3), “niżel mis-sema” (Ġw. 3,13; 6,33), “sar bniedem” (1 Ġw. 4,2), għax “il-Verb sar bniedem u għammar fostna, u aħna rajna l-glorja tiegħu, il-glorja li għandu mill-Missier bħala ibnu l-waħdieni mimli bil-grazzja u l-verità ... u mill-milja tiegħu aħna lkoll ħadna, grazzja fuq grazzja” (Ġw. 1,14.16). Imbuttati mill-grazzja tal-Ispirtu s-Santu u miġbudin mill-Missier, aħna nemmnu u nistqarru dwar Ġesù: “Inti Kristu, l-Iben ta’ Alla l-ħaj” (Mt. 16,16). Hu fuq il-blata ta’ din il-fidi, li stqarr San Pietru, li Kristu bena l-Knisja tiegħu (ara Mt. 16,18).

Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, Art. 423-424

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 2, silta mill-1 punt Saint John the Baptist, while in prison where he had been thrown by Herod’s command, sent two of his disciples to Jesus Christ to ask him whether he is the Messiah. This gave Jesus Christ the opportunity to praise Saint John before the people; he ended by saying that John is the man of whom it was written: I am sending my angel before you, to prepare for you the path where you will walk. You too, as well as Saint John, are angels sent by God to prepare a path for him, so that he can enter your heart and the hearts of your disciples. For this purpose you need to do two things: first, you must resemble the angels by your interior and exterior purity. Like the angels, you must be entirely detached from your body and from the pleasures of the senses, so that nothing seems to be left in you but your soul, which you are concerned about exclusively and which is the only object of your care.

TALBA LIL ĠESÙ Ġesù, noffrilek lili nnifsi, dak li jien u dak li għandi,

kollox huwa tiegħek. Noffrilek ix-xogħol tiegħi u inti tagħtini l-mistrieħ.

Noffrilek in-niket tiegħi u inti tagħtini l-faraġ. Noffrilek it-tentazzjonijiet tiegħi u inti tagħtini r-rebħa.

Noffrilek it-tbatija tiegħi u inti tagħtini s-sabar Jien nagħtik iż-żmien tiegħi u inti tagħtini l-eternità.

Inħobbok Ġesù! Bernard Vaughan

Missierna ...

Page 47: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 47

Il-Ġimgħa, 23 ta’ Settembru San Piju ta’ Pietrelcina - presbiteru

San Żakkarija u Santa Eliżabetta - ġenituri ta’ San Ġwann Battista Santa Klara ta’ Assisi ‘in inventione corporis’

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1.Koħelet 3: 1-11 Kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema. 2. Salm 42: 1-4 Ittama f’Alla, hu l-għajnuna u Alla tiegħi. 3. Luqa 9: 18-22 Inti l-Messija ta’ Alla. Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna. SAN PIJU MINN PIETRALĊINA (1887-1968) Twieled fil-25 ta’ Mejju 1887, kien wieħed minn tmint itfal, minn familja ta’

bdiewa. Ġie mgħammed fis-26 ta’ Mejju u mogħti l-isem ta’ Francesco Forgione.

Kien tifel devot, imrawwem fil-qdusija minn ommu. Ta’ 16-il sena daħal mal-Patrijiet Kapuċċini.

Fl-1910 kien ordnat saċerdot u ħa l-isem ta’ Padre Pio. Fl-1916, inġabar bħala suldat minħabba l-gwerra. Sadanittant marad u ġie

mibgħut lura fil-kunvent ta’ S. Ġiovanni Rotondo. Fl-20 ta’ Settembru 1918 waqt li Padre Pio kien qed jitlob quddiem kurċifiss

kbir, tfaċċaw il-marki tal-Imsallab u ntilef minn sensih. Dawn il-marki baqgħu friski u jnixxu sakemm miet fl-1968.

Minħabba l-istat li kien qed jgħix fih, il-Knisja ħasset bi prekawzjoni li Padre Pio ma jidhirx fil-pubbliku u b’qalb ferrieħa, qagħad għar-rieda tas-superjuri.

Kien jeħtieġ li ssirlu operazzjoni fil-marrara u obda lis-superjuri u t-tobba operawh. Dam sagħtejn bid-dmugħ nieżel minn għajnejh u nstema’ jitlob: “Ġesù aħfirli jekk ma nafx inbati kif għandu jkun.”

Wara li fieq kien jgħaddi minn 10 sa 12-il siegħa kuljum iqarar u b’hekk ġibed l-erwieħ midinba kif ukoll l-erwieħ ta’ ħajja interjuri lejn Alla!

L-istejjer huma numerużi li juru b’liema mħabba u ġentilezza kien jilqa’ lin-nies. Kellu qalb mimlija kompassjoni għall-imġarrbin. Darba qal: “Jekk niltaqa’ ma’ xi ruħ li qed tbati minn ġewwa u minn barra, nagħmel minn kollox għaliha biex nissolevaha u jekk Alla jħallini nitgħabba bl-uġigħ kollu ta’ dik il-persuna.”

Fl-1940 fuq ix-xewqa tal-Papa Piju XII beda jwaqqaf diversi gruppi ta’ talb, kemm fl-Italja kif ukoll barra mill-pajjiż. Ried li jkun hemm gruppi ta’ talb kemm għall-kbar kif ukoll għat-tfal.

Din il-ħajja ta’ qdusija u l-aktar ta’ appostolat tal-qrar u tal-gruppi ta’ talb, fejn kienu jsiru tant konverżjonijiet ma kinitx bla inkwiet. Beda jġarrab ħafna

Page 48: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 48

ħsibijiet ħżiena u anke uġigħ kbir f’ġismu, kellu jġarrab ħafna tentazzjonijiet ta’ disperament u tentazzjonijiet kontra l-fidi u Alla. Ġieli x-xitan sabbtu mal-art u kien isawtu. Dawn l-affarijiet ikkaġunawlu sofferenzi kbar.

Kien minn dan iż-żmien li beda jilbes l-ingwanti u fil-mixja tiegħu kien jidher li qed ibati.

Prova li ġabitlu tbatija interjuri kienet: Li ma tħalliex jagħmel korrispondenza fuq il-ħajja spiritwali.

Qamet maltempata ta’ kontroversja fuqu u wera li kien jaċċetta kollox bl-umiltà. Ġieli kien jikteb lid-direttur spiritwali tiegħu: “Inħossni li m’inix inkun leali lejn Alla.”

Fit-23 ta’ Settembru 1968, miet fl-età ta’ 81 sena. Kien hemm aktar minn 100,000 ruħ li ħadu sehem fil-funeral tiegħu.

Fis-16 ta’ Ġunju 2002, il-Papa San Ġwanni Pawlu II kkanonizzah.

Riflessjoni, xi ħsibijiet ta’ Padre Pio: Toqgħodx tinkwieta fuq għada, aħseb biss biex tagħmel it-tajjeb illum u meta

għada jkun ġie, ikun bħal-lum. Ġesù jikkonfortak fid-dwejjaq tiegħek. Aktar ma’ t-tbatija tkun kbira aktar kbira tkun l-imħabba tiegħu lejk. Irrifletti u aħseb ta’ spiss f’Ġesù u fuq it-tagħlim tiegħu, u imita l-virtù u jkollok

il-ħajja ta’ dejjem.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 24, silta mit-3 punt

This is how Jesus Christ abandoned himself entirely to the will of his Father to suffer and die when and in the way God willed. He did this when he was preparing for his Passion and death while he waited and prayed in the garden of olives. He declared to his Father that despite the repugnance he felt for the death that he knew was imminent, he desired nonetheless that no account be taken of his own will but that of his Father, to which he gave himself entirely, just as he had always been abandoned to his Father’s will during his life, not coming into the world, as he says in several places in the Gospel, to do his own will but the will of the One who sent him.

TALBA O Alla ta’ dejjem u li tista’ kollox,

inti tajt lis-saċerdot San Piju minn Pietrelcina l-grazzja speċjali li jieħu sehem fis-salib ta’ ibnek, u permezz tal-ministeru tiegħu

ġeddidt l-għeġubijiet tal-ħniena tiegħek, agħtina, bl-interċessjoni tiegħu, il-grazzja li tant għandna bżonn.

Agħtina l-grazzja wkoll li magħqudin bla heda mal-passjoni ta’ Kristu nkunu nistgħu naslu henjin fil-glorja tal-qawmien.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna. Ammen.

Missierna ...

Page 49: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 49

Is-Sibt, 24 ta’ Settembru L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

San Paċifiku minn San Severino - presbiteru Il-Beata Columba Gabriella Sagheddu - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Koħelet 11: 9 – ;12: 8 Ftakar f’min ħalqek f’jiem żgħożitek, qabel ma’ t-trab jerġa’ jmur fl-art mnejn ġie, u n-nifs tal-ħajja jitlaq lejn Alla. 2. Salm 89: 3-6.12-14,17 Mulej, int kont għalina kenn minn nisel għal nisel. 3. Luqa 9: 43b-45 Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin. Huma beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal. IL-BEATA COLUMBA GABRIELLA SAGHEDDU (1914-1939) - verġni L-isem Gabriella żdied wara li daħlet reliġjuża – twiedet f’Dorgali, f’Sardinja,

fis-17 ta’ Marzu 1914, il-ħames minn tmint ulied li sfaw orfni minn missierhom f’età żgħira. Kellha tfulija sempliċi ħafna, kienet tħobb tgħaddi l-ħin tilgħab it-tombla u l-karti, kif ukoll taqra rumanzi li ma kinitx titlaqhom biex filgħaxija tmur il-knisja.

Meta ommha ħajritha tidhol fl-Azzjoni Kattolika, Marija ma riditx għax dehrilha li kienet għadha mhux ippreparata tagħmel id-dmirijiet tagħha sewwa. Iżda ommha Katerina xehdet hekk fuqha. “Aktar tard, meta Marija daħlet minn jeddha tant saret assidwa li kien jeħtieġli ngħajtilha għax inkella kienet donnha tinsa li kellha tiġi lura d-dar.”

F’Marija kienu jidhru l-karetteristiċi tar-rgħajja ta’ Sardinja li minnhom kienet ġejja, bil-kwalitajiet sbieħ kollha tagħhom; fedeltà, sens kbir ta’ dover, qawwa ta’ karattru u safa instransiġentiti – kif ukoll dawk ftit u xejn negattivi; ras iebsa u xi ftit vjolenti.

Bħala tifla u żagħżugħa, il-kwalità l-akbar li kienet tispikka kienet it-temperament ostinat, tipiku tal-poplu tagħha. Infatti fix-xhieda li nġabret fil-proċess għall-kawża tal-beatifikazzjoni tagħha ma nsibux dehra ta’ tfajla “li minn ċkunitha wriet sinjal ta’ qdusija”.

Ommha stess xehdet li, flimkien mal-karattru sensittiv u ġeneruż kellha temperament aktarx imqit u stinat u tħobb tikkontesta – kwalitajiet li dehru wkoll xi ftit kultant waqt in-novizzjat.

F’Jannar 1938, kif kienet se tibda l-ottava ta’ talb għall-għaqda bejn l-insara, il-Madre Badessa qrat lis-sorijiet ittra ta’ Dun Pawl Couturier (1953), l-appostlu tal-Ekumeniżmu, li fiha saħaq fuq il-ħtieġa tat-talb li għandu jsir biex isseħħ l-għaqda mixtieqa minn Kristu nnifsu.

Page 50: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 50

Dan is-sacerdot Franċiż fl-ittra tiegħu semma wkoll xi wħud li offrew ħajjithom għal din il-kawża; fost dawn anki reliġjuża mill-istess monasteru, li kienet mietet is-sena ta’ qabel.

Marija Gabriella, li dik il-ħabta kellha qrib l-24 sena, ħassitha mqanqla minn dak il-kliem u malajr talbet lill-majjistra tan-novizzi biex tkun tista’ toffri ħajjitha biex din l-għaqda fost l-insara sseħħ aktar malajr. Il-majjistra ma opponietx imma riedet li deċiżjoni bħal din teħodha l-badessa.

Alla laqa’ l-talba tagħha. Filfatt mietet sena wara fit-23 ta’ April 1939. Riflessjoni: Ġesù ma jridx ibeżżgħa, irid jiftħilna għajnejna biex ma ninħasdux u nkunu ppreparati. Ħafna minna nabbużaw bil-kbir mill-ħniena kbira ta’ Alla u ma nkunux ippreparati. Nabbużaw billi ngħixu l-ħajja tagħna bl-addoċċ jew skont kif jagħtina l-moħħ tagħna u dan anki bil-mod kif ngħixu il-fidi tagħna. Naħsbu li qed inwettqu r-rieda t’Alla ... imma anki fit-talb tagħna ntennu li lesti ‘jkun minni skont kelmti’ u mhux “skont KELMTEK” kif tenniet Marija.

Mitt Minuta mal-Mulej, Pub. Dumnikana Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 25, silta mit-3 punt

Jesus Christ was not content to have had this yearning to die for us all during his life. When he saw the time of his death approaching, he testified to his joy. This is what made him say to his Apostles, when he celebrated the Last Passover with them, that he had for a long time desired to eat this meal with them and that he had a very strong desire to celebrate this Passover with them. He knew that this was to be the final act of his mortal life and the last meal he would eat with his Apostles before suffering and dying for us, which was what he had most at heart.

TALBA

O Ġesù mbierek, dak li qiegħed nipproponi li nagħmel

hu iebes u jien inħossni dgħajjef, għax jien mimli bl-egoiżmu, imma r-rieda qiegħda hemm

u ħierġa minn qalbi. Għinni! Għinni! Ġesù.

Il-Papa San Ġwanni XXIII,

Il-Ġurnal tar-Ruħ (Reliġjon u Ħajja, ĊAK)

Missierna ...

Page 51: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 51

Il-Ħadd, 25 ta’ Settembru Is-26 Ħadd ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Għamos 6: 1a,4-7 Tintemm l-għajta tal-imhejmin. 2. Salm 145 : 7-10 Faħħar, ruħ tiegħi, il-Mulej! 3.1Timotju 6: 11-16 Ħares l-istruzzjonijiet sa jum id-dehra ta’ Sidna Ġesù Kristu. 4. Luqa 16: 19-31 Lazzru, il-ħażin irċevieh f’ħajtu, issa hu qiegħed jitfarraġ. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

F’din il-parabbola, San Luqa qed jippreżentalna tliet personaġġi: l-għani, il-fqir bl-isem ta’ Lazzru li jfisser ‘Alla jgħin’ u Abraham. Fil-bidu tal-parabbola, San Luqa jpoġġilna żewġ sitwazzjonijiet differenti: ir-raġel għani li jberbaq il-ġid fil-festi u l-pranzijiet, filwaqt li għandna s-sitwazzjoni tar-raġel il-fqir li jinsab mal-bieb tad-dar tal-għani jistenna xi loqma ħobż biex ikun jista’ jitrejjaq,waqt li l-klieb jilgħaqu l-ġrieħi li kellu ma’ ġismu kollu. Dan ir-raġel fqajjar, Ġesù jagħtih l-isem ta’ Lazzru.

Il-parabbola mbagħad tkompli billi tgħidilna kif it-tnejn mietu, għax kullħad jinsab fl-istess livell, imma din id-darba is-sitwazzjonijiet jinbidlu. Issa Lazzru ġie meħud mill-anġli fi ħdan Abraham. “Imbagħad miet ukoll l-għani u difnuh. Dan kif sab ruħu f’art il-mejtin, refa’ ħarstu, u mill-bogħod lemaħ lil Abraham, b’Lazzru fi ħdanu.”

Minn hawnhekk jibda’ dak id-djalogu bejn l-għani u Abraham. L-għani jagħmel żewġ talbiet – l-ewwel waħda biex Lazzru “ jbill tarf sebgħu fl-ilma ħa jtaffili n-nixfa li għandi fi lsieni.” Iżda Abraham iwieġbu li bejnu u bejn l-għani kien hemm fondoq kbir, tant li ħadd ma seta’ jaqsam għand ħadd. Dan il-fondoq iħaffruh l-għonja stess minn din id-dinja u jkun fond skont għemilhom f’din id-dinja.

It-tieni talba tal-għani kienet biex Abraham jibgħat lil Lazzru għand ħutu biex jagħtihom xhieda ta’ x’kien qiegħed jistenniehom. Imma Abraham iwieġeb li dawn għandhom il-liġi u l-profeti, jiġifieri li ‘l-ġid ta’ din id-dinja jrid jinqasam bejn kullħadd, u mhux igawduh il-ftit. Din l-istess twissija għadha tgħodd ukoll fiż-żmien tal-lum. It-tweġiba ta’ Abraham hi ċara: lanqas il-qawmien ta’ xi ħadd mill-imwiet mhu se jkun kapaċi jċaqlaq lill-għonja jekk dawn jagħlqu qalbhom għal-liġi u l-profeti

o Ilkoll kemm aħna għandna t-tebgħa tal-egoiżmu! o Lesti li naqsmu ma’ ħaddieħor mill-ġid li jista’ jkollna? o Bħala nsara x’għandna nagħmlu biex dak li jgħidilna l-Evanġelju tal-lum

ma jisfax fix-xejn?

Page 52: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 52

o L-akbar marda li hawn fid-dinja hija li wieħed iħossu mwarrab –injorat – bħalma kien iħoss Lazzru “ħdejn il-bieb ta’ dar!” (Luqa).

o U l-aktar dnub li hawn fid-dinja: li m’hemmx imħabba għal “Lazzri”, u ngħaddu minn quddiemhom,

b’ħarsa indifferenti. bil-pass imgħaġġel, u b’qalb magħluqa.

o L-aktar numru ta’ fqar fid-dinja huma dawk imwarrbin, minsijin, imċaħħdin mill-imħabba tal-qalb.

o L-akbar bdiedem sinjur huwa dak li jagħti ħajtu għal min mhux jgħix “ta’ bniedem”.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 5, silta mit-3 punt

How many take to heart the words of Saint Dorotheus: “Let us be faithful in the slightest matters, lest they lead to regrettable consequences and unfortunate results”? To how many do not these words of Jesus Christ seem harsh? Blessed are the poor in spirit; it is harder for a rich man to enter heaven than for a camel to pass through a needle’s eye. For us, let us probe the depths of our hearts. Are they truly penetrated with what Jesus Christ said: Blessed will you be when people falsely say all sorts of evil against you? How many there are who violate rules on many points, as though they were obliged to observe only the rules that they find convenient. Such people soon fall into disorderly living, for as Saint Dorotheus remarks, as soon as we begin to say, “What does it matter if I say this word? What harm is there if I eat this morsel? What crime do I commit in doing this or that?”, we end up smothering all remorse of conscience, even on the most essential points.

TALBA GĦALL-VOKAZZJONIJIET

O Alla, int għażilt lil San Ġwann Battista De La Salle biex jagħti edukazzjoni nisranija

lit-tfal u liż-żgħażagħ; qajjem fil-knisja tiegħek

Brothers u għalliema, nisa u rġiel li jingħataw b’qalbhom kollha biex

jedukaw lit-tfal u liż-żgħażagħ, sew bħala bnedmin u sew bħala nsara.

B’ibnek Ġesù Kristu sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan, flimkien mal-Ispirtu s-Santu, għal dejjem ta’ dejjem,

Ammen Missierna ...

Page 53: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 53

It-Tnejn, 26 ta’ Settembru San Kosma u San Damjan – aħwa, tobba u martri San Elżear minn Sabran u l-Beata Delfina – lajċi

Il-Beatu Aurelio ta’ Vinalesa u Sħabu - martri ta’ Valencia

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 1: 6-22 Il-Mulej tani, il-Mulej ħadli: ikun imbierek isem il-Mulej! 2. Salm 16: 1-3,6,7 Ressaq widintek lejja Mulej, isma’ kliemi. 3. Luqa 9: 46-50 Min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dan hu l-kbir. SAN ELŻEAR MINN SABRAN (†1323) U MARTU SANTA DELFINA (†1358) Twieled fil-kastell Saint-Jean de Tobians, fil-Provenza. Ommu, li kienu

jsejħulha “l-Kontessa t-Twajba”, offrietu ’l Alla malli twieled u talbitu biex jeħilsu minn kull dnub. Mat-tagħlim qaddis ta’ ommu, kellu edukazzjoni tajba, sew fix-xjenzi kemm fil-pietà, minn zijuh Gulliermu minn Sabran, abbati ta’ San Viktor, fil-Marsilja.

Ta’ 15-il sena, skont ix-xewqa ta’ Karlu II, re ta’ Sqallija u konti ta’ Provenza, iżżewweġ max-xbejba Delfina, tal-familja ta’ Glandeves, iltima, imrobbija minn zijitha, madre badissa. Irrispetta x-xewqa tagħha li tgħix bħala xebba, u t-tnejn saru terzjarji ta’ San Franġisk, jimpikaw kważi ma’ xulxin fit-talb, fil-mortifikazzjoni u fil-karità mal-iżvinturati.

Ta’ 20 sena Elżear mar ma’ martu minn Ansouis għal Puy-Michel, biex igawdi aktar is-solitudni: hawn għamel lill-qaddejja tiegħu regoli ta’ ħajja ordinata, hekk li l-ħajja ġo daru kienet qisha ħajja ta’ kunvent, veru mudell ta’ ħajja nisranija.

Wara l-mewt ta’ missieru, fl-1309, kellu jmur l-Italja biex jidħol fil-wirt ta’Arjano, fejn bit-tjubija u bil-ħlewwa kiseb ir-rispett u l-imħabba tan-nies, li għall-ewwel ma ridux jafu bih għax Franċiż.

Waqt li kien l-Italja mar Ruma fl-1312 bis-suldati tiegħu biex jgħin ’il-Ġwelfi jkeċċu minn hemm lill-Imperatur Enriku VII. Wara assenza ta’ erba’ snin mar lura pajjiżu, il-Provenza.

Fl-1315, huwa u martu, wara li tqarbnu, intrabtu bil-vot tal-kastità perpetwa f’riġlejn l-altar tal-kappella tal-kastell. Kien jgħid l-Uffizzju kuljum u kien jitqarben kważi kuljum. Meta kien il-bogħod minn martu u hi kitbitlu biex tisma’ minnu spiss, weġibha: “Mur u żur lil Ġesù Sagramentat u idħol bl-ispirtu f’qalbu. Issibni dejjem hemm.”

Fl-1317 kellu jerġa’ jmur Napli, biex isir tutur tad-Duka Karlu, bin ir-Re Robert. F’dan iż-żagħżugħ nissel l-imħabba tar-reliġjon, tal-qrar u t-tqarbin, ta’ Alla u tal-fqar. Meta r-Re Robert kellu jmur il-Provenza, ħalla ’l ibnu warajh Napli bħala reġġent u lil Elżear bħala prim ministru tiegħu.

Page 54: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 54

Fl-1323 ir-re bagħat lill-qaddis Pariġi. Wara li kiseb b’suċċess il-missjoni tiegħu, waqa’ marid Pariġi. Baqa’ jqerr u jitqarben kuljum waqt il-marda, li kellha tkun l-aħħar ta’ ħajtu.

Meta rċieva l-vjatku qal: “Din hi t-tama tiegħi, u f’din ix-xewqa mmut.” Miet fis-27 ta’ Settembru 1323, f’idejn il-patri Franġiskan, Franġisku Mayronis, il-konfessur tiegħu. Skont ix-xewqa tiegħu, ġismu ħaduh Apt u difnuh bil-libsa ta’ San Franġisk fil-knisja tal-Franġiskani Minuri Konventwali.

Il-Beata Delfina għexet 35 sena wara mewt żewġha. Wara l-mewt tar-Re Robert marret tgħix mar-Reġina Sanchia f’monasteru tal-Klarissi, li r-reġina kienet bniet Napli. Mietet fl-1358 u difnuha ma’ żewġha. It-tnejn huma meqjumin bħala Terzjarji ta’ San Franġisk.

Riflessjoni: Il-mixja lejn il-qdusija tiddependi minn Alla u minna nfusna – fuq il-grazzja ta’ Alla u r-rieda tagħna li nsiru qaddisin. Għandna nkunu determinati li nilħqu l-qdusija. “Jien irrid insir qaddis” tfisser li rrid neħħi minni dak kollu li mhux ġej minn Alla. Irrid inneħħi minn qalbi kull ġibda għal-ħwejjeġ tad-dinja. Ngħix fil-faqar u ninfired minn kollox. Immur kontra r-rieda, l-inklinazzjonijiet tiegħi u xewqati, filwaqt li nagħmel lili nnifsi qaddejja ta’ Alla.

Santa Teresa ta’ Calcutta Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38, silta mit-3 punt

God resists the proud and gives his grace to the humble. In other words, he grants nothing to the proud and refuses nothing to the humble. This is what Jesus Christ made abundantly clear in the parable of the Pharisee and the publican, who were both praying in the Temple. The publican went home justified, says our Lord, but not the Pharisee. The reason for this, as he immediately adds, is that whoever exalts himself will be humbled, while whoever humbles himself will be exalted.

TALBA

“Mulej poġġi jdejk fuq spallejja. Pespisli leħnek f’widinti. Nissilli mħabbtek f’qalbi.

Matul ħajti Mulej għinni nwettaq il-pjan tiegħek għalija.

Ammen

Missierna ...

Page 55: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 55

It-Tlieta, 27 ta’ Settembru San Vinċenz de Paul – saċerdot (1581-1660)

Il-Beatu Br. Scubillion Rousseau – missjunarju u frère ta’ S. Ġw. Battista De La Salle

Il-Beatu Innocenz ta’ Berzo – presbiteru Il-Beati Ġużepp Calasanz u Enriku Saiz u sħabhom - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 3: 1-3,11-17,20-23 Għaliex jingħata d-dawl lill-imsejken? 2. Salm 87: 2-8 Ħa tasal it-talba tiegħi għandek, Mulej. 3. Luqa 9: 51-56 B’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm IL-BEATU BR. SCUBILLION ROUSSEAU (1797-1867) – missjunarju, frère ta’ S. Ġw. Battista De La Salle Twieled fi żmien ir-Revoluzzjoni Franċiża, fit-22 ta’ Marzu 1797, f’Tharoisseau

Bourgogne, minn familja fqira. Ta’ 14-il sena kien jgħin fit-tagħlim tal-Katekiżmu fil-parroċċa, u minn hemm

ġietu s-sejħa li jingħaqad mal-Frères. F’Settembru tal-1827, għamel l-irtir u ħa l-aħħar wegħdiet imqaddsa. Wara ntbagħat f’diversi komunitajiet, Poitiers, Alencon, Chinon. In-nies kienu

jaraw fih bniedem ‘qaddis’. Fl-20 ta’ April 1833, telaq għall-missjoni fil-gżira tal-Oċean Indjan – Reunion. Beda l-appostolat tiegħu fil-belt ta’ St. Leu. Kien hemm ħafna lsira suwed, li

kienu taħt il-ħakma tal-bojod, li bla ebda ħniena kienu jħaddmuhom xogħol iebes u għal ħinijiet twal fl-għelieqi tal-kafè.

Br. Scubilion kien imur fl-għelieqi u wara kienu jmorru bil-mijiet fl-iskola tar-raħal jisimgħuh. Kien jgħallimhom il-katekiżmu fi gruppi, imbagħad jerġa’ jgħaqqadhom grupp wieħed u jgħallimhom bl-istejjer.

Mill-ewwel indunaw li kien iħobbhom u li kien bniedem ta’ Alla. Huma kienu juruh rispett u kienu jħossuhom kburin. Dejjem kellu kelma ta’ faraġ għal kulħadd.

Xħin ra li s-sidien bojod ma tantx kienu qed jieħdu gost li l-ilsira kienu qed jitgħallmu l-katekiżmu, hu tkellem magħhom u pperswadihom li jekk isiru nsara jaħdmu aħjar u mingħajr mibgħeda. “Huma wkoll ulied Alla.”

Wara tħejjija twila wasal il-jum tal-magħmudija. Dakinhar seħħ ‘miraklu’ għaliex is-sidien bojod ħadu b’idejn l-ilsiera.

Kien strumentali biex l-ilsiera jinħelsu u jum il-ħelsien f’Reunion ma sarx bil-ġlied u ċ-ċarċir ta’ demm.

Dam fuq il-missjoni tiegħu f’St. Leu, la Possesiio u f’St Marie għal 30 sena. Fl-aħħar marad fit-tul u kien ikun muġugħ ħafna.

Page 56: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 56

Miet fil-Ġimgħa Mqaddsa tal-1867. Fil-funeral tiegħu, fl-14 ta’ April, in-nies kollha ġrew bil-friegħi tal-palm

f’idejhom ifaħħru lil Alla għall-appostlu ta’ Reunion, Br. Scubilion. Ġie bbeatifikat fit-2 ta’ Mejju 1989 mill-Papa San Ġwanni Pawlu II.

Riflessjoni: “Is-Salib” kien it-tema priċipali fil-ħajja ta’ Brother Scubilion. Mument sinifikattiv fil-ħajja ta’ dan il-qaddis seħħ meta kien għadu ġuvni ta’ dsatax-il sena, u ġie kummisjunat biex iġorr is-salib waqt li mexa quddiem fil-purċissjoni tal-parroċċa tiegħu. Fl-istess waqt talab permess li jwaqqaf stazzjonijiet tal-Via Sagra u żewġ relikwarja fuq għolja, kif ukoll salib kbir ħafna f’għoli ta’ tlett elef pied, iħares lejn l-Oċean Indjan.

Bro. Luke Salm. Fsc ‘Apostle of Freedom and Reconcilliation’ Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 159, silta mit-3 punt

You have to suffer a constant martyrdom that is no less violent for the spirit than Saint Bartholomew’s was for his body. You must, so to speak, tear off your own skin, which Saint Paul calls the old man, in order to be clothed with the Spirit of Jesus Christ, which is, according to the same Apostle, the new man. Let this, then, be your effort throughout your life, so that you may truly become disciples of Jesus Christ and imitators of this holy Apostle in his martyrdom.

TALBA

lill-Beatu Br. Scubilion Mulej, int għamilt minn Br. Scubilion,

edukatur mimli bl-ispirtu ta’ fidi u ta’ ħeġġa biex iwassal l-bxara t-tajba lill-fqar,

inissel it-tama lill-ilsiera u jqanqal lill-midinbin għall-maħfra.

Agħtina nitolbuk, li nimxu fuq l-eżempju tiegħu sabiex bl-għajnuna tal-Verġni Marija

jirnexxielna ngħixu mimlijin bi mħabbtek Ii narawha fid-dawl tal-ewkaristija

u bis-sbuħija tas-salib glorjuż tiegħek. B’Ġesù Kristu ibnek,

Ammen

Missierna ...

Page 57: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 57

L-Erbgħa, 28 ta’ Settembru San Wenċeslaw - Re tal-Boemja u martri

San Lawrenz Ruiz u Sħabu - il-martri tal-Ġappun

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 9: 1-12.14-16 Kif jista‘ l-bniedem jieħu raġun ma’ Alla? 2. Salm 136: 1-6 Jeħilli lsieni mas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarx fik Ġerusalemm. 3. Luqa 9: 57-62 Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk. SAN LAWRENZ RUIZ U SĦABU (1633-1637) – martri San Lawrenz Ruiz u ħmistax oħra xerrdu demmhom għal Kristu f’Nagasaki, il-

Ġappun, bejn l-1633 u l-1637. Ġew ibbeatifikati flimkien mill-Papa San Ġwanni Pawlu II, fl-1981, f’Manila, il-

Filippini. Iċ-ċerimonja tal-beatifikazzjoni tagħhom kienet l-ewwel waħda fl-istorja li qatt saret barra minn Ruma. Ħames snin wara ġew ikkanonizzati.

Lawrenz twieled f’Binondo, illum parti minn Manilia, minn missier Ċiniż u omm Filippina. Sa minn tfulitu tela’ mal-patrijiet Dumnikani.

Meta kiber sar kaligrafista. Iżżewweġ u kellu żewġ subien u tifla. Kien raġel twajjeb, membru tal-Konfraternità Dumnikana tar-Rużarju

Mqaddes. Fl-1636, wara li ġie nvolut f’dak li deher bħala każ kriminali, iddeċieda li

jaħrab mill-pajjiż. Fuq il-bastiment iltaqa’ ma’ xi missjunarji li kienu sejrin il-Ġappun bil-moħbi, u

ngħaqad magħhom. Ftit xhur wara, flimkien mal-istess missjunarji, ġie arrestat, mitfugħ il-ħabs,

ittorturat u maqtul. Meta l-aħbar tal-mewt tiegħu waslet Manilia, in-nies daqqew il-qniepen tal-

knejjes u kantaw it-Te Deum. Il-missjunarji l-oħra kienu:

o Domingo Ibanez de Erqiucia – patri Dumnikan Spanjol o Franġisku Shoyemon – Dumnikan Ġappuniż o Ġakbu Kyushu – Dumnikan Ġappuniż o Mikiel Kurobioye – katekista Ġappuniż o Luqa tal-Ispirtu s-Santu – Dumnikan Spanjol o Mattew Kohibye – Dumnikan Ġappuniż

o Maddalena ta’ Nagasaki - soru Ġappuniża o Giordano Arsaloma - patri Dumnikan Taljan o Tumas Hibji - patri Dumnikan Ġappuniż o Marina ta’ Omura - soru Ġappuniża

Page 58: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 58

o Anton Gonzalez - patri Dumnikan o Guillaume Courtet - patri Dumnikan Franċiż o Miguel de Aozoraza - patri Dumnikan Spanjol o Vincenz Shiwozuka - patri Dumnikan Ġappuniż

o Lawrenz ta’ Kyoto - lajk Ġappuniż, li għall-ewwel ċaħad il-fidi, iżda ma damx ma reġa’ ħaddanha u miet imdendel ma’ salib.

Riflessjoni: Ħafna fl-istorja tal-Kristjaneżmu nkixfu li kienu ta’ Kristu u baqgħu jgħidu li huma ta’ Kristu sal-mewt. Dawn huma l-martri li bid-demm tagħhom u ta’ Kristu Msallab isaqqu l-għeruq tal-Knisja ta’ Kristu. B’għemil li li juri li ma tistax tagħmel kompromessi fil-ħajja, dak l-għemil li joħroġ minn fidi ħajja. Lest inti għall-martirju? Mitt minuta mal-Mulet – Pub. Dumnikana Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 5, silta mit-3 punt

It is not enough for us to avoid contradicting the moral precepts of the Gospel. Saint Paul says that he will show us an even more perfect, more excellent way to which Jesus Christ calls us, which he has illustrated for us by his own example. If anyone wishes to follow me, says our Lord, let him renounce himself—that is, let him renounce his own spirit and his own will—let him carry his cross daily and follow me. Who, indeed, does not contradict this divine saying of Jesus Christ, our Master, if not in word at least in heart?

TALBA

Int issejjaħli, Mulej, biex nimxi t-triq miegħek. Iva! Jien nimxi lejk mimli tama fik.

Mexxini int Mulej, imla lil qalbi bi mħabba, b’tenerezza,

b’sentimenti ta’ ħniena u b’tama. Jiena nixtieq inwassal il-bxara t-tajba

lil dawk li llum ser tlaqqgħani magħhom. Bro. Louis

Missierna ...

Page 59: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 59

Il-Ħamis, 29 ta’ Settembru L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Danjel 7: 9-10.13-14 Eluf ta’ eluf kienu jaqduh.

jew Apokalissi 12: 7-12a Mikiel u l-anġli tiegħu tqabdu mad-dragun. 2. Salm 137: 1-5 Quddiem l-anġli niżżikħajr, Mulej. 3. Ġwanni 1: 47-51 Intom għad taraw l-anġli ta’ Alla. L-ANĠLI MQADDSA – MIKIEL, GABRIJIEL U RAFEL Illum il-Knisja tagħmel il-festa tal-Arkanġli San Mikiel, San Gabrijel u San

Rafiel. Fir-riforma tal-Kalendarju Universali tal-Knisja fl-1970, it-tliet arkanġli, li isimhom jissemma fil-Kotba Mqaddsa, bdew jiġu mfakkrin flimkien.

San Mikiel huwa meqjus bħala l-ewlieni tal-qtajja’ tas-sema. Jissemma fil-ktieb ta’ Danjel (Kapi.10,13; 12,1) bħala l-protettur tal-poplu magħżul ta’ Israel; jissemma wkoll fit-Testment il-Ġdid fl-ittra tal-appostlu San Ġuda (Ġuda 6) u fl-Apokalissi ta’ San Ġwann (Apok. 12:7). Ismu jfisser: ‘min hu bħal Alla?’ Il-qima lejh bdiet fil-Lvant, aktarx fil-Friġja, fejn kien miżmum bħala l-protettur speċjali tal-morda. Dehra tiegħu f’Monte Gargano, fin-naħa tisfel tal-Italja, żdiedet il-qima lejh fil-Punent u bażilka magħrufa f’Via Salerja f’Ruma kienet mibnija għall-ġieħ tiegħu. Il-festa ta’ San Mikiel fid-29 ta’ Settembru kienet il-festa li tfakkar id-dedikazzjoni ta’ din il-bażilka fis-seklu 6. San Mikiel, bħalma fit-Testment il-Qadim kien meqjus il-protettur tal-poplu magħżul ta’ Alla, hu issa meqjus bħala l-protettur tal-Knisja, il-poplu ġdid t’Alla.

Anki San Gabrijel (li ismu jfisser ‘il-qawwa ta’ Alla’) jissemma fil-ktieb ta’ Danjel, kif ukoll fl-Evanġelju ta’ San Luqa. Hu msejjaħ l-Anġlu tal- Annunzjazzjoni għax kien hu li ħabbar lil Marija t-twelid ta’ Ġesù, kif ukoll qabel kien ħabbar lil Żakkarija t-twelid ta’ Ġwanni l-Battista. Il-festa tiegħu ddaħħlet fil-Knisja universali fl-1921.

San Rafel (‘id-duwa ta’ Alla’) jissemma biss fit-Testment il-Qadim fil-ktieb ta’ Tobit fejn hu jidher bħala l-anġlu li wassal lil iben Tobit fil-vjaġġ li kellu għal Raġes u ħelsu minn diversi perikli. Minħabba f’hekk hu msejjaħ bħala protettur fil-vjaġġi. Xi kittieba antiki kienu jżommu li l-anġlu li jissemma fl-Evanġelju ta’ San Ġwann (5,14) li kien jinżel fl-għadira ta’ Bethesda jċaqlaq l-ilma, u min kien jinżel l-ewwel kien ifiq, kien San Rafel Arkanġlu. Il-festa tiegħu daħlet fil-Knisja kollha tal-Punent fl-1925.

Page 60: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 60

Riflessjoni: San Tumas ta’ Aquino jgħallimna li “Alla jqiegħed lil kull bniedem taħt il-ħarsien partikulari tal-anġli” u jkompli jgħid, li r-ruħ tal-bniedem fl-għajnejn ta’ Alla tiswa wisq iktar mid-dinja, għalhekk il-providenza divina ħatret, għal kull ruħ (ta’ bniedem), anġlu li jħarisha u jgħasses fuqha. Fil-ktieb tal-Eżodu, meta Alla jitkellem fuq dan l-anġlu, jwissina: “Qis li tisma’ minn kliemu ... għax hu jkellimkom f’ismi” (Eż. 23: 21). Għalhekk kemm hi ħaġa ta’ stmerrija meta tidneb, taf li hu miegħek il-ħin kollu; San Bernard, dan il-qaddis mgħallem għaref tal-Knisja għalhekk iżid jgħid “inħobbu ’l Alla fl-anġli kustodji tagħna, koeredi magħna fil-glorja, filwaqt li għalissa huma l-mexxejja tagħna mogħtija lilna minn Alla l-Missier biex iħarsuna u jwassluna lejn dik il-glorja”.

Mary Haber, ‘L-Anġli’ Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 169, silta mit-2 punt

Saint Michael, inspired by this attitude of faith, which served as his shield against the evil angels, was victorious over them by these words: Who is like to God? At the same time, he gave glory to God with his followers as they cried out, You are worthy, O Lord, our God, to receive all glory, all honor, and all power, because you have created all things. Now salvation and power and the reign of our God have been established, because the accuser of our brothers, who day and night accused them before our God, has been thrown down from the heights of heaven. At that moment all these holy angels were confirmed in eternal glory, from which they have never fallen and which can never have the least alteration in them. What happiness for this holy archangel: to be the first of these blessed spirits who devote themselves entirely to praise God in heaven and, by his zeal and respect for God, to have contributed the most to start bringing others to heaven!

TALBA San Mikiel Arkanġlu,

iddefendina f’dan il-jum tal-battalja! Kun it-tarka tagħna

kontra l-ħażen u x-xbieki tax-xitan. Aħna, umilment nitolbu, biex Alla jrażżnu u inti,

o prinċep tal-ġemgħa l-kbira tas-smewwiet, bis-saħħa ta’ Alla,

itfa’ lil Satana u lill-ispirti ħżiena kollha, li jħufu madwar id-dinja kollha biex iħassru l-erwieħ,

fin-nirien tal-infern! Ammen.

Laikos

Missierna ...

Page 61: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 61

Il-Ġimgħa, 30 ta’ Settembru San Ġilormu – presbiteru u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Ġob 38: 1,12-21; 40: 3-5 Qatt ikkmandajt is-sebħ, qatt wasalt sa għejun il-

baħar? 2. Salm 138 :1-3,7-10,13,14 Mexxini, Mulej, fit-triq ta’ dejjem. 3. Luqa 10: 13-16 Min iwarrab lili jkun iwarrab lil dak li bagħatni. SAN ĠILORMU TAD-DALMAZJA (341-420) Twieled fi Stridonium fid-Dalmazja, f’dik li kienet il-Jugoslavja, madwar is-

sena 341, mhux bogħod minn Aquileia u Triests (Trier) u fi Franza. Ta’ kważi 20 sena mar Ruma fejn ġie mgħammed mill-Papa Liberju fis-sena

360. Wara żmien jgħix ta’ eremita f’Aquilleia u fis-Sirja, fejn studja l-Ebrajk u kiteb il-ħajja ta’ San Pawl Eremita. Minn hemm mar Antjokja fejn sar saċerdot, u baqa’ sejjer Kostantinopli fejn studja l-iskrittura taħt San Girgor Nażjanżenu.

Fis-sena 382, insibuh Ruma fejn il-Papa Damasu ħatru segretarju tiegħu, u talbu jittraduċi l-Kotba Mqaddsa għal-Latin, kif filfatt għamel, kważi l-iskrittura kollha nsibuha fil-Bibbja tiegħu, il-“Vulgata”.

Barra minn dan, kiteb ħafna iktar, iddefenda l-verità kattolika kontra Helvidius, li ċaħad il-verġinità perpetwa tal-Madonna, u kontra Jovinianus li kien kontra ċ-ċelibat tal-kleru, il-verġinità u l-qima lejn ir-relikwiji tal-qaddisin, barra minn tant omeliji li fihom spjega l-Vanġeli.

Wara l-mewt tal-Papa San Damasu, fis-sena 384, telaq lejn il-Lvant u qatta’ l-aħħar 34 sena ta’ ħajtu (386-420) ġewwa Betlehem, fejn kellu dixxipli lil Santa Pawla, armla Rumana, lil bintha Santa Eustochium Verġni, u nisa qaddisin oħra, li għalihom Pawla waqqfet tliet kunventi, barra minn ieħor għall-irġiel, li tagħhom kien superjur, San Ġilormu.

Miet fit-30 ta’ Settembru, 420: 10 snin qabel Santu Wistin ġewwa Betlehem, ta’ madwar 80 sena. Il-fdal tiegħu ttieħed Ruma u jinsab meqjum fil-bażilika ta’ Santa Marija Maggiore.

Hu wieħed mill-erba’ dutturi l-kbar tal-knisja tal-Punent (l-oħrajn huma Santu Wistin, Sant’Ambroġġ u San Girgor il-Kbir) l-ikbar wieħed dwar l-iskrittura, u l-patrun tal-għalliema u l-istudjużi tal-Bibbja.

Riflessjonijiet ta’ San Ġilormu: Ix-xemx maż-żerniq ta’ filgħodu għandha ssibek bil-ktieb tal-Iskrittura

Mqaddsa f’ħoġrok u filgħaxija n-ngħas jieħdok waqt li inti żżomm miftuħ quddiemek dan il-ktieb għażiż u l-paġna qaddisa tilqagħlek wiċċek waqt li tongħos bin-ngħas fuqha.

Page 62: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 62

Min ma jafx l-iskrittura, ma jafx lil Kristu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 170, silta mill-1 punt

This is what Saint Jerome did, for he was consulted by people from all over the world concerning difficulties in Holy Scripture, which he studied so well and resolved so well that he left no doubt in those who had appealed to him regarding their questions. In this way Saint Jerome enlightened the Church with the understanding he had received from God. To possess this gift even more fully, he withdrew from the world, so that secular concerns would not prevent him from deepening his grasp of the sacred truths that God wished to make known to his people. If you wish to be filled with the mind of God and entirely fit for your work, make the sacred books of Holy Scripture your special study, particularly the New Testament, so that it serves as a rule of conduct for both you and those whom you instruct.

TALBA

tal-Għalliema Mulej, Inti l-qawwa u s-sabar tiegħi.

Inti d-dawl u l-parir tiegħi. Inti tqiegħed f’idejja l-qlub tat-tfal

li fdajtli biex nieħu ħsiebhom. La titlaqnix waħdi għal ħin wieħed biss. Agħtini, għat-tmexxija tal-imġiba tiegħi

u għal dik tal-istudenti tiegħi, l-ispirtu tal-għerf u tad-dehen,

l-ispirtu tal-għaqal u tal-qawwa, l-ispirtu tax-xjenza u tal-pietà, l-ispirtu tal-biża’ qaddisa t’Alla,

u ħeġġa ħerqana, biex ixandar is-sebħ tiegħek.

Jien ngħaqqad ħidmiti ma’ dik ta’ Ġesù Kristu,

u nitlob lill-Verġni Marija Santissima, lil San Ġużepp, lill-Anġli Kustodji,

u lil San Ġwann Battista De La Salle, biex iħarsuni fil-qadi ta’ dmirijieti kollha.

Ammen.

Missierna ...

Page 63: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 63

JGĦIX ĠESU’

F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 64: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 64

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesù Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil:

Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

Page 65: SETTEMBRU 2016 - signumfideimalta · 2016. 8. 30. · Fl-isem tal-Missier li ... Il-kult tiegħu kien ġa magħruf fis-seklu 9, speċjalment fil-monasteru ta’ Saint Gilles (Eġidju),

SIGNUM FIDEI 65

IL-ĦNIENA TA’ ĠESU MAL-MIDNEB (Luqa 15: 8-10) "Jew min hi dik il-mara li jkollha għaxar drakmiet u titlef waħda minnhom, li mhijiex sejra tixgħel il-musbieħ u tiknes id-dar, u tibqa' tfittex bil-għaqal sa ma ssibha! U meta ssibha, issejjaħ għandha lil ħbiebha u l-ġirien, u tgħidilhom, 'Ifirħu miegħi, għax sibt id-drakma li kienet intilfitli.' Ngħidilkom jien li l-istess ferħ ikun hemm fost l-anġli ta' Alla għal midneb wieħed li jindem."

Hsieb Ġesù b’din il-parrabol jrid jgħidilna li tant hu kull bniedem importanti għal Alla, li meta wieħed minnhom jindem, Alla stess jkun mitluf bil-ferħ, u bħall-armla jagħmel festa kbira mal-anġli tas-sema.. O Alla ħanin fittixni u erfani meta jien nkun fil-piż tad-dnub, biex il-ferħ tiegħi jkun jixbaħ il-ferħ divin tiegħek.

Talba tal-Papa Franġisku għall-Ġublew tal-Ħniena (2015-2016) Mulej Ġesù Kristu, int li għallimtna nħennu bħalma ħanin hu Missierna tas-Sema, u għidtilna li min jara lilek jara lilu: urina wiċċek u nkunu salvi. Ħarstek mimlija mħabba ħelset lil Żakkew u ’l Mattew mill-jasar tal-flus; lill-adultera u l-Maddalena milli jqiegħdu l-ferħ tagħhom biss fi ħlejqa; bikkiet lil Pietru wara t-tradiment, u wiegħdet il-Ġenna lill-ħalliel niedem. Agħmel li kull wieħed u waħda minna jisma’ tingħad lilu dik il-kelma li int lissint lis-Samaritana: Kieku kont taf id-don ta’ Alla! Int il-wiċċ li jidher tal-Missier li ma jidhirx, ta’ Alla li juri s-setgħa tiegħu fuq kollox bil-maħfra u l-ħniena: agħmel li l-Knisja tkun fid-dinja l-wiċċ tiegħek li jidher, int li int il-Mulej tagħha, rebbieħ fuq il-mewt u glorjuż. Int ridt li l-ministri tiegħek ikunu huma wkoll imlibbsa bid-dgħufija biex jistgħu jħossu għal dawk li qegħdin fl-injoranza u l-iżball; agħmel li kull min jersaq lejn wieħed minnhom iħossu milqugħ, maħbub u maħfur minn Alla. Ibgħat l-Ispirtu tiegħek u kkonsagrana lkoll bid-dilka tiegħu biex dan il-Ġublew tal-Ħniena jkun sena ta’ grazzja tal-Mulej u l-Knisja tiegħu b’ħeġġa mġedda tista’ twassal lill-foqra l-bxara t-tajba, tħabbar il-ħelsien lill-imjassrin u l-maħqurin, u d-dawl mill-ġdid lill-għomja. Dan nitolbuhulek bl-interċessjoni ta’ Marija, Omm il-Ħniena, int li tgħix u ssaltan flimkien mal-Missier u mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.