jannar - signumfideimalta · 2. salm 66 : 2,3,5,6,8 iħenn għalina alla u jberikna. 3. galatin 4:...

66
JANNAR Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Upload: others

Post on 16-Oct-2020

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

JANNAR

Ħajja ta’ Xhieda u ta’ Fidi

Page 2: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 1.

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Mill-2017, il-Papa ser jipprepara intenzjoni waħda għal kull xahar ta’ din is-sena minflok tnejn bħas-snin preċedenti. Madankollu il-Papa qed jippjana li f’kull xahar iżid talba oħra skont il-grajjiet kurrenti. Dawn l-intenzjonijiet jiġu ippublikati kif joħorġu mill-Vatikan L-intenzjoni ghax-xahar ta’ Jannar: Għaqda bejn l-Insara Biex l-Insara kollha jibqgħu fidili lejn it-tagħlim ta’ Kristu billi jħabirku fit-talb u l-karità bejn l-aħwa, isaħħu l-komunjoni ekklesjastika u jaħdmu id f’id biex jilqgħu l-isfidi li qegħda taffronta l-umanità. Dati importanti għax-xahar ta’ JANNAR: 1 ta’ Jannar: Is-solennità ta’ Marija Omm Alla 3 ta’ Jannar: L-Isem Imqaddes ta’ Ġesù 8 ta’ Jannar: L-Epifanija tal-Mulej 9 ta’ Jannar: Il-Magħmudija tal-Mulej 18 ta’ Jannar: Tibda’ ġimgħa ta’ talb għall-għaqda tal-Knejjes 25 ta’ Jannar: Il-konverżjoni ta’ San Pawl 26 ta’ Jannar: It-trasferiment tar-relikwi ta’ San Ġwann Battista De La Salle

minn Lembecq-le Hal, fil-Belġju għal Ruma Nota importanti:

Din il-ħarġa ta’ Jannar issa hija aċċessibli minn fuq il-website http://signumfideimalta.wordpress.com.

- JANNAR 2017 -

EJJEW NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA QADDISA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

San Ġwann Battista De La Salle

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

Page 3: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

2. SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 1 ta’ Jannar Solennità ta’ Marija Omm Alla

L-Ewwel Ġurnata tas-Sena 2017 – Jum il-Paċi

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Numri 6: 22-27 Isejħu ismi fuq ulied Iżrael, u jiena nberikkom. 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija u lil Ġużeppi, bit-tarbija mimduda

f’maxtura. IS-SOLENNITÀ TA’ MARIJA OMM ALLA

Il-Knisja tiċċelebra diversi festi f’ġieħ il-Verġni Marija matul is-sena, imma din tal-lum għandha tifsira partikulari għax tfakkar id-dinjità kbira tagħha ta’ omm Alla u r-rwol uniku tagħha fil-misteru tal-inkarnazzjoni.

Meta ngħidu li Marija hija omm Alla ma nkunux qed nifhmu li hi tat lil Kristu n-natura tiegħu divina li hu kellu sa mill-eternità, imma ngħidu u nifhmu li n-natura umana ta’ Kristu kienet iffurmata mill-umanità ta’ Marija. Josserva S. Wistin: “Permezz ta’ Marija, l-iben ta’ Alla ħa fil-milja taż-żmien dak li ma kellux (jiġifieri n-natura ta’ bniedem), mingħajr ma tilef dak li minn dejjem kellu (jiġifieri n-natura ta’ Alla).” Issa dawn iż-żewġ naturi tiegħu – dik divina u dik umana – ingħaqdu fil-persuna waħda ta’ Kristu li hu l-iben ta’ Alla.

Il-Konċilju ta’ Efesu fit-22 ta’ Ġunju tas-sena 431 wettaq it-titolu tradizzjonali ta’ Marija “Theotokos” (kelma Griega li litteralment tfisser: “Dik li ġarret fi ħdanha lil Alla” – fi kliem ieħor “Omm Alla”) għax dan jesprimi tajjeb ħafna d-dinjità unika ta’ Marija u l-fidi vera fil-misteru ta’ Kristu: persuna waħda divina li hi veru Alla u veru bniedem.

Il-festa tal-maternità divina ta’ Marija kien waqqafha Piju XI fl-1931 permezz tal-enċiklika Lux Veritatis fl-okkażjoni tal-15-il ċentinarju tal-Konċilju ta’ Efesu li xandar id-domma tal-maternità divina ta’ Marija. Fl-1969, din il-festa ġiet ittrasferita mill-11 ta’ Ottubru għall-ottava tal-Milied, u dan biex tfakkarna li l-misteru kbir tal-inkarnazzjoni tal-iben ta’ Alla seħħ permezz ta’ Marija. Il-kobor ta’ Marija bħala omm Alla huwa tant kbir, li kif jgħid S. Wistin, lanqas hija stess ma tista’ tifhmu.

Bħal-lum ukoll titfakkar iċ-ċirkonċiżjoni ta’ Kristu, meta rċieva l-isem “Ġesù”. Fl-1967, il-Papa Pawlu VI, illum beatu, waqqaf l-ewwel jum tas-sena bħala Jum Dinji tal-Paċi. Kull sena l-bnedmin kollha ta’ rieda tajba, jiġu mistiedna biex jitolbu għall-paċi. Kull sena wkoll, il-papa jxandar messaġġ għall-okkażjoni b’tema partikulari.

Page 4: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 3.

Riflessjoni: Marija hija qaddisa għaliex l-unika waħda “mimlija bil-grazzja”, Omm Alla u Immakulata. Hija biss fost il-bnedmin li tista’ tissejjaħ “Panhagia” jiġifieri kollha kemm hi qaddisa. Fiha hemm mhux biss il-qdusija morali cioè l-ħelsien mid-dnub u l-milja tal-virtujiet, iżda wkoll dik li jsejħula “qdusija ontoloġika”. Alla sa mill-eternità għażel il-persuna tal-Imqaddsa Verġni Marija u ddestinaha sabiex tkun kollha kemm hi tiegħu, il-kapulavur ta’ jdejh fl-ordni tan-natura u tal-grazzja u oġġett singulari tal-glorja tiegħu.

Mons. Nikol Ġ. Cauchi (†2010), Marija fil-Misteru ta’ Kristu u tal-Knisja

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 151, silta mit-2 punt

What must oblige us most especially to have a great devotion to the Most Blessed Virgin is the fact that she is so highly honored by the Eternal Father. He has given her a position above all pure creatures because she bore in her womb the One who is equal to him and who is one in nature with him. She is exalted above all creatures because of the abundance of grace bestowed on her, which surpasses that given to anyone else, and because of the purity of her life, which no one has equaled. This led Saint Anselm to declare that it was only right that Mary be clothed in great glory and lifted high above all creation, because, after God, no one is superior to her. Is it not to be incomparably raised above all creatures to have become the temple of the living God when she conceived the Son of God? For this reason, we apply to her the words of Psalm 132: God has chosen her to make his dwelling in her, and these other words from Psalm 65: Your temple is holy. Abbot Rupert goes even farther; he says that once the Holy Spirit had visited the Most Blessed Virgin to make her conceive the Son of God, she became totally beautiful with a divine beauty. This made Saint Bernard say that we ought to honor the Most Blessed Virgin with the most tender of devotions because God placed the fullness of all good in her when he enclosed the divine Word in her womb.

TALBA lil Ġesù

O verġni qaddisa, Omm Alla, liema faraġ kbir Alla wera fik!

Għaliex bi grazzja kbira huwa ħares lejn l-umiltà u x-xejn tiegħek, u hekk fakkarna li minn issa ’l quddiem

ma jistmerrx iżda jħares bil-grazzja lilna, bnedmin fqar, fuq l-eżempju tiegħek.

Ammen. Martin Luteru

Missierna ...

Page 5: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

4. SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 2 ta’ Jannar San Bażilju l-Kbir u San Girgor Nazjanzenu - isqfijiet u dutturi tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġwanni 2: 22-28 Intom jgħammar fikom dak li smajtu sa mill-bidu. 2. Salm 97: 1-4 L-art kollha rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna. 3. Ġwanni 1: 19-28 Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien

qabli. SAN BAŻILJU U SAN GIRGOR NAZJANZENU - isqfijiet u dutturi tal-Knisja

San Bażilju l-Kbir (†370):

Bażilju twieled f’Ċesarea tal-Kappadoċja (fl-Asja Minuri). Il-ġenituri tiegħu

huma magħdudin b’qaddisin u nannuh kien miet martri.

Bażilju ħa l-aħjar edukazzjoni f’Kostantinopli u f’Atene, fejn iltaqa’ u sar

ħabib kbir ta’ San Girgor ta’ Nazjanzenu, li aktar tard bħalu sar isqof u duttur

tal-Knisja. Huwa żar il-monasteri tal-Lvant Qarib u waqqaf l-ewwel

monasteru fl-Asja Minuri fuq ix-xmara Iris, fil-Pontus.

Fit-370 Bażilju kien ikkonsagrat isqof ta’ Ċesarea, u magħdud bħala wieħed mill-aqwa isqfijiet li kellha l-Knisja. Ħares id-djoċesi kbira tiegħu kontra t-tagħlim żbaljat tal-Arjani li kienu jiċħdu d-divintà ta’ Kristu, u anki ddefenda l-fidi kattolika quddiem l-Imperatur Kostanzju. Bażilju baqa’ magħruf speċjalment għall-kliem li ngħidu għal Kristu “natura waħda mal-Missier” li ġew imdaħħlin fil-Kredu ta’ Niċea (li jingħad fil-quddiesa).

San Bażilju ħalla ħafna kitbiet importanti, fosthom omeliji, kitbiet dottrinali u għadd kbir ta’ ittri. Kellu mħabba kbira lejn il-fqar li għalihom waqqaf ukoll sptar. Kien jgħaddi ħajja ta’ raħeb u kiteb regola għal dawk li ngħaqdu miegħu.

Dak li hu San Benedittu Abbati għall-Punent, San Bażilju hu għal-Lvant u hu meqjus bħala l-missier tal-monakiżmu tal-Lvant. Fil-Knisja tal-Punent hu wieħed mill-erba’ dutturi ewlenin Griegi.

San Girgor ta’ Nazjanze (†389):

San Girgor twieled f’Arianzus tal-Kappadoċja. Anki l-ġenituri tiegħu (Girgor l-Anzjan u Nonna) huma magħduda b’qaddisin.

Bħal ħabibu San Bażilju, Girgor tgħallem fl-aħjar skejjel ta’ żmienu, inkluża dik ta’ Lixandra. Tħarreġ għal għaxar snin fil-liġi. Għamel żmien jgħix ħajja monastika f’naħa mwarrba fuq il-Baħar l-Iswed ma’ Bażilju, sakemm missieru, li kien isqof ta’ Nazjanze, sejjaħlu minn hemm u kkonsagrah qassis.

Page 6: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 5.

Ħdax-il sena wara Bażilju ħatar lil Girgor bħala isqof ta’ raħal żgħir, l-aktar biex ikun jista’ jgħin lil missieru fid-djoċesi ta’ Nazjanze. Imma Girgor qatt ma ried jieħu f’idejh it-tmexxija ta’ dik il-belt.

Bażilju kien mejjet meta Girgor ġie msejjaħ Kostantinopli għall-ħabta tas-sena 379 biex bil-predikazzjoni tiegħu jgħin iġib lura t-twemmin veru li kien mhedded mill-ereżija tal-Arjani. Fit-38l Girgor ġie magħżul isqof ta’ Kostantinopli, iżda qabel it-tmiem tas-sena huwa rtira u mill-ġdid mar jgħix ħajja monastika fejn miet tmien snin wara.

San Girgor ta’ Nazjanze kien bniedem ġentili, umli, iħobb il-paċi u effettiv ħafna fil-kitba tiegħu indirizzata l-aktar kontra t-tagħlim żbaljat tal-Arjani. Ħalla ħafna kitbiet, fosthom omeliji, poeżiji u ħafna korrispondenza. Hu wieħed mill-erba’ dutturi ewlenin Griegi fil-Knisja tal-Punent u hu miżmum bħala wieħed mill-akbar teoloġi, tant li hu msejjaħ “id-Divin” (Theologos).

Nhar is-27 ta’ Novembru 2004, il-Papa Ġwanni Pawlu II, bħala ġest favur l-ekumeniżmu, ta lill-patrijarka ta’ Kostantinopoli r-relikwji ta’ dan il-qaddis (flimkien ma’ dawk ta’ San Ġwann Kriżostmu) li kienu nġiebu Ruma minn grupp ta’ sorijiet (‘monache’) Biżantini li kienu qed jaħarbu mill-persekuzzjoni tal-Ikonoklasti.

Riflessjoni: Jista’ jkun li l-bniedem modern, minħabba l-progress iħoss li jista’ jgħaddi mingħajr Alla u għalhekk ipoġġi t-tama kollha tiegħu fih innifsu. Iżda mbagħad meta jesperjenza li l-ħwejjeġ materjali ma jagħtuhx sodisfazzjon jista’ jitlef it-tama. Iżda n-nisrani veru huwa bniedem ta’ tama. Huwa jemmen li meta din il-ħajja tintemm, jekk imut fil-grazzja ta’ Alla, ser imur igawdi lil Alla. Għalhekk fil-ħwejjeġ negattivi jdur lejn Alla u jitolbu l-għajnuna filwaqt li jirrassenja ruħu mal-pjan ta’ Alla. Anġlu Xuereb, Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien (Lumen Christi Pub.) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 136, it-2 punt

The spirit of religion, which this saint (St Basil) had acquired in solitude, enabled him as bishop to inspire such good behavior and piety in those who were in his presence in church that when the emperor came there, he was highly edified by the reserve and the silence of the clergy and all Catholics, who seemed to be angels singing God’s praises on earth, and by the good order in the ceremonies and in the chanting of the Psalms. He went away marveling, and he sent rich presents to the church. This is how it ought to be with you

TALBA Grazzi Ġesù talli smajtni.

Jiena naf li int taf kollox fuqi, imma hija ta’ għajnuna kbira għalija

meta jien ngħidlek b’kollox. Ġesù, kellimni issa f’qalbi!

Jien nixtieq nisimgħek. Ħa tkun mħejjija qalbi għalik, sabiex tifraħ fil-kelma tiegħek.

Page 7: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

6. SIGNUM FIDEI

Agħmel li tagħarfek. Ammen. Fr. Slavko Barbarić

Missierna ...

It-Tlieta, 3 ta’ Jannar L-Isem Imqaddes ta’ Ġesù

San Fulġenz - isqof Santa Ġenoveffa - verġni

Il-Beatu Ċirijaku Elija Chavara - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġwanni 2: 29 – ; 3: 6 Kull min jgħammar fi Kristu ma jidnibx. 2. Salm 97: 1,3ċd,4-6 L-art kollha rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna. 3. Ġwanni 1: 29-34 Araw il-Ħaruf ta’ Alla.

L-Isem Imqaddes ta’ Ġesù Sa mill-bidunett tal-Knisja l-insara kienu jsejħu b’devozzjoni l-Isem Imqaddes ta’ Ġesù, iżda l-qima liturġika lejn dan l-isem bdiet fis-seklu XIV. Il-qaddis Franġiskan Bernardin ta’ Siena u d-dixxipli tiegħu xerrdu kemm felħu mal-Italja u l-Ewropa kollha d-devozzjoni lejn dan l-isem għażiż. Festa liturġika lejn dan l-isem daħlet fil-Knisja fis-seklu XVI. Il-Franġiskani, permezz ta’ reskritt tal-Papa Klement VII, jagħmlu festa liturġika tal-Isem Imqaddes, b’uffiċċju proprju, fit-tielet jum ta’ Jannar.

SANTA ĠENOVEFFA (c. 442-511) - verġni Ġenoveffa hi l-patruna ta’ Pariġi. Il-ħajja u l-karattru ta’ Santa Ġenoveffa

jfakkruna f’ħafna mill-kwalitajiet li dehru elf sena wara fil-qaddisa l-oħra Franċiża Ġovanna d’Arco.

Twieldet f’Nanterre, qrib Pariġi (ċ. 422). L-istorja tradizzjonali ta’ ħajjitha tgħid, li ta’ seba’ snin, hija kkonsagrat lilha nnifisha lil Alla wara laqgħa li hi kellha mal-Isqof San Ġerman ta’ Auxerre li nzerta kien għaddej minn hemm u sema’ bil-fama tagħha.

Ta’ ħmistax-il sena, meta kienu ġa mietu l-ġenituri tagħha, Ġenoveffa marret toqgħod Pariġi u rċeviet il-“velu tal-verġni” mill-isqof tal-belt. Il-viżjonijiet u l-profeziji tagħha qanqlu lin-nies ta’ Pariġi kontriha u anki sar attentat fuq ħajjitha. Imma bis-sapport tal-Isqof San Ġerman, kif ukoll għax il-profeziji tagħha seħħew, l-attitudni ta’ dawk li kienu kontriha nbidlet.

Hi għenet biex tittaffa l-ħruxija tal-okkupazzjoni ta’ Pariġi mir-Re Kilderik u n-nies tiegħu (il-Franki) u rnexxielha ddaħħal ħafna qamħ lill-popolazzjoni bil-ġuħ. Insistiet ma’ Kilderik u aktar tard ma’ Klovis biex jinħelsu l-priġunieri, u t-talba tagħha kienet mismugħa. Meta, fl-451, kien hemm il-periklu li Attila II jinvadi Pariġi, hija ħeġġet lin-nies biex ma jitilqux mill-belt iżda li jagħmlu penitenza u jafdaw f’Alla. Fil-fatt ġara kif kienet ħabbret minn qabel, għax Attila u n-nies tiegħu biddlu triqthom u ma daħlux f’Pariġi.

Page 8: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 7.

Ġenoveffa ħabirket biex tinbena knisja f’ġieħ San Dijoniġi (Denis), u anke kkonvinċiet lir-Re Klovis li jibni l-knisja ta’ San Pietru u San Pawl, li aktar tard hi kellha tindifen fiha. Wara mewtha, li seħħet f’Pariġi fl-ewwel snin tas-seklu sitta, jingħad li saru ħafna mirakli fuq qabarha, tant li l-knisja aktar tard issemmiet għaliha. Hi ħelset lil Pariġi minn diversi katastrofi, u l-epidemija li kinset Pariġi fl-1129 jingħad li waqfet bl-interċessjoni tagħha.

Ir-revoluzzjonarji fl-1793 u l-irvellijiet ta’ Pariġi fl-1871 qerdu u xerrdu r-relikwi ta’ Santa Ġenoveffa. Il-knisja tagħha bidluha f’Pantheon għad-dfin tan-nies kbar Franċiżi.

Hi invokata kontra d-deni u l-mard tal-għajnejn.

Riflessjoni: Sinjur Alla, inti ħlaqt kollox għalik innifsek; kollox jitkellem fuqek, fuq l-omnipotenza tiegħek, fuq is-sapjenza tiegħek, fuq it-tjubija tiegħek. Il-kliem fuqek huwa kliem li jipperswadi lil kull esseru maħluq imżejjen bir-raġuni. Inti ħlaqt kollox għalik innifsek biex tieħu unur u glorja għall-isem tiegħek; int ħlaqt kollox għalik innifsek; immela inti f’kollox trieġi u tiggverna lilek innifsek, u l-unur tiegħek ma ċċedih lil ħadd, għax inti Alla waħdek, u ma jistax ikun hemm min jixbħek. San Ġorġ Preca

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 93, it-3 punt

The Eternal Father having informed the Most Blessed Virgin by the angel who announced to her the mystery of the Incarnation of his Son, whom she is to call Jesus, on this day she and Saint Joseph gave him this name, which means Savior. It was quite proper that when Jesus Christ began to suffer and to shed his blood for our sins, this name be given to him at the same time, so that from this moment he has the name so admirably suited to him according to the ministry assigned to him. At the same time, he offers himself exteriorly and publicly to God, his Father, to fulfill this ministry, so that he might not seem to have this adorable name in vain. Is it only in vain that you have the name of Christian and minister of Jesus Christ in the work you do? Do you live in a manner that befits these glorious names? Do you instruct those for whom you are responsible with the attention and the zeal God asks of you in so holy a work? By your good conduct, be worthy of this distinguished role. Act in such a way that your life may begin today to be holy and edifying and continue to be such in the future.

TALBA Mulej

poġġi f’qalbi x-xewqa u r-rieda biex ninvolvi ruħi

fil-pjan li għandek għalija, jiswieli x’jiswieli …

Br. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 9: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

8. SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 4 ta’ Jannar Santa Zdislava ta’ Lemberk - omm

Il-Beata Anġela minn Foligno - reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Ġwanni 3: 7-10 Kull min hu mwieled minn Alla ma jagħmilx dnub. 2. Salm 97: 1,7-9 L-art kollha rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna. 3. Ġwanni 1: 35-42 Sibna ’l-Messija. SANTA ELIŻABETTA ANNA SETON (1774-1821) Din il-qaddisa twieldet fi New York City u kienet bint Richard Bayley, li kien

professur tal-anatomija f’dik li llum tissejjaħ Columbia University. Ħuha minn omm oħra kien l-Arċisqof James Roosevelt Bayley ta’ Baltimore. Kienet edukata u mtellgħa fir-reliġjon protestanta minn missierha li kien Episcopalian.

Ta’ 20 sena (1794) żżewġet lin-negozjant William Magee Seton u involviet ruħha f’ħidma soċjali billi għenet, fl-1797, fit-twaqqif tas-soċjetà għall-għajnuna tan-nisa romol fqar bi tfal żgħar.

Ta’ 29 sena (1803) sabet ruħha armla b’ħamest itfal meta żewġha miet f’Pisa, l-Italja, fejn kien mar biex jieħu saħħtu.

L-għajnuna u l-eżempji sbieħ tal-familja kattolika Filicchi li laqgħetha għandha meta kienet fl-Italja impressjonawha ħafna u nisslu fiha interess fir-Reliġjon Kattolika.

Wara sitt xhur fl-Italja, Eliżabetta Seton marret lura fl-Istati Uniti u, fl-1805, il-fidi tagħha fl-Ewkaristija mexxietha flimkien mal-ħames uliedha biex saret Kattolika. Minħabba f’hekk niesha u ħbiebha ħaduha kontriha u abbandunawha.

Dr. Dubourg, superjur tas-Sulpizjani f’Baltimore, stedinha tibda’ skola għall-bniet f’din il-belt. Għemejjel ta’ ħniena kienu dejjem parti minn ħajjitha u għalhekk malajr fetħet skola għat-tfal foqra f’Baltimore bl-għajnuna ta’ erbat iħbieb tagħha.

L-iskola mxiet ’il quddiem u aktar tard is-superjur tas-Sulpizjani, bl-approvazzjoni tal-Arċisqof Carroll, ta lil Eliżabetta u ’l sħabha regola ta’ ħajja. Kellhom ukoll il-permess li jagħmlu l-professjoni reliġjuża u jilbsu l-abitu reliġjuż.

Fl-1809, Eliżabetta ħadet il-komunità żagħżugħa tagħha f’Emmitsburg, fil-Maryland, fejn hi addottat ir-regola tal-Ulied tal-Karità ta’ San Vinċenz de Paul. Din il-komunità reliġjuża ġdida bdiet tissejjaħ s-Sorijiet (tal-Karità) ta’ San Ġużepp.

Page 10: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 9.

Fid-19 ta’ Lulju tal-1813 Madre Seton u sbatax sħabha għamlu l-voti u taw bidu għas-sistema ta’ skejjel parrokkjali fl-Istati Uniti, bla ma ttraskuraw il-qadi tal-foqra u speċjalment tas-suwed. Hi kienet tħarreġ ’l-għalliema u hi stess ħejjiet text-books għall-użu fl-iskejjel.

Waqqfet ukoll orfanatrofji f’Filadelfja u fi New York. Is-sorijiet tagħha malajr xterdu mal-Istati Uniti u meta hi mietet, fl-4 ta’ Jannar 1821, ta’ 47 sena, kellhom diġà 20 dar.

Is-sorijiet tagħha llum huma l-aktar numerużi fl-Istati Uniti u l-kontribut tagħhom fl-edukazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ huwa tassew kbir.

Santa Eliżabetta Anna Seton kienet iddikjarata qaddisa mill-Beatu Papa Pawlu VI fl-1975.

Riflessjoni: Ġesù Kristu deher fid-dinja biex ikun id-dawl veru tagħha u wkoll biex ikun il-kawża tal-veru paċi tagħha. Niżel mis-sema mhux biex jagħmel ir-rieda tiegħu, iżda r-rieda tal-missier li bagħtu. Iddisprezza dak kollu li jgħożżu l-bnedmin: għana, pjaċiri, stimi u unuri, u tħaddan mas-salib biex ikun vittma għall-glorja t’Alla u għas-saħħa tal-bnedmin. Kemm għandek raġun tħobbu! San Ġorġ Preca Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 97, silta mit-2 punt

If we wish to give ourselves to God, it is not sufficient to abandon all that we possess and all exterior things; we must also strive to attain inner perfection and to renounce our passions and our own inclinations. By withdrawing from the world, we gain this advantage. For it is impossible to overcome ourselves unless we know ourselves, and it is very difficult to know ourselves while living in the midst of the world. Do we profit by the advantage we have of living in seclusion in order to study how we can completely avoid following our natural inclinations?

TALBA

Sinjur Alla, kollok providenza u kollok sapjenza,

inti trieġi u tiggverna kollox. Iva kollox,

kollox għall-volontà tiegħek, għaliex kollox inti ħlaqt għalik innfsek.

Qatt fik O Mulej ma tista’ tinsab fini ħażina fid-dispożizzjonijiet tiegħek.

Ammen. San Ġorġ Preca

Missierna ...

Page 11: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

10. SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 5 ta’ Jannar San Ġwann Nepoċenu Neuman - isqof

Il-Beatu Diegu José ta’ Cadiz - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Ġwanni 3 : 11-21 Għaddejna mill-mewt għall-ħajja, għax inħobbu ’l ħutna. 2. Salm 99 : 2-5 Għajtu bil-ferħ lill-Mulej. 3. Ġwanni 1: 43-51 Int l-Iben t’Alla, inti s-sultan ta’ Israel. SAN ĠWANN NEPOMEĊENU NEUMAN (1811-1860) - isqof San Ġwann twieled fi Prachitz fil-Boemja, fl-1811. Wara li temm l-istudji

tiegħu fl-Università ta’ Praga, telaq lejn l-Amerika. Wasal New York fl-1836, u ġie ordnat saċerdot mill-Isqof James Dubois fil-

25 ta’ Ġunju ta’ dik is-sena. Wara erba’ snin ta’ ħidma pastorali bħala qassis djoċesan, daħal mal-

Patrijiet Redentoristi (ta’ San Alfons) u kien viċi-provinċjal. Imma fl-1852, il-Papa Piju IX, ħatru isqof ta’ Philadelphia, fejn ħadem bla

mistrieħ, billi waqqaf skejjel li għalihom sejjaħ bosta brothers u sorijiet, bena knejjes u ta bidu għall-bini tal-katidral. Waqqaf ukoll bosta parroċċi ġodda, kiteb żewġ kotba tal-katekiżmu, u xerred ferm id-devozzjoni lejn l-Ewkaristija.

Waqa’ mejjet fit-triq, ġewwa Philadelphia, fil-5 ta’ Jannar, 1860, fl-età ta’ 48 sena.

Il-Beatu Papa Pawlu VI mar jikkanonizzah fid-19 ta’ Ġunju, 1977. Il-fdal tiegħu jinsab meqjum fil-kripta tal-knisja ta’ San Pietru, (Avenue

Girard) ġewwa Philadelphia. Riflessjoni, Salm 24: 1-6: Tal-Mulej hi l-art u kull ma fiha, id-dinja u kull ma jgħix fiha. Għax hu fuq l-ibħra waqqafha u fuq ix-xmajjar fis-sod qegħedha. Min jista' jitla' fuq l-għolja tal-Mulej, min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu? Min għandu jdejh indaf u qalbu safja, min ma jagħtix ruħu għall-frugħa u anqas ma jaħlef bil-qerq. Dan ikollu barka mingħand il-Mulej u l-ħlas li ħaqqu minn Alla, is-salvatur tiegħu. Dan hu n-nisel ta' dawk li jfittxuh; li jfittxu ’l wiċċek, Alla ta' Ġakobb.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 112, silta mit-2 punt God’s goodness shines out in this mystery no less than the Most Blessed Virgin’s humility. The Son of God, says Saint Paul, possesses divine nature and takes nothing from God by regarding himself as God’s equal; nevertheless, he empties

Page 12: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 11.

himself on this day and takes on the nature of a slave, making himself like us except for sin. This was, as the angel says to the Most Blessed Virgin, so that he might deliver his people from their sins, as he committed himself by clothing himself with human nature.

TALBA fuq il-vers “Għaliex hu jaħfer dnubietek kollha” (Salm 102.3)

Mulej għadirni, bit-traskuraġni tiegħi.

Jien norbot fuqek u min-naħa tiegħi ma nagħmel l-ebda sforz ...

Minkejja dan in-nuqqas ta’ mħabba sinċiera vera, u minħabba l-iskużi kollha li jien nivvinta, int, għadek hemm, kollok tjieba u ħniena.

Mulej, agħtini li nagħraf, niskot u nifhem

x’inhi l-aktar ħaġa importanti, imma fuq kollox li ningħata

għas-servizz tal-oħrajn u ta’ ismek.

Ammen. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Jannar San Karlu ta’ Sezze - reliġjuż

San André Bessette

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Ġwanni 5 : 5-13 L-Ispirtu, l-ilma u d-demm. 2. Salm 147 : 12-15,19,20 Sebbaħ, Ġerusalemm, il-Mulej. 3. Mark 1 : 7-11 Inti ibni l-għażiż ; fik sibt l-għaxqa tiegħi. jew

Page 13: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

12. SIGNUM FIDEI

Jew Luqa 3 :23-38 Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, bin Adam, bin Alla. SAN KARLU TA’ SEZZE (1616-79) - reliġjuż Kien jismu Ġwann Karlu u twieled f’Sezze (l-Italja) minn familja fqira

kunjomha Marchioni (jew Melchior). Kien jagħmilha ta’ ragħaj. Ma setax isir saċerdot kif kien jixtieq minħabba li, billi ma tantx kellu moħħ tajjeb, ftit li xejn seta’ jitgħallem skola.

Ta’ 16-il sena għamel il-wegħda tas-safa u ddeċieda li jħaddan il-ħajja reliġjuża. Daħal bħala ajk mal-Franġiskani Osservanti f’Naziano. Xtaq kieku li jintbagħat fil-missjoni, imma ma bagħtuhx minħabba saħħtu dgħajfa, iżda kien mibgħut f’diversi kunventi f’Ruma.

Karlu kien jagħmel ix-xogħol kollu li kienu jassenjawlu: difatti għamilha ta’ kok, ta’ purtinar, ta’ ġennien u sar magħruf għall-qdusija, is-sempliċità u l-karità tiegħu. Kien jgħix ħajja mortifikata għall-aħħar, u ħadem b’mod erojku fost il-morda waqt il-pesta tal-1656.

Minkejja li kien ta’ ftit skola, huwa kiteb diversi xogħlijiet ta’ mistikà. Kienu jfittxuh għall-pariri nies ta’ kull grad fil-Knisja, inklużi papiet. Karlu kellu devozzjoni speċjali lejn l-Ewkaristija, kif ukoll lejn Santa Anna.

Jingħad li jum minnhom, meta kien fil-knisja ta’ San Ġużepp “a capo le case” qalbu ġiet minfuda b’raġġ ta’ dawl li ħareġ mill-Ostja Mqaddsa, u baqgħet ukoll marka f’ġismu. Taħt l-ubbidjenza, huwa kiteb ukoll l-awtobijografija tiegħu.

San Karlu ta’ Sezze miet fil-kunvent ta’ San Francesco a Ripa f’Ruma fis-6 ta’ Jannar 1679 meta kellu ftit iktar minn 53 sena.

Iddikjarah qaddis il-Papa San Ġwanni XXIII fl-1959.

Riflessjoni: Kull darba li l-ħajja interjuri tagħna tinqabad fl-interessi u l-bżonnijiet tagħha nnifisha, ma jibqax post għal ħaddieħor, ma jkunx hemm post għall-fqir. Il-vuċi t’Alla ma tibqax tinstema’, il-ferħ li ġġib biss mħabbtu ma jibqax jinħass u x-xewqa li nagħmlu l-ġid tgħib. Dan hu periklu kbir għal dawk li jemmnu. Ħafna huma dawk li jaqgħu vittma u jispiċċaw iħossuhom bil-fastidju, irrabjati u bla kont. Dan mhux mod kif inti tgħix ħajja dinjituża u sodisfaċenti; mhix ir-rieda ta’ Alla għalina, lanqas mhija l-ħajja fl-Ispirtu li għandha s-sorsi tagħha fil-qalb ta’ Kristu Rxoxt.

Il-Papa Franġisku, silta mill-eżortazzjoni, Evangelii Gaudium

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mit-3 punt

Saint Zechariah, the father of Saint John the Baptist, says, in the canticle he sang at the birth of his son, that the reason why Saint John is to walk before Jesus Christ and to prepare the way for him is to bring to his people the knowledge of salvation. But this knowledge is not enough; it is necessary for God, through Jesus Christ, our Lord, to show us the path we must follow and to inspire us to walk in the footsteps of his Son... Beg God, therefore, to lead you on the way to heaven by the path he has traced out for you. Ask him to help you embrace the perfection of your state, because

Page 14: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 13.

he is the one who brought you into it and who consequently desired, and still desires, that you find in it the way and the means to be sanctified.

TALBA Nitolbuk Ġesù

li lkoll ngħammru fik bl-ispirtu ta’ telqa u ta’ tfulija spiritwali,

kemm matul ħajjitna u anke wara mewtna. Inwiegħdu għaldaqstant

li rridu nżommu ruħna safja minn kull att ta’ kburija u ta’ suppervja;

inħejju post f’ruħna, bħall-presepju fejn jitwieled Ġesù

u jibqa’ għal dejjem fina, bil-grazzja tiegħu.

Ammen. Dun Ġużepp Cauchi

Missierna ...

Is-Sibt, 7 ta’ Jannar San Rajmond ta’ Penyafort – presbiteru

San Luċjanu ta’ Antjokja - martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Ġwanni 5: 14-21 Jekk nitolbu xi ħaġa skont ir-rieda tiegħu, Alla

jismagħna. 2. Salm 149:1-6a, 9b Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu. 3. Ġwanni 3: 22-30 Il-ħabib tal-għarus jifraħ ħafna meta jisma’ leħen l-

għarus.

SAN RAJMOND TA’ PEÑAFORT (1175-1275) - saċerdot San Rajmond kien wieħed mill-aqwa teoloġi u kanonisti ta’ żmienu; jissejjaħ

ta’ Peñafort mill-Kastell ta’ Peñafort fil-Katalonja, fi Spanja, fejn twieled. Il-familja tiegħu kienet waħda nobbli ħafna u mħallta mas-slaten ta’ Aragona.

Wara li għallem il-liġi kanonika għal ħmistax-il sena fl-Università ta’ Barċellona u arċidjaknu ta’ dik il-belt hu kiseb dottorat minn Bolonja. Ingħaqad mad-Dumnikani fl-1222 meta kellu 47 sena.

Kien bniedem verament appostoliku, bniedem ta’ għerf u ta’ ħajja tajba, kollu ħeġġa għall-formazzjoni tas-saċerdoti u t-tħejjija tagħhom għall-ministeru u kien għalihom li kiteb kollezzjoni ta’ każijiet ta’ kuxjenza biex jgħin lill-konfessuri.

Meta kien Ruma, il-Papa Girgor IX għażlu konfessur tiegħu u kien l-ewwel wieħed li b’ordni tal-istess Papa ġabar (fl-1234) f’ħames kotba d-digrieti

Page 15: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

14. SIGNUM FIDEI

kollha tal-Papiet u hekk ta lill-Knisja l-famużi Decretales Gregorii IX, li hi l-aktar kollezzjoni awtorevoli tal-liġi tal-Knisja sal-Kodiċi tal-1917.

Fl-1235 il-Papa ħatru isqof ta’ Tarragona imma hu ma xtaqx jaċċetta, tant li anki marad. Minħabba f’hekk il-Papa ħelsu minn din ir-responsabbiltà ftit wara.

Ta’ 63 sena (1238) Rajmondu ġie maħtur it-tielet majjistru ġenerali tad-Dumnikani u inkoraġġixxa lil San Tumas biex jikteb l-opra famuża tiegħu Summa contra Gentiles. Huwa rriżenja minn ġeneral tad-Duminkani wara sentejn.

Kellu ħafna għal qalbu l-appostolat fost il-Lhud, għen il-missjonijiet li l-patrijiet Merċedarji u oħrajn kellhom fl-Afrika ta’ Fuq għall-fidi tal-ilsiera nsara, u wera ħeġġa kbira fid-djalogu mal-Misilmin; minħabba f’hekk kien iħajjar lill-missjunarji biex qabel ma jmorru fost il-Misilmin jitgħallmu l-Għarbi u l-Koran.

San Rajmondu ta’ Peñafort għex sakemm kellu mitt sena; miet f’Barċellona fis-6 ta’ Jannar 1275. Iddikjarah qaddis Klement VIII fid-29 ta’ April 1601. Hu l-qaddis protettur tal-kanonisti (dawk li jistudjaw il-liġijiet tal-Knisja).

Riflessjoni: L-atteġġament ta’ Ġesù huwa kompletament differenti, u joħroġ mill-għaqda tiegħu mal-missier u mill-kompassjoni tiegħu għall-bnedmin, dik il-ħniena tiegħu għalina lkoll: Ġesù jħoss il-problemi tagħna, iħoss in-nuqqasijiet tagħna, iħoss il-bżonnijiet tagħna. Quddiem dawk il-ħames ħobżiet, Ġesù jaħseb: hekk hi l-providenza! Minn dan il-ftit, Alla jista’ joħroġ dak li huwa meħtieġ għal kulħadd. Ġesù jafda kompletament fil-missier tas-sema, jaf li għalih kollox huwa possibbli. Il-Papa Franġisku, silta mid-diskors waqt l-Anġelus tat-2 ta’ Ġunju, 2013 Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 6, silta mit-2 punt When you are obliged to leave your place of seclusion to be active in the world, you too must behave in such a manner that no one will know who you are and that the very ones you teach will not even know your name. In your classroom be concerned only about how to fulfill your ministry in all that God requires of you for your disciples and to do all you can to procure for them the Christian spirit by acting this way. Following the example of the Holy Family, you will not make people talk about you; you will be mere passersby, solely concerned with doing God’s work and causing Jesus to live in the souls of those who do not recognize him.

TALBA Mulej, hekk kif noffrilek

dak kollu li hu ordinarju u ta’ kuljum f’ħajti, nitolbok tagħtini l-qawwa tal-ispirtu tiegħek

biex inkun nista’ nbiddel kull ġurnata billi ngħix b’attitudni pożittiva,

u nfittex is-sabiħ ta’ kulħadd u ta’ kull sitwazzjoni. Ammen.

Page 16: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 15.

Bro.Nicholas Hutchinson

Missierna ... Il-Ħadd, 8 ta’ Jannar L-Epifanija tal-Mulej

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 60, 1-6 Is-sebħ tal-Mulej jiddi fuqek. 2. Salm 71: 1-2.7-8.10-13 Il-ġnus kollha tal-art jagħtuk qima, Mulej. 3. Efesin 3: 2-3a.5-6 Issa ġie rrivelat li l-pagani huma msejħa biex

ikollhom sehem mill-istess wegħda. 4. Mattew 2: 1-12 Ġejna mil-Lvant nagħtu qima lis-Sultan. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Id-dwejjaq daż-żmien huma moda, narawhom fuq wiċċ iż-żgħażagħ li jħossu li l-ambjent ta’ madwarhom iġibilhom biss xkiel, fuq wiċċ ta’ ħafna adulti li jħossuhom dejjem jonqoshom xi ħaġa, u f’wiċċ ħafna anzjani li jippruvaw jaħarbu mir-realtà ta’ ħajjithom.

L-esperti jgħidu li kollu tort tal-ġid li ngħixu fih illum. Jista’ jkun imma kieku missirijietna kienu jafu kif se nkun ngħixu llum ma kinux jaħdmu bla heda biex joħorġu lilhom infushom ’l uliedhom u ’l ulied uliedhom minn dak il-faqar endemiku li għexu fih huma. F’dawn is-snin ta’ ġid mhux ħloqna ħafna bżonnijiet li mhumiex neċessarji imma ħsibna li iżjed ma nissodisfaw bżonnijiet iżjed inkunu kuntenti b’riżultati simili bħall-ikliet ta’ dawn il-jiem; nitħawdu x’inhi l-morali u l-ispiritwalità, ħafna dwejjaq u sensazzjoni ġewwinija ta’ dardir.

Fil-fatt qegħdin nindunaw li x-xabgħa ma teqridx il-ġuħ l-aktar qawwi dak tal-infinità, ta’ Alla li għalih ġejna maħluqin. Ħsibna li jekk ikollna dak kollu li neħtieġu ma jkollna bżonn ta’ ħadd iżjed; minflok sibna ruħna waħedna u mdejqin. Hawnhekk dak li għandna bżonn hi stilla bħal dik tal-MaġI tal-Vanġelu tal-lum għax ma nistgħux ngħixu mingħajr stilla. L-istilla tal-Epifanija hi s-simbolu ta’ dak il-bżonn qawwi ta’ dawk l-affarijiet sbieħ u kbar li jagħmlu l-ħajja denja li ngħixuha, hi s-simbolu ta’ tfittxija li mingħajrha l-eżistenza titlef il-valur tagħha u ssir bla sens; hija s-simbolu tas-sejħa li Alla jixgħel f’kull bniedem u jressqu lejn destinazzjonijiet għolja u sinifikattivi.

Il-ħajja mimlija impenji u stress, fil-bniedem għandhom l-istess effett li t-tniġġis tal-arja għandu fuq l-ambjent. Ma nistgħux naraw is-sema. Għalhekk ħafna minna, peress li ma jistgħux jaraw aktar l-istilel hemm fuq qegħdin ifittxuhom hawn isfel u bdew isejħu “stilla” lin-nisa sbieħ, lill-isportivi, lill-kantanti, eċċ... B’xorti tajba għadhom iħarsu lejn l-istilel fis-sema u jkellmuhom, it-tfal u l-poeti, u dawk li jorqdu barra.

Biex nagħmlu bħalhom jeħtieġ niċċaqalqu u dan ifisser li nħallu warajna affarijiet li jżommuna komdi, nirriskjaw, naċċettaw li nimxu f’toroq ibsin u nħallu warjana tant affarijiet li jtaqqluna mat-triq, bħalhom jeħtieġ nagħżlu

Page 17: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

16. SIGNUM FIDEI

dak li; bħad-deheb, l-inċens u l-mirra tat-Tliet Rejiet; hu tassew prezzjuż u għandna nipproteġuh.

Jekk nagħmlu dan mhux biss il-ħajja ssir sabiħa u timtela entużjażmu imma t-tfittxija tagħti l-frott; il-laqgħa ma’ dak li l-bnedmin tad-dinja kollha ilhom ifittxu sa minn dak il-lejl – it-tarbija ta’ Betlem li Hu l-istilla vera tal-eżistenza tagħna l-unika waħda li tibqa’ wieqfa fejn hi fis-sema ta’ ħajjitna.

Minn La Realta é Cristo, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 96: silta mill-1 punt

We cannot sufficiently admire the faith of the holy Magi, for nothing was found in Israel, as Saint Bernard says, to match the faith shown by these admirable Gentiles. They behold a new, extraordinary star. At this sight they leave for a distant land to seek one whom they do not know, who is not known even in his own land. Enlightened by this star and even more so by the light of faith, they go to announce a new Sun of Justice in the place where he was born. They surprise everyone with the proclamation of this news. They are not surprised by it because they are enlightened by the true Light and because it is by faith alone, according to Saint Paul, that we make our way toward Jesus Christ. The star did not appear to them in vain, for this sight caused them to receive the grace of God, and it made this day a day of salvation for them because they showed themselves most faithful to the divine inspiration. Are we attentive to the inspirations we receive from God? Are we as quick to follow them as these holy Magi were in letting themselves be led by the star that guided them? Frequently the salvation and the happiness of a soul depend on this prompt fidelity to grace.

TALBA

Mulej Ġesù, agħmel li d-dawl tiegħek idawlilna t-triq

bħalma darba wera t-triq lill-maġi. Agħmel li lilna wkoll iwassalna fil-preżenza tiegħek

biex inkunu nistgħu nadurawk. O iben Marija,

verb tal-Missier, re tan-nazzjonijiet kollha,

salvatur tal-bnedmin, lilek glorja għal dejjem.

Ammen. Frank Colquhoun

Missierna ...

Page 18: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 17.

It-Tnejn, 9 ta’ Jannar Il-Magħmudija tal-Mulej San Andrija Corsini - isqof

San Adrijanu ta’ Canterbury San Ġiljan u Santa Bażilissa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 42: 1-4,6,7 Araw il-qaddej tiegħi li fih qalbi strieħet. 2. Salm 28 :1a-4, 9b-10 Il-Mulej ibierek il-poplu tiegħu fis-sliem. 3. Mattew 3: 13-17 Ġesù wara li tgħammed, ra l-Ispirtu ta’ Alla nieżel u

jieqaf fuqu. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Probabbilment l-ewwel kliem li jlissen f’ħajtu kull bniedem ma jkunux l-aktar kliem importanti imma huma l-aktar mistennija u l-aktar li jibqgħu mfakkra. Jekk imbagħad dak il-bniedem ikun jismu Ġesù, kliemu jieħu importanza eċċezzjonali kif nistgħu nifhmu “għax hekk jixraq li nimxu biex inkunu għamilna u temmejna s-sewwa kollu” (Mt. 3:15). Fil-fatt hu l-programm ta’ ħajtu kkonċentrat fi ftit kliem li jifhem il-ġustizzja divina – ir-rieda t’Alla li jsalva l-umanità: l-ewwel kelmiet ta’ Ġesù huma stedina biex nilqgħu r-rieda t’Alla, noqogħdu għaliha b’umiltà u b’hekk noħolqu l-ambjent biex tidher is-saltna t’Alla fid-dinja.

Dawn il-kelmiet jiġbru fihom ukoll l-għajta ta’ min qiegħed ibati; ix-xewqa għall-ħelsien mill-inġustizzja; u l-ħolma ta’ dinja mingħajr ħakkiema u maħkuma. Hekk bl-ewwel kliem ta’ Ġesù, l-iżjed xewqa intima u qawwija, ir-rieda l-aktar fidila u b’saħħitha ta’ Alla taqbel mal-eqdem xewqa tad-dinja li titwettaq il-ġustizzja għal kulħadd. Din ix-xewqa tal-bniedem baqgħet dejjem xewqa għax id-dinja hi dik li hi imma f’Ġesù tiltaqa’ mal-volontà qawwija t’Alla u ssir realtà possibbli għal kulħadd.

Jikkonfermalna dan l-ewwel qari, Isaija jħabbar li Alla għamel għażla favur l-umanità, sejjaħ lill-maħbub tiegħu u bagħtu fid-dinja biex jiftaħ għajnejn l-għomja u jeħles lill-ħabsin. Bagħtu “iġib il-ġustizzja fis-sewwa, ma jgħajjiex, ma jitfarrakx, sakemm ma jwaqqafx il-ġustizzja fuq l-art” (Is. 42:4) u dan jagħmlu billi “qasba mġelġla ma jiksirhiex, musbieħ inemnem ma jitfiehx” (Is. 42:3). Ħaġa impossibbli għal min bħalna jaħseb li biex isseħħ ġustizzja jeħtieġ tintesa l-ħniena.

B’differenza għal Isaija, Ġesù jmur lil hinn mill-kliem u bil-ġest tiegħu jirnexxielu jħawwad anke lil Ġwanni; li joqgħod jistenna flimkien mal-imjassrin, u l-midinbin u jsir għalihom dak li jwassal ix-xewqa tagħhom għall-ġustizzja u l-maħfra għal għand Alla. Jibqa’ jistenna biex jurina kif wieħed

Page 19: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

18. SIGNUM FIDEI

ma jistax jimpenja ruħu favur il-ġustizzja jekk qabel ma jkunx laqagħha bħala don minn idejn Alla nnifsu.

Bil-magħmudija tiegħu Ġesù, minn naħa jerħi l-libertà tiegħu għall-volontà t’Alla, li issa jidher bħala l-aqwa għajnuna tal-bnedmin, u min-naħa l-oħra jinżel fl-umanità tagħna sakemm iħoss dak li mhuwiex tiegħu biex jerġa’ jqarribna lejn Alla u jaqsam magħna t-tbatija tagħna.

Fil-magħmudija ta’ Ġesù, isseħħ l-immersjoni tat-Trinità fl-istorja tal-umanità: f’Ġesù, Alla juri l-preżenza tiegħu permezz tal-ispirtu tiegħu fostna, is-smewwiet jinfetħu u l-leħen mill-għoli jipprokklama li l-irġiel u n-nisa kollha tad-dinja mingħajr distinzjoni, huma kollha wlied maħbubin u Alla jsib l-għaxqa tiegħu billi jgħix magħhom: u tfiġġ it-tama għall-umanità. Bil-magħmudija ta’ Ġesù, Bin il-Bniedem, isseħħ l-immersjoni tal-umanità fil-grazzja t’Alla: nerġgħu ningħataw id-dinjità li tlifna; u nitwieldu għall-ħajja ta’ dejjem, l-impossibbli jsir realtà; il-ġrajja msejkna tagħna ssir mixja ta’ ħelsien. Minn La Realta é Cristo, Don Davide Rota

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 3, silta mill-1 punt

The Jews sent priests and Levites from Jerusalem to ask Saint John who he was: the Christ, Elijah, or a Prophet. Saint John told them he was none of these, but he declared, I am the voice of one crying in the desert: make straight the way of the Lord. Saint John wished to leave to Jesus Christ all the honor of converting souls, the task at which he labored so constantly. He said, therefore, that he was only a voice crying out in the desert. He thus showed that the substance of the doctrine he taught was not his own and that it was indeed the word of God which he preached; as for himself, he was only the voice which proclaimed it. In the same way that a voice is a sound that strikes the ear and makes it possible for a word to be heard, so it was that Saint John prepared the Jews to receive Jesus Christ.

TALBA O Alla,

l-aktar għoli u glorjuż, dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi.

U sawwab fija fidi vera,

tama ċerta u mħabba perfetta.

Agħtini, Mulej, li nħoss u nagħraf lilek biex nagħmel ir-rieda vera u mqaddsa tiegħek.

San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Page 20: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 19.

It-Tlieta, 10 ta’ Jannar San Girgor Nissenu - isqof

San Guliermu - isqof ta’ Bourges

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 2, 5-12 Kien jixraq li Alla jagħmel li l-awtur tas-salvazzjoni jkun

perfett bis-saħħa tas-sofferenzi. 2. Salm 8: 2a u 5.6-9 Qgħedt lil ibnek fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk! 3. Mark 1: 21-28 Ġesù beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa. SANTA LEONIE AVIAT (Franġiska de Sales Aviat ) (1844-1914) Twieldet fis-16 ta’ Settembru 1844, fil-belt ta’ Sezann (Franza). Missierha

kien Theodore Aviat u ommha kien jisimha Emilie. Huma kellhom ħanut tal-merċa.

Ta’ 11-il sena, daħlet boarder, mas-Sorijiet tal-Viżitandini mwaqqfin minn Santa Ġiovanna de Chantal. Kellha żewġ gwidi spiritwali. Hija damet għal 5 snin fl-iskola ta’ dawn is-sorijiet.

Kellha sens kbir tal-evoluzzjoni soċjali li kienet għaddejja minnha Franza – imma fl-istess ħin ħarġet mill-iskola konvinta li Alla qed isejħilha għall-ħajja reliġjuża. Missierha talabha biex tħalli d-deċiżjoni għal meta jkollha 20 sena.

Page 21: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

20. SIGNUM FIDEI

Darba minnhom, ommha bagħtitha qadja f’fabbrika tan-nuċċalijiet Sezanne Hemmhekk rat ħafna xebbiet jaħdmu, u din id-dehra aktar ikkonvinċietha biex tgħin u tiggwida lil dawn ix-xebbiet.

Xi snin wara, fl-1858, is-Saċerdot Brisson, induna li ħafna xebbiet kienu qed jiġu minn bliet oħra biex jaħdmu fil-fabbrika u qed jiġu sfruttati u abbandunati. Huwa waqqaf l-opra ta’ San Franġisk de Sales, li tieħu ħsieb dawn ix-xebbiet.

Leonie kienet addattata għal dan ix-xogħol. Fl-1866 marret tagħmel irtir u fis-16 ta’ April ħadet f’idejha r-responsabbilità tal-opra. Biddlet isimha u saret Sour Franġiska de Sales Aviat – b’rispett lejn San Franġisk de Sales.

Fetħet hostels, fejn ix-xebbiet kienu jirċievu t-taħriġ, edukazzjoni u formazzjoni soċjali. Kienet tinsisti ħafna magħhom fuq – id-dinjità tagħhom bħala nisa – u fuq id-dinjità tax-xogħol. Kienet tinkuraġġihom ifaddlu l-flus, u jimxu fuq l-eżempju ta’ Marija u Ġużeppi. Din kienet tema wisq għal qalb Dun Brisson.

Din l-organizzazzjoni ta’ Dun Brisson u Leonie, ħadet l-isem ta’ Obbati tal-Opra ta’ San Franġisk de Sales. L-opra żviluppat ruħha f’pajjiżi oħra madwar id-dinja.

Darba waqt laqgħa ma’ Dun Brisson, hu għarrafha li l-isqof kellu suspetti fuq is-siwi ta’ din l-opra li jieħdu ħsieb in-nisa, għalhekk għal xi żmien it-tnejn li huma kellhom jieqfu mix-xogħol li kienu qed iwettqu. Iżda fl-1893, l-isqof reġa’ poġġiha superjura tal-opra.

Fl-1903, il-Gvern Franċiż keċċa lir-reliġjużi kollha, kemm irġiel u kemm nisa minn Franza, u ħadilhom il-propjetà kollha tagħhom. Lis-sorijiet, l-isqof tahom ordni li jneħħu l-abitu tagħhom u jilbsu pajżana biex ikunu jistgħu jkomplu l-opra.

Leonie, ġiet sfurzata biex titlaq minn Franza u marret f’Perugia, l-Italja. F’Perugia, Leonie tant għamlet isem, li t-Taljani bdew isejħulha l-qaddisa.

Suor Franġiska De Sales Aviat, mietet fl-10 ta’ Jannar 1914. Hi ġiet ikkanonizzatha fil-25 ta’ Novembru, 2001.

Riflessjoni: O sultan tal-glorja u Mulej tas-slaten kollha! Kemm huwa minnu li ssaltna tiegħek mhix imdawra b'ħafna ftietaq ta' xejn, ladarba tibqa' għal dejjem! Kemm huwa minnu li miegħek ma neħtieġu lil ħadd biex jaqbeż għalina! Huwa biżżejjed li wieħed iħares lejk biex jara biċ-ċar kif inti biss jistħoqqlok tissejjaħ Mulej minħabba l-maestà tiegħek. Int ma teħtieġx bnedmin madwarek, ma teħtieġx għassiesa, biex in-nies jagħarfuk bħala sultan. Hawn fuq l-art ħadd ma jagħraf bħala sultan lil dak li jidher waħdu. Irid kemm irid li jżommuh bħala sultan, ħadd ma jemmnu li huwa hekk, għax ma jkollu xejn x'juri li mhux bħall-bnedmin l-oħra. Jeħtieġ li jkun hemm xi raġuni biex iqisuh bħala sultan; għalhekk irid ikollu lil dawk ta' madwaru u ħwejjeġ oħra li jidhru. Mingħajr dawn, ħadd ma jqimu, għax id-dehra tas-setgħa tiegħu ma tiġix minnu nnifsu; l-awtorità trid tiġih mill-oħrajn.

Santa Tereża ta' Ġesù

Page 22: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 21.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 196, silta mit-2 punt

Jesus Christ, speaking to his Apostles, told them that he gave an example to them, so that they may do as he had done. He also wanted his disciples to accompany him at all the conversions he brought about, so that seeing how he acted, they could be guided and formed by his conduct in all they would have to do to win souls to God. This is also what you must do, because Jesus Christ has chosen you among so many others to be his cooperators in the salvation of souls. In reading the Gospel, you must study the manner and the means that he used to lead his disciples to practice the truths of the Gospel.

TALBA Verb Etern,

kelma ta’ Alla tiegħi, irrid ngħaddi ħajti nisimgħek: irrid noqgħod dejjem attenta

biex nitgħallem kollox mingħandek. Santa Eliżabetta tat-Trinità

Missierna ...

L-Erbgħa, 11 ta’ Jannar

San Pawlinu ta’ Aquilea – isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 2: 14-18 Ġesù kellu jkun jixbaħ lil ħutu f’kollox, biex ikun ħanin. 2. Salm 104: 1-4.6-9 Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 3. Mark 1: 29-39 Fejjaq ħafna morda minn kull xorta ta’ mard. Mill-Ħajja tal-Istitut Lasalljan Għall-Brothers u l-membri tal-familja Lasalljana nfakkru: Nhar il-11 ta’ Jannar 1733 miet Brother Gabriel Drolin, fir-raħal ta’ Auxonne, ħdejn Dijon. Brother Gabriel kien ma’ San Ġwann Battista de la Salle u Brother Nicholas Vuyart li għamlu l-vot erojku li kienu lesti li jittalbu l-ħobż u l-ilma biex isalvaw l-istitut milli jinqered. Kien ukoll l-ewwel Brother li San Ġwann Battista de la Salle kien bagħat Ruma f’Novembru 1702 biex jiftaħ l-ewwel skola ma’ Brother ieħor li wara sena reġa’ lura Franza. Bro. Gabriel iżda baqa’ waħdu sakemm ma felaħx iżjed, u wara 25 sena rritorna lura Franza fis-sena 1727. Fl-2002, il-Brothers Taljani ċċelebraw l-anniversarju ta’ 200 sena minn meta twaqqfet din l-iskola.

Page 23: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

22. SIGNUM FIDEI

SAN PAWLINU TA’ AQUILEA (c.726-804) - isqof Twieled qrib Cividale fin-naħa ta’ fuq tal-Italja, illum imsejħa Friuli-Venezia

Giulia. Għamel żmien minn żogħżitu jaħdem fir-razzett tal-familja, imma kien ukoll sab mezz jistudja, tant li sar għalliem tal-grammatika magħruf. Minħabba l-għerf tiegħu l-Imperatur Karlu Manju kien iġibu ħafna u stiednu fil-qorti tiegħu lejn is-sena 776.

Hawn hu ltaqa’ mal-famuż Alkwinu ta’ York u t-tnejn saru ħbieb kbar. Fis-787 (kellu allura madwar 51 sena) ġie maħtur arċisqof tad-djoċesi importanti ta’ Aquilea, qrib il-post fejn kien twieled.

Pawlinu kellu jeħodha kontra l-ereżija tal-adozzjonisti li dik il-ħabta kienet qed tixtered sewwa fi Spanja. Minħabba f’hekk huwa sejjaħ sinodu fi Friuli (fis-791 jew 796) biex jikkumbatti l-ereżija dwar li Ġesù kien biss iben adottiv ta’ Alla.

Meta Pepinu rebaħ il-poplu msejjaħ Avar, Pawlinu bagħat missjunarji jipprietkaw il-fidi lil dawn u lil pagani oħra. B’danakollu l-qaddis ħadha bil-qawwa kontra d-drawwa komuni ta’ dak iż-żmien li l-konvertiti jiġu mgħam-mdin qabel ma jkunu ġew mgħallmin sew fil-fidi, jew inkella li l-fidi tiġi imposta fuq dawk li ma ridux jaċċettawha.

Hu kiteb ukoll opra ta’ direzzjoni reliġjuża għad-Duka Enriku ta’ Friuli. Kiteb ħafna; kien jinqala’ bħala poeta, u kien iżomm bis-sħiħ fl-espressjoni Filioque (i.e. li l-Ispirtu s-Santu ġej mill-Missier u mill-Iben).

Għex ħajja twila ta’ madwar 78 sena ddedikata għas-servizz ta’ Alla. Il-mewt ta’ San Pawlinu ta’ Aquilea, isqof, seħħet fil-11 ta’ Jannar 802 jew

804. Riflessjoni: Il-bnedmin fl-istat ta' pellegrinaġġ huma studenti u għalliema. Nagħmlu aktar ċar kif in-natura umana hija f'pellegrinaġġ. Ġisem u ruħ jiffurmaw ħaġa waħda. L-ispirtu jeħtieġ il-ġisem bħala l-għodda tat-tagħrif – sakemm l-għarfien uman ikun ġej mis-sensi, u għalhekk ikun marbut mal-organi tal-ġisem – u bħala għodda għall-ħidma tiegħu stess. Minkejja dan, l-għodda hekk meħtieġa hija ta' tfixkil: għax is-sensi jtellfu l-ispirtu fit-twettiq tal-għanijiet tiegħu; is-sensi għandhom tendenza li jistgħu jiġu ingannati; id-dgħufija u l-mard tal-ġisem iżommu l-ispirtu milli jtemm it-tiri tiegħu; il-ħtiġijiet tal-ġisem iwaqqfu l-ħidmiet tal-ispirtu.

S. Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein),

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 71, silta mit-2 punt

When we are in the presence of Jesus, that is, when some passing inspiration enlightens us, whether it comes on our part or from those who guide us, let us wait until Jesus speaks to us and restores our health and movement, as he did for the paralytic. Let us rely on the firmness of our faith, even though we have no feeling of God and are without any movement toward God. Let us be assured that this view of faith will be very pleasing to God and that after he has helped us and stirred up our confidence, he will say, as he did to the paralytic, Stand up, that is, rise up to God.

Page 24: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 23.

TALBA

O Alla, li tista’ kollox, etern, ġust u ħanin,

agħti lilna msejknin il-grazzja li nwettqu għalik biss dak kollu li nafu li inti trid

u li dejjem nixtiequ dak li jogħġob lilek. B’hekk, imnaddfa f’ruħna, imdawwla f’moħħna

u mħeġġa bin-nar tal-Ispirtu s-Santu nkunu nistgħu nimxu fil-passi ta’ ibnek l-għażiż,

il-Mulej tagħna Ġesù Kristu. U bil-grazzja tiegħek biss

inkunu nistgħu naslu għandek, l-aktar għoli,

li tgħix u ssaltan fi trinità perfetta u f’għadqa sempliċi,

għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

Il-Ħamis, 12 ta’ Jannar Santa Margerita Bourgeoys

San Bernard minn Corleone - reliġjuż San Antonju M. Pucci – saċerdot

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 3: 7-14 Agħmlu l-qalb lil xulxin, sakemm inkunu għadna nistgħu

ngħidu “llum”. 2. Salm 94: 6-11 Isimgħu leħen il-Mulej: la twebbsux qalbkom. 3. Mark 1: 40-45 Il-lebbra marritlu u ġismu ndaf.

Page 25: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

24. SIGNUM FIDEI

SANTA MARGERITA BOURGEOYS - fundatriċi tas-sorijiet ta’ Notredame Imwielda fil-belt ta’ Troyes fi Franza, fl-1620. Hija marret il-Kanada, fejn fl-1658, waqqfet l-ewwel skola tal-belt ta’

Montreal. Waqqfet imbagħad il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet ta’ Notredame, għat-tagħlim fl-iskejjel, megħjuna wkoll mir-re ta’ Franza Lwiġi XIV. Dawn is-sorijiet illum jgħoddu madwar 4,000 soru.

Is-sorijiet tal-kongregazzjoni tagħha daħlu wkoll fl-Istati Uniti u mbagħad ġew approvati mill-Papa Ljun XIII, fl-1889, jiġifieri wara mewtha.

Il-fundatriċi mietet fit-12 ta’ Jannar, 1700, u ġiet ikkanonizzata mill-Papa Ġwanni Pawlu II, fid-9 ta’ Diċembru 1990.

Il-fdal tagħha jinsab Montreal għand is-sorijiet tagħha. Mill-omelija ta’ waqt il-kanonizzazzjoni ta’ S. Margerita – “Partikularment hi tat kontribuzzjoni kbira biex tibni dak il-pajjiż ġdid (Kanada), waqt li għarfet ir-rwol tal-mara, u b’għaqal ħadmet għall-formazzjoni fl-ispirtu Nisrani. Ninnutaw ukoll kif kienet tħares lejn l-istudent bi mħabba u fiduċja ‘biex b’hekk tippreparahom għal meta jsiru nisa miżżewġa, ommijiet siewja, nsara, nies ta’ kultura u ħabrieka.” Il-Papa San Ġwann Pawlu II Riflessjoni: Qatt ħassejtek maħmuġ jew tinten bl-għaraq u jkollok seba’ mitt sena biex titnaddaf? Spiritwalment qatt ħassejtek maħmuġ u jkollok seba’ mitt sena biex tersaq tqerr ħalli tissaffa mill-ġdid? Ġesù jmiss lil-lebbruż li talbu biex inaddfu u jfejqu, u fejqu minnufih. Il-Mulej quddiem il-ġrieħi tagħna ma jaħsibhiex darbtejn biex ifejjaq għax huwa stess jgħidilna li t-tabib ġie għall-marid.

Mitt Minuta mal-Mulej, (Pub. Dumnikana)

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 66, silta mit-3 punt

In the Old Law, when lepers were cured, they were commanded to offer a sacrifice before associating with others, in order to purify themselves exteriorly of the legal impurity contracted by leprosy. This sacrifice is a symbol of the mortification that Jesus Christ recommends as a remedy for the lepers we are speaking about, those who are afflicted by the leprosy of impurity or who are attacked by the impure devil. Jesus Christ even says that we cannot be completely cured of this infirmity or entirely delivered from these temptations except through fasting, that is, mortification. By this sacrifice we offer God our body, to use an expression of Saint Paul, as a living victim, holy and acceptable to God. Mortification procures for us this advantage, to make the body share in the life of the spirit, which made Saint Paul also say: If by the Spirit you mortify the flesh and all its actions, you will live. On the contrary, as the same Apostle adds, if you live according to the flesh and if you give in to the flesh to satisfy its senses, you will die. Impurity, in other words, by making you die to the life of grace, will pervert your spirit and make it in some way wholly material, and your soul will become like that of animals.

Page 26: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 25.

TALBA fuq “Il-Mulej jagħraf it-triq tat-tajbin.” (Salm 1)

Mulej, hawn jien quddiemek fiċ-ċpar u l-inċertezzi,

u bid-dubji tiegħi fit-toroq mgħawġin bil-kantunieri,

ma nistax insib il-veru sens. Mulej! Int tafhom

il-feriti li qed inġarrab fil-mument tad-dulur li għaddej minnhom.

Iva Mulej! Inti taf x’hemm fil-fond ta’ qalbi u

kemm nixtieq nagħmel ir-rieda tiegħek. Mulej, għinni biex ma ninsiex,

dak li jorbotni miegħek għal dejjem. Ammen. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Jannar San Ilarju – isqof u duttur tal-Knisja

Il-Beata Jutta ta’ Thuringia

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 4: 1-5.11 Infittxu mela li nidħlu f’dan il-mistrieħ. 2. Salm 77: 3 u 4bċ.6ċ-7.8 Inxandru l-għemejjel ta’ Alla. 3. Mark 2: 1-12 Bin il-bniedem għandu s-setgħa jaħfer id-dnubiet

fuq l-art. IL-BEATA JUTTA TA’ THURINGIA (†1264) Jutta bdiet il-ħajja tagħha fost poter u lussu liema bħalu, imma mietet ta’

qaddejja sempliċi tal-fqar. Fil-verità, il-virtù u d-devozzjoni kienu l-aktar ħwejjeġ importanti għal Jutta u r-raġel tagħha; it-tnejn li huma kienu ta’ nisel nobbli.

It-tnejn li huma telqu fuq pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa, Ġerusalemm, biex iżuru l-postijiet sagri, imma fit-triq ir-raġel tagħha miet.

L-armla Jutta, wara li ħadet ħsieb għall-bżonnijiet ta’ wliedha, iddeċidiet li tgħix ħajja li togħġob lil Alla. B’hekk ħelset mill-ħwejjeġ, il-ġojjellerija u l-għamara li kienet tiswa ħafna, u daħlet bħala Franġiskana Sekulari, liebsa l-ħwejjeġ ta’ waħda reliġjuża.

Page 27: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

26. SIGNUM FIDEI

Minn dakinhar ’il quddiem iddedikat l-ħajja tagħha għall-oħrajn; tieħu ħsieb il-morda, speċjalment il-lebbrużi, taqdi l-foqra, li kient iżżur ġewwa l-għorfa fqira tagħhom, u tgħin lill-magħtuba u lill-għomja li kien jgħixu magħha f’darha.

Ħafna min-nies tal-belt ta’ Thuringia bdew jiddieħku biha, issa li bdew jaraw kif persuna daqshekk distinta bdiet tgħaddi il-ħin tagħha. Imma Jutta rat wiċċ Alla fil-fqar u ħassitha onorata ti kienet qed tagħti xi servizz.

Fif-sena 1260, ftit qabel ma mietet, Jutta kient qed tgħix fil-lvant tal-Ġermanja ħdejn ħafna li ma kinux insara. Hemmhekk bniet ermitaġġ u bdiet titlob bla waqfien għall-konverżjoni tagħhom.

Għal ħafna snin, hija kient meqjusa bħala l-patruna tal-Prussja. Riflessjoni: Il-kelma ta’ Alla kontinwament turina kif Alla sfida lil dawk kollha li jemmnu fih “biex imorru ’l hemm”. Abraham irċieva s-sejħa biex imur ifittex art ġdida (Ġen. 12: 1-3). Mose sema’ s-sejħa ta’ Alla: “Mur, qed nibagħtek” (Ex. 3:10) u wassal il-poplu lejn l-art imwegħda (Ex. 3:17). Lil Ġeremija, Alla qallu: “Kull fejn min nibagħtek, tmur” (Ġer. 1: 7). F’dawn iż-żminijiet, il-kmand ta’ Ġesù “morru u agħmlu d-dixxipli” jidwi f’xenarji li qed jinbidlu u fi sfidi ġodda fil-missjoni tal-evanġelizzazzjoni tal-Knisja, u kull wieħed minnha huwa msejjaħ biex jieħu sehem f’din il-missjoni ġdida biex “immorru ’l hemm”. Kull nisrani individwalment, u f’kull kommunità jrid jiddixxerni il-mogħdijiet li qed jurina il-Mulej, imma kollha kemm aħna mitlubin li nobdu s-sejħa tiegħu li mmorru ’l hemm minn dik iż-żona tagħna fejn inħossuna komdi, biex nilħqu lil dawk t’hemm barra li huma fil-bżonn li jirċievu d-dawl tal-Vanġelu. Il-Papa Franġisku, silta mill-eżortazzjoni Evangelii Gaudium Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 180, silta mit-3 punt You can perform several miracles in regard to you and your work: in your own regard, by an entire fidelity to grace, not letting any movement of grace go by without corresponding with it; in regard to your work, by touching the hearts of the wayward children entrusted to your care, by making them docile and faithful to the maxims of the holy Gospel and to their practice, and by teaching them to be pious and recollected in church and during prayers and devoted to the performance of their duty in school and at home. Such are the miracles that God gives you the power to perform and that he asks of you.

TALBA Alla Missier tagħna, inti tajtna lill-ibnek

biex tagħmilna wliedek. Għinna nikbru fih

bit-tagħlim tal-Vanġelu. Dan nitolbuh f’isem Ġesù,

Ammen Magnificat

Missierna ...

Page 28: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 27.

Is-Sibt, 14 ta’ Jannar L-Imqaddsa Verġni Marija f’Jum is-Sibt

San Feliċ minn Nola – saċerdot (111 seklu) Il-Beatu Odorik Mattiuzzi minn Pordenone - presbiteru

Il-Beatu Pietru Doners – saċerdot (1805-1887)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 4: 12-16 Ħa nersqu b’qalbna qawwija lejn it-tron tal-grazzja. 2. Salm 18: 8.9.10.15 Il-kliem tiegħek, Mulej, huwa spirtu u ħajja. 3. Mark 2: 13-17 Mhux il-ġusti ġejt insejjaħ, iżda l-midinbin. BEATU PIETRU DONDERS (1805-1887) Twieled f’Tilburg fil-Brabante ta’ Fuq (Olanda), iben nissieġ tas-suf. Kien

ordnat saċerdot ta’ 32 sena. Ħames snin wara (1842) telaq lejn il-Guyana Olandiża jew Surinam, biex jaħdem fost l-ifqar, fosthom il-lebbrużi.

Meta fl-1865 il-vigarjat appostoliku tal-Guyana Olandiża (l-Amerka t’Isfel) kien afdat f’idejn ir-Redentoristi, Dun Pietro Donders talab li jingħaqad magħhom. Fis-27 ta’ Ġunju 1867, għamel il-voti perpetwi u rritorna fost il-l-lebbrużi maħbubin tiegħu, li magħhom kien ħadem qatigħ sa mill-1856. Kien jieħu ħsieb anki l-Indjos u s-suwed u l-ewwel kittieb ta’ ħajtu jsejjaħlu “appostlu ġdid tas-suwed u tal-lebbrużi”.

Ħadem ħafna wkoll favur is-suwed li kienu fil-jasar, kif ukoll fost dawk ‘selvaġġi’, jiġifieri dawk li nġiebu mill-Afrika bħala lsiera imma li rnexxielhom jaħarbu lis-sidien tagħhom u kienu qed jgħixu ħajja mimlija superstizzjonijiet, bla morali u mogħtijin għall-idolatrija, u l-appostolat tiegħu fost dawn ħalla ħafna frott.

Dan għamlu bla ma naturalment abbanduna ’l-bojod. Infatti bejn l-1842 u l-1856, Pietru Donders ħadem ukoll fil-kapitali Paramaribo, u fl-1883-85 f’Coronie fuq ix-xatt, fejn iddedika ħajtu fuq kollox fost il-lebbrużi ta’ Batavia, li kienu emarġinati u iżolati.

Kellu wkoll iġarrab diqa minħabba xi lebbrużi ingrati li minħabba fihom kellu jħalli għal xi żmien, imma kien rikompensat bil-festa kbira li għamlulu oħrajn meta rritorna fis-17 ta’ Novembru 1885.

Ħajtu kienet minsuġa bit-talb u l-penitenza; kien iqum spiss bil-lejl biex jagħmel siegħa talb għarkupptejh quddiem it-tabernaklu. Kien jorqod fuq twavel tal-injam u kien juża d-‘dixxiplina’ mill-inqas darba kuljum.

Wara kważi 45 sena jgħix taħt xemx tropikali tal-Guyana Olandiża, Pietru Donders miet ta’ 81 sena fil-kolonja tal-lebbrużi f’Batavia nhar l-14 ta’ Jannar 1887.

Matul ħajtu kien diġà jgawdi l-fama ta’ qaddis minħabba l-karità kbira tiegħu, u fl-1900, infetħet il-kawża tal-beatifikazzjoni tiegħu li waslet fi tmiemha fl-24 ta’ Mejju 1982 mill-Papa Ġwanni Pawlu II.

Page 29: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

28. SIGNUM FIDEI

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, it-Tieni Ktieb, Kap. 2: Meta wieħed jara d-difetti tiegħu u jumilja ruħu, iberred aktar malajr lil min ikun mixgħul kontra tiegħu. L-umli, Alla jieħu ħsiebu, u jeħilsu, iħobbu u jhennih, jinġibed lejh, jagħtih grazzja qawwija; u wara li jiċċekken, jgħollih u jagħnih bil-glorja. Lill-umli jurih l-għerf tiegħu, jistiednu miegħu bil-ħlewwa u jiġbdu lejh. L-umli għalkemm iċanfruh, iżomm dejjem ruħu fil-paċi, għaliex it-tama tiegħu f’Alla u mhux fin-nies tad-dinja. Jekk ma żżommx ruħek bl-iċken fost kulħadd, qatt ma tgħaddi ’l quddiem fit-tjieba: ifhimha tajjeb! Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 4, siltiet mit-2 punt

... Do penance, and be converted, so that your sins may be forgiven. For such is the specific end of this virtue; it alone can appease the heart of God irritated against sinners. God tells us this in Ezechiel, saying that if the wicked man does penance for all the sins he has committed, keeps all my precepts, and acts according to equity and justice, I will no longer remember all his iniquities, and they will no more be imputed to him. Saint Peter, preaching to the Jewish people to make known to them the truths of the Gospel, told them, Do penance to obtain the remission of your sins. It was also by means of this same virtue that the Ninevites, who had outraged heaven by their disorderly conduct, induced God to revoke the sentence he had pronounced against them to destroy their city. This they could not do except by a conversion of their hearts, following the preaching of Jonas and the invitation of their king. To avert the calamity that threatened them, there was no other recourse for them, says Saint Ambrose, than to fast continually and cover themselves with sackcloth and ashes to appease the anger of God. By the same method, you too will obtain the remission of all the sins you committed in the world and all those you still commit every day in God’s house.

TALBA O Alla,

la tinsinix int meta ninsiek jien. La tħallinix int meta nħallik jien.

La ċċanfarnix meta nidneb. Sejjaħli jekk naħrablek.

Iġbidni lejk jekk ma nkunx irrid naf bik. Erfagħni jekk naqa’.

Erġa’ qegħedni fuq riġlejja u mexxini fit-triq tiegħek.

San Tumas ta’ Aquino Missierna ...

Page 30: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 29.

Il-Ħadd, 15 ta’ Jannar It-Tieni Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 49: 3.5-6 Jiena nagħmel minnek dawl għall-ġnus. 2. Salm 39: 2.4ab.7-10 Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek. 3.1 Korintin 1: 1-3 Grazzja lilkom u sliem minn Alla Missierna u Sidna Ġesù Kristu. 4. Ġwanni 1: 29-34 Hawn hu l-Ħaruf ta’Alla, li jneħħi d-dnubiet tad-dinja Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Il-punt prinċipali tas-silta tal-Evanġelju tal-lum hija propju x-xhieda li ta Ġwanni l-Battista tal-esperjenza tiegħu ma’ Ġesù. Ġwanni għexha u jiddeskriviha bħala mixja pass wara l-ieħor: Għall-ewwel ma kienx jafu, imbagħad, bħala dak li jqaddisna għax jgħammidna bl-Ispirtu s-Santu; u fl-aħħar, bħala l-iben ta’ Alla.

Għal Alla tant huwa għażiż il-bniedem li jrid jagħtih il-ħajja fil-milja kollha tagħha. Il-milja tal-ħajja dehret fil-bniedem Ġesù Kristu; u Hu għaddiha lilna permezz tal-Ispirtu tiegħu.

Ħafna huma dawk li jwarrbuha u jiċħduha. Aħna nagħarfu x’inhi jekk ngħixu bħalu u mbagħad nagħtu xhieda tagħha, bħal ma għamlu Ġwanni l-Battista, Pawlu u l-qaddisin kollha.

Ġwanni huwa l-mera ta’ kull komunità nisranija li qed tfittex li tagħmel esperjenza konkreta ta’ Ġesù f’ħajjitha. Aħna, kemm individwalment u kemm bħala komunià, irridu ngħaddu miċ-ċaħda għall-għarfien, billi nemmnu fih u nilqgħuh bħala l-“Ħaruf”, il-qaddej u l-iben t’Alla.

Biex inkunu nafu u nemmnu f’Ġesù jeħtieġ li nkunu midħla tiegħu u tal-messaġġ tiegħu. Ġesù mhux sempliċiment duttrina jew lista ta’ veritajiet, huwa persuna ħajja. Li tistqarr il-fidi fih ifisser li ssir tafu dejjem iżjed biex tħobbu dejjem iżjed u taqdih dejjem aħjar. Ifisser li tidħol f’relazzjoni ta’ mħabba miegħu u timxi fuq il-passi tiegħu.

Jekk tistqarr li Ġesù huwa l-Ħaruf ta’ Alla u l-qaddej tal-Mulej, trid timpenja ruħek biex twettaq il-missjoni tiegħu ta’ salvazzjoni, u twettaqha kif wettaqha Hu: billi tiddenunzja dak li jġib fix-xejn din il-fidi – vjolenzi, diviżjonijiet, materjaliżmu bla valuri, individwaliżmu.

Jekk tistqarr li Ġesù Kristu hu l-iben ta’ Alla li sar bniedem bħalna, trid tħabrek biex il-ħajja ta’ kull bniedem u tas-soċjetà li ngħixu fiha jkunu jixirqu lil ulied Alla.

Page 31: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

30. SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 208, silta mit-3 punt Oh, what a thrill of joy you will have when you hear the voices of those whom you have led, as if by the hand, into heaven... Saint Paul said to the Apostle and those who were with him: These men are servants of the great God who have proclaimed to us the way of salvation. Then they will represent the good you have done among them. Some will represent to Jesus Christ on the day of judgment the robe of innocence that you helped them keep in all its purity. Others who have committed sin and who with your help have washed away their sins in the blood of the Lamb9 will represent to him the trouble you took to lead them back on the path of salvation. All of them will join their voices to obtain for you a favorable judgment from Jesus Christ, praying him not to delay putting you in possession of the happiness you procured for them by your work and your concern. Oh, what glory there will be for those people who have instructed youth, when their zeal and devotion to procure the salvation of children will be made public before all people! All heavenwill resound with the thanksgiving that these blessed children will render to those who have taught them the road to heaven!

TALBA Mulej!

Meta dak il-ħafna tlablib u paroli jtarrxu ’l widnejja,

meta dawk il-ħafna xeni tal-ħajja jċajpru ’l għajnejja,

qanqal fina dik it-togħma tas-skiet,

dak is-skiet ta’ Marija li “kienet tgħożż f’qalbha” (Lq. 2:52).

Dak is-skiet, fejn il-KELMA tiftaħli widnejja

għal dawk il-vuċijiet li huma ta’ spiss “fgati”

ta’ dawk “iż-żgħar” u ta’ dawk il-fqar.

O Alla! X’ħajja hi din li ħolqot id-DINJA,

li toqtol il-ĦAJJA li ġabilna ibnek l-għażiż li fih inti

ssib l-għaxqa tiegħek. Mulej ħniena!

Ġesù Kristu ħniena! Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

Page 32: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 31.

It-Tnejn,16 ta’ Jannar San Berardu u sħabu - l-ewwel martri Franġiskani

San Onorat - isqof (c. 350-429) San Marċellu I – Papa u martri (†309)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 5: 1-10 Għad li kien Iben, tgħallem minn dak li bata. 2. Salm 109: 1.2.3.4 Inti qassis għal dejjem bħal Melkisedek. 3. Mark 2: 18-22 L-għarus qiegħed magħhom. SAN BERARDU U SĦABU MARTRI TAL-MAROKK (†1220) San Franġisk t’Assisi kien iħoss li Alla ried minnu mhux biss il-perfezzjoni

tiegħu u tal-patrijiet tiegħu, imma wkoll is-salvazzjoni tal-bnedmin l-oħra. Kien iħoss xewqa kbira li jikkonverti ’l-Musulmani, li l-avvanz tagħhom fil-pajjiżi Ewropej kien ukoll qed jhedded ir-reliġjon Nisranija.

Waqt li flimkien ma’ kumpann mar lejn l-Orjent biex ikellem lis-sultan Musulman, Franġisk bagħat sitt patrijiet biex jipprietkaw lill-Musulmani tal-Punent. Dawn kienu: Vitale, Berardu, Pietru, Akkursju, Adjutu u Ottone. Fi triqthom, Vitale, li kien is-superjur tal-grupp, marad serjament fi Spanja, u sħabu komplew triqthom taħt il-gwida ta’ Berardu.

F’Sivilja, fin-naħa t’isfel ta’ Spanja, li kienet maħkuma mill-Misilmin, il-patrijiet bdew jipprietkaw bla biża’ fil-moskea, li s-salvazzjoni tinsab biss fil-fidi fi Kristu. Il-mexxej Musulman, inkurlat għall-aħħar, ordna li jaqtgħulhom rashom dak il-ħin stess. Imma wara tħallew jaqsmu l-baħar u jmorru l-Marokk. Il-patrijiet laqgħu b’ferħ din id-deċiżjoni għax issa kienu se jkunu fost poplu kollu kemm hu Musulman.

Hekk kif waslu, Berardu, li kien jitkellem tajjeb l-ilsien Għarbi, beda mill-ewwel jitkellem man-nies fuq Kristu. Jum minnhom, meta raw lir-Re Miramolin imdawwar bin-nies tiegħu, Berardu reġa’ beda jitkellem fuq it-tagħlim ta’ Kristu u sejjaħ lil Mawmettu bħala impustur. Ir-re ordna li Bernardu u sħabu jitkeċċew mill-pajjiż, imma rnexxielhom jiżgiċċaw lill-gwardji u reġgħu lura jxandru l-istess tagħlim.

Berardu u sħabu ttieħdu quddiem ir-re, li wegħedhom ħafna ġid u postijiet ta’ ġieħ jekk isiru Musulmani. Imma Berardu f’isem sħabu qallu li ma kinux lesti jiċħdu lil Kristu, anzi beda jħeġġeġ lir-re jikkonverti għall-vera fidi.

Meta ra li kollox kien għalxejn, ir-re nnifsu qabad ix-xabla u qatel lil kull wieħed mill-patrijiet. Kien is-16 ta’ Jannar 1220. Kienu l-ewwel martri Franġiskani.

Meta San Franġisk sema’ bil-mewt ta’ dawn il-patrijiet, bierek lil Alla u qal: “Issa naf li tassew għandi Patrijiet Minuri.”

Għall-għadd kbir ta’ mirakli li saru bl-interċessjoni tagħhom, il-Papa Sistu IV ddikjara lil Berardu u sħabu bħala qaddisin fl-1481.

Page 33: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

32. SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: Bħalissa qiegħed nistieden ’l-insara kollha, biex iġeddu l-laqgħa personali tagħhom ma’ Ġesù Kristu, jew għallinqas jiftħu qalbhom biex iħallu lilu jiltaqa’ magħhom; qiegħed nitlobkom biex ma tonqsu qatt li tagħmlu dan. Ħadd m’għandu jaħseb li din l-istedina mhix għalih, għaliex “ħadd mhu eskluż mill-ferħ li jġib il-Mulej”. Il-Mulej ma jiddiżżapunta lil ebda wieħed li jieħu dan ir-riskju; kull darba li nagħmlu pass lejn Ġesù, nindunaw li hu diġà qiegħed hemm, jistenniena b’dirgħajh miftuħa. Il-Papa Franġisku, silta mill-eżortazzjoni Evangelii Gaugium Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 7, silta mit-3 punt

For every state, says Saint Thomas, there is a particular grace special to it; consequently, it is a necessary virtue for all those who belong to that state, if they wish to sanctify themselves and to find salvation there. For each one of you, this grace is the grace of obedience, because obedience ought to be the characteristic of people living in community. It ought to distinguish them from people living in the world and enjoying their full liberty. This is why Saint Lawrence Justinian says that whoever wishes to enter a religious society must, first of all, renounce his own will. Saint Bernard, to make us understand that this renunciation sanctifies, says that this is what Jesus Christ meant when he gave us in the Gospel the first means of reaching perfection, namely, to deny ourselves. Saint Vincent Ferrer says that Jesus Christ will never give his grace to anyone in religious life who refuses to be governed by the superior.

TALBA

Mulej Ġesù, għollina fuq il-ġwienaħ tal-virtù ’l bogħod mill-hemm tad-dinja,

libbisna s-safa biex nissaportu

d-dgħufijiet ta’ ħutna kif għamilt int Mulej

u jkun jistħoqqilna naslu għandek. Dan bil-għajnuna tiegħek,

li int imbierek minn dejjem għal dejjem. Ammen.

Sant’Antnin ta’ Padova

Missierna ...

Page 34: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 33.

It-Tlieta, 17 ta’ Jannar San Anton Abbati

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 6: 10-20 It-tama hija għalina bħal ankra tar-ruħ, sħiħa

u qawwija. 2. Salm 110: 1-2.4-5.9 u 10ċ Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 3. Mark 2: 23-28 Is-Sibt kien magħmul għall-bniedem, u mhux

il-bniedem għas-Sibt. SAN ANTON ABBATI (251-356) San Anton twieled fir-raħal ta’ Koman, fl-Eġittu, fis-sena 251, minn familja

Nisranija li kienet sinjura. Meta kellu 18-il sena, il-ġenituri tiegħu mietu, u hu safa’ waħdu flimkien ma’ oħtu iżgħar minnu ħafna.

Xi sitt xhur wara l-mewt tal-ġenituri tiegħu, waqt li kien fil-knisja, sema’ l-kliem tal-Vanġelu: “Jekk trid tkun perfett, mur biegħ kull ma għandek u qassmu lill-foqra, u ejja imxi warajja, u jkollok teżor fis-sema”. Ikkonkluda li Alla kien qed ikellmu direttament.

Għalhekk, f’qasir żmien, wara li ħa ħsieb oħtu u ħallielha parti mill-wirt, il-kumplament tal-wirt li mess lilu, qassmu lill-foqra, u mar jgħix waħdu, l-ewwel fid-deżert, u mbagħad fuq muntanja.

Biż-żmien, xi rġiel żgħażagħ bdew jissieħbu miegħu, kull wieħed f’daqsxejn ta’ kamra għalih, iżda fil-qrib tiegħu biex ikunu jistgħu jiġu ggwidati spiritwalment minnu.

Fis-sena 305, niżel minn fuq il-muntanja u waqqaf l-ewwel monasteru Nisrani, f’Fajjum. Waqt li fis-sena 311, mar Lixandra biex iħeġġeġ fil-fidi lill-insara fil-persekuzzjoni ta’ Massimu.

Meta, wara xi snin l-persekuzzjoni taffiet, mar f’Pispir, ħdejn ix-xmara Nil, u waqqaf monasteru ieħor li għadu jeżisti sal-lum, bl-isem ta’ Der Mar Antonius. Wara li stabbilizza dan il-monasteru mar jgħix ġo għar fuq il-muntanja Kolzim.

Iżda anke hawnhekk, in-nies saret taf fejn kien u bdew ġejjin mhux biss mill-Eġittu iżda wkoll minn pajjiżi oħra biex ikellmuh, u meta kienu jitilqu minn ħdejh, qalbhom kienet tkun mimlija bi mħabba ikbar lejn Alla.

Meta darba rċieva ittra mingħand l-Imperatur Kostantinu l-Kbir, qal lil ta’ madwaru: “Tiskantawx li l-Imperatur kitibli – hu bniedem bħalma jien jiena. Iżda stagħġbu kif Alla kiteb lilna, u kellimna wkoll permezz ta’ Ibnu.”

Fis-sena 335, reġa’ mar Lixandra biex flimkien ma’ San Atanasju jikkumbatti l-ereżija ta’ Arju.

Imbagħad tela’ fuq il-muntanja u baqa’ hemm sakemm miet fis-sena 356, meta kellu 106 snin.

Page 35: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

34. SIGNUM FIDEI

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, l-Ewwel Ktieb, Kap. 1: It-tagħlim ta’ Kristu huwa ogħla u isbaħ minn tal-qaddisin kollha; u min inissel ġewwa fih l-ispirtu ta’ Ġesù Kristu, isib f’dat-tagħlim manna moħbija. Imma l-kbira hi li bosta wħud jisimgħu spiss il-kliem tal-Evanġelju, u x-xewqa mejta jnisslu fihom, għax m’għandhomx l-ispirtu ta’ Kristu. Min irid mela jisma’ u jtiegħem sewwa l-kliem ta’ Kristu għandu jqis li ħajtu tkun tixbah lil tiegħu. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 97, l-1 punt

When Saint Anthony heard the following words of the holy Gospel read in church, If you wish to be perfect, go; sell all you have, and give it to the poor, he immediately began to carry out this invitation as though it had been addressed to him personally, convinced that this was what God was asking of him. Let us admire this saint’s fidelity to the first suggestion of grace and his promptness in following the inspiration God gave him. Are we as faithful to God’s inspirations as Saint Anthony was? Are we as quick to do what grace asks of us? We made a profession, just as he did, to renounce everything when we left the world, but have we earnestly given up everything? Are we no longer attached to anything? We know this if we are glad to be poor and if we do not want to have comfortable things for ourselves or possess anything at all.

TALBA Missier,

int sejjaħt lil San Anton biex jinqata’ mid-dinja,

u jservik fis-solitudni tad-deżert. Bit-talb u bl-eżempju tiegħu,

agħmel li nitgħallmu niċċaħdu u nħobbuk fuq kollox.

Dan nitolbuh b’Ġesù Kristu Sidna u ibnek li jgħix u jsaltan miegħek

u mal-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.

Missierna ...

Page 36: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 35.

L-Erbgħa, 18 ta’ Jannar Santa Margerita tal-Ungerija - verġni Il-Beatu Jaime Hilario Barbal – martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Nota: Illum jibda l-Ottavarju ta’ Talb għall-Għaqda tal-Knejjes, oriġinarjament mibdija minn Fr. Paul Watson fl-1908, meta kien għadu Anglikan. Hu sar kattoliku tliet snin wara flimkien mal-grupp tal-patrijiet tiegħu. Qari: 1. Lhud 7: 1-3.15-17 Int qassis għal dejjem bħal Melkisedek. 2. Salm 109: 1.2.3.4 Int qassis għal dejjem bħal Melkisedek. 3. Mark 3: 1-6 X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, issalva ħajja jew

toqtolha?

IL-BEATA BEATRIĊE TA’ ESTE (†1262) - reliġjuża Din il-beata, imwielda Ferrara qrib is-sena 1230, kienet bint Azzo IX, il-

markiż ta’ Ferrara. Il-familja tagħha aktar tard saltnet fuq Hanover, u minnha ġejja l-familja rjali Ingliża. Beatriċe kellha trobbija tajba bl-eżempji sbieħ ħafna ta’ zijitha Beatriċe, soru f’Gemmola (Padova) u ta’ nannitha Leonora ta’ Savoia.

Minn tfulitha hi bdiet turi li kienet se taqbad il-ħajja reliġjuża, iżda missierha wegħedha bi żwieġ (1249) lin-nobbli Galeazzo Manfredi, kap ta’ Viċenza, u kollox kien lest biex it-tieġ isir f’Milan.

Kif waslet, semgħet l-aħbar li Galeazzo kien miet minħabba ġrieħi li rċieva waqt battalja kontra Federiku II. Wara dan, Beatriċe ma xtaqetx tirritorna fid-dinja, u l-ġenituri tagħha kellhom iħalluha tħaddan il-vokazzjoni tagħha.

Lura f’Ferrara, hija għażlet il-ħajja monastika taħt ir-regola ta’ San Benedittu, fil-gżira żgħira ta’ San Lazzaro, fil-punent tal-belt, imsieħba minn xi dami tagħha. Beatriċe ħadet il-voti fil-25 ta’ Marzu 1254. Billi żdied l-għadd tar-reliġjużi, hi kisbet mill-Papa Innoċenz IV, li tkun trasferita għall-monasteru Santo Stefano della Rotte (1257).

Hija għexet ħajja qaddisa, u mietet fit-18 ta’ Jannar 1262 fl-għomor ta’ 31 sena.

Il-qabar tagħha sar ċentru ta’ pellegrinaġġi. Klement XIV approva l-kult lejha fit-23 ta’ Lulju 1774, u, fis-sena ta’ wara, Piju VI ta l-permess għall-quddiesa u uffiċju proprji, u ffissa l-festa tagħha għad-19 ta’ Jannar.

18-25 ta’ Jannar 2017: Ġimgħa ta’ talb

għall-għaqda tal-insara

Page 37: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

36. SIGNUM FIDEI

Mill-qabar tagħha tal-irħam f’ċertu żmien tas-sena jnixxi likwidu u mill-għadam tagħha toħroġ fwieħa delikata. Il-ħafna grazzji miksubin f’okkażjonijiet ta’ diżastri pubblici jagħmlu minn dan il-lok oġġett ta’ venerazzjoni kbira.

Riflessjoni: Il-Beatu Papa Ġwanni XXIII kien jgħid:

“Fil-ħwejjeġ essenzjali għandu jkun hemm GĦAQDA. Fi ħwejjeġ mhux importanti għandu jkun hemm LIBERTÀ. F’kollox, għandu jkun hemm il-KARITÀ.”

Kien sar Papa fil-25 ta’ Jannar 1959 – il-ġurnata tat-tmiem tal-ġimgħa ta’ talb għall-Għaqda tal-Knejjes Insara. Hu kien magħruf għaż-żelu li kellu biex jara l-Għaqda tal-Knejjes Insara. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 22, it-3 punt

If you wish Jesus Christ to fight within you the enemies who want to keep him from reigning there, he must be able to raise an army of virtues that will equip your soul and enable him to be the complete master of your heart. You also need to fight valiantly under his standard, making use of the weapons he places in your hands. You must, says Saint Paul, be girded with the belt of truth and put on the breastplate of justice, that is, a love for the duties of your state. You must take up the shield of faith, with which you will be able to extinguish all the fiery darts of the devil. Hope of salvation must serve as your helmet and the word of God as your sword. By such weapons, declares the same Saint Paul, the peace of Jesus Christ will truly reign in your hearts.

TALBA:

Il-Papa San Ġwanni XXIII kien għamel din it-talba: Mulej,

ġedded fi żminijietna l-mirakli tiegħek. Agħmel li l-Knisja magħquda mill-ġdid fit-talb

tkompli tifrex is-saltna ta’ Ġesù. Saltna ta’ verità u ġustizzja,

ta’ mħabba u paċi. Ammen.

Missierna ...

Page 38: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 37.

Il-Ħamis, 19 ta’ Jannar Santa Ewstokja Calafato minn Messina - verġni

San Maris, Santa Marta u Wliedhom - martri Il-Beati Ġakbu Sales - presbiteru u martri Guliermu Saultemouche - reliġjuż u martri

Injazju de Azevedo - presbiteru, u sħabu martri; Ġużeppi Imbert u Ġwann Nikol Cordier - presbiteri u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 7: 25 – 8, 6 Kristu offra sagrifiċċju darba għal dejjem, meta offra lilu

nnifsu. 2. Salm 39: 7-10.17 Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek. 3. Mark 3, 7-12 L-ispirti ħżiena kienu jgħajtu: “Int l-Iben ta’ Alla!” SAN MARIS, SANTA MARTA U WLIEDHOM - martri († c. 270) Maris u Marta jingħad li kienu ta’ nisel Persjan u wara li saru nsara, qassmu

ġidhom lill-fqar bħalma kienu jagħmlu l-ewwel insara, u flimkien maż-żewġ uliedhom Audifax u Abakum, marru f’pellegrinaġġ fuq il-qabar tal-Appostli fi tmiem ir-renju tal-Imperatur Klawdju II Gota (268-270) meta f’Ruma kien hemm persekuzzjoni qalila kontra l-insara.

Huma malajr b’ħeġġa kbira bdew jgħinu lil dawk l-insara li kienu qed isofru minħabba l-fidi tagħhom u kienu wkoll jieħdu ħsieb jagħtu difna xierqa lill-fdal maħruqa tal-martri.

Dil-ħaġa waslet f’widnejn il-ħakkiema pagani u minħabba f’hekk ġew arrestati. Billi ma ridux jaduraw lill-allat, wara ħafna moħqrijiet kienu kkundannati għall-mewt.

Lil Maris u ż-żewġ uliedu qatgħulhom rashom, waqt li lill-omm, Marta, għarrquha f’bir fond. Kien għall-ħabta tas-sena 270.

Mara nisranija, jisimha Feliċità, ġabret il-fdal tagħhom u tathom difna xierqa. Ir-relikwji ta’ dawn il-martri jinsabu f’diversi knejjes ta’ Ruma.

Il-qabar tagħhom kien instab mill-arkeologu Malti Antonio Bosio (1576-1629).

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, l-Ewwel Ktieb, Kap. XIII: Il-bidu tat-tentazjonijiet il-ħżiena kollha taf x’inhu? Li wieħed ma jkunx sod fil-fehmiet tiegħu, u li jkollu tama żgħira f’Alla. Kif bastiment bla tmun il-mewġ iħabbtu ’l hawn u ’l hemm, hekk bniedem li l-proponimenti tiegħu mhumiex sodi, f’bosta xorti jiġi tentat. Kif in-nar iġarrab il-qawwa tal-ħadid, hekk it-tentazzjoni tikxef min hu bniedem tajjeb. X’jiġifieri? Li aktarx ma nafux kemm nifilħu; imma t-tentazzjoni turi x’niswew.

Page 39: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

38. SIGNUM FIDEI

Għandna fuq kollox noqogħdu b’għajnejna miftuħa, l-aktar fil-bidu tat-tentazzjoni. L-għadu nirbħuh aktar malajr jekk ma nħalluhx jidħol mill-bieb ta’ moħħna ’l ġewwa. Mill-għatba ’l barra, malli jħabbat, nilqgħu. U għalhekk kellu raġun jgħid dak l-għaref; “Ilqa’ mill-ewwel; jekk il-mard jilħaq jidħol ’il ġewwa, id-duwa ftit li xejn tkun tiswa iżjed.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 12, silta mit-2 punt

We can attribute to obedience what Solomon says of Wisdom, that all good things come to us along with it. Indeed, whoever obeys in a spirit of religion possesses all the virtues: he is humble, because he must be humble to submit to another; he is gentle, because no matter how irksome the thing commanded may be, he does not complain; he is silent, because the truly obedient man has lost the use of his tongue and knows only how to do what is ordered without making any reply; he is patient, because he endures everything and bears all the burdens imposed on him; he is charitable beyond measure, because obedience makes him undertake all things for the good of his neighbour.

TALBA

għall-għaqda tal-knejjes Insara O Alla li ħlaqt kollox, agħti widen għat-talb ta’ wliedek.

Għinna nżommu fina l-fidi u t-tama fik. Għallimna niżżukħajr f’kull qagħda ta’ ħajjitna

u li nittamaw fil-ħniena tiegħek. Imliena bil-verità u bl-għerf,

sabiex il-Knisja tiegħek terġa’ titwieled għall-ħajja ġdida fl-għaqda. Int biss it-tama tagħna.

Ammen. Missierna ...

Il-Ġimgħa, 20 ta’ Jannar San Sebastjan

San Fabjan Il-Beatu Ġwann Battista Triquerie - presbiteru u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 8: 6-13 Ġesù huwa medjatur ta’ patt aqwa. 2. Salm 84: 8 u 10, 11-14 It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu. 3. Mark 3: 13-19 Sejjaħ lejh lil dawk li ried.

Page 40: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 39.

SAN FABJAN (†250) – Papa San Fabjan mexxa l-Knisja bejn is-snin 236-250. Il-kittieb Ewsebju jgħid li

Fabjan wasal Ruma wara l-mewt ta’ San Anteru (236) u ġie maħtur bħala s-suċċessur tiegħu għax ħamiema marret u qagħdet fuq rasu. Aktarx din il-leġġenda ġejja mill-fatt għax Fabjan kien stranġier u ma kienx minn fost il-kleru ta’ Ruma li minn fosthom ġeneralment kienu jingħażlu l-papiet. Difatti hu l-ewwel wieħed li meta sar papa kien għadu sekular.

Jingħad li dan il-Papa qasam il-belt ta’ Ruma f’seba’ djakoniji u beda t-tberik taż-żjut imqaddsa f’Ħamis ix-Xirka. Hu ħareġ digriet li bih ordna lill-insara li jitqarbnu għall-inqas tliet darbiet fis-sena: fl-Għid il-Kbir, fil-Pentekoste u fil-Milied.

Il-pontifikat ta’ San Fabjan, li dam madwar 14-il sena, kien taħt diversi imperaturi Rumani. Kienu allura żminijiet x’aktarx kalmi għall-Knisja, l-aktar taħt Filippu l-Għarbi li hu nnifsu jingħad li kien nisrani bil-moħbi, jew għall-inqas kien favur tagħhom.

Meta beda jaħkem l-Imperatur Deċju (249-253), faqqgħet persekuzzjoni verament ħarxa li riedet teqred saħansitra l-isem innifsu ta’ nisrani. U wieħed mill-ewwel vittmi tagħha kien l-isqof ta’ Ruma San Fabjan, li kien maqtul fl-20 ta’ Jannar 250, erba’ xhur wara li Deċju laħaq imperatur.

San Ċiprijanu jsejjaħ lil San Fabjan “bniedem inkomparabbli” u jgħid li mewtu kienet xierqa għas-safa u għall-qdusija ta’ ħajtu.

Riflessjoni: San Pawl, huwa u jikteb lid-dixxiplu u kollaboratur tiegħu Timotju, jirrikkmandalu li jżomm sħiħ f’dak li tgħallem u li fih jemmen fis-sod (ara 2 Tim. 3:14). Imma lanqas Timotju ma seta’ jwassal waħdu: it-“taqbida” tal-perseveranza ma tistax tirbaħha mingħajr it-talb. Imma mhux xi talba ’l hawn u ’l hinn, bħal ċaqlembuta, imma magħmula kif jgħallimna Ġesù fil-Vanġelu …: “dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu” (Lq. 18:1). Hekk għandu jġib ruħu n-Nisrani: inkunu sħaħ fit-talb biex nibqgħu sħaħ fil-fidi u fix-xhieda. U araw mill-ġdid x’jgħid il-leħen ta’ ġo fina: “Imma Mulej, kif tista’ ma tegħjiex? Aħna bnedmin… anki Mosè għeja!…”. Hu minnu dan, kull wieħed u waħda minna jegħja xi darba. Imma m’aħniex waħidna, aħna nagħmlu parti minn Ġisem! Aħna membri tal-Ġisem ta’ Kristu, il-Knisja, li dirgħajha huma lejl u nhar merfugħa lejn is-sema grazzi għall-preżenza ta’ Kristu Rxoxt u tal-Ispirtu Qaddis tiegħu. U fil-Knisja biss u grazzi għat-talb tal-Knisja li aħna nistgħu nibqgħu sħaħ fil-fidi u fix-xhieda.

Il-Papa Franġisku, omelija f’nhar is-16 t’Ottubru 2016

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

‘Explanation of the Method of Interior Prayer’

‘God is not far from any one of us, for in [God] we live and move and have our being’.(Acts 17:28) In fact, we have being, movement, and life only because God abides in us and communicates all this to us, in such a way that if God ceased for a moment to dwell in us and to maintain us in being, we would immediately fall back into nothingness.

Page 41: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

40. SIGNUM FIDEI

How great a favor it is, then, that God, by the divine power and presence within us, makes us what we are. This led Saint Paul to say, ‘For we too are [God’s] offspring’, (Acts 17:28) and Saint Leo declares that we are made sharers in the divinity.

TALBA

għall-għaqda tal-knejjes insara O Alla li ħlaqt kollox, agħti widen għat-talb ta’ wliedek.

Għinna nżommu fina l-fidi u t-tama fik. Għallimna niżżukħajr f’kull qagħda ta’ ħajjitna

u li nittamaw fil-ħniena tiegħek. Imliena bil-verità u bl-għerf,

sabiex il-Knisja tiegħek terġa’ titwieled għall-ħajja ġdida fl-għaqda. Int biss it-tama tagħna.

Ammen. Missierna ...

Is-Sibt, 21 ta’ Jannar

Sant’Anjeże - verġni u martri

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1Samwel 16: 1-13 Samwel dilek lil David quddiem ħutu, u ħakmu l-

ispirtu tal-Mulej. 2. Salm 88: 20-22,27,28 Sibt ’il David, qaddej tiegħi. 3. Mark 2: 23-28 L-Erbgħa kien magħmul għall-bniedem, u mhux il-

bniedem għas-Sibt. SANTA ANJEŻE (c. 292-305) – verġni u martri Kull ma nafu dwar din il-qaddisa hu li kienet għadha żgħira, ta’ madwar

tlettax-il sena, meta mietet martri għall-ħabta tas-sena 305, fil-persekuzzjoni ta’ Djoklezjanu, u ġiet midfuna f’Via Nomentana, f’Ruma, fejn fis-sena 324 nbniet knisja fuq il-qabar tagħha, li wara ġiet mibnija mill-ġdid, fis-sena 630, mill-Papa Onorju I. Isimha hu mniżżel fl-Ewwel Talba Ewkaristika tal-Quddiesa.

Leġġenda tgħid li Sant’Anjeże kienet tifla sabiħa u ta’ familja sinjura. Tant kienet tħobb lil Ġesù li ddeċidiet li tagħti ruħha u ġisimha lilu biss. Meta kien hemm min urieha li xtaq jiżżewwiġha, hi rrifjutatu. Xi ħadd, bit-tama li bil-biża’ tat-torturi hija ddawwar fehmitha, akkużaha li kienet nisranija.

Page 42: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 41.

L-imħallef, l-ewwel bil-ħlewwa, imbagħad bit-theddid, riedha tiċħad il-fidi tagħha f’Ġesù. Meta ma riditx, bagħatha f’dar ta’ fama ħażina. Iżda hi baqgħet soda. Kienet tgħid: “inħallik iċċappas ix-xabla b’demmi, imma ma nħallik qatt tipprofonali ġismi”. Żagħżugħ, li pprova jersaq lejha b’xewqa żienja, għama, u hi stess fejqitu. Wara l-imħallef ordna li tiġi maqtula.

B’kuraġġ li jgħaġġeb laqgħet id-daqqa, aktarx tax-xabla, li tajret ruħha fi ħdan Ġesù, l-ikbar maħbub ta’ qalbha.

Sant’Ambroġ kiteb dwarha: “Marret għall-martirju, aktar ferħana minn għarusa għat-tieġ.”

Riflessjoni, xi tfisser l-għaqda tal-knejjes?: Tweġiba li tiġbor kollox fiha nsibuha fil-Kompendju tal-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, li jafferma: il-Knisja Kattolika mxerrda mad-dinja “għandha fidi waħda, ħajja sagramentali waħda, suċċessjoni appostolika waħda, tama waħda, karità waħda” (n. 161). Hi definizzjoni sabiħa din, ċara, torjentana tajjeb. Għaqda fil-fidi, fit-tama, fl-imħabba, għaqda fis-sagramenti, fil-ministeru: huma bħal pilastri li jwieżnu u jżommu magħquda l-binja kbira waħdanija tal-Knisja.

Il-Papa Franġisku, silta mill-omelija ta’ nhar il-25 ta’ Settembru Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

‘Explanation of the Method of Interior Prayer’

We may consider God as being present in a church because it is the house of God, cf. Ps 93:5 as our Lord says in Saint Matthew, “My house shall be a house of prayer” (Matt. 21:13). This ought to lead us to two conclusions: First, the church is the house of God, according to the testimony of our

Lord. It is there that God wishes Christians to assemble to adore God and to pay homage; consequently, they must have great respect for it and show this by their decorum, their silence, their external piety, and their bearing.

Second, a church, according to the intention and the command of God, is so completely dedicated to prayer cf. 2 Chron 7:15–16 that when we are in it, we are not allowed to do anything but pray to God.

TALBA għall-għaqda tal-knejjes insara

O Alla li ħlaqt kollox, agħti widen għat-talb ta’ wliedek. Għinna nżommu fina l-fidi u t-tama fik.

Għallimna niżżukħajr f’kull qagħda ta’ ħajjitna u li nittamaw fil-ħniena tiegħek.

Imliena bil-verità u bl-għerf, sabiex il-Knisja tiegħek terġa’ titwieled għall-ħajja ġdida fl-għaqda.

Int biss it-tama tagħna. Ammen.

Missierna ...

Page 43: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

42. SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 22 ta’ Jannar It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Isaija 8: 23b – 9: 3 Fil-Galilija tal-ġnus, il-poplu ra dawl kbir. 2. Salm 26: 1.4.13-14 Il-Mulej, id-dawl u s-salvazzjoni tiegħi. 3. 1 Korintin 1,10-13.17 Aqblu fi kliemkom u ma jkunx hemm firdiet

fostkom. 4. Matthew 4, 12-23 Ġie f’Kafarnahum, biex iseħħ dak li kien intqal mill-

profeta Isaija. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

“Il-poplu li kien qiegħed fid-dlam ra dawl kbir” (Isaija 9:1), din kienet il-profezija ta’ Isaija li seħħet illum f’din is-silta tal-Vanġelu li jirreferi għaliha l-Evanġelista San Mattew. Id-dlam ifisser in-nuqqas ta’ ferħ meta fil-ħajja l-bniedem jsib ruħu vittma tal-inġustizzja, vjolenza, inkwiet u mard. Meta jiġi mċaħħad mill-libertà jew meta s-sisien sodi tal-familja jibdew jiġġarfu. Filwaqt li d-dawl huwa Kristu stess, dak li ġie biex jeħlisna mill-jasar tad-dnub.

Il-vanġelu tal-lum jibda’ bl-arrest ta’ Ġwanni l-Battista, il-prekursur, li minħabba il-mibgħeda tal-kbarat ġie mwarrab. B’hekk intemm it-Testment il-Qadim biex issa Ġesù seta’ jibda l-missjoni tiegħu u jibda’ t-Testment il-Ġdid. Illum Ġesù qiegħed ixerred l-Aħbar it-Tajba li hi s-saltna ta’ Alla. Dan seħħ bil-kliem u s-sinjali li beda jagħmel meta mar Kafarnahum. Biex wieħed jieħu sehem minn din il-grazzja jrid ikun hemm l-indiema, il-konverżjoni, u li tkun lest li tilqa’ lil Ġesù u tħaddan il-proġett tiegħu.

Fil-mixja tiegħu qrib il-baħar tal-inħawi ta’ Żebulun u Naftali, Ġesù jibda’ jsejjaħ l-ewwel dixxipli: “Ejjew warajja u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin.” Din kienet is-sejħa profetika hekk li d-dixxipli kienu ser ikunu huma li jsejħu oħrajn biex ikomplu bil-missjoni li ġiet afdata f’idejhom minn Ġesù qabel ma mar lura għand il-missier. Dan ifisser li s-saltna ta’ Alla teħtieġ ħaddiema li jkunu lesti jikkolaboraw u jimpenjaw irwiehom. Bħalma d-dixxipli telqu kollox warajhom u marru wara Ġesù, hekk għandu jkun l-impenn ta’ dawk li jridu jaħdmu fis-saltna ta’ Alla.

Is-saltna ta’ Alla bdiet, meta Ġesù beda jgħallem fis-sinagogi u fejn jitaqgħu n-nies, iħabbar żmien ġdid ta’ dawl. Dan urieh ukoll bil-fejqan li kien iwettaq fost il-poplu biex b’hekk jurina li hu mhux biss kien qiegħed jaħseb fir-ruħ imma fil-ġisem ukoll. B’dan il-mod Ġesù jidher tassew bħala l-messija li ġie fostna u b’hekk tibda’ era ġdida.

Ejjew inħallu l-kelma ta’ Alla ddawlilna ħajjitna u nistaqsu kif inħarsu lejn is-sejħa tagħna ta’ nsara, dixxipli tiegħu? X’għandha tkun il-missjoni tal-Knisja u tagħna l-insara? Araw x’inhu jgħidilna l-Papa Franġisku f’dan iż-żmien ta’ sfida u bidla fis-soċjetà u l-kultura ta’ madwarna.

Page 44: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 43.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.199, silta mill-1 punt

God, having chosen and destined Saint Paul, as the Apostle says, to preach the Gospel to the nations, gave him such knowledge of the mysteries of Jesus Christ that he was enabled, like a good architect, to lay the foundation for the building of the faith and of the religion which God raised up in the cities where Saint Paul announced the Gospel according to the grace that God had given him. He was the first of all to preach in these places. That is why he says quite justly that those to whom he announced the Gospel are his work and that he has begotten them in Jesus Christ. Without comparing yourselves to this great saint (and keeping in mind the due proportion between your work and his), you can say that you are doing the same thing and fulfilling the same ministry in your profession. You must, then, regard your work, which has been entrusted to you by pastors and by fathers and mothers, as one of the most important and necessary services in the Church. This means that you are called to lay the foundation for the building of the Church when you instruct children in the mystery of the most Holy Trinity and the mysteries accomplished by Jesus Christ when he was on earth. For, according to Saint Paul, without faith it is impossible to please God and consequently be saved and enter the homeland of heaven, because faith is the foundation of the hope that we have.

TALBA

għall-għaqda tal-knejjes insara O Alla li ħlaqt kollox, agħti widen għat-talb ta’ wliedek.

Għinna nżommu fina l-fidi u t-tama fik. Għallimna niżżukħajr f’kull qagħda ta’ ħajjitna

u li nittamaw fil-ħniena tiegħek. Imliena bil-verità u bl-għerf,

sabiex il-Knisja tiegħek terġa’ titwieled għall-ħajja ġdida fl-għaqda. Int biss it-tama tagħna.

Ammen.

Missierna ...

Page 45: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

44. SIGNUM FIDEI

It-Tnejn, 23 ta’ Jannar San Ildefonsu - isqof ta’ Toledo

San Ġwann l-Elemożinjier - patrijarka ta’ Lixandra Santa Marija Cope - reliġjuża

Il-Beatu Nerik Seuze - presbiteru Il-Beata Ġużeppa Marija minn Beniganim – verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 9: 15.24-28 Kristu, wara li offra lilu nnifsu darba biss biex jitgħabba

bid-dnubiet tal-kotra, għad jerġa’ jidher darb’oħra. 2. Salm 97: 1-6 Għannu lill-Mulej għanja ġdida. 3. Mark 3: 22-30 Ix-xitan wasal fit-tmiem. SANTA MARIJA COPE (1838-1918) – reliġjuża Twieldet f’Hessen Darmstadt, il-Ġermanja, fit-23 ta’ Jannar 1838, bint

Barbara u Pietru Cope. Semmewha Barbara. Sentejn wara li twieldet il-familja emigrat għall-Istati Uniti u ssetiljaw fi New York.

Meta saret daqsxejn ta’ tfajla, Barbara bdiet taħdem f’fabbrika u damet s’Awwissu tal-1862, fejn imbagħad ingħaqdet mas-sorijiet tat-terz’ordni ta’ San Franġisk ta’ Sirakuża, ġewwa New York stess. F’Novembru tas-sena ta’ wara hija pprofessat u marret tgħallem fl-iskola parrokkjali tal-Assunzzjoni.

Suor Marianne kienet superjura tal-kongregazzjoni diversi drabi, u darbtejn majjistra tan-novizzi. Għal tliet darbiet kienet tmexxi l-isptar ta’ San Ġużepp f’Siracusa, fejn tgħallmet ħafna, u kellha ssibu utli ħafna aktar ’il quddiem.

Fl-1877, hija kienet eletta provinċjal kif ukoll fl-1881. Sentejn wara, il-gvern tal-Hawaii talab biex xi reliġjużi mill-Istati Uniti u l-Kanada jmorru jmexxu berġa biex tilqa’ nies suspettati bil-marda tal-ġdiem. Il-kongregazzjoni tas-sorijiet ta’ Siracuża mal-ewwel aċċettat.

Għalhekk fit-22 ta’ Ottubru 1883, Madre Marianne, u sitt sorijiet oħra telqu lejn il-Hawaii, fejn ħadu ħsieb klinika ftit ’il barra minn Hanolulu. Fuq il-gżira ta’ Maui, huma fetħu wkoll sptar u skola tal-bniet.

Fl-1988, Madre Marianne, flimkien ma’ 2 sorijiet marru l-Malokai, fejn fetħu dar għal nisa u tfajliet abbandunati. Għenet ukoll biex titmexxa dar tal-irġiel u l-ġuvintur, li kienet ġa teżisti. Din il-Madre kienet strument biex tbiddel l-istil ta’ ħajja tal-poplu tal-Malokai, billi introduċiet l-iġene u li jħarsu lejn il-kolonja tagħhom bħala l-egħżeż ħaġa li għandhom.

Hija baqgħet taħdem b’ħerqa kbira ġo Malokai u nibtu ħafna vokazzjonijiet mill-post. “F’kull marid, Madre Marianne kienet tara l-wiċċ ta’ Kristu batut.” Hekk intqal mill-Kardinal Martins waqt il-beatifikazzjoni tagħha.

Hija mietet fid-9 ta’ Awwissu tal-1918. Ġiet ibbeatifikata fl-14 ta’ Mejju, 2005 u kkanonizzata 7 snin wara.

Page 46: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 45.

Riflessjoni: Ejjew nistaqsu lkoll lilna nfusna: jiena bħala kattoliku nħossha din l-għaqda? Jien bħala kattolika qed ngħix din l-għaqda tal-Knisja? Jew ma tinteressanix, għax magħluq fil-grupp ċkejken tiegħi jew fija nnifsi? Forsi jien fost dawk li “jipprivatizzaw” il-Knisja għall-grupp tagħhom, għal pajjiżhom, għal ħbiebhom? Hu ta’ swied il-qalb tara Knisja “privatizzata” minħabba dan l-egoiżmu u dan in-nuqqas ta’ fidi. Ta’ swied il-qalb! Meta nara lil tant insara jbatu fid-dinja, nibqa’ indifferenti jew inħoss li qed ibati wieħed minn tal-familja? Meta naħseb jew nismagħhom jgħidu li tant insara qed jiġu ppersegwitati u qed jagħtu saħansitra ħajjithom għall-fidi tagħhom, dan imissli qalbi jew lanqas jasal għandi? Qed ninfetaħ għal dak ħija jew dik oħti fil-familja li qed tagħti ħajjitha għal Ġesù Kristu? Qed nitolbu għal xulxin? Nagħmlilkom mistoqsija, imma tweġbux b’vuċi għolja, imma biss fil-qalb tagħkom: kemm minnkom jitolbu għall-insara li huma ppersegwitati? Kemm? Kull wieħed u waħda jwieġeb fil-qalb tiegħu.

Il-Papa Franġisku, silta mill-omelija ta’ nhar il-25 ta’ Settembru

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

‘Explanation of the Method of Interior Prayer’

You said to Solomon, O my God, after he had dedicated the Jewish Temple to you, “Now my eyes shall be open and my ears attentive to the prayer of this place. Now I have chosen and consecrated this house, so that my name may be there forever, and my heart also shall be there always. (2 Chron 7:15–16) With how much more reason can we say the same of our churches, where you wish to be honored by an interior worship in spirit and in truth. cf. John 4:24 I beg this grace of you, my God, that you would have the goodness to listen to my prayers offered in this church, for it is a place that you consecrated to yourself to be thus until the end of time.

TALBA għall-għaqda tal-knejjes insara

O Alla li ħlaqt kollox, agħti widen għat-talb ta’ wliedek. Għinna nżommu fina l-fidi u t-tama fik.

Għallimna niżżukħajr f’kull qagħda ta’ ħajjitna u li nittamaw fil-ħniena tiegħek.

Imliena bil-verità u bl-għerf, sabiex il-Knisja tiegħek terġa’ titwieled għall-ħajja ġdida fl-għaqda.

Int biss it-tama tagħna. Ammen.

Missierna ...

Page 47: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

46. SIGNUM FIDEI

It-Tlieta, 24 ta’ Jannar San Franġisk de Sales - isqof u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 10, 1-10 Hawn jien, ġejt biex nagħmel ir-rieda tiegħek. 2. Salm 39: 2 u 4ab.7-8a.10.11 Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek. 3. Mark 3: 31-35 Kull min jagħmel ir-rieda ta’ Alla, dak huwa ħija,

u oħti, u ommi. SAN FRANĠISK DE SALES (1567-1622) - isqof u duttur tal-Knisja Franġisk kien l-akbar fost it-tlettax-il wild ta’ familja nobbli ta’ Savoia. Kien

l-għożża speċjali ta’ ommu, li kienet tħobb taqralu l-ħajjiet tal-qaddisin li jġibu ismu: San Franġisk t’Assisi u San Franġisk minn Paola, u t-tfajjel, imħeġġeġ mill-eżempju tagħhom darba qalilha: “Mà, ġa hemm żewġ San Franġiskijiet: bija jridu jkunu tlieta.”

Kellu karattru ġentili għall-aħħar anki fil-kuntrarju, xhieda tal-profondità tal-ħajja reliġjuża tiegħu; imma fl-istess ħin kellu wkoll karattru sod. Bħala l-iben il-kbir, hu kien iddestinat biex ikun il-glorja tal-familja nobbli tiegħu, billi jkollu karriera brillanti fid-dinja u post fis-senat tas-Savoia. Imma Franġisk għażel is-saċerdozju minkejja l-insistenza ta’ missieru biex jitħarreġ fil-liġi u jaqbad karriera sekolari.

Ta’ 15-il sena kien mibgħut ikompli l-istudji tiegħu f’Pariġi (1582), imma rrifjuta li jattendi l-Kulleġġ ta’ Navarre kif riedu missieru, għax beża’ li hemm seta’ jsib tfixkil għalih; minflok għażel il-kulleġġ tal-Ġiżwiti fi Clermont. Hawn ġie f’kuntatt mar-rikkezzi tal-umaneżmu ta’ wara l-Konċilju ta’ Trentu li kien jiġbor fih it-tagħlim klassiku tar-Rinaxximent għas-servizz tal-moħħ u l-ispirtu Kristjan.

Għadda minn żmien ta’ skrupli u kien ukoll jiddubita mis-salvazzjoni ta’ ruħu. Imma jum minnhom, waqt li kien qed jitlob b’ħerqa kbira quddiem xbieha tal-Madonna biex teħilsu minn dawk id-dubji li kienu qed imarrduh, ħassu mfejjaq għal kollox u fl-istess ħin għamel vot privat ta’ kastità. Din l-esperjenza għenitu ħafna ’l quddiem fid-direzzjoni ta’ nies skruplużi.

Il-karriera letterarja tiegħu bdiet b’sensiela ta’ librettini qosra kull xahar li kienu jitqassmu fid-distrett Kalvinist ta’ Chablais li huwa stess kien offra ruħu minn rajh li jmur jaħdem fih bħala qassis żagħżugħ. Wara xi żmien huwa seta’ jipprietka b’aktar libertà u rnexxielu jiġbed il-biċċa l-kbira tan-nies lura lejn il-fidi kattolika. Huwa kien ordnat isqof ta’ Ġinevra fl-età ta’ 35 sena.

Kien kontinwament jivvjaġġa u jipprietka, u bil-mod ta’ ħajja li kien jgħix, bla ebda vanitajiet jew storbju fi lbiesu jew imġibtu, ġibed għal ħajja aktar reliġjuża d-djoċesi kollha tiegħu. B’mod speċjali ddedika ruħu għas-sagrament tal-qrar, u bid-direzzjoni tiegħu kien jgħin lin-nobbli u l-bdiewa li

Page 48: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 47.

kienu jfittxuh għall-maħfra u għall-pariri. Flimkien ma’ S. Ġovanna Franġiska Fremyot de Chantal waqqaf is-Sorijiet tal-Viżitazzjoni.

Minkejja l-ħafna xogħol pastorali, sab ħin biex jikteb diversi kotba. Il-kapolavur tiegħu huwa l-ktieb Daħla għall-Ħajja Devota li tiegħu ġa ħarġu aktar minn 400 edizzjoni tiegħu. Warajh jiġi l-ktieb Trattat fuq l-Imħabba ta’ Alla li dam jiktbu għaxar snin. Għandu wkoll mal-1,000 ittra u l-ktieb Konferenzi, taħdidiet li kien jagħti lis-Sorijiet tal-Viżitazzjoni. Diversi kongregazzjonijiet reliġjużi twaqqfu taħt il-patroċinju tiegħu fosthom is-Salesjani ta’ S. Ġwann Bosco. Il-Papa Ġwanni XXIII kien iżomm lil S. Franġisk de Sales bħala mudell tul ħajtu kollha.

Miet f’Lyons, fit-28 ta’ Diċembru 1622 fl-għomor ta’ 55 sena. Il-beatifikazzjoni tiegħu fi żmien sena kienet l-ewwel beatifikazzjoni li saret f’San Pietro. Iddikjarah qaddis Alessandru VII fl-1665, u ddikjarat duttur tal-Knisja fl-1877. San Franġisk de Sales hu l-patrun tal-ġurnalisti (1923).

F’kitbietu dan il-qaddis jgħid li l-qdusija hi s-sejħa ta’ kull bniedem, hu min hu. Kien jgħallem ukoll li “kull ħsieb li jinkwetak, hu fuqiex inhu, mhux ġej minn Alla, għax Alla tagħna huwa Alla tal-paċi. U għalhekk ħsibijiet bħal dawn m’għandekx iżżommhom għax żgur jagħmlulek ħsara.”

Riflessjoni: Alla jagħtina l-għaqda, imma aħna spiss inbatu biex ngħixuha. Jeħtieġ infittxu, nibnu l-komunjoni, nedukaw għall-komunjoni, biex nissuperaw kull nuqqas ta’ ftehim u firdiet, ibda mill-familja, mir-realtajiet ekkleżjali, fid-djalogu ekumeniku wkoll. Id-dinja tagħna għandha bżonn tal-għaqda, din hi epoka li fiha lkoll għandna bżonn tal-għaqda, għandna bżonn tar-rikonċiljazzjoni, tal-komunjoni, u l-Knisja hi dar tal-komunjoni. San Pawl lill-insara ta’ Efesu qalilhom: “Inħeġġiġkom jien, il-priġunier tal-Mulej, biex timxu sewwa skont is-sejħa li biha kontu msejħin; billi bl-umiltà kollha, bil-ħlewwa u bis-sabar, taħmlu u tħobbu ’l xulxin. Ħabirku biex iżżommu spirtu wieħed bir-rabta tas-sliem” (4:1-3). Umiltà, ħlewwa, ġenerożità, imħabba biex inżommu sħiħa l-għaqda! Dawn, dawn huma t-toroq, it-toroq veri tal-Knisja. Ejjew kull darba nħossuhom ftit iżjed. Umiltà kontra l-vanità, kontra s-suppervja, umiltà, ħlewwa, ġenerożità, imħabba biex inżommu l-għaqda. U jkompli San Pawl: ġisem wieħed, dak ta’ Kristu li nirċievu fl-Ewkaristija; spirtu wieħed, l-Ispirtu s-Santu li jagħti l-ħajja u l-ħin kollu joħloq mill-ġdid lill-Knisja; tama waħda, il-ħajja ta’ dejjem; fidi waħda, magħmudija waħda, Alla wieħed, missier ta’ kulħadd.

Il-Papa Franġisku, silta mill-omelija ta’ nhar il-25 ta’ Settembru Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 101, it-2 punt

This saint (St. Francis de Sales) had such gentleness and tenderness toward his neighbor and tried so earnestly to suppress in himself even the slightest movements of anger that after his death, no bile was found in his body. When someone once urged him to yield to impatience, he asked whether she wished him to lose in a moment what he had spent his whole life acquiring.

Page 49: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

48. SIGNUM FIDEI

Learn from this saint to overcome your passions, and never allow any emotion to appear in your words or in your actions. Humility will help you much in doing this, as well as silence on all the occasions when others will cause you some trouble.

TALBA għall-għaqda tal-knejjes insara

O Alla li ħlaqt kollox, agħti widen għat-talb ta’ wliedek. Għinna nżommu fina l-fidi u t-tama fik.

Għallimna niżżukħajr f’kull qagħda ta’ ħajjitna u li nittamaw fil-ħniena tiegħek.

Imliena bil-verità u bl-għerf, sabiex il-Knisja tiegħek terġa’ titwieled għall-ħajja ġdida fl-għaqda.

Int biss it-tama tagħna. Ammen.

Missierna ...

L-Erbgħa, 25 ta’ Jannar

Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Atti 22: 3-16 Qum, tgħammed u tnaddaf minn dnubietek, inti u ssejjaħ

l-isem ta’ Ġesù. jew

Atti 9:1-22 Mulej, xi tridni nagħmel? 2. Salm 116: 1-2 Morru fid-dinja kollha, xandru l-bxara t-tajba. 3. Mark 16: 15-18 Morru fid-dinja kollha, xandru l-bxara t-tajba. IL-KONVERŻJONI TAL-APPOSTLU SAN PAWL (c. 35 A.D.) Il-Knisja tfakkar kull sena fil-25 ta’ Jannar il-konverżjoni ta’ San Pawl, li

nsibuha rrakkontatha fl-Atti tal-Appostli tliet darbiet, b’mod speċjali f’kapitlu 9. Dan juri kemm kienet importanti din il-ġrajja fl-ewwel snin tal-Knisja, li biddlet lil Sawlu minn persekutur tal-insara għal appostlu li tant ħadem għat-tixrid tas-saltna ta’ Kristu.

Ġesù deher lil dan l-appostlu kbir, li allura kien għadu jismu Sawlu, fit-triq ta’ Damasku, huwa u sejjer f’din il-belt biex jarresta lil kull min kien jemmen fi Kristu.

Wara l-konverżjoni tiegħu, li ġrat għall-ħabta tas-sena 35 w.K., San Pawl għadda aktar minn tliet snin fid-deżert tal-Għarabja jħejji ruħu għall-missjoni li għażillu Ġesù. Hawn hu kellu diversi rivelazzjonijiet li fihom hu fehem tajjeb ħafna li Ġesù ta’ Nazzaret kien ħaj u li kull ħaġa fis-sema u fl-art kellha l-milja tagħha fih.

Page 50: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 49.

San Pawl fl-ittri tiegħu jsemmi l-konverżjoni tiegħu fit-triq ta’ Damasku u jattribwiha lill-imħabba ta’ Alla lejh, u jgħid li min-naħa tiegħu laqa’ l-grazzja li tah Alla u jgħid li din il-grazzja ma kinitx għalxejn fih. Hu pprova jfassal ħajtu kollha fuq dik ta’ Ġesù u ħadem għal Ġesù kemm felaħ biex jarah magħruf u maħbub minn kulħadd, sa wasal biex qal: “Ngħix mhux jien, imma Kristu jgħix fija.”

Il-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl bdiet fil-Galilija fis-seklu VIII fl-okkażjoni tat-traslazzjoni ta’ xi relikwji tal-appostlu, u daħlet fil-Kalendarju Ruman lejn it-tmiem tas-seklu X.

Riflessjoni: Fit-tmiem hemm l-aħħar pass iktar fil-fond. U din hi mistoqsija sabiħa: min hu l-mutur ta’ din l-għaqda fil-Knisja? Hu l-Ispirtu s-Santu li lkoll kemm aħna rċivejna fil-Magħmudija u anki fis-sagrament tal-Griżma. Hu l-Ispirtu s-Santu. L-għaqda ta’ bejnietna qabel xejn mhix frott tal-kunsens tagħna, jew tad-demokrazija fil-Knisja, jew tal-isforz li nagħmlu biex naqblu ma’ xulxin, imma ġejja minn Alla li kapaċi joħloq l-għaqda fid-diversità, għax l-Ispirtu s-Santu hu armonija, dejjem iġib l-armonija fil-Knisja. Hi għaqda armonjuża f’tant diversità ta’ kulturi, ta’ ilsna u ta’ ħsieb. Hu l-Ispirtu s-Santu l-mutur. Għalhekk hu importanti t-talb, li hu r-ruħ tal-impenn tagħna bħala rġiel u nisa ta’ komunjoni, ta’ għaqda. It-talb lill-Ispirtu s-Santu, biex jiġi u joħloq l-għaqda fil-Knisja.

Il-Papa Franġisku, silta mill-omelija ta’ nhar il-25 ta’ Settembru Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 10, silta mit-3 punt

God knows what you are capable of, and he is not going to command you things above your strength. If, indeed, they are difficult in themselves, it is up to him to impart to you the ability you need to carry them out. For, as Saint Paul says, God gives us not only the will to do what is right but also the grace to accomplish it. A will forearmed and sustained by God’s grace to achieve something good finds nothing difficult, because God smoothes out all the obstacles encountered in the action. This happened in the case of those inferiors who threw themselves into the fire and emerged unscathed or who did other equally difficult things at the first order given to them by their superiors. Did not Jesus Christ through obedience perform something extremely difficult when he died on a cross for the sins of all of us?

TALBA għall-għaqda tal-knejjes insara

O Alla li ħlaqt kollox, agħti widen għat-talb ta’ wliedek. Għinna nżommu fina l-fidi u t-tama fik.

Għallimna niżżukħajr f’kull qagħda ta’ ħajjitna u li nittamaw fil-ħniena tiegħek.

Imliena bil-verità u bl-għerf, sabiex il-Knisja tiegħek terġa’ titwieled għall-ħajja ġdida fl-għaqda.

Int biss it-tama tagħna. Ammen.

Missierna ...

Page 51: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

50. SIGNUM FIDEI

Il-Ħamis, 26 ta’ Jannar San Titu u San Timotju - isqfijiet

San Robertu, San Alberiku u San Stiefnu - abbatijiet ta’ Citeaux It-trasferiment tar-relikwi ta’ San Ġwann Battista De La Salle

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. 2 Timotju 1: 1-8 Niftakar fil-fidi vera tiegħek.

jew Titu1: 1-5 Lil Titu, ibni veru fil-fidi tagħna lkoll. 2. Salm 95: 1-3.7-8a.10 Xandru fost il-popli kollha l-għeġubijiet tal-Mulej. 3. Luqa 10: 1-9 Il-ħsad kbir, imma l-ħaddiema ftit. Mill-ħajja tal-Istitut: 1725 - Il-Papa Benedittu XIII japprova l-Istitut 1937 - Il-fdalijiet ta’ San Ġwann Battista De La Salle jiġu trasferiti minn

Lembecq-lès-Hal fil-Belġju għad-dar ġdida ġenerali f’Ruma. 1987 - Il-Papa San Ġwanni Pawlu II japprova r-regoli mibdula tal-Brothers. SAN TIMOTJU U SAN TITU (l-1 seklu) - isqfijiet Dawn iż-żewġ qaddisin kienu dixxipli u sħab ta’ San Pawl, u għalhekk il-Knisja tagħmel il-festa tagħhom flimkien l-għada tal-konverżjoni ta’ dan l-Appostlu. San Timotju kien minn Listre fil-Likaonja, imwieled minn missier Grieg

(pagan) u omm Lhudija. Kien imrobbi fil-qari assidwu tal-Kotba Mqaddsa. Ommu, Ewniċe u nanntu Loide, kif ukoll San Timotju nnifsu, aktarx ħaddnu l-fidi nisranija waqt li San Pawl mar l-ewwel darba f’Listre.

Meta San Pawl irritorna f’Listre, matul it-tieni vjaġġ missjunarju tiegħu, Timotju kien irrakkomandat ħafna mill-insara, u għalhekk l-appostlu għażlu biex jissieħeb miegħu fil-vjaġġ u bagħtu fuq missjonijiet diffiċli u kunfidenzjali.

Bħala l-eqreb kollaboratur, tant kellu x’jaqsam mal-appostolat ta’ S. Pawl, li hu msemmi fi ħdax-il ittra tiegħu, u f’sitta minnhom bħala dak li bagħat l-ittra flimkien mal-appostlu.

Fl-ewwel priġunerija ta’ San Pawl f’Ruma, Timotju kien mal-imgħallem tiegħu. Wara li San Pawl kien meħlus, Timotju akkompanjah fl-aħħar vjaġġ tiegħu missjunarju u l-appostlu ħallieh f’Efesu biex jieħu ħsieb il-Knisja ta’ dik il-belt.

L-appostlu, ftit qabel ma miet, kitiblu ittra u talbu li jmur ħdejh qabel ma tidħol ix-xitwa. San Timotju għadda l-bqija ta’ ħajtu bħala isqof ta’ Efesu, sakemm kien maqtul fix-xitwa tas-sena 97.

San Titu kien ħabib u dixxiplu ta’ San Pawl u ordnah bħala l-ewwel isqof tal-gżira ta’ Kreta. Għall-ħabta tas-sena 56, San Pawl bagħat lil Titu fuq missjoni f’Korintu biex jirriforma l-Knisja ta’ dik il-belt.

Page 52: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 51.

Jingħad li Titu kien l-aktar dixxiplu għażiż ta’ San Pawl, li lilu, għall-ħabta tas-sena 64, indirizzalu waħda mill-ittri tiegħu u li fiha jgħallmu kif kellu jieħu ħsieb il-merħla afdata f’idejh.

Titu akkompanja lil San Pawl u lil Barnaba għall-Konċilju ta’ Ġerusalemm. Billi Titu kien ikkonvertit mill-paganiżmu, hu ma kienx ċirkonċiż, u, għalkemm fil-Konċilju dawk li kienu ġejjin mir-reliġjon Lhudija rieduh li jkun sottomess għal din il-liġi Lhudija, San Pawl ma riedx jaċċetta.

Skont it-tradizzjoni San Titu rritorna fi Kreta jaqdi l-ħidma tiegħu ta’ isqof, u miet hemmhekk għall-ħabta tas-sena 96. Fl-ittri tiegħu lil Timotju u lil Titu, San Pawl jinkoraġġihom biex jippriedkaw duttrina tajba u biex jippreservaw id-depożitu tal-fidi.

.

Riflessjoni: Darba ilu, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu huwa u jurihom l-għelieqi bil-qamħ misjur: “Erfgħu għajnejkom u ħarsu ftit kif l-għelieqi bjadu għall-ħsad” (Ġw. 4, 35). U ftit wara: “fis-sewwa kollu, il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu” (Mt. 9, 37-38). X'misteru! ... Ġesù ma jistax kollox? U l-ħlejjaq mhumiex ta' dak li għamilhom? Għaliex mela Ġesù jgħid: “Itolbu lil sid il-ħsad biex jibgħat il-ħaddiema?” Għaliex?... A! Huwa hekk għax Ġesù għandu għalina mħabba tant ma tistax tifhimha, li hu jrid li aħna jkollna sehem miegħu fis-salvazzjoni tal-erwieħ. Hu ma jrid jagħmel xejn mingħajrna. Il-ħallieq tal-univers joqgħod jistenna t-talb ta' xi ruħ ċkejkna u msejkna sabiex isalva oħrajn mifdija bħalha bil-prezz ta' demmu kollu. Is-sejħa proprja tagħna mhix li mmorru għall-ħsad fl-għelieqi tal-qamħ misjur. Ġesù lilna ma jgħidilniex: “Baxxu għajnejkom, ħarsu lejn l-għelieqi u morru aħsduhom”. Il-missjoni tagħna hija terġa' u tgħid iktar għolja. Dan hu kliem Ġesù tagħna: “Erfgħu għajnejkom u ħarsu”. Ħarsu u araw kif fis-sema tiegħi hemm postijiet battala; imiss lilkom li timlewhom, intom il-Mosejiet tiegħi li titolbu fuq il-muntanja (Eż. 17, 8-13); itolbuni l-ħaddiema u jien nibgħathom; nistenna biss talba, tnehida minn qalbkom! ...

Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 58, it-3 punt

People living in the world think very little about God and have little concern about their salvation. Their sole occupation is usually with their temporal affairs and the needs of the body. It would seem that most have nothing to hope for or to fear beyond this present life. If we speak to them about God, about what leads us to God, about the essential duties of a Christian, about the practice of what is right, and about avoiding occasions of sin and dangerous company, they then have ears and hear nothing, because all they can grasp is what strikes their senses. You have withdrawn from the world to lead a life above nature and human inclinations and to labor for the salvation of your neighbor; therefore, you must not be attached and devoted to anything but God and the ministry with which he has honored you. All your concern ought to be concentrated on purely spiritual matters.

Page 53: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

52. SIGNUM FIDEI

TALBA

Ilqa’ Mulej, il-beżgħat tagħna, u biddilhom f’fiduċja. Ilqa’ t-tbatija tagħna, u agħmel li nikbru biha. Ilqa’ l-kriżijiet tagħna u biddilhom f’maturità.

Ilqa’ d-dmugħ tagħna u biddlu f’talb. Ilqa’ l-qtugħ ta’ qalb u biddlu f’fidi.

Ilqa’ s-solitudni u biddilha f’kontemplazzjoni. Ilqa’ l-istennija tagħna, u biddilha f’tama. Ilqa’ l-mewt tagħna u biddilha f’qawmien.

A. Ganube

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 27 ta’ Jannar Santa Anġela Merici - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 10: 32-39 Ġarrabtu bis-sabar taqbida ħarxa. Tarmux, mela,

il-fiduċja tagħkom. 2. Salm 36: 3-6.23-24.39-40 Is-salvazzjoni tal-ġusti mill-Mulej. 3. Mark 4: 26-34 Ir-raġel jixħet iż-żerriegħa u jorqod: iż-żerriegħa

tinbet u tikber, bla ma jaf kif. SANTA ANGELA MERICI (1474-1540) - verġni Angela twieldet f’Desenzano fuq ix-xatt tal-għadira ta’ Garda, fl-Italja. Hi sfat

iltima ta’ għaxar snin u trabbiet minn zijuha li kien sinjur. Ta’ 15-il sena nkitbet Terzjarja Franġiskana.

Wara l-mewt ta’ zijuha hija bdiet tieħu interess fit-tagħlim tal-katekiżmu fost il-foqra tar-raħal tagħha u ħajret lil diversi nisa żgħażagħ – ħafna minnhom Terzjarji Franġiskani bħalha – biex jgħinuha f’dan ix-xogħol.

Hi waqqfet f’Desenzano, skola għat-tagħlim tat-tfal bniet. Koppja nobbli stednitha biex tiftaħ skola oħra fi Brescia. Għal xi żmien, waqt pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa, hi tilfet id-dawl ta’ għajnejha.

Hi żaret Ruma fis-Sena Mqaddsa tal-1525, u rrifjutat offerta mill-Papa Klement VII biex tkun is-superjura ta’ kongregazzjoni ta’ sorijiet infermiera.

F’Novembru 1535 qiegħdet is-sisien tal-kongregazzjoni tagħha taħt il-patroċinju ta’ Santa Ursola verġni u martri: minn hawn hu ġej li s-sorijiet

Page 54: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 53.

tagħha huma magħrufin bħala Ursolini. Il-proġett tagħha żviluppa bil-mod u fl-aħħar l-għamla li ħa fi Brescia, meta Santa Angela kellha kważi sittin sena, kien xi ħaġa bħal dak li llum insejħulu stitut sekulari.

Ir-regola kienet tippreskrivi faqar, kastità u ubbidjenza, iżda ebda abitu distintiv – libsa sewda kienet irrakkomandata – ebda voti, klawsura jew ħajja komunitarja regolari. Il-membri kienu jgħixu f’darhom – għalkemm kienu jiltaqgħu biex jagħtu qima ’l Alla – u kienu jmorru regolarment fid-djar tal-foqra biex jgħallmuhom. B’hekk kienu jiġu f’kuntatt ma’ familji sħaħ.

Dawn l-affarijiet nbidlu ftit snin wara l-mewt ta’ S. Angela speċjalment fl-influwenza ta’ San Karlu Borromeo u ġew modifikati matul is-sekli biex l-ideal ta’ servizz ta’ S. Angela jiġi adattat għall-ħtiġijiet li jitbiddlu tal-Knisja

Santa Angela Merici kienet tħobb tgħid: “Id-diżordni fis-soċjetà hija riżultat ta’ diżordni fid-dar” u l-iskop tagħha kien li terġa’ tagħmel nisranija l-ħajja tal-familja – u l-ħajja tas-soċjetà – permezz tal-edukazzjoni ta’ nisa u ommijiet futuri.

Santa Angela Merici mietet fi Brescia fis-27 ta’ Jannar 1540 meta kellha 65 sena. Kienet iddikjarata qaddisa minn Piju VII fl-1807.

Riflessjoni: Il-fidi tgħallimna li t-triq tal-perfezzjoni tal-bniedem hija t-triq tal-providenza ta' Alla. Alla ta lill-bniedem għaġna naturali, taħt forma ta' żerriegħa, li mbagħad tiżviluppa u tikber. Alla ħaseb biex il-proċess evoluttiv ikun jiddependi kemm mill-fattur estern u kemm mil-liberu arbitriju tal-bniedem stess. L-interazzjoni ta' dawn il-fatturi ta' kemm-il xorta, u x'joħroġ minnhom, li għall-bniedem jidhru inspjegabbli, mhux lakemm tifhimhom jew tobsorhom, Alla jarahom ċari ħafna. U għalhekk hu ġieli jindaħal fil-ġrajja tal-bniedem, bħal meta jwettaq xi miraklu, jew fl-ordni naturali estern meta jwitti l-affarijiet b'xi intervent f'dak li mhux normali li jsir; kif ukoll meta jagħmel mirakli fil-ħajja interjuri tal-bniedem: dak li jissejjaħ l-effett tal-grazzja. Santa Tereża Beneditta tas-Salib (Edith Stein) Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 81, silta mill-1 punt

Saint Ambrose did all he could to oppose his own election, but when he did not succeed, in order to rid himself completely of the spirit of the world, he resigned all the positions he held, abandoned all he possessed in these positions, and gave his fortune to the poor and to the Church. In this he imitated the Apostles, who had left all to follow our Lord and to preach his Gospel. This spirit of poverty filled the holy prelate as soon as he was promoted to the episcopal dignity and inspired him with such a love for the poor that he even sold the sacred vessels to help them in a time of public calamity. To begin to belong entirely to God, we need to make ourselves poor. We even need to have as much affection for poverty as people of the world have for riches. This is the first step that Jesus Christ wishes us to make when we enter the way of perfection. Do you have an effective love of poverty? To give proof of this, are you pleased when you lack something, even necessary things? Ask these questions often.

Page 55: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

54. SIGNUM FIDEI

TALBA Irrid ninxteħet fi ħdanek,

Mulej, u ma rridx nibża’ minnek. Ma rridx nitwarrab minnek

għaliex jekk nersaq lura żgur li niksaħ mis-sħana tal-imħabba tiegħek,

Irrid għalhekk ninxteħet fi ħdanek mingħajr ħsibijiet, u naf li int lest tilqagħni biex tfejjaqni.

Ammen. Santu Wistin

Missierna ...

Is-Sibt, 28 ta’ Jannar

San Tumas d’Aquino - saċerdot u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 11: 1-2.8-19 Kien iħares ’il quddiem lejn il-belt li l-imgħallem u l-

bennej tagħha huwa Alla. 2. Salm: Luqa 1: 69-75 Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael. 3. Mark 4: 35-41 Dan min hu, mela, biex saħansitra r-riħ u l-baħar

jisimgħu minnu? SAN TUMAS D’AQUINO (1225-1274) - saċerdot duttur tal-Knisja San Tumas, magħruf bħala d-“Duttur Anġeliku” u l-“Prinċep tat-Teoloġi

Kattoliċi”, għadda ħajja f’atmosfera ta’ talb u studju: minn mindu kellu sitt snin sa erbatax-il sena, mal-Benedittini f’Monte Cassino, imbagħad fl-Università ta’ Napli minn fejn, minkejja oppożizzjoni kbira mill-familja, huwa ddeċieda li jidħol mal-patrijiet ta’ San Duminku, ordni ddedikata prinċipalment għat-tagħlim u l-predikazzjoni.

F’Pariġi u f’Cologne huwa studja taħt San Albertu Manju. San Tumas għallem u pprietka f’Pariġi, Orvieto, Ruma, Viterbo u Napli. Barra li hu l-awtur tal-opra famuża Summa Theologiæ, hu ħalla ħafna kitbiet oħra li jixhdu l-kobor tal-għerf li bih kien imżejjen.

Qabel ma kien jibda’ xi studju, huwa kien l-ewwel isejjaħ l-għajnuna ta’ Alla fil-kontemplazzjoni u t-talb. Is-sintesi ta’ San Tumas taqbel ħafna mar-rivelazzjoni divina u mar-raġuni umana.

Huwa kien bniedem ta’ ħajja sempliċi, lest li jaqdi, silenzjuż u miġbur, b’mod li kien maħbub minn kulħadd. Aktar minn ħaddieħor hu kien jifhem l-istudju u x-xjenza bħala mezzi ta’ qdusija. Maħbub mill-poplu, kien jippreferi li

Page 56: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 55.

jipprietka lin-nies foqra, bis-sempliċità u bonarjetà, anke aktar minn darba kuljum, kif jixhed l-ewwel kittieb tal-ħajja tiegħu.

San Tumas t’Akwinu kien devot kbir tal-Ewkaristija. Lil dan il-qaddis nafu l-offiċjatura ta’ nhar il-festa ta’ Corpus Christi fejn insibu fost l-oħrajn il-famuż innu Lauda Sion, kif ukoll il-Pange Lingua.

Il-qaddis miet ta’ 49 jew 50 sena fis-7 ta’ Marzu 1274 meta kien fi triqtu għat-Tieni Konċilju ta’ Lyons. Il-festa tiegħu ssir fit-28 ta’ Jannar b’tifkira ta’ meta fl-1368 il-fdalijiet tiegħu ttieħdu f’Toloża, fi Franza, b’ordni tal-Papa Urbanu V.

Kien iddikjarat qaddis minn Ġwanni XXII fl-1323 u ddikjarat duttur tal-Knisja minn Piju V. Mis-snin li għaddew mill-kanonizazzjoni tiegħu, ebda għalliem ma kien hekk approvat minn Papiet u konċilji daqsu u huwa l-uniku duttur li l-Konċilju Vatikan II ppropona speċifikament bħala gwida intellettwali għas-saċerdoti u għall-istudenti universitarji. San Tumas huwa padrun tal-iskejjel kattoliċi.

Riflessjoni: “Għalhekk irridu ngħidu li għall-fehma ta’ kull verità, il-bniedem irid għajnuna divina. B’hekk id-dehen jiġi mqanqal minn Alla. Imma hu m’għandux bżonn ta’ żieda ta’ dawl ġdid mad-dawl naturali tiegħu, sabiex ikun jaf kull verità, imma f’dawk il-ftit li jegħelbu l-għerf naturali tiegħu.” San Tumas D’Aquino – Summa Theologiae Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 108, it-2 punt

In all his studies and all his writings, Saint Thomas had no other purpose than the glory of God and the building of the Church. Because of this he merited to have Jesus Christ give him this praise: Thomas, you have written well of me; what reward do you wish me to give to you for the great good you have done for the Church? But this saint had worked with such great disinterestedness for the good of the faithful, especially those who have to teach others, that he made no other reply than this, that he wanted no other recompense than God. Your profession commits you to teach children the science of salvation, and you are bound to do this with total disinterestedness. Do you do this with the sole view of procuring the glory of God and your neighbor’s salvation? Declare to God that you will never have any other intention than that.

TALBA O Mulej Alla tiegħi, agħtini

moħħ biex nagħarfek, qalb biex infittxek, għerf biex insibek,

imġiba biex nogħġob lilek, perseveranza determinata fl-istennija tiegħek,

u tama li fl-aħħar inħaddnek miegħi. Ammen.

San Tumas D’Aquino

Missierna ..

Page 57: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

56. SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 29 ta’ Jannar

Ir-Raba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena San Benild Romançon - Brother ta’ De La Salle

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Sofonija 2: 3; 3, 12-13 Inħalli f’nofsok poplu umli u mċekken. 2. Salm 145: 7.8-10 Henjin il-foqra fl-ispirtu. 3. 1 Korintin 1: 26-31 Alla għażel il-ħwejjeġ dgħajfa tad-dinja. 4. Mattew 5: 1-12a Henjin il-fqar fl-ispirtu. SAN BENILD - Brother ta’ S. Ġwann Battista De La Salle (1805 - 1862) (Minħabba li l-festa liturġika ta’ dan il-Brother taħbat fit-13 t’Awwissu, u dakinhar l-iskejjel ikunu bil-vaganzi, il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata llum) Kien jismu Pierre qabel ma’ daħal Brother ta’ De La Salle. Twieled fl-14 ta’

Ġunju, 1805. Il-familja kienet tgħix mix-xogħol tar-raba’. Ommu rawmet fih devozzjoni kbira lejn l-Ewkaristija u lejn il-Madonna. Ta’ 12-il sena għamel l-Ewwel Tqarbina.

Ta’ 14-il sena talab biex jidħol Brother. Missieru heddu li jnaqqaslu sehmu tal-wirt jekk jitlaq id-dar. Fl-1820, irċieva l-barka ta’ missieru u beda n-novizzjat. Wara sena ta’ formazzjoni, ġie mibgħut jgħallem u wara sentejn ġie mitlub jgħallem fi skola oħra. Brother Benild kellu jiffaċja tfal li kienu vjolenti, vandali u mimlijin qilla.

It-tagħlim tal-katekiżmu kien is-suġġett preferit tiegħu. Kien fl-1841 meta San Benild ġie mibgħut fir-raħal ta’ Saugues. Baqa’ hawnhekk sakemm miet fl-1862.

Minbarra li kien il-kap tal-iskola, kien ukoll is-superjur tal-komunità. Speċjalità tiegħu kienet it-tħejjija tat-tfal biex jirċievu ’l Ġesù Sagramentat fl-Ewwel Tqarbina. Id-devozzjoni li nissel fil-qlub ta’ kulħadd lejn l-Ewkaristija u lejn il-Madonna wettqu mirakli fl-erwieħ.

Fl-20 sena li dam f’Saugues, aktar minn 265 vokazzjoni għas-saċerdozju u għall-ħajja reliġjuża stqarrew li kienu jafu l-vokazzjoni tagħhom wara Alla lill-Brother Benild.

Miet fit-13 ta’ Awwissu 1862 b’kankru fil-fwied meta kellu 57 sena. Pawlu VI ddikjarah qaddis fl-1967. Skola tal-Frères f’Tas-Sliema hija

ddedikata lil San Benild. Riflessjoni, mingħand il-Papa Franġisku: Fil-qalb ta’ Alla hemm post preferenzjali għall-foqra, tant li Hu nnifsu “ftaqar” (2 Kor. 8:9). Il-mixja kollha tal-fidwa tagħna hi mmarkata mill-foqra. Din il-fidwa waslitilna permezz tal-“iva” ta’ xbejba umli minn raħal ċkejken mitluf xi mkien fit-trufijiet ta’ imperu kbir. Il-Feddej twieled f’maxtura, qalb il-bhejjem, kif kien jiġri fil-

Page 58: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 57.

każ ta’ wlied dawk l-aktar foqra; ġie ppreżentat fit-tempju ma’ par gamiem, l-offerta ta’ dawk li ma kellhomx biex jixtru ħaruf (ara Lq. 2:24; Lev 5:7); kiber f’dar ta’ ħaddiema sempliċi u ħadem b’idejh stess biex seta’ jaqla’ x’jiekol. Meta beda jħabbar il-wasla tas-saltna, warajh ġrew folol kbar ta’ dawk li huma għerja minn kollox, u hekk wera dak li hu stess kien qal: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani. Bagħatni nwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin” (Lq. 4:18). Lil dawk li kienu milquta mit-tbatija, imjassra mill-faqar, hu żgurahom li Alla kien qed iżommhom fil-qalba ta’ qalbu: “Henjin il-foqra fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet” (Lq. 6:20); u magħhom identifika ruħu: “Għax jien kont bil-ġuħ u tmajtuni”, u hekk għallem li l-ħniena lejhom hi l-muftieħ għas-sema (ara Mt. 25:35s) ... L-impenn tagħna m’għandux jissarraf esklussivament f’għemejjel u fi programmi ta’ promozzjoni u għajnuna; dak li l-Ispirtu jqanqal mhux attiviżmu żejjed, imma qabelxejn attenzjoni għall-ieħor “billi nqisuh qisu kien ħaġa waħda magħna nfusna”. Din l-attenzjoni ta’ mħabba hi l-bidu ta’ tħassib veru għall-persuna tiegħu u rridu nitilqu minnha biex nistgħu nfittxu b’mod effettiv il-ġid tiegħu. Dan jitlob minna li napprezzaw lill-fqir fl-istess tjieba tiegħu, b’dak li hu, bil-kultura tiegħu, bil-mod kif jgħix il-fidi. L-imħabba awtentika dejjem hi kontemplattiva, tagħtina li naqdu lill-ieħor mhux għall-bżonn jew b’vanità, imma għax il-persuna l-oħra hi sabiħa, lil hemm mid-dehra ta’ barra. “Mill-imħabba li biha nsibu gost fil- persuna l-oħra jiġi li noffrulha xi ħaġa b’xejn”. Il-fqir, meta hu maħbub, “hu meqjus ta’ valur għoli”, u dan li jagħmel differenti l-għażla vera favur il-foqra minn ideoloġija oħra, kienet li kienet, minn kull tentattiv li jintużaw il-foqra għas-servizz ta’ interessi personali jew politiċi. Lill-foqra nistgħu biss inseħbuhom tabilħaqq fil-mixja ta’ ħelsien tagħhom jekk infittxu li nkunu qrib tagħhom tassew bi mħabba. Dan biss jagħmilha possibbli li “l-fqar f’kull komunità jħossuhom ‘f’darhom’. Ma jkunx dan l-aħjar mod u l-aktar wieħed effettiv kif nippreżentaw l-aħbar it-tajba u tas-saltna?” Mingħajr l-għażla preferenzjali għall-iżjed foqra, “l-aħbar it-tajba tal-Vanġelu, li fiha nfisha hija l-ewwel forma ta’ karità, tkun fil-periklu li tkun mifhuma ħażin jew li tkun maħnuqa minn kwantità ta’ kliem li bih ninsabu mdawrin fis-soċjetà ta’ komunikazzjoni fi żmienna.”

Silta mill-Eżortazzjoni Appostolika, Evangelii Gaudium

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 186, silta mill-1 parti

What a great blessing it is to be brought up well, for in this way we acquire many virtues with great ease, because the tendencies of the young are easily guided, and they accept without great difficulty the impressions we seek to give them. Consider, therefore, how important it is that you work as perfectly as you can to educate well all those who are under your guidance and to procure piety for them. This is the principal object and purpose of your work. Be assured that you will succeed in this only if you are pleasing to God and that he will pour out on you and your work his abundant blessing only insofar as you make their education your principal concern.

Page 59: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

58. SIGNUM FIDEI

TALBA

fuq il-vers “Henjin dawk li jħarsu l-Preċetti Tiegħek” (Salm 118.2) Mulej Ġesù,

għinni, ħalli mmut għalija nnifsi, għal dak kollu li qiegħed ifixkilni, li nimxi fuq l-eżempju tiegħek. Immut għall-egoiżmu, l-għażż,

dak kollu li qed jimmina r-rieda tiegħi biex nosserva l-liġi tiegħek.

Mulej, ippermetti li jiena nħabbrek biex inxandar u nkattar

is-saltna tiegħek billi nkun il-messaġġier

ta’ għaqda, imħabba u paċi.

Ammen. Bro. Louis Camilleri

Missierna ...

It-Tnejn, 30 ta’ Jannar San Mutien-Marie Wiaux - reliġjuż Santa Ġaċinta Mariscotti - verġni

Il-Beatu Bronislai Markiewicz - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Lhud 11: 32-40 Bil-qawwa tal-fidi huma rażżnu saltniet. 2. Salm 30: 20-24 Issaħħu u qawwu qalbkom. 3. Mark 5: 1-20 Oħroġ, ja spirtu ħażin, minn dan il-bniedem! SAN MUTIEN-MARIE WIAUX (1841-1917) - reliġjuż Lwiġi Ġużeppi Wiaux twieled f’Millet, qrib Gosselies fil-Brelġju. Il-ġenituri

tiegħu, li kienu ħaddiema foqra, tawh edukazzjoni reliġjuża profonda. Ta’ 15-il sena ddeċieda li jingħaqad mal-kongregazzjoni ta’ San Ġwann Battista de la Salle li ftit qabel kienu fetħu skola qrib id-dar tagħhom. Fl-1 ta’ Lulju 1871 beda n-novizzjat u biddel ismu f’ Mutien-Marie.

Meta temm in-novizzjat kien destinat biex jibda’ karriera ta’ għalliem, u kien mibgħut f’Chimay u fi Brussels, imbagħad fil-kulleġġ ta’ Malonne. Meta ġie

Page 60: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 59.

biex iġedded il-voti temporanji, il-kunsill tal-komunità deherlu li ma kienx adattat biex ikompli fil-vokazzjoni, billi ma tantx kien jinqala’ biex jgħallem, imma mbagħad aċċettawh wara li ddefendieh brother sieħbu. Sadattant Mutien-Marie speċjalizza fil-mużika; għalhekk qabbduh biex jgħallem lil dawk li kienu se jibdew dan is-suġġett.

Imma l-vera vokazzjoni ta’ Mutien-Marie kienet li jgħallem il-katekiżmu. Talab u ngħata l-permess li jibda’ korsijiet kateketiċi fost l-istudenti tal-kulleġġ. Kien jagħti għalhekk dawn il-lezzjonijiet għal ħafna snin kull nhar ta’ Sibt.

Il-ħajja tiegħu ta’ talb u komunikazzjoni ma’ Alla kienet il-bażi tal-qdusija ta’ Br. Mutien-Marie: kien bniedem jitlob bla waqfien. Mill-Ewkaristija u mid-devozzjoni lejn il-Madonna kiseb il-qawwa u d-determinazzjoni li kellu bżonn biex jegħleb id-diffikultajiet iebsin li ltaqa’ magħhom u biex jimxi ’l quddiem fil-ħajja ta’ qdusija. Kellu mħabba mħeġġa lejn il-Madonna u qiegħed lilu nnifsu taħt il-ħarsien matern tagħha.

F’Novembru 1916, fl-eqqel tal-Ewwel Gwerra Dinjija, kien ordnat mit-tabib biex jieħu perjodu ta’ mistrieħ; saħħtu kienet marret lura ħafna. Mutien-Marie Wiaux ħejja ruħu għall-mewt bl-aħħar sagramenti, u miet nhar it-30 ta’ Jannar 1917 ta’ ftit aktar minn 77 sena.

Pawlu VI ddikjarah beatu f’Ottubru 1977; kien iddikjarat qaddis mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fl-1989.

Riflessjoni, mill-Imitazzjoni ta’ Kristu, ir-Raba’ Ktieb, Kap. XVIII: Imberkin dawk l-erwieħ tajba li ma joqogħdux jitlewmu fuq il-ħwejjeġ tqal tal-fidi, imma jimxu mat-triq watja u soda tal-kmandament t’Alla! Kemm u kemm uħud tilfu d-devozzjoni għax riedu jistħarrġu fuq xi misterji t’Alla! Alla taf x’jitlob minnek? Il-fidi u l-ħajja tajba; mhux li jkollok għerf jew li tifhem il-għoli tal-misterji t’Alla. Jekk int ma tistax tifhem dak li hu ’l isfel minnek, kif tista’ tifhem dak li hu ogħla minnek? Obdi ’l Alla u umilja s-sensi tiegħek lejn il-fidi; u Alla, tibżax, jagħtik id-dawl tal-għerf daqs kemm ikun jeħtieġlek. Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 10, silta mill-1 punt

To live in a community that is faithful to the Rule is to live in the boat with Jesus and his disciples, because those who live there have left the world to follow Jesus, have put themselves under his guidance, and have become his disciples. There they are protected from the waves of the stormy sea of this world, that is, from a great many occasions that are found there for offending God. Still, they are not entirely safe from all difficulties and temptations. Of these the most dangerous and most hurtful are those which lead us to fail in obedience or to obey in a faulty manner. Because we have entered the community only to obey, as soon as we separate ourselves from obedience, we forfeit the graces we need to persevere in this state of life. This is why it is so important that people living in community have at their disposal the means needed to protect themselves against temptations of this sort.

Page 61: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

60. SIGNUM FIDEI

TALBA Mulej Alla,

agħmel li l-ħajja u x-xhieda ta’ Brother Mutien tnebbaħna biex ngħixu aktar fidili

lejn is-sejħa tiegħek biex nimxu fil-Preżenza Tiegħek

u nikbru fil-qdusija. Wassalna biex niskopru s-sempliċità tal-Vanġelu

u ngħixu ħajja ta’ apprezzament u ta’ ringrazzjament

ma’ Ġesù l-iben tiegħek. Ammen.

Missierna ...

It-Tlieta, 31 ta’ Jannar San Ġwann Bosco - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Lhud 12: 1-4 Nibqgħu niġru t-triq tal-prova li għandna

quddiemna. 2. Salm 21: 26-28 u 30-32 Ifaħħruk, Mulej, dawk li jfittxuk. 3. Mark 5: 21-43 Tfajla, qiegħed ingħidlek, qum!

SAN ĠWANN BOSCO (1815-1888) - saċerdot Dan il-qaddis “Appostlu taż-Żgħażagħ” twieled qrib Murialdo di

Castelnuovo, fil-Pjemonte, iben iż-żgħir ta’ ġenituri fqar. Ta’ sentejn tilef lil missieru.

F’awtobijografija li kiteb fuq talba tal-Papa Piju IX, S. Ġwann Bosco jgħid li meta kien għadu tfajjel ra f’ħolma ħafna tfal jilagħbu f’bitħa, li bdew jitkellmu ħażin u huwa beda jsawwathom biex iwaqqafhom; imbagħad raġel liebes l-abjad (li kien Ġesù) u sinjura sabiħa (il-Madonna) wrewh li huwa kellu jirbaħ lil dawn it-tfal bl-umiltà u l-ġentilezza.

Kien għadu ta’ disa’ snin meta ommu Margerita ntebħet li binha għad isir qassis. Beda jiġbed lit-tfal tar-raħal tiegħu, jevitahom minn postijiet li setgħu jkunu ta’ ħsara għalihom, u jivvinta logħob u bużullotti biex jiġbor madwaru tfal oħra u jgħallimhom dak li jkun tgħallem hu.

Page 62: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 61.

Ċkejken għamilha ta’ rgħaj u mbagħad ta’ kamrier u ta’ ħajjat fil-belt ta’ Chieri. Il-ħin li kien jibqagħlu kien jiddedikah għall-istudju u l-qari tajjeb.

Ta’ 20 sena daħal is-seminarju bl-għajnuna ta’ saċerdot li miġbud mill-imġiba eżemplari taż-żagħżugħ kisiblu post bla ħlas. Qaddes f’Ġunju 1841.

Waqt li darba kien qed iżur ħabs ma’ Don Cafasso, kappillan tal-ħabsijiet, osserva b’niket kbir il-kundizzjoni miżera tad-delinkwenza taż-żgħażagħ, u ddeċieda li jiddedika ħajtu għall-edukazzjoni ċivili u morali ta’ dawn l-imsejknin.

Jum minnhom (fit-8 ta’ Diċembru, 1841), waqt li kien qed jilbes għall-quddiesa, sema’ lis-sagristan ikeċċi tifel mill-knisja għax ma riedx jgħin fil-quddiesa. Sejjaħlu, għamel ħbieb miegħu, u din il-laqgħa maċ-ċkejken Bartolomeo Garelli kienet iż-żerriegħa tal-“oratorju” li hu waqqaf fil-knisja ta’ San Franġisk u mbagħad, wara ħafna taħbit u ġarr minn naħa għal oħra, f’Valdocco, fil-parti baxxa ta’ Turin (1846).

Fil-bidu l-oratorju kien ġa jgħodd seba’ mitt tifel. Ommu marret tgħix miegħu biex tgħinu u baqgħet miegħu l-aħħar għaxar snin ta’ ħajjitha. It-tfal kienu jħobbu jsejħulha “Mamma Margherita”.

San Ġwann Bosco kien ukoll kittieb prolifiku, u kiteb mhux biss kitbiet reliġjużi, imma wkoll kitbiet oħra biex jgħallem liż-żgħażagħ tiegħu u lill-poplu inġenerali. Beda l-famuża kollana Letture Cattoliche b’librett fuq xi suġġett partikulari kull xahar li kellha influwenza kbira fost il-poplu Taljan.

Is-subien kienu jħossu mill-ewwel li kien iħobbhom. Kien jemmen fil-ħbiberija, fl-apprezzament tal-isforzi, kien iqanqal sens ta’ responsabbiltà u jwarrab okkażjonijiet ta’ diżubbidjenza – kollox fil-preżenza ta’ Alla kollu mħabba u ħniena. Qrar u tqarbin ta’ spiss, tagħlim sod tal-katekiżmu u taħriġ fis-snajja’ manwali kienu parti mill-metodu Salesjan. Il-metodu tiegħu tal-edukazzjoni ma jafx b’kastigi. “Kemm tista’ aħrab il-kastigi u fittex li tikseb l-imħabba qabel il-biża’ … Ma niftakarx li qatt għamilt użu mill-kastigi; bil-grazzja t’Alla dejjem ksibt, anki minn tfal li kienu jidhru refrettarji, mhux biss dak li d-dmir jitlob, imma wkoll dak li qalbi kienet tixtieq.” Fl-istess ħin dejjem wissa lill-ġenituri kontra dik il-ħlewwa għamja u sensibbli lejn uliedhom li minnhom tagħmel ġugarell imħassar u mhux bniedem ta’ karattru.

Ma’ Santa Marija Domenika Mazzarello huwa waqqaf is-Sorijiet Salesjani, u għal-lajċi għamel it-tielet ordni ta’ Kooperaturi Salesjani.

Fl-aħħar snin ta’ ħajtu Don Bosco kien magħruf mad-dinja kollha. L-opra tiegħu bdiet tixtered mad-dinja kollha fejn il-missjunarji tiegħu Salesjani ħadu ħsieb skejjel, orfanatrofji, u kull xorta ta’ opra oħra għall-ġid tat-tfal u ż-żgħażagħ.

Meta San Ġwann Bosco miet fil-31 ta’ Jannar 1888 fl-età ta’ 72 sena, is-soċjetà tas-Salesjani kellha diġà 250 dar mad-dinja kollha b’aktar minn 130,000 tifel, li minnhom kienu joħorġu 18,000 apprendist fis-sena.

Iddikjarah beatu u qaddis il-Papa Piju XI; l-għada tal-kanonizzazzjoni l-Gvern Taljan nedieha vaganza pubblika. Hu l-qaddis patrun tal-apprendisti.

Page 63: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

62. SIGNUM FIDEI

Nota: San Ġwann Bosco għal xi żmien kien il-kappillan fi skola ta’ De La Salle, ta’ Santa Barbara f’Turin. Il-ktieb favorit tiegħu kien “Twelve Virtues of a Good Teacher”. Riflessjoni: “Jekk tafu xi ħaġa, agħtu glorja lil Alla, li minnu ġej kull ġid; iżda b’daqshekk la tintefħux, għaliex is-suppervja hija dudu li jmermer u jeqred kull mertu tal-opri tajba kollha tagħkom.” San Ġwann Bosco Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 199, silta mill-1 punt

He had received the grace of unveiling to the nations the incomprehensible riches of Jesus Christ, so that those who previously were deprived of Jesus Christ and were strangers to the covenant of God, without hope in his promises, now belong to Jesus Christ and are strangers no longer. They have become fellow citizens with the saints and servants of God’s household. They are the structure that has been built on the foundation of the Apostles and raised up by Jesus Christ. They have become the sanctuary where God dwells through his Holy Spirit. Such is the result accomplished in the Church by the instructions given, after the holy Apostles, by the great bishops and pastors of the Church, who devoted themselves to instructing those who wanted to become Christians. This is why this work seemed so important to them and why they devoted themselves to it with such care.

TALBA O Alla,

li erfajt lil San Ġwann Bosco, il-konfessur tiegħek, biex ikun missier u għalliem taż-żgħażagħ,

u permezz tiegħu, bl-għajnuna tal-Verġni Marija, waqqaft familji ġodda fil-knisja tiegħek,

nitolbuk bil-ħerqa, mimlijin bl-istess nar ta’ mħabba, nirbħu l-erwieħ u naqdu lilek biss.

B’Ġesù Kristu, l-iben tiegħek li jgħix u jsaltan miegħek

flimkien mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Missierna ...

Page 64: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 63.

Direzzjoni: Min jixtieq tagħrif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw lil: Signum Fidei, Dar il-Frères, Triq Antonio Sammut, Il-Gżira. GŻR1563

JGĦIX ĠESÚ F’QALBNA !

GĦAL DEJJEM

Page 65: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

64. SIGNUM FIDEI

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-providenza tiegħek, inti għoġbok tagħżilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfużjoni u inċertezzi. Ixgħel fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u ĠENEROŻITÀ, ħalli meta niġi biex nikkommetti ruħi fl-appostolat, nimxi fuq l-eżempju ta’ San Ġwann Battista De La Salle, u ndawwal oħrajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ħajjithom, ħalli jwasslu l-Vanġelu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xogħol ta’ ħutna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entużjażmu tal-ispirtu tal-imħabba tiegħek, insiru dejjem aktar il-melħ tad-dinja, id-dawl tad-dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bogħod mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ ġewwa dirgħajk lil ħutna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-paċi tiegħek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesu’ Kristu, ibnek l-għażiż. Ammen.

Page 66: JANNAR - signumfideimalta · 2. Salm 66 : 2,3,5,6,8 Iħenn għalina Alla u jberikna. 3. Galatin 4: 4-7 Alla bagħat lil ibnu, imwieled minn mara. 4. Luqa 2: 16-21 Sabu lil Marija

SIGNUMFIDEI 65.

The Chapel of St. John Baptist De La Salle in the Mother House in Rome. In 1937, the relics of the founder were transfered from Belgium to the Mother House and placed in the chapel for veneration.

SAN MUTIEN-MARIE WIAUX (1841-1917)

SAN BENILD ROMAN ON (1805-1862)