tifħira lil malta

11
Tifħira lil Malta Ġan Anton Vassallo Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010

Upload: sasson

Post on 23-Feb-2016

698 views

Category:

Documents


1 download

DESCRIPTION

Tifħira lil Malta. Ġan Anton Vassallo. Int sabiħa, o Malta tagħna! Mhux għax Malti nfaħħrek jien; I ssemmik id-dinja kollha, M agħruf ġmielek kullimkien. Imgħottija bl-isbaħ sema, L -ogħna dawl ix-xemx tagħtik, M a xxawtekx, bil-ħlewwa ssaħħnek, Ġ id iġġiblek u tqawwik. - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Tifħira  lil Malta

Tifħira lil MaltaĠan Anton Vassallo

Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010

Page 2: Tifħira  lil Malta

Int sabiħa, o Malta tagħna!Mhux għax Malti nfaħħrek jien;Issemmik id-dinja kollha,Magħruf ġmielek kullimkien.

Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010

Page 3: Tifħira  lil Malta

Imgħottija bl-isbaħ sema,L-ogħna dawl ix-xemx tagħtik,Ma xxawtekx, bil-ħlewwa ssaħħnek,Ġid iġġiblek u tqawwik.

Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010

Page 4: Tifħira  lil Malta

Fik il-bard lil ħadd ma jikserMeta x-xemx tgħaddilek bgħid,ma jiġix inhar tul senaIlli ma jsaħħnekx xi ftit.

Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010

Page 5: Tifħira  lil Malta

U l-art tiegħek kulma tagħmelKollu tajjeb, kollu bnin;Ġewwa bliethom il-frott tiegħek Jixtiquh wisq barranin.

Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010

Page 6: Tifħira  lil Malta

Illi l-ġid bil-wisq tagħtinaQaluh fl-ibgħad żminijiet;Filli tagħti għad li żgħira,Tisboq ’il bosta artijiet.

Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010

Page 7: Tifħira  lil Malta

B’kull tifħir, o Gżira mbierka,Il-għorrief semmewk, kitbuk;Għal insiġ idejn uliedekElfejn sena ilu faħħruk.

Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010

Page 8: Tifħira  lil Malta

Liema ħaġa li fik tinbetTieba u benna ma turix?Il-larinġa, il-frawla tiegħekMin fid-dinja ma jsemmix?

Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010

Page 9: Tifħira  lil Malta

U xi ngħid mill-għasel tiegħek,Liema bniedem ma jfaħħrux?Jekk iduru d-dinja kollhaOħla minnu ma jsibux.

Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010

Page 10: Tifħira  lil Malta

Fik il-qronfla, fik il-wardaBiex tħawwilhom l-angli ġiet,Imkien ġmielhom, imkien bħalhom,Fihom riħa tas-smewwiet.

Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010

Page 11: Tifħira  lil Malta

Ġewwa fik, o Gżira tagħna,Ħlief il-ħlewwa ma tidhirx;U kif le, jekk ismek, ismekĦlief il-għasel ma jfissirx?

Vincienne Zammit – Kulleġġ Santa Tereża - 2010