ottubru 2012 - signumfideimalta...re, nhar l-24 ta’ novembru 2013. għal dan il-għan minn għada,...

62
OTTUBRU 2012

Upload: others

Post on 22-Jan-2021

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

OTTUBRU 2012

Page 2: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

2 SIGNUM FIDEI

S. Ġwann Battista De La Salle Familja Lasalljana Fundatur

Intenzjonijiet tal-Papa u tal-isqfijiet tagħna:

1. Biex l-evanġelizzazzjoni ġdida timxi ’l quddiem fil-pajjiżi bi tradizzjoni antika nisranija. 2. Biex iċ-ċelebrazzjoni tal-Ġurnata Missjunarja ġġedded l-impenn għall- evanġelizzazzjoni. 3. Biex kulħadd, fil-familja tiegħu stess, bi mħabbtu, bi spirtu missjunarju, ikun sinjal tal-preżenza ta’ Kristu.

Dati importanti għax-xahar ta’ OTTUBRU: 2 t’Ottubru: L-Anġli Kustodji Mqaddsa 5 t’Ottubru: Santa Fawstina 9 t’Ottubru: Martri ta’ Turon 11 t’Ottubru: Tibda s-Sena tal-Fidi Festa tal-Beatu Ġwanni XXIII – Papa 18 t’Ottubru: San Luqa – Evanġelista 22 t’Ottubru: Festa tal-Beatu Ġwanni Pawlu II – Papa 23 t’Ottubru: Beatu Brother Arnold Reche

Nota: Dan il-ktejjeb, wieħed jista’ wkoll jkollu aċċess għalih fuq l-internet – signumfideimalta.wordpress.com

Signum Fidei Ħajja ta’ Xhieda

u ta’ Fidi

Fidi

- OTTUBRU 2012 -

NIFTAKRU LI QEGĦDIN FIL-PREŻENZA T’ALLA.

EJJEW NADURAWH

Page 3: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 3

It-Tnejn, 1 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Lisieux – reliġjuża, duttur tal-knisja u patruna tal-missjoni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: I. Ġob 1: 6-22 Il-Mulej tani u l-Mulej ħadli: ikun imbierek isem il-Mulej! 2. Salm 16: 1-3,6-7 Jiena nsejjaħlek, o Alla, isma’ kliemi. 3. Luqa 9: 46-50 Min hu l-iżgħar fostkom ilkoll, dan hu l-kbir. SANTA TEREŻA TA’ LISIEUX: tal-Bambin Ġesù – verġni u duttur tal-knisja (1873-1897)

Santa Tereżina, kif ġeneralment insibuha, hi waħda mill-qaddisin l-aktar popolari.

Tereża twieldet f’Alenċon, Franza; missierha, Louis Martin, kien arluġġar u ommha Zélie Guérin – li llum it-tnejn huma beati - qabel ma żżewġu kienu qed jaħsbu biex isiru reliġjużi, imma minflok taw lill-Knisja ħames vokazzjonijiet. Thérèse kienet l-iżgħar fost disa’ aħwa. Ta’ 5 snin tilfet lil ommha u għalhekk ħadu ħsiebha hutħa akbar minnha u zijietha. Ta’ 10 snin mardet b’marda tan-nervi, iżda fieqet f’daqqa minnha meta rat statwa tal-Madonna titbissmilha.

Kellha ġibda lejn il-missjonijiet f’artijiet barranin iżda hi aċċettat il-ħajja kontemplattiva minħabba li t-talb seta’ jgħin lill-missjonijiet. Wara li ħadet il-każ tagħha personalment quddiem il-Papa Ljun XIII hija rnexxielha tidħol fil-kunvent tal-karmelitani f’Lisieux ta’ 15-il sena, fejn qabel kienu ġa daħlu tnejn minn ħutha, u aktar tard oħtha Céline li kienet baqgħet id-dar iddur b’missierha.

Tereża pprofessat fl-1889 (ta’ 16-il sena) u għal tliet snin kienet mogħtija xogħol ordinarju fil-kunvent, bħal tiknes u tnaddaf. Wara ntgħażlet majjistra tan-novizzi.

F’Ġunju 1894 dehru l-ewwel sinjali tal-marda tat-tuberkolożi, imma hi baqgħet taqdi dmirijietha bħas-soltu. Fil-Ġimgħa l-Kbira, it-3 t’April 1896, kellha l-ewwel emorraġija.

Hi mietet fit-30 ta’ Settembru 1897, meta kellha 24 sena. Id-9 snin li Tereża għaddiet fil-kunvent għaddiethom f’mod tant ordinarju, is-

sigriet tagħha kien li tfassal ħajjitha fuq dik li hi ssejjaħ “it-Triq Ċkejkna tat-Tfulija Spiritwali”. Din it-triq hi tispjegaha fil-famuż ktieb tagħha Storja ta’ Ruħ li fih tispjega dan il-mod sempliċi ta’ ħajja nisranija b’konfidenza sħiħa u kompleta fl-imħabba ta’ Alla għalina. L-iStorja ta’ Ruħ ta’ Santa Tereżina turina wkoll li hi kellha bżonn ta’ eroiżmu konstanti biex tegħleb l-ostinazzjoni u l-passjoni għas-setgħa li kienu reqdin f’qalbha. Hi turina wkoll kif meta esperjenzat ġranet twal ta’ dipressjoni u ta’ skrupli kbar, hi ntelqet fil-forn tal-imħabba t’Alla. L-aħħar dikjarazzjoni li hi għamlet fuq is-sodda tal-mewt, “l-imħabba biss tgħodd”, kienet is-sigriet tal-qdusija tagħha.

Għamlet bosta mirakli wara mewtha - minkejja li ma għamlet ebda wieħed tul ħajjitha, u hekk seħħet il-wegħda li kienet għamlet ftit qabel mietet: “wara

Page 4: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

4 SIGNUM FIDEI

mewti, se nitfa’ xita ta’ ward”. Santa Tereża ta’ Lisieux kienet iddikjarata qaddisa minn Piju XI fl-1925, 28

sena biss wara mewtha; sentejn wara iddikjaraha Patruna tal-Missjonijiet kollha fl-Esteru ma’ San Franġisk Saverju.

F’Ottubru 1997, fl-okkażjoni tal-mitt sena minn mewtha, il-Papa ddikjaraha Duttur tal-Knisja, it-tielet mara u l-iżgħar fost il-41 qaddis li għandhom dan it-titlu.

Riflessjoni: “Kemm hu sabiħ li tgħaddi ftit ħin miegħu, li tmil fuq sidru bħad-dixxiplu l-maħbub (Ġwanni 13:25) u tħoss dik l-imħabba infinita preżenti ġewwa qalbu. Jekk fi żmienna, l-insara jridu jiddistingwu lilhom infushom bl-‘arti tat-talb’, kif jistgħu ma jħossux il-bżonn mill-ġdid, li jgħaddu ħin f’taħdita spiritwali, f’adorazzjoni fil-kwiet, u bi mħabba mill-qalb quddiem Kristu preżenti fil-Santissimu Sagrament.” Beatu Ġwanni Pawlu II – Papa

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med: 170.3 “.. .Ħabrek biex b’ħajtek tagħti kontribut siewi għall-ġid tal-Knisja, skont it-talenti li Alla tak. Ħobb il-ġabra u t-talb għaliex dawn huma l-aħjar mezzi sabiex inti tkun ta’ għajnuna għall-Knisja ...”

TALBA

O Alla, Missier Etern, aħna nadurawk u nfaħħruk għad-don u r-rigal tal-fidi

li biha niftħu qalbna għall-qawwa tal-imħabba tal-ispirtu tiegħek, li ħarġet minn dik il-qalb minfuda

ta’ Ibnek Ġesù Kristu. Erġa’ mill-ġdid rawwem fina fidi qawwija,

iftħilna moħħna u kebbsilna qalbna u għamilna qaddejja siewja.

Int li tgħix u ssaltan mal-Ispirtu s-Santu bi Kristu Sidna. Ammen.

Missierna ...

Nota importanti: Fil-11 ta’ Ottubru, fuq xewqa tal-Papa Benedittu XVI, ser tibda s-‘Sena tal-Fidi’. Intgħażlet din il-ġurnata, għax taħbat il-50 Anniversarju tal-ftuħ tal-Konċilju Vatikan II. Taħbat ukoll l-20 Anniversarju tal-pubblikazzjoni tal-Katekeżi tal-Knisja Kattolika. Is-sena tiġi fit-tmiem tagħha fis-Solennità tal-festa ta’ Kristu Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika.

Page 5: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 5

It-Tlieta, 2 t’Ottubru

L-ewwel jum tan-Novena Ewkaristika (Sena tal-Fidi) L-Anġli Kustodji Mqaddsa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Eżodu 23: 20-23 L-anġlu tiegħi jimxi quddiemek. 2. Salm 90: 1-6,10,11 L-anġli tiegħi jibgħatlek, biex iħarsuk. 3. Mattew 18: 1-5,10 L-anġli tagħhom fis-sema dejjem jaraw wiċċ il-Missier. L-Anġli Kustodji Mqaddsa L-Anġli Kustodji huma anġli tajbin imqabbdin biex jgħinuna, waqt li dejjem

jibqgħu fil-preżenza t’Alla. L-anġli, skont l-Ittra lil-Lhud, huma “spirti qaddejja, mibgħutin biex jaqdu għall-ġid ta’ dawk li se jiksbu s-salvazzjoni.” (Lhud 1, 14)

Il-kelma anġlu ġejja mill-Grieg u tfisser ‘messaġġier’. Huma fl-ewwel lok messaġġieri t’Alla, iżda l-qadi tagħhom hu aktar wiesa’ u hu idealment muri f’S. Rafel, li akkompanja lil bin Tobit.

It-tagħlim tal-Knisja fuq l-Anġlu Kustodju hu bbażat fuq il-kliem ta’ Ġesù li nsibu f’Mt 18:10, u li Ġesù mdawwar mid-dixxipli tiegħu qal wara li kien sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom: “Araw li ma tonqsux mill-istima lejn xi wieħed minn dawn iż-żgħar; għax, ngħidilkom, l-anġli tagħhom fis-smewwiet dejjem jaraw wiċċ missieri li hu fis-smewwiet.”

Jissemmew diversi episodji fil-ħajjiet tal-qaddisin li fihom jissemmew l-anġli kustodji; mingħandhom irċevew għajnuniet kemm għar-ruħ kif ukoll għall-ġisem, kif tirrakkonta p.e. Santa Franġiska Rumana.

San Bernard jgħid: “Weġġgħu lill-anġlu kustodju tiegħek! Kun rikonoxxenti għall-kura li hu jieħu tiegħek! Ikollok fiduċja fih, ħobbu u dur lejh, itlob il-protezzjoni tiegħu f’kull diffikultà, periklu u tentazzjoni.”

Il-festa tal-Anġli Kustodji bdiet fi Spanja fis-seklu 15 u kienet imdaħħla għall-Knisja tal-Punent mill-Papa Klement X, fl-1670.

Riflessjoni - Ħsieb għall-ewwel jum tan-novena: “Ma nsejjħilkomx aktar qaddejja ... sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kull ma smajt mingħand Missieri jiena għarraftulkom.” (Ġwanni 15:15). “Jiena hu Alla, u intom tgħixu fija. Jien nagħżel li ngħammar fikom kull meta tirċevuni fl-ewkaristija. Quddiem il-preżenza tiegħi, aħsbu fuq xi tfisser il-ħajja u min

“Il-qdusija ma tikkonsistix f’din jew dik il-prattika, iżda f’dispożizzjoni tal-qalb li tagħmilna umli u ċkejknin f’dirgħajn Alla.”

Santa Tereża tal-Bambin Ġesù

Page 6: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

6 SIGNUM FIDEI

tahilkom. Itolbu sabiex timtlew bid-dehen u tagħrfu li l-ġisem u d-demm tiegħi huma dejjem realment preżenti fl-Ewkaristija.” Nitolbu : Missierna, Sliema u Glorja Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 172, l-1 parti

Let us admire God’s goodness and thank him for the grace he has given us in assigning an angel to take care of us, protect us, and serve us. God was not satisfied to give us his only Son to rescue us from sin and to send us his Holy Spirit to fill us with his holy grace. To omit nothing of all his care that could advance our interests and keep us in piety and in his holy love, he also sends the holy angels to be with us on earth. He sends these blessed spirits, who rejoice before him in heaven, to be near us always, to help us, and to serve us in every kind of situation. He orders them to watch over us on his behalf, to guide us, and to enlighten us in all our ways, so that we may be able to go straight to heaven in safety without wandering astray. This is truly a marvelous effect of his goodness, says Saint Bernard, and one of the greatest proofs of his love. Let us, then, show our gratitude for this by carrying out exactly what the angels inspire us to do.

TALBA Anġlu t’Alla,

illi fit-tjubija tiegħu Alla tani biex tħarisni,

Iftaħli moħħi, ħarisni, żommni u mexxini f’dan il-jum/lejl,

Ammen. Missierna ...

L-Erbgħa, 3 t’Ottubru It-tieni jum tan-Novena Ewkaristika (Sena tal-Fidi)

San Franġisk Borja – presbiteru Beatu Kolumba Marmion - abbati

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 9: 1-12,14-16 Liema bniedem hu ġust quddiem Alla? 2. Salm 87: 10b-15 Ħa tasal it-talba tiegħi għandek, Mulej. 3. Luqa 9: 57-62 Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk.

Page 7: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 7

SAN FRANĠISK BORGIA – presbiteru Kien it-tielet ġeneral tal-Ġiżwiti (1510 – 1572), proniputi tal-Papa Alessandro

VI u tar-Re Ferdinandu l-Kattoliku, u twieled Gandija, Spanja. Wara edukazzjoni nisranija tajba fil-familja, mar isib kenn għand zijuh,

arċisqof, Saragossa, waqt rewwixta f’pajjiżu. Tħarreġ fl-istudji tal-mużika u l-armi. Bejn il-1523 u l-1525 mar Valladolid,

bħala paġġ ta’ Ġovanna, omm Karlu V. Fl-1528 l-Imperatur sejjaħlu fil-qorti tiegħu u ħajjru biex jiżżewweġ. Iżżewweġ lil Leonora de Castro, id-dama preferita tal-Imperatriċi, sena wara.

Sa minn dan iż-żmien il-qaddis kien magħruf għat-tjubija u għall-onestà tiegħu. Maħtur viċire tal-Katalonja (1539-1543) u duka ta’ Gandia rieġa b’għaqal kbir is-sudditi tiegħu sa mewt martu (1546).

Meħlus mix-xkiel tad-dinja talab lil Sant’Injazju biex jilqgħu fil-Kumpanija ta’ Ġesù. Il-Loyola laqgħu bil-ferħ; iżda qallu biex jistenna sakemm ikun ħaseb għal uliedu u għat-twaqqif ta’ kulleġġ universitarju Gandja, waqt li fl-istess ħin jibda l-kors tat-teoloġija f’pajjiżu. Għamel l-ewwel voti fl-1548 fil-kappella tal-kulleġġ, Gandija.

Libes ta’ patri u ordna saċerdot fit-23 ta’ Mejju 1551. Beda jipprietka fil-Guipuzcoa minn belt għal oħra u jgħallem il-katekiżmu lit-tfal. L-ubbidjenza ġegħlitu jnaqqas il-mortifikazzjoni tiegħu. Ħafna bdew jieħdu parir tiegħu. Sant’Injazju, fl-1554, ħatru kummissarju ġenerali ta’ Spanja u tal-Portugall.

Fil-1565, ġie maħtur it-tielet ġeneral tal-ordni. Matul il-ġeneralat tiegħu (1565-1572), hekk kabbar il-ħidma tal-kumpannija mad-dinja kollha, li jista’ jissejjaħ it-tieni fundatur tal-ordni.

Bena knisja għall-istudenti tal-Collegio Romano u rranġa l-programm tal-istudji tiegħu. Bena wkoll il-knisja ta’ Sant’Andrea al Quirinale, bid-dar tan-novizzjat u kabbar il-Ġermaniku li jhejji l-missjonarji għall-pajjiżi protestanti.

Taħtu l-ordni kiber fl-Ewropa u daħal il-Polonja. Kibru wkoll il-missjonijiet tal-Ġiżwiti u nfetħet il-missjoni ġdida fl-Indja tal-Punent. Kien meqjum ħafna mill-Papa Piju V.

Fl-1571 il-Papa, bagħtu mal-Kardinal Bonelli Franza, Spanja u l-Portugall, fejn ġie milqugħ minn folol kbar li “riedu jaraw il-qaddis” u jisimgħuh jipprietka: anki r-Re Filippu laqgħu bil-ferħ, bħall-poplu.

Lura mill-vjaġġ, ħassu ħażin Ferrara u d-duka, kuġinuh, bagħtu Ruma ġo katalett.

Miet Ruma jumejn wara li wasal, f’nofs il-lejl bejn it-30 ta’ Settembru u l-1 ta’ Ottubru. Ikkanonizzat minn Klement X fl-1671.

Riflessjoni: Ħsieb għat-tieni jum tan-novena: ‘Duqu u taraw kemm hu tajjeb il-Mulej ... Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, iżda b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.’ (Mattew 4:4) “Jiena huwa l-‘Kelma t’Alla’ u jiena l-ħobż li ġej mis-sema. Ressqu quddiem il-qalb ewkaristika tiegħi id-dubji u l-beżgħat tagħkom . Tgħallmu minni, jien ma nqarraqx

Page 8: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

8 SIGNUM FIDEI

bikom. Itolbu għall-grazzja tal-fidi u t-tama. Emmnu fija, għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol ħafif.” Nitolbu: Missierna, Sliema u Glorja Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 36, l-1 parti

Ask, and you will receive. By these words in today’s Gospel, Jesus Christ wishes to make known to us that because we need to receive his graces, we must ask him for them; also, that because God wants to give us his graces, he has provided us with a sure means to obtain them, namely, prayer.

TALBA O Ragħaj tajjeb,

inti qatt ma tieqaf tfittex lil dawk mitlufin, isseddaq lil dawk imbeżża’ u mweġġa’.

Nitolbuk biex tressaq lura lil dawk li m’għadhomx iħaddnu l-fidi. Neħħi kull ostaklu li qiegħed itellifhom

milli jirċievu l-ħniena abbundanti tiegħek. Bi Kristu Sidna,

Ammen. Missierna ...

Il-Ħamis, 4 t’Ottubru It-tielet jum tan-Novena Ewkaristika (Sena tal-Fidi)

San Franġisk ta’ Assisi - djaknu

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 19: 21-27a Jien naf li d-difensur tiegħi haj. 2. Salm 26: 7-9,13,14 Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej f’art il-ħajjin. 3. Luqa 10: 1-12 Is-sliem tagħkom jistrieħ fuqu.

SAN FRANĠISK T’ASSISI – djaknu 1182-1226 San Franġisk twieled f’Assisi fl-1182 meta missieru kien barra mill-pajjiż.

Ommu semmietu Ġwanni. Iżda meta missieru li kien kummerċjant għani tad-drappijiet ġie lura, sejjaħlu “Franġisk” għal Franza li hu tant kien iħobb.

Franġisku tela’ jgawdi mis-suċċess ta’ missieru, u għalhekk kellu ħajja mill-aħjar. Il-ġibda għall-avventura qanqlitu biex jieħu sehem f’xi gwerer.

Page 9: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 9

Fl-1205, kien sejjer biex jieħu sehem f’battalja, iżda hekk kif wasal fi Spoleto marad, u ma setax ikompli fi triqtu. Meta kien marid sema’ xi jgħidlu : “Aqdi lill-imgħallem u mhux lill-qaddej”.

Meta rritorna f’Assisi għamel bidla kbira fih. Beda jkun aktar miġbur u jitlob, iżur lill-morda u jgħin lill-fqar.

Ġurnata waħda, fl-1206, kien qed jitlob quddiem kurċifiss fi knisja żgħira abbandunata fil-kampanja, dik ta’ San Damjan, u sema’ leħen jgħidlu: “Franġisku, sewwi l-Knisja tiegħi li qed tiġġarraf”.

Mar biegħ dak li kellu, u beda jiġbor biex isewwi l-ħsarat li kien hemm fi tliet knejjes żgħar, ta’ San Damjan, ta’ San Pietru u dik tal-Porzjunkola, ddedikata lil Santa Marija tal-Anġli.

Meta missieru nsista biex jibdel ħajtu inkella ma jkollux x’jaqsam iktar miegħu, San Franġisk neħħa ħwejġu minn fuqu tahom lil missieru u qal: “S’issa sejjaħtlek missier; mil-lum ’il quddiem nibda ngħid, “Missierna li inti fis-smewwiet”.

Fl-1208, meta kien fil-knisja ta’ Santa Marija tal-Anġli sema’ l-qari tal-Vanġelu (Mt.10:7-10) u ħass li dawk il-kelmiet kienu għalih. Mar libes ċoqqa griża, fqira, li rabat b’ħabel ma’ qaddu u beda jimxi ħafi.

Xi żgħażagħ bdew jingħaqdu miegħu biex jgħixu l-istess ħajja li kien qed jgħix hu, u fl-1209, meta kienu tnax ħadhom Ruma, u l-Papa Innoċenzu III, tahom l-approvazzjoni tiegħu. Hekk beda l-ordni tiegħu tal-“Frati Minori”.

Fl-1212, bl-għajnuna ta’ Santa Klara, waqqaf it-tieni ordni li kien dak tas-sorijiet li ġew imsejħa Klarissi.

Fl-1219, bagħat l-ewwel missjunarji f’Tuneż u l-Marokk. Hu stess mar fl-Art Imqaddsa u fl-Eġittu.

Lura l-Italja, fl-1220, waqqaf it-tielet ordni tal-Penitenti, it-Terzjarji Franġiskani. Fl-24 ta’ Diċembru 1223, laqqa’ xi nies u għamel presepju ħaj li għalkemm ma

kienx l-ewwel presepju li sar, iżda bih San Franġisk qanqal l-imħabba tan-nies lejn il-presepju.

Fil-festa tas-Salib, ta’ Settembru 1224, daħal f’estażi waqt li kien qed jimmedita fuq il-passjoni u t-tbatija ta’ Kristu, u rċieva l-pjagi ta’ Ġesù magħrufa bħala l-istigmata.

San Franġisk, li minħabba l-mard, kien kważi tilef id-dawl ta’ għajnejh, miet meta kellu biss qrib il-45 sena, fit-3 ta’ Ottubru 1226, filgħaxija, waqt li kienet qed tinqara l-ġrajja tal-passjoni ta’ Ġesù mill-Vanġelu ta’ San Ġwann. San Franġisk imqanqal mill-umiltà tiegħu qatt ma aċċetta li jsir saċerdot.

Il-Papa Benedettu XV ipproklamah: “ L-iktar xbieha perfetta ta’ Ġesù li qatt għexet”.

Page 10: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

10 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni: : Ħsieb għat-tielet jum tan-novena: “Jiena hu r-rigal u l-misteru tal-ewkaristija. Bħal ma inti persuna, jiena wkoll persuna, u meta toffendini, tkun qed toffendi persuna. Ftakar li jien ħabbejtek l-ewwel, u li l-imħabba tiegħi ma titkejjielx. L-imħabba tiegħi lejk hija infinita. F’din is-siegħa tal-ewkaristija ressaq il-bżonnijiet tiegħek biex tkun maħbub, kif ukoll il-weġgħat kollha li sofrejt. Ħalli l-qalb minfuda tiegħi tkun il-konsolazzjoni li tixtieq”. Nitolbu : Missierna, Sliema u Glorja Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 173, it-2 parti

Not content with loving the poor, Saint Francis also wanted to be poor and detached from earthly things. To accomplish this completely, one day when his father was complaining that he was giving a great deal to the poor, Saint Francis at once went with him before the bishop and, having publicly renounced his father’s inheritance before this prelate, left home on the spot and never wished to live there any more. He then also undertook to give up all the pleasures and all the comforts that a person can enjoy in this world. He always lived in this detachment, which made him often repeat these words: My God and my all, because when he had stripped himself of everything on earth, he no longer had anything but God and was able to possess him to the full. He discovered perfect poverty and total emptying of self in Jesus Christ at his birth and in Jesus Christ suffering and dying. This is why he had special devotion to these two mysteries and every year celebrated the Nativity of Jesus Christ with very particular devotion in the desire to conform himself to Jesus Christ in the extreme poverty of his birth and death. Learn from this saint to love poverty and to live in detachment from all things. The more detached you will be from creatures, the more you will possess God and his holy love. What! Will you keep on saying, as Saint Augustine said before his conversion, They are mere trifles that hold me back and keep me from belonging entirely to God!

TALBA O Alla l-aktar għoli u glorjuż, dawwal id-dlamijiet ta’ qalbi.

Sawwab fija fidi retta, tama ċerta u mħabba perfetta.

Agħtini, Mulej, li nħoss u nagħraf lilek, biex nagħmel ir-rieda vera u mqaddsa tiegħek.

Ammen. San Franġisk

Missierna ...

Page 11: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 11

Il-Ġimgħa, 5 t’Ottubru Ir-raba’ jum tan-Novena Ewkaristika (Sena tal-Fidi)

Santa Fawstina Kowalska - verġni Beatu Pietru Pattarini ta’ Imola

Beatu Raymond ta’ Capua - presbiteru

Beatu Albertu Marvelli Beatu Bartolo Longo - lajk

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 38: 1,12-21; 40: 3-5 Jaqaw int tajt xi ordni lis-sebħ jew imxejt fil-qiegħ tal- abissi? 2. Salm138 : 1-3,7-10,13,14 Mulej, mexxini fit-triq ta’ dejjem. 3. Luqa 10 : 13-16 Min iwarrab lili jkun iwarrab lil dak li bagħatni.

SANTA MARIJA FAWSTINA KOWALSKA – verġni Santa Marija Fawstina Kowalska twieldet fl-1905, minn familja kbira ta’

raħħala fi Glogowiec qrib Lodz, fil-Polonja. Għal xi żmien għamlet xogħol ta’ qaddejja ma’ xi familji għonja. Imbagħad daħlet fil-kongregazzjoni tas-sorijiet tal-Madonna tal-Ħniena. Fil-kunvent tal-kongregazzjoni fi Krakovja, Plock, fil-Polonja, u f’Vilnius fil-

Litwanja, qdiet b’ħerqa kbira l-uffiċċji ta’ koka, purtinara, jew xogħol ieħor fil-ġnien.

Għexet ħajja tassew qaddisa u Alla taha ħafna doni. Il-missjoni tagħha kienet li tħeġġeġ lill-bnedmin ħalli jiftakru li Alla jħobbhom u

jħenn għalihom, u għal dan inqdiet b’forom ġodda ta’ devozzjoni lejn il-ħniena ta’ Alla u ħabirket biex il-ħajja spiritwali tiġġedded bl-għajnuna ta’ dik id-devozzjoni.

Din il-qaddisa tissejjaħ l-“Appostlu tal-Ħniena ta’ Alla.” Hija kienet qalbha tajba u karitattiva, imma tul ħajjitha ftit fehmu l-grazzji

profondi spirtitwali interni. Fawstina esperjenzjat viżjonijiet, profeziji u stigmati interni.

Fil-lejl tal-22 ta’ Frar 1931 hija esperjenzjat viżjoni bħal qatt qabel: rat lil Ġesù liebes l-abjad b’idu l-waħda maħruġa ’l barra qiegħda tbierek, u l-oħra tmiss sidru. Minn sidru kienu ħerġin żewġ raġġi, wieħed aħmar u l-ieħor isfar. Hu qal lil Fawstina biex tpinġi xbieha fil-forma li kienet qed tara u bil-kliem taħt: Ġesù, jiena nafda fik. Fawstina ma kienetx taf tpinġi. Wara li tħabtet biex tiġi emmnuta, id-direttur spiritwali tagħha, Dun Mikiel Sopocko (ibbeatifikat fl-2008), għen biex jinstab pittur biex jagħmel it-tpinġija; ix-xbieha ta’ Ġesù tal-Ħniena Divina kienet murija lill-pubbliku għall-ewwel darba fit-28 ta’ April, 1935.

Id-devozzjoni lejn il-Ħniena Divina baqgħet tikber kif Fawstina kompliet tikber

Page 12: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

12 SIGNUM FIDEI

fl-għaqda tagħha ma’ Kristu. Biex timxi mal-istruzzjonijiet ta’ Dun Sopocko, Fawstina niżżlet bil-miktub il-viżjonijiet u l-profezija tagħha fi djarju u dawn il-kitbiet mistiċi ġew tradotti f’ħafna lingwi.

Fawstina ħabbret bil-quddiem id-data ta’ mewtha li seħħet bil-marda tat-tuberkolożi fil-5 ta’ Ottubru 1938.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II, iddikjaraha beata fit-18 ta’ April 1993; u seba’ snin wara ddikjaraha wkoll bħala l-ewwel qaddisa tat-tielet millenju.

Riflessjoni - Ħsieb għar-raba’ jum tan-novena: ‘L-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu’. (Ġwanni13:16) “Jien ħabbejtkom l-ewwel, u għal din l-imħabba batejt għax kont ridikulat, imwarrab u insulentat. Jekk trid li tkun bħali, stenna li tiġi ppersegwitat. Jien tajt dahri għall-flaġellazzjoni, tajt wiċċi għall-mibegħda tal-poplu, sofrejt torturi liema bħalhom u kont imżejjen bi msiemer u kuruna li jniggżu. Inti x’tajtni? Ressaq lejn il-qalb ewkaristika tiegħi, il-weġgħat tiegħek, is-sofferenza meta wrejt l-imħabba għal għajrek. Tibżax kull sagrifiċċju li tagħmel illum, jiena nressaq quddiem missieri. Jiena niftakrek u nilqgħek fis-saltna tiegħi.” Nitolbu: Missierna, Sliema u Glorja Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 125: It-3 punt “...Tintrabat mal-ebda ħaġa f’din id-dinja, biex b’hekk tkun tista’ tgħid li m’għandek l-ebda diffikultà biex titlaqha ...”

TALBA lil Santa Fawstina Għażiża Santa Fawstina,

inti għidtilna li l-missjoni tiegħek fuq din l-art tibqa’ anke wara mewtek, u li ma tinsiniex.

Il-Mulej, tak il-privileġġ kbir li tqassam il-grazzji kif tixtieq, lil min tixtieq u meta tixtieq.

Għalhekk, nitolbuk, biex bl-interċessjoni tiegħek, tidħol għalina, biex naqilgħu l-grazzji li għandna bżonn.

Fuq kollox, għinna nintelqu kompletament f’idejn Ġesù kif għamilt int

u b’hekk nigglorifikaw il-}niena Divina tiegħu kull mument ta’ ħajjitna.

Ammen. Missierna ...

Page 13: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 13

Is-Sibt, 6 t’Ottubru Il-ħames jum tan-Novena Ewkaristika (Sena tal-Fidi)

San Bruno - presbiteru Beatu Diegu Lwiġi di San Vitores - presbiteru martri

Santa Marija Franġiska tal-ħames pjagi - verġni Beatu Bartilmew Longo - lajk

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġob 42: 1-3,5,6,12-17 Issa b’għajnejja rajtek, għalhekk ċanfart lili nnifsi. 2. Salm118: 66,71,75,91,125,130 Mulej, ħa jiddi wiċċek fuq il-qaddej tiegħek. 3. Luqa 10: 17-24 Ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis- smewwiet. IL-BEATU BARTOLO LONGO (1841-1926) Bartolo Longo twieled f’Latiano, fil-provinċja ta’ Brindisi (l-Italja t’Isfel) fl-10 ta’

Frar 1841. Studja f’Lecce u fl-Università ta’ Napli u sar avukat meta kellu 23 sena.

Minħabba l-ispirtu antiklerikali li ltaqa’ miegħu, hu tilef għal xi żmien il-fidi, sakemm iltaqa’ ma’ patri dumnikan (Padre Radente) li għenu biex jerġa’ jsib il-fidi u jsir kattoliku mħeġġeġ.

Hu kien il-prokuratur tal-beni tal-kontessa Maria Anna de Fusco li kellha ħafna proprjetà fil-post imsejjaħ Il-Wied ta’ Pompej, post li f’dak iż-żmien kien abbandunat u minsi, kollu faqar u miżerja.

Sar terzjarju dumnikan u megħjun mill-Beatu franġiskan Ludovico minn Casoria, beda jżur il-morda u l-anzjani, kif ukoll jgħallem lit-tfal u anki lill-kbar fil-Wied ta’ Pompej. L-arċisqof ta’ Napli, il-Kardinal Sanfelice, kif ukoll il-Papa Ljun XIII approvaw din il-ħidma tiegħu.

Wara li kiseb xbieha tal-Madonna tar-Rużarju, nhar it-8 ta’ Mejju 1876, tqiegħdet l-ewwel ġebla u ngħata bidu għas-santwarju, illum magħruf mad-dinja kollha, iddedikat lill-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompej.

Bena wkoll l-istitut għal “Ulied il-Ħabsin” biex iwaqqa’ t-teorija tal-kittieb Lambroso li dawn bilfors joħorġu delinkwenti. Waqqaf ukoll stamperija u beda jippubblika diversi kotba u rivista kull xahar jisimha Il Rosario e la Nuova Pompei, li bdieha fl-1884.

Bartolo Longo miet ta’ 85 sena fil-5 ta’ Ottubru 1926, u jinsab midfun fil-kripta tal-Bażilka-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompei.

Dan id-devot kbir tar-rużarju u benefattur kbir tal-morda u emarġinati kien beatifikat mill-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II fl-1980.

Page 14: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

14 SIGNUM FIDEI

Riflessjoni - Ħsieb għal-ħames jum tan-Novena: “L-umiltà hi oħt il-vulnerabilità – Tgħallmu minni li jien ta’ qalb ħelwa u umli – Għalkemm jiena prinċep, għażilt maxtura biex nitwieled fiha, bħala palazz tiegħi. Bħala re, għażilt kuruna tax-xewk. Għalkemm denju li nkun imfaħħar, għażilt li nkun insulentat. Għalkemm immortali, għażilt li nduq il-mewt. Tibżax tħobb, u tibżax li tkun imwarrab. Li tħobb ifisser li tkun vulverabbli u li aktarx miftiehem ħażin. L-għażiża ommi tgħallimkom bi kliemha: ‘Hu niżżel is-setgħana minn fuq it-tron tagħhom, u għolla ċ-ċkejknin’. (Luqa 1:52) Fl-ewkaristija inti taqsam miegħi l-umiltà f’din il-ħajja, u l-glorja fil-ħajja li għad trid tiġi.” Nitolbu : Missierna, Sliema u Glorja Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med 174, it-3 parti

Prayer draws down the grace of God and keeps temptation away; it is also by prayer that God becomes our strength against the devil. You need to use all these means to be strengthened in your state, because left to yourself, you are nothing but weakness. So take care not to neglect prayer, which is so necessary to maintain you in piety and to grow in it. Mortification subdues the body and makes it less susceptible to temptation. You must, then, use it every day as a shield against the devil. If you cannot practice these three things as constantly as Saint Bruno did, do so at least with as much fidelity and fervor.

TALBA O Alla tiegħi, agħmel li qalbi titgħallem fejn u kif tfittxek,

fejn u kif issibek. Inti Alla tiegħi u inti kollox għalija. Għalkemm jien qatt ma rajtek,

inti għamiltni u tajtni t-tajjeb kollu li għandi; Madanakollu għadni ma nafikx.

Jien għadni ma wettaqx dak kollu li kont maħluq biex nagħmel;

għallimni nfittxek. Ma nistax nfittxek jekk inti ma tgħallimnix,

jew insibek jekk inti ma turinix lilek innifsek. Ħallini nfittxek fix-xewqat tiegħi, ħallini nixtieqek fit-tfittxija tiegħi, ħallini nsibek billi nħobbok, ħallini nħobbok billi nsibek.

Ammen. San Anselmu

Missierna ...

Page 15: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 15

Il-Ħadd, 7 t’Ottubru Is-sitt jum tan-Novena Ewkaristika (Sena tal-Fidi)

Is-27 Ħadd ta’ matul is-sena L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġenesi 2: 18-24 Isiru ġisem wieħed. 2. Salm 127: 1-6 Iberikna l-Mulej il-jiem kollha ta’ ħajjitna.

3. Lhud 2: 9-11 Kemm dawk li jqaddes, u kemm dawk li jiġu mqaddsin, ilkoll huma mill-istess wieħed.

4. Mark 10: 2-16 Dak li għaqqad Alla, ma għandux jifirdu l-bniedem. Riflessjoni fuq il-vanġelu:

Il-Fariżej jistaqsu lil Ġesu fuq id-divorzju. Iridu jonsbuh billi jdaħħluh f’kontroversj fuq il-liġi ta’ Mose. Ġesu jistaqsihom x’għallem Mose u hekk ġegħlhom iwieġbu l-istess mistoqsija tagħhom. Huma jikkwotaw mid-Dewteronomju 24:1-3 li jippermetti li raġel jiddivorzja lil maru. Hemm kundizzjoni waħda. Ma jistax jerġa’ jibdielu u jerġa’ jiżżewwiġha darb’oħra.

Ġesu jeħodna lura għall-pjan oriġinali ta’ Alla. Jagħmilha ċara li meta raġel u mara jingħaqdu fiż-żwieġ, f’għajnejn Alla jsiru ġisem wieħed u ħadd m’għandu jifridhom. Għalhekk idealment in-nies m’għandhomx jiddivorzjaw. Kienet permessa fil-liġi ta’ Mose sempliċiment għaliex “hu diffiċli ħafna’ li tgħallem in-nies.

Id-dixxipli jistaqsu aktar fuq is-suġġett lil Ġesu. Hawnhekk Ġesu jagħmel pass aktar min Mose u jgħid li jekk xi ħadd li jiddivorzja u jerġa’ jiżżewweġ jagħmel adulterju. Għalhekk issa Ġesu jiċħad kompletament li wieħed jista’ jerġa’ jiżżewweġ.

Kważi fl-istess waqt, Ġesu jitkellem fuq il-fidi li wieħed isib fil-qalb ta’ tifel żgħir. Biex wieħed jgħix is-Saltna t’Alla jeħtieġ li jkollu fidi sempliċI, l-istess fidi li hi meħtieġa biex wieħed jaċċetta t-tagħlim tiegħu fuq iż-żwieġ.

Riflessjoni - Ħsieb għas-sitt jum tan-Novena: “Ibni, jien qed nara ġewwa qalbek ix-xewqa ħabrieka biex taqdini u tonorani. Tagħtix widen għal dak il-leħen li qed iqanqallek id-dubji dwar nuqqas ta’ ħila. Itlobni qalb umli u sogħbiena, biex ma niċħadlekx l-aktar grazzja prezzjuża. Itlobni widen għall-ubbidjenza u nafdak fil-ħafna. Itlobni nnaqqaxlek imħabbti ġewwa

Il-lum tibda it-XIII-il Assemblea Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet ġewwa l-Vatikan. Dan jintemm fit-28 t’Ottubru. It-tema ser tkun ‘L-Evanġelizzazjoni l-Ġdida għat-Tixrid tal-Fidi Nisranija”. Ejjew

nitolbu għall-Isqfijiet biex joħroġ ħafna ġid għall-Knisja Kattolika.

Page 16: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

16 SIGNUM FIDEI

qalbek biex ma tintilifx. Int ma tista’ tagħmel xejn mingħajri, però tista’ tagħmel kollox bil-preżenza tiegħi, li tagħtik is-saħħa li għandek bżonn. Ressaq quddiem il-qalb ewkaristika tiegħi t-talenti li jiena tajtek, u kull xewqa li jien qgħedtlek ġewwa qalbek. Meta nitolbok taqdini, ftakar f’dik ix-xhieda ta’ mħabba kbira li għandek għalija. Nitolbu : Missierna, Sliema u Glorja Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 150: It-3 punt “... Inti tirreċità t-talba tar-rużarju bil-qalb u bil-mod kif aħna fl-istitut noffruh lill-Imqaddsa Verġni Marija, jiġifieri b’tifħir u bħala mezz li minnu nġibu l-qawwa, protezzjoni u għajnuna, fix-xogħol tagħna ...?”

TALBA O Alla,

la tinsinix int meta ninsiek jien. La tħallinix int meta nħallik jien. La ċċanfarnix meta nidneb. Sejjaħli jekk naħrablek.

Iġbidni lejk jekk ma nkunx irrid naf bik. Erfagħni jekk naqa’.

Erġa qegħedni fuq riġlejja u mexxini fit-triq tiegħek.

Ammen. San Tumas ta’ Aquino

(Kliem ta’ Fidi ... Pubblikazzjoni ĊAK) Missierna ...

It-Tnejn, 8 t’Ottubru Is-seba’ jum tan-Novena Ewkaristika (Sena tal-Fidi)

L-anniversarju tad-dedikazzjoni tal-Katidral tal-Imdina

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 1 Slaten 8: 22-23.27-30 Ħarstek taqlagħhiex min fuq din id-dar.

2. Salm 83: 3-5, 10,11 Kemm hi għażiża d-dar tiegħek, Mulej tal-eżerċti!

3. Luqa 19: 1-10 Illum ’il din id-dar ġietha s-salvazzjoni.

Page 17: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 17

L-ANNIVERSARJU TAD-DEDIKAZZJONI TAL-KATIDRAL TAL-IMDINA Skont it-tradizzjoni, meta n-Normanni ħadu lil Malta mill-Għarab, ħasbu għall-bini tal-katidral l-antik tal-Imdina, u għanuh b’ħafna renti. Il-katidral qadim ġarrab ħsarat kbar fit-terrimoti tal-1693, u minfloku nbena ieħor ikbar u isbaħ, ikkonsagrat fit-8 ta’ Ottubru 1702. Se nagħmlu l-ħsieb fuq l-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju illum, billi l-festa ħabtet ilbieraħ il-Ħadd. IL-MADONNA TAR-RUŻARJU Ir-Rużarju huwa talba mill-isbaħ, għax jitlob meditazzjoni dwar il-ħajja ta’

Ġesù u Marija. Wara r-rebħa kbira tal-insara fuq it-Torok f’Lepanto, fis-7 t’Ottubru, 1571, il-Papa Dumnikan San Piju V (dak li għen għall-bini tal-Belt Valletta) waqqaf il-festa tal-Madonna tal-Vittorja, li l-Papa ta’ warajh, Girgor XIII, sejħilha tar-Rużarju. San Piju V żied ukoll fil-Litanija tal-Madonna, it-titlu “Għajnuna tal-Insara”. U wara rebħa oħra nisranija fuq it-Torok fil-gżira ta’ Korfu, il-Papa Klement XI (1700-1721) ordna li l-festa ssir fil-Knisja kollha.

Il-Papa Leone XIII żied fil-litanija s-sejħa “Sultana tar-Rużarju Mqaddes”. U speċjalment l-aħħar Papiet minn mitt sena ’l hawn taw l-ikbar importanza lil din id-devozzjoni. Il-Madonna stess f’Lourdes u f’Fatima talbitna ngħidu r-rużarju.

X’qalet il-Madonna lil San Duminku: Lil dawk kollha li bil-qima jgħidu r-rużarju tiegħi, inwiegħed ħarsien speċjali u

grazzji kbar. Dawk li jibqgħu dejjem jgħidu r-rużarju tiegħi, jaqilgħu grazzji straordinarji. Ir-rużarju jkun arma qawwija kontra l-infern; jeqred id-drawwa ħażina, jeħles

mid-dnub u jxejjen l-ereżija. Riflessjoni - Ħsieb għas-seba’ jum tan-Novena: “Ħalli l-Ispirtu jgħammar fik u jurik kif titlob. Tgħallem oqgħod wieqaf u kun af li jiena Alla u jiena ngħallmek titlob. Ftakar li waqt li kont fuq is-salib, tul dawk it-tliet sigħat, għalkemm ħalqi kien xott u lsieni kien imwaħħal mas-saqaf ta’ ħalqi, jiena kont qed nitlob għalik. Jiena stajt nara dnubietek, it-toqol tiegħek, il-ferħ u l-virtujiet tiegħek, u tlabt li int tinħeles mit-telfien. Din kienet it-talba tiegħi, u din hi t-talba tal-Knisja, il-misteru tal-quddiesa.” Nitolbu : Missierna, Sliema u Glorja Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 175: It-2 punt “... Għandek tkun konvint, li l-konverżjoni l-aktar meħtieġa għar-ruħ, għandha tkun il-konverżjoni tal-qalb. Mingħajr din, il-bidla li wieħed jista’ jagħmel, fil-moħħ, hija sterili. Għalhekk jekk inti trid tkattar il-fidi fik, għandek tintensifika fik il-ħajja ta’ talb ...”

Page 18: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

18 SIGNUM FIDEI

TALBA Alla Missier tagħna,

meta inti ħlaqt id-dawl, fil-bidu tal-ħolqien bil-kelma tiegħek, int keċċejt id-dlamijiet;

u meta int erġajt bgħatt il-Verb biex jgħix fostna u jifdina, inti rbaħt fuq id-dalma tan-nuqqas ta’ għarfien.

Saħħaħ ġewwa qlubna, il-fidi li inti wassaltilna fil-Verb magħmul bniedem, Ġesù Kristu,

u tħalli l-ebda tentazzjoni teqred in-nar ta’ mħabba li int xgħelt fina. Dan nitolbuk bl-istess Ġesù Kristu, Ibnek

li jgħix u jsaltan miegħek, flimkien mal-Ispirtu s-Santu Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem, Ammen

T.Neil

Missierna ...

It-Tlieta, 9 t’Ottubru It-tmien jum tan-Novena Ewkaristika (Sena tal-Fidi)

San Jaime Hilario u San Cirillo Bertran u sħabu, martri ta’ Turon - frères San Djonisju - isqof u sħabu, martri San Ġwann Leonardi - presbiteru

San Ludovik Beltran - presbiteru Beatu Antonju Patrizi - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 1: 13-24 Irrivelali lil Ibnu biex inħabbru fost il-ġnus. 2. Salm 138 : 1-3,13-15 Mexxini, Mulej, fit-triq ta’ dejjem. 3. Luqa 10 : 38-42 Marta laqgħetu għandha; Marija għażlet is-sehem it-tajjeb. IL-QADDISIN BROTHERS MARTRI Il-Brothers martri kienu:

Bro. Cirillo Bertvan – id-direttur

Marciano Jose

Victoriano Pio

Julian Alfredo

Benjamin Julian

Augusto Andres

Aniceto Adolfo

Benito de Jesus, li kien mill-Arġentina

Br. Hilario minn Catalonia

Page 19: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 19

Magħhom kien hemm ukoll ic-Chaplain tal-Kommunità, il-patri Inocencio de la Immaculada Passjonista. Wieħed minnhom, il-brother Hilario minn Catalonia, miet f’ċirkustanzi li werwru lil dawk li sparawlu. Il-Brother baqa’ bilwieqfa wara li sparawlu l-ewwel balal. Reġgħu sparawlu u l-brother baqa’ bilwieqfa. Is-suldati twerwru, xeħtu l-azzarini fl-art u ħarbu. Il-Kaptan beda jitkellem ħażin, beda jisħtu u mar maġenbu u sparalu bil-pistola. Il-Kaptan kien student tal-brother. Riflessjoni - Ħsieb għat-tmien jum tan-Novena: “Aħżen għalik teżor fis-sema. X’jiswa’ għall-bniedem li jirbaħ id-dinja kollha u jkun tilef ruħu? X’hemm prezzjuż aktar fid-dinja minn wiċċi għall-eternità? F’din id-dinja x-xemx tagħtik id-dawl biex tara sew, iżda fl-eternità m’hemmx għalfejn ix-xemx għax il-glorja tiegħi titfa’ dawl biżżejjed għal dejjem ta’ dejjem. Jien nagħtik dawl għall-għajnejn ta’ qalbek biex tista’ tagħraf il-verità. Ġib lejn il-Qalb Ewkaristika Tiegħi l-beżgħat, id-dubji u l-irbit kollu tiegħek – ħallihom u jien nagħtik lura kull ġid li għandek bżonn. Paċi u qdusija qed jistennewk – fittex l-ewwel is-Saltna ta’ Alla u kollox jingħatalek. Nitolbu : Missierna, Sliema u Glorja Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 38; L-1 punt “... Aktar ma nitolbu ’l Alla, hu aktar jagħtina, għaliex jieħu pjaċir jisma’ t-talb tagħna u jagħtina dak li hu ta’ ġid għalina ...”

TALBA

Ġesù, għinni nxerred ma’ kullimkien il-fwieħa tiegħek, minn kull fejn ngħaddi.

Imla lil ruħi bl-ispirtu ta’ ħajtek. Ħaddanni minn kullimkien,

Int li inti l-imgħallem tal-eżistenza kollha tiegħi biex ħajti ssir mera ta’ ħajtek.

Dawwal lil ħaddieħor permezz tiegħi u idħol ġo fija b’tali mod li fuq kull min nersaq

iħoss il-preżenza tiegħek fija. U kull min iħares lejja ma jarax lili

imma jara lilek fija. John Henry Newman

Missierna ...

Page 20: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

20 SIGNUM FIDEI

L-Erbgħa, 10 t’Ottubru Id-disa’ jum tan-Novena Ewkaristika (Sena tal-Fidi)

San Tumas ta’ Villanova - isqof Santa Ġustina - verġni u martri

San Danjel u sħabu - martri San Franġisk Borgia – reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 2: 1,2, 7-14 Għarfu l-grazzja li kienet mogħtija lili. 2. Salm 116: 1,2 Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-Tajba. 3. Luqa 11: 1-4 Mulej, għallimna nitolbu. SAN TUMAS MINN VILLANOVA 1488 – 1555 San Tumas twieled Fuentellana, fil-Kastilja, Spanja u ħa ismu minn

Villanueva, xi żewġ mili bogħod, fejn trabba fil-prattika tar-reliġjon u tal-karità. Kull nhar ta’ Ġimgħa missieru, Alonso Tumas Garcia, kien jagħti lill-fqar kull

ma jaqla’ dak il-jum mill-mitħna, barra mill-ħobż li kien jagħti kuljum. Fil-festi l-kbar kien iżid ħatab, inbid u flus.

Meta miet żewġha, Lucia Martinez Castellanos, ommu, baqgħet tagħti l-istess karità u bdiet tagħti lbies u għajnuna lix-xebbiet fqar tal-inħawi.

Ta’ 16-il sena, Tumas mar l-università ta’ Alkalaċ, fejn, wara li kiseb il-gradi ta’ M.A. u tat-Teoloġija, beda jgħallem il-loġika u l-filosofija (1514). Sew bħala student, kemm bħala professur, kien xempju ta’ regolarità fid-dmirijiet ta’ nisrani u kien iqassam il-ħin tiegħu bejn it-talb, l-istudju u l-prattika tal-opri tajba.

Fost l-iskulari tiegħu kellu l-magħrufin Encina u Duminku Soto. Wara sentejn irrofta l-kattedra ta’ filosfija fl-Università ta’ Salamanca u daħal

mal-Agostinjani (1516) ta’ hemm. Fin-novizzjat wera li kien ġa mrawwem fil-penitenzi, fil-meditazzjoni u fl-ubbidjenza.

Sena wara ntrabat u wara sena oħra ordna saċerdot. Beda jgħallem it-teoloġija skolastika fil-kunvent ta’ Salamanka, Żied ukoll il-predikazzjoni tal-kelma ta’ Alla fl-ibliet ewlenin ta’ Spanja, bħal Valencia u Valladolid, fejn l-Imperatur Karlu V ħatru predikatur tal-qorti imperjali u kunsillier tal-Istat.

Tumas kellu bosta karigi importanti fl-ordni: pirjol Salamanka, Burgos u Valladolid; darbtejn provinċjal, ta’ Andalusija u ta’ Kastilja, minn fejn bagħat l-ewwel missjunarji Agostinjani fil-Messiku (1533).

Waqt li kien pirjol Valladolid ġietu n-nomina ta’ Arċisqof ta’ Valencia (5 ta’ Awissu 1544). L-ewwel ħaġa li għamel, beda żjara tad-djoċesi u daħħal bosta digrieti kontra l-abbużi tal-qtil, tad-divorzju, tal-konkubinaġġ, u ta’ bosta privileġġi u eżenzjonijiet eċċessivi.

Page 21: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 21

Żar ukoll il-ħabsijiet u għalaq dawk li kienu taħt l-art. Reġa’ waqqaf l-isptar, maħruq f’inċendju; bena żewġ kulleġġi wieħed għas-seminaristi u l-ieħor għat-tfal fqar; ħadem ħafna għall-konverżjoni sinċiera ta’ bosta “Moriscos” jew “insara ġodda” li kienu saru nsara biex jaħarbu mill-Inkwiżizzjoni; fetaħ “creche” ħdejn il-palazz għall-iltiema u għat-tfal tal-fqar; u b’liġijiet u bl-eżempju ħadem bla mistrieħ għar-riforma tal-kleru u tal-poplu.

L-idea tiegħu ta’ isqof kienet li hu marbut mad-djoċesi bħal ma’ għarusa u l-preokkupazzjoni tiegħu kienet li jaqdi dmirijietu kif jixraq.

Tah kolp ta’ anġina f’Awwissu 1555 u miet fit-8 ta’ Settembru waqt li kien jisma’ l-quddiesa f’kamartu.

Riflessjoni - Ħsieb għad-disa’ jum tan-Novena: “Jiena hu l-ħobż ħaj li ġej mis-sema. Jiena nsaħħaħ il-fidili bil-preżenza tiegħi fl-Ikla Ewkaristika tal-Quddiesa. Tgħallem itlob ma’ ħutek, dawk li jinsabu fil-Knisja Militanti, f’din id-dinja, mal-Knisja Sofferenti, li qed jiġu msoffija fil-purgatorju u mal-Knisja Trijunfanti, dawk li jinsabu ġa fl-Eternità. Itlob bl-interċessjoni tal-qaddisin, l-anġli kustodji, l-erwieħ tal-purgatorju u speċjalment itlob lil Ommi, li jien tajtkom bħala ommkom ukoll. Resqu quddiem Ommi Marija d-dwejjaq tagħkom biex hi tagħmilhom tagħha, u waqt li hi tkun qed tibki għalikom, jiena nibgħatilkom xita ta’ grazzji.” Nitolbu : Missierna, Sliema u Glorja Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 176: it-2 parti

In the world this saint (St. Francis Borgia) had been immensely wealthy, yet he made himself poor, very poor, for the love of God once he had quit the world. He kept nothing of all his wealth on quitting the world, and after he became a religious, he never handled gold or silver coins, so that he entirely forgot their value. His bed, his clothes, his way of life, and his room were all characterized by great poverty. This saint took pleasure in practicing this virtue; it seemed that the more he felt the rigors of poverty, the happier he was, because he knew that Jesus Christ had given us the example of this virtue and had practiced it to the highest degree from his birth. For this reason, he felt that it was only right that those who wish to join Jesus most closely and who had the honor of belonging to his Company ought to share in a perfect manner the love and practice he had for this virtue, which he desired to be the inseparable companion of his disciples. This was also what this saint required of all the members of his Company when he was their General. He even wished that all the houses of professed members who belonged to the Company would have no other foundation than poverty. Is this the sort of foundation on which you desire your community to be built? It is a sure and unfailing foundation for those whose faith is true and who are interiorly inspired by the Spirit of our Lord. You cannot do better than to base your fortune on this foundation; it is the one that Jesus Christ thought to be most solid and on which the holy Apostles began to build the edifice of the Church.

Page 22: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

22 SIGNUM FIDEI

TALBA O Alla, Missier ta’ ħajti,

illum inġedded l-att ta’ fidi tiegħi fik waqt li nitolbok tagħmel minni dak li tixtieq.

Oħloq fija qalb lesta għal kollox; fi żmien il-ferħ ħa nfaħħar għemilek;

fi żmien in-niket ħa ndur lejn il-ħniena tiegħek; fi żmien id-dlam ħa nafda fil-providenza tiegħek; fi żmien it-tbatija ħa ngħannaq is-salib tiegħek;

fin-nuqqas ta’ fidi, nitolbok maħfra, u fi żmien tal-abbundanza ħa naqsam ma’ dawk fil-bżonn.

O Alla ħanin, agħtini fidi ħajja. Bi Kristu Sidna,

Ammen. Missierna ...

Il-Ħamis, 11 t’Ottubru

TIFTAĦ IS-SENA TAL-FIDI 2012 - 2013 Dedikazzjoni tal-Katidral ta’ Għawdex

Beatu Elija tas-Sukkors Nieves - presbiteru u martri

Beatu Ġwanni XXIII - Papa

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 3: 1-5 L-Ispirtu rċevejtuh mill-opri tal-liġi? Jew mis-smigħ tal-fidi? 2. Salm Luqa 1: 69-75 Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Israel, għaliex ġie jżur il-poplu tiegħu. 3. Luqa 11: 5-13 Itolbu, u jingħatalkom. BEATU ĠWANNI XXIII Papa (1881-1963) Ġwanni XXII jibqa’ magħruf bħala l-Papa li beda l-Konċilju Vatikan II li

permezz tiegħu l-Knisja ġġeddedt. Kien jismu Angelo Roncalli u twieled minn familja numeruża ta’ bdiewa f’Sotto

il Monte, Bergamo (l-Italja ta’ Fuq). Qassis (Mons. Morlani) li kien jaf il-familja Roncalli offra li jħallaslu biex jistudja għal saċerdot. Ta’ 20 sena ntbagħat ikompli l-istudji tiegħu tat-teoloġija f’Ruma. Ordna saċerdot fl-1908, u l-ewwel quddiesa tiegħu qaddisha fuq il-qabar ta’ San Pietro fil-Vatikan.

Kellu diversi karigi fid-diplomazija tal-Knisja qabel ma nħatar Papa. Kien Nunzju Apostoliku għal ħafna snin fil-pajjiżi tal-Lvant, speċjalment il-Bulgarija, u anki fi Franza, sakemm il-Papa Piju XII fl-1952 għażlu bħala Patrijarka ta’

Page 23: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 23

Venezja, u wara kardinal. Fl-1952 inħatar Kardinal ta’ Venezja, fejn wera tjubija u ħniena kbira mal-foqra, morda, iltiema, studenti u xjuħ.

Inħatar Papa wara l-mewt ta’ Piju XII f’Ottubru 1958 meta kien diġà kellu 78 sena. Ħafna ħasbu li l-kardinali għażluh biex ikun “Papa ta’ tranżizzjoni” biex idum biss għal ftit żmien sakemm jingħażel Papa ieħor aktar adattat minnu. Imma fi ftit iktar minn erba’ snin li dam Papa, għamel tibdiliet kbar fil-Knisja, l-aktar permezz tal-Konċilju Vatikan II, li jibqa’ mniżżel fl-istorja, speċjalment għad-djalogu bejn il-knejjes mifrudin.

Il-Papa Ġwanni XXIII kiteb enċikliċi famużi, fosthom il-Mater et Magistra (1961) u l-Pacem in terris (1963) ftit ġimgħat biss qabel ma miet u li għadha ħafna attwali fi żmienna. Għall-ewwel darba fl-istorja, hu indirizza l-enċikliċi mhux biss lill-kattoliċi, imma lill-bnedmin kollha ta’ rieda tajba.

Kellu qalbu tħobb verament lil kulħadd; hekk kif sar Papa mar iżur lill-ħabsin. Miet fit-3 ta’ Ġunju 1963, imma l-festa tiegħu ssir illum 11 ta’ Ottubru, il-jum

meta nfetaħ il-Konċilju Vatikan II – li allura kienet issir festa ta’ Marija Omm Alla li issa ġiet trasferita għall-1 ta’ Jannar.

Ġwanni XXIII, magħruf mill-poplu bħala l-Papa Buono, ġie ddikjarat beatu mill-Papa Ġwanni-Pawlu II fit-3 ta’ Settembru 2000 flimkien mal-Papa Piju IX.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: Il-“bieb tal-fidi” (Atti 14:27) hu dejjem miftuħ għalina biex iwassalna għall-ħajja ta’ komunjoni ma’ Alla u joffrilna d-daħla fil-Knisja tiegħu. Dan il-pass inkunu nistgħu nagħmluh meta titħabbrilna l-Kelma u nħallu l-grazzja tibdilna u tiffurmana. Nidħlu minn dak il-bieb ifisser li nibdew vjaġġ li jdum ħajjitna kollha. Dan il-vjaġġ jibda bil-Magħmudija (ara Rum 6:4) li permezz tagħha nistgħu nsejħu lil Alla Missierna, u jintemm billi ngħaddu minn din il-ħajja għall-ħajja ta’ dejjem, frott tal-qawmien mill-mewt tal-Mulej Ġesù, li bid-don tal-Ispirtu s-Santu jsieħeb miegħu fil-glorja lil dawk li jemmnu fih (ara Ġw 17:22). Tistqarr il-fidi fit-Trinità – Missier, Iben u Spirtu s-Santu – ifisser li temmen f’Alla wieħed li hu mħabba (Ara 1 Ġw 4: ): il-Missier, li fil-milja taż-żmien bagħat lil Ibnu għas-salvazzjoni tagħna, Ġesù Kristu, li bil-misteru tal-mewt u l-qawmien tiegħu feda lid-dinja, l-Ispirtu s-Santu, li jmexxi l-Knisja matul iż-żminijiet waqt li nistennew lill-Mulej li jerġa’ jiġi fil-glorja.

Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Mill-Kollezzjonijiet – p.129: 10 “... Għandek titlob għall-Knisja, għas-superjuri u l-benefatturi, għall-ħbieb u għall-għedewwa; għall-konverżjoni tal-midinbin, l-aktar dawk afdati lilek; għall-erwieħ tal-purgatorju, u għall-bżonnijiet tal-proxxmu. It-talb tal-Liturġija huwa l-aħjar talb ...”

Page 24: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

24 SIGNUM FIDEI

TALBA għas-Sena tal-Fidi Spirtu tal-ħajja,

li fil-bidunett ittajjart fuq l-abbissi, għin lill-umanità ta’ żmienna biex tifhem

li kull meta jitwarrab Alla jasal it-telfin fid-deżert tad-dinja.

Hu biss fejn tidħol il-fidi li tikber id-dinjità u l-libertà u b’hekk fis-soċjetà tikber il-ġustizzja.

Spirtu tal-Pentekoste, li tagħmel mill-Knisja ġisem wieħed, saħħaħ fl-imgħammda esperjenza ewlenija ta’ komunjoni;

uri lilek innifsek, bħala sinjal ħaj tal-preżenza tal-Irxoxt, lid-dinja, f’servizz ta’ qaddisin li jgħixu f’servizz ta’ karità.

Spirtu s-Santu, li tħarriġna fil-missjoni, għamel li nkunu konxji li anke f’dawn iż-żminijiet,

ħafna, qed ifittxu l-verità dwar l-eżistenza tagħhom u tad-dinja. Agħmel li nkunu kollaburaturi tal-ferħ tagħhom billi nxandrulhom il-Vanġelu ta’ Ġesù Kristu,

il-ħabba tal-qamħ t’Alla, li tagħti l-ħajja l-wiċċ tal-art u ħsad bix-xaba’.

Ammen. Papa Benedittu XVI

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 12 t’Ottubru San Serafin minn Montegranaro - reliġjuż

Beatu Jan Beyzyn - presbiteru

Beata Marija Tereza Fasce - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 3: 7-14 Dawk li jgħixu bil-fidi jitbierku ma’ Abraham li emmen. 2. Salm 110: 1-6 Jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu. 3. Luqa 11: 14-26 Jiena nkeċċi x-xjaten bis-saħħa tas-saba’ ta’ Alla.

SAN SERAFIN TA’ MONTEGRANARO - reliġjuż (1540-1604) Dan il-qaddis kien iben bennej fqajjar minn Montegranaro, fil-Marche ta’

Ancona. Hu nnifsu kien qed jistenna li jikber biex bħal ħuh akbar minnu jieħu s-sengħa ta’ missieru, imma sadanittant kien jaqla’ xi ħaġa tal-flus jirgħa n-

Page 25: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 25

ngħaġ f’raħal fil-qrib. Mal-mewt ta’ missieru, hu kien imsejjaħ lura d-dar; u ħuh ikbar minnu, li allura

issa kien beda jaħdem miegħu jgħinu fil-bini bħala assistent, kien jiddieħak bih minħabba t-tjubija tiegħu, kien jumiljah u jheddu, u kien ukoll isawtu u jittrattah ħafna ħażin.

Huwa kellu l-ħsieb li jmur eremit iżda meta sema’ bil-Kappuċċini applika biex jidħol ajk magħhom f’Tolentino. Wara li ġie rrifjutat kemm-il darba, il-provinċjal daħħlu ta’ 16-il sena.

Serafin għamel progress kbir fil-ħajja spiritwali iżda ma tantx kien tajjeb għax-xogħol ordinarju li jagħmlu l-ajkijiet u kien isir ħafna tgergir dwar li Serafin kien bla grazzja f’għemilu.

Il-fedeltà tiegħu lejn ir-regola, id-devozzjoni lejn is-Santissmu Sagrament, il-karità lejn kulħadd u l-mirakli tiegħu għamluh maħbub mill-poplu.

Għadda żmien twil mill-ħajja tiegħu monastika f’deżolazzjoni interna, spiss kien anki jiddubita mis-salvazzjoni ta’ ruħu.

Huwa miet f’Ascoli fl-età ta’ 64 sena u sitt snin wara Pawlu V ppermetta li jinxtegħlu l-lampi fuq il-qabar tiegħu.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: Sa mill-bidu tal-ministeru tiegħi bħala suċċessur ta’ Pietru, tkellimt dwar il-ħtieġa li niskopru mill-ġdid il-vjaġġ tal-fidi sabiex niddawlu aktar dwar il-ferħ u l-entużjażmu ġdid li nħossu meta niltaqgħu ma’ Kristu. Fl-omelija li għamilt fil-quddiesa tal-bidu tal-Pontifikat tiegħi għidt: “Il-Knisja kollha kemm hi u r-rgħajja kollha tagħha, bħal Kristu, trid tagħmel ħilitha biex tmexxi ’l-poplu barra mid-deżert u twasslu lejn il-post tal-ħajja, lejn il-ħbiberija mal-Iben t’Alla, lejn dak li jagħti l-ħajja u jagħtiha b’abbundanza”. Ħafna drabi jiġri li l-insara jitħassbu ħafna dwar il-konsegwenzi soċjali, kulturali u politiċi tal-impenn tagħhom filwaqt li jkomplu jassumu li hu evidenti li l-fidi tagħmel parti mill-ħajja tas-soċjetà. Fir-realtà, mhux biss ma nistgħux nassumuh dan, imma ħafna drabi hu miċħud apertament. Filwaqt li fl-imgħoddi wieħed seta’ jilmaħ forma kulturali waħdanija, li ħafna kienu jaċċettaw is-sejħa tagħha għall-fidi u għall-valuri ispirati minnha, illum dan donnu m’għadux il-każ f’ħafna partijiet tas-soċjetà, minħabba kriżi profonda ta’ fidi li affettwat lil ħafna nies. Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med: 95: L-1 punt

“... Inti obbligat li titlob ta’ spiss u b’ħeġġa kbira jekk trid li Alla jxerred fuqek kotra kbira ta’ grazzji li tant għandek bżonn bħalissa. Itolbu jxerred grazzji, kemm fuqek biex int titqaddes, u kemm fuq dawk li inti responsabbli tagħhom ...”

Page 26: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

26 SIGNUM FIDEI

TALBA Mulej Alla, inti qaddis u uniku, u l-għemejjel tiegħek sbieħ.

Inti qawwi, inti kbir,

inti l-aktar għoli, inti tista’ kollox.

Inti missier qaddis, re tas-sema u l-art.

Ammen. San Franġisk ta’ Assisi

Missierna ...

Is-Sibt, 13 t’Ottubru Beatu Gerardu Sasso

Beatu Onorat Kozminski - presbiteru Beata Alessandra M. da Costa - verġni

San Edwardu Re tal-Ingilterra

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 3: 22-29 Intom ulied Alla lkoll kemm intom, permezz tal-fidi. 2. Salm 104: 2-7 Il-Mulej jiftakar għal dejjem fil-patt tiegħu.

3. Luqa 11: 27,28 Hieni l-ġuf li ġiebek. Aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla.

SAN EDWARDU RE TAL-INGILTERRA : 1002-1066 Kien bin Etheired II u bin Emma min-Normandija, it-tieni mara. Billi d-Daniżi kisbu s-setgħa fuq l-Ingilterra, Edward, ta’ 10 snin, u ħuh Alfred,

inbagħtu biex jitrabbew minn zijuhom id-Duka. Hawnhekk, fl-eżilju Edwardu għadda l-biċċa l-kbira ta’ ħajtu. Tgħallem kemm hi kiefra l-ambizzjoni.

Kiber fis-safa tar-ruħ. Kien iħobb iservi l-quddies, jassisti għall-funzjonijiet u jagħmilha mar-reliġjużi.

Fl-1042, ir-Re Canute, sejjaħlu lura l-Ingilterra bħala re. Kellu erbgħin sena u kien aktar Normann milli Ingliż.

Billi kien twajjeb u kwiet ħafna, anki d-Daniżi qagħdu kuntenti taħtu. Wara sentejn iżżewweġ lil Edith, bint ministru minn tiegħu. Kienet tfajla

reliġjuża u kolta ħafna. Qabel iżżewġu għamlu l-vot tal-kastità, u għexu bħal aħwa.

Page 27: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 27

Fin-Normandija kien għamel wegħda li jżur Ruma iżda wara li sar re ma setax iwettaqha bl-impenji li kellu. Għalhekk bil-flus li kien irid għall-vjaġġ, huwa ġedded il-monasteru ta’ Thorney.

Edwardu tant kien bniedem ġentili li qatt ma kien iċanfar lil ebda persuna, lanqas l-aktar waħda baxxa ta’ madwaru.

Kien ġeneruż mal-fqar, l-istranġieri u ħabib kbir tal-patrijiet. Miet fl-1066.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: Ma nistgħux inħallu l-melħ isir bla togħma jew li d-dawl jinħeba (ara Mt 5:13-16). Il-bnedmin tal-lum għadhom jistgħu jħossu l-bżonn li jmorru ħdejn il-bir bħalma għamlet il-mara Samaritana biex jisimgħu lil Ġesù jistedinhom jemmnu fih u jieħdu mill-ilma ħaj li joħroġ minnu (ara Ġw 4:14). Jeħtieġ niskopru mill-ġdid it-togħma tal-Kelma t’Alla li l-Knisja twasslilna b’fedeltà u mmantnu ruħna bil-kelma tal-ħajja, li Ġesù offra lid-dixxipli tiegħu biex isostnihom (ara Ġw 6:51). Tabilħaqq, anki llum dak li għallem Ġesù għadu jinstema’ bl-istess qawwa: “Tħabtu mhux għall-ikel li jgħaddi, iżda għall-ikel li jibqa’ għall-ħajja ta’ dejjem” (Ġw 6:27). Il-mistoqsija li għamlulu dawk li kienu qed jisimgħuh hi l-istess waħda li nagħmlu aħna llum: “X’għandna nagħmlu biex nagħmlu l-opri t’Alla?” (Ġw 6:2 ). Nafu x’kienet it-tweġiba ta’ Ġesù: “L-opra t’Alla hija din: li intom temmnu f’dak li huwa bagħat” (Ġw 6:2 ). Mela, it-twemmin tagħna f’Ġesù Kristu hi t-triq li żgur twassalna għas-salvazzjoni.

Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 67, l-1 parti

You nourish the life of your soul with God’s life by being occupied with his holy presence as much as you are able. What characterizes the life of the saints is their continual attention to God; this ought also to be true of souls consecrated to God, who seek only to do his holy will, to love him, and to cause him to be loved by others. This must be your entire preoccupation on earth; to accomplish this ought to be the goal of all your work. Hence, help those you teach to regard sin as a shameful sickness that infects their souls and makes them unworthy to draw near to God and to appear before him. Inspire them with love for virtue; impress upon them sentiments of piety, and see to it that God does not cease to reign in them. Then they will have nothing to do with sin, or at least they will avoid serious sins, which cause death to the soul. Often recall to mind the purpose of your vocation, and let this inspire you to do your part to establish and to maintain the kingdom of God in the hearts of your students. Do you reflect that one of your best ways to procure such an advantage is, first of all, to make God reign in your students in such a way that they no longer act or have any inclination except by God?

Page 28: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

28 SIGNUM FIDEI

TALBA O Alla

li għallimt il-qlub tal-fidili tiegħek bid-dawl tal-Ispirtu s-Santu,

agħmel li bil-grazzja tal-istess Spirtu aħna nkunu dejjem tassew

għaqlin u ferħana fil-faraġ tiegħek.

Ammen.

Missierna ...

Il-Ħadd, 14 t’Ottubru It-28 Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Għerf 7: 7-11 Intbaħt li l-għana mhu xejn ħdejn l-għerf. 2. Salm 89: 12-17 Imliena bit-tjieba tiegħek, Mulej.

3. Lhud 4: 12,13 Il-Kelma ta’ Alla tgħarbel il-ħsibijiet u l-fehmiet tal-qalb. 4. Mark 10: 17-30 Mur, biegħ li għandek, u ejja imxi warajja.

Riflessjoni tal-Vanġelu:

Ir-raġel iqanqal mistoqsija profonda fuq il-ħajja eterna. Ġesu jistaqsih biex jara s-sinċerita tiegħu.

Naqraw li hu obda dejjem il-kmandamenti t’Alla. Ġesu kien jaf li dan ir-raġel kien sinjur ħafna u talbu jqassam kollox biex jimxi warajh. Ir-raġel ma kienx lest li jħalli l-ġid tiegħu u telaq b’qalbu sewda.

Ġesu juża din il-laqgħa biex jgħallem lid-dixxiplli. Jgħidilhom kemm hi iebsa għan-nies għonja li jidħlu fis-Saltna tas-Smewwiet. Dan il-kliem ixxokkja lid-dixxipli. Fit-Testment il-Qadim il-ġid kien sinjal ta’ barka minn Alla. Dan li qed jgħid Ġesu issa qed juri s-Saltna t’Alla f’dawl ġdid għal kollox.

Ġesu mbagħad jagħmel paragun ma xi ħaġa li hi impossibbli, biex iwassal lid-dixxipli fil-punt li jridhom jilħqu: aħna ma nistgħux insalvaw lilna nfusna, Alla biss jista’ jsalvana.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: It-tiġdid tal-Knisja jseħħ ukoll permezz tax-xhieda li jagħtu b’ħajjithom dawk li jemmnu: bl-istess eżistenza tagħhom fid-dinja, l-insara huma msejħa biex jirradjaw

Page 29: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 29

il-kelma tal-verità li ħalliena Ġesù. Fil-Kostituzzjoni Dommatika Lumen Gentium, il-Konċilju stess jgħid: Meta “Kristu, ‘qaddis, innoċenti u safi’ (Lhud 7:26) ma kienx jaf x’inhu dnub (ara 2 Kor 5:21), u ġie biss biex ipatti għad-dnubiet tal-poplu (ara Lhud 2:17), il-Knisja, li għandha fi ħdanha wkoll il-midinbin, li hi qaddisa iżda fl-istess ħin dejjem hi fi ħtieġa ta’ purifikazzjoni, qatt ma tehda tagħmel penitenza u ġġedded lilha nnifisha. Il-Knisja ‘bħal wieħed f’art barranija, tkompli l-mixja tagħha fost il-persekuzzjonijiet tad-dinja u l-konsolazzjonijiet t’Alla’, u tħabbar il-passjoni u l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi (ara 1 Kor 11:26). Mill-qawwa ta’ Kristu Rxoxt hija ssib il-forza biex bis-sabar u bl-imħabba tirbaħ it-tiġrib u d-diffikultajiet li jiġuha minn barra u minn ġewwa u biex tirrivela lid-dinja bil-fedeltà, ukoll fost id-dellijiet, il-misteru tiegħu sakemm fl-aħħar taż-żminijiet huwa juri ruħu fil-milja tad-dawl tiegħu.”

Papa Benedittu VXI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med: 49: It-2 punt “...ara li t-tqarbina li tirċievi ġġib magħha fik l-effett li bejnek u bejn Ġesù sseħħ għaqda hekk kbira li xejn ma jista’ jifirdek minnu ...”

TALBA Mulej Alla, veru u ħaj,

inti mħabba, inti għerf, inti umiltà,

inti kollok sabar inti l-mistrieħ

inti l-paċi, l-ferħ u l-hena, inti l-ġustizzja u l-moderazzjoni

inti l-ġid kollu tagħna inti biżżejjed għalina.

Ammen. San Franġisk t’Assisi

Missierna ...

It-Tnejn, 15 t’Ottubru Santa Tereża ta’ Ġesù – verġni u duttur tal-Knisja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 4: 22-24,26,27,31- 5:1 M’aħniex ulied tal-ilsira, imma tal-ħielsa. 2. Salm 112: 1-7 Ikun imbierek isem il-Mulej.

3. Luqa 11: 29-32 Ebda sinjal ma jingħata lil dan in-nisel ħlief is- sinjal ta’ Ġona.

Page 30: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

30 SIGNUM FIDEI

SANTA TEREŻA TA’ ĠESÙ - verġni u duttur tal-Knisja. (1515-1582) Tereża kienet bint familja ta’ 3 ibniet u 9 subien. Ta’ seba’ snin kienet ġa turi

kwalitajiet li kellhom jagħmluha kontemplattiva u attiva bla mistrieħ. Ta’ 16-il sena lil Tereża daħħluha tistudja f’kunvent tal-Agostinjani, fejn damet

18-il xahar. Wara għaddiet xi jiem għand zijuha, raġel tar-ruħ, li mill-konverżazzjonijiet li kienet tagħmel miegħu ddeċediet li tidħol soru. Tereża daħlet Karmelitana fil-kunvent tal-Inkarnazzjoni f’Avila, pajjiżha, u ħadet il-voti ta’ 19-il sena (1534).

Sakemm kellha għoxrin sena Tereża ppruvat tgawdi kemm il-gosti mill-ħajja ta’ talb u mill-pjaċiri tal-konverżazzjonijiet fuq ħwejjeġ tad-dinja. Imma ma sabitx l-hena ta’ qalbha, u fl-aħħar fehmet li hi kellha tingħata kollha kemm hi lil Alla.

Ta’ 21 sena, mardet serjament, u kellha dik li hi ssejjaħ ‘konverżjoni’. Minn dak iż-żmien ħajjitha kienet tikkonsisti f’talb, apparizzjonijiet ta’ Kristu, tbatijiet u estasijiet. Hi sabet għajnuna u tfixkil minn diretturi spiritwali li mhux dejjem fehmuha.

Fl-1562 Tereża bdiet ir-riforma tal-Ordni tal-Karmelu. Waqqfet bil-moħbi l-ewwel komunità tagħha ta’ sorijiet Karmelitani Skalzi. Fost ħafna persekuzzjonijiet u diffikultajiet waqqfet kunventi f’Avila, Toledo, Valladolid, Salamanca, Alba u bnadi oħra.

F’Toledo hi kellha biss tliet dukati (muniti ta’ dak iż-żmien) biex tibda l-bini tagħha. “Tereża u tliet dukati” qalet, “mhuma xejn, imma Alla, Tereża u tliet dukati huma biżżejjed biex wieħed jagħmel suċċess f’kollox.”

Permezz ta' S. Ġwann tas-Salib għamlet ukoll ir-Riforma Karmelitana fost il-patrijiet.

Santa Tereża hi waħda mill-aktar nisa ammirati fid-dinja. Il-kwalitajiet tagħha spiritwali u umani, it-talenti tagħħa bħala kittieba, u l-esperjenzi tagħha sopranaturali, kisbulha post speċjali fost il-qaddisin tal-Knisja.

Mietet f’estasi, fil-kunvent ta’ Alba, b’ħarsitha ffissata fuq il-kruċifiss, fil-lejl ta’ bejn l-4 u l-5 ta’ Ottubru 1582 meta kellha 67 sena.

It-tagħlim tagħha dwar it-talb jinsab fil-kitba tagħha: It-Triq tal-Perfezzjoni, Il-Kastell Intern u Il-Ħajja tagħha.

S. Tereża ġiet iddikjarata l-ewwel duttur tal-Knisja mill-Papa Pawlu VI fl-1970.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: “Caritas Christi urget nos” (2 Kor 5:14): hi l-imħabba ta’ Kristu li timla lil qlubna u tqanqalna biex nevanġelizzaw. Illum bħal fl-imgħoddi hu jibgħatna fit-toroq tad-dinja biex inxandru l-Evanġelju tiegħu lill-ġnus kollha tal-art (ara Mt 28:19). Bi mħabbtu, Ġesù Kristu jiġbed lejh nies ta’ kull ġenerazzjoni: f’kull żmien hu jsejjaħ lill-Knisja u b’mandat li hu dejjem ġdid jafdalha f’idejha x-xandir tal-Evanġelju. Anki llum tinħass il-ħtieġa għal impenn ekkleżjali aktar qawwi, għal evanġelizzazzjoni ġdida sabiex wieħed jiskopri mill-ġdid il-ferħ tal-fidi u l-entużjażmu biex jikkomunikaha lill-oħrajn. Meta jum wara l-ieħor dawk li jemmnu jiskopru mill-ġdid imħabbtu, l-impenn missjunarju tagħhom jikseb qawwa u ħeġġa li qatt ma jidbielu.” Papa Benedittu XVI

Page 31: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 31

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.177, l-1 parti

Saint Teresa was so favored by grace from her childhood that at the age of seven, upon reading the lives of the holy martyrs, she felt herself inspired to suffer martyrdom for the faith. With one of her brothers, she even set out for Africa to find there among the Moors the chance to shed her blood. When they were brought back by one of their uncles, she spent her time with this brother building little hermitages in order to seclude themselves there and to pray to God. How happy it is to begin to serve God from early life! When piety has been taken in with the infant’s milk, it takes hold of the heart to such an extent that it is almost impossible to lose it entirely. It sometimes can fade away, as it did in Saint Teresa for a time, but the fundamentals always remain in the soul and revive, little by little, to produce new action, as happened in the case of Saint Teresa. In her this spirit grew day by day until the last breath of the saint’s life. This example teaches us how advantageous it is to inspire children with piety and to procure it for them, especially by making them read good books capable of making good impressions on their minds. Because God has called you to give children a Christian education, for this purpose use the same means that God employed for Saint Teresa to prepare her early with his graces.

TALBA Tħalli xejn jinkwetak. Tħalli xejn ibeżżgħek.

Kollox jgħaddi. Alla biss ma jinbidilx.

Bil-paċenzja, kollox tikseb. Għal min hemm Alla fih,

ma jonqsu xejn, Alla waħdu biżżejjed. Ammen.

Santa Tereża ta’ Avila – ta’ {esù

Missierna ...

It-Tlieta, 16 t’Ottubru Santa Edwige - reliġjuża

Santa Margerita Marija Alacoque - verġni

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 5: 1-6 Biċ-ċirkonċiżjoni jew mingħajrha, xejn ma jkun jiswa

ħlief biss il-fidi li taħdem permezz tal-imħabba. 2. Salm 118: 41,43-45,47,48 Ħa tiġi fuqi tjubitek, Mulej. 3. Luqa 11: 37-41 Agħtu karità, u taraw kif kollox ikunilkom nadif.

Page 32: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

32 SIGNUM FIDEI

SANTA MARGARITA MARIJA ALACOQUE - reliġjuża (1647-1690) Din il-qaddisa hi magħrufa bħala l-Appostlu tal-Qalb ta' Ġesù. Twieldet fil-

Borgonja, Franza; ta’ tmien snin, wara l-mewt ta’ missierha, daħħluha fl-iskola tas-Sorijiet Klarissi ta’ Charolles. Hi għaddiet ħames snin f’sodditha marida bir-rewmatiżmu sakemm kellha ħmistax-il sena. Hi fieqet f’salt wara li, fuq suġġeriment ta’ ommha, għamlet wegħda lill-Madonna.

Minn kmieni wriet devozzjoni speċjali lejn Ġesù Ewkaristija. Irrifjutat proposti għaż-żwieġ, u ta’ 24 sena (1671), daħlet soru tal-Viżitazzjoni f’Paray-le-Monial, u pprofessat is-sena ta’ wara.

Hija talbet lill-majjistra tan-novizzi tgħidilha x’kellha tagħmel biex timmedita. Il-majjistra weġbitha biex tpoġġi lilha nnifisha quddiem Alla bħala tila vojta.

Sa minn mindu kellha 20 sena Margerita esperjenzat dehriet ta’ Kristu, u fis-27 ta’ Diċembru 1673, kellha bidu għal serje ta’ rivelazzjonijiet li kellhom ikomplu għas-sena u nofs ta’ wara. F’dawn ir-rivelazzjonijiet Kristu għarrafha li hu kien għażilha bħala strument biex ixxerred id-devozzjoni lejn il-Qalb Imqaddsa tiegħu; għarrafha wkoll b’devozzjoni ġdida fil-Knisja li kellha tkun magħrufa bħala tad-Disa’ Ġimgħat u wkoll l-Ora Santa. Talabha wkoll li fil-Knisja titwaqqaf il-festa tal-Qalb Imqaddsa tiegħu fil-jum tal-Ġimgħa li jiġi fuq l-Ottava ta’ Corpus Christi.

Is-superjura tagħha, Madre de Saumaise, ħaditha kontra tagħha fl-isforzi tagħha biex timxi fuq l-istruzzjonijiet li hija kienet irċeviet fir-rivelazzjonijiet. Imma mbagħad aċċettat.

Anki fost sħabha ħafna ma setgħux iniżżluha li kellha dehriet ta’ Kristu. Margerita sabet appoġġ kbir fil-persuna ta’ San Klawdju la Colombière, SJ li għal xi żmien kien il-konfessur tal-komunità.

L-oppożizzjoni fil-komunità waqfet meta fl-1683 ġiet eletta superjura l-Madre Mélin li għażlet lil Margerita bħala l-assistenta tagħha. Hi mbagħad saret majjistra tan-novizzi.

Hi rat ukoll, fl-1686 – erba’ snin qabel mietet – il-kunvent jibda josserva privatament il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù; u sentejn wara nbniet kappella f’Paray-le-Monial iddedikata lill-Qalb ta’ Ġesù. Malajr l-osservanza tal-festa bdiet tixtered fil-kunventi l-oħra tas-Sorijiet Viżitandini.

Margerita Alacoque mietet ta’ 43 sena fis-17 ta’ Ottubru 1690. Id-devozzjoni lejn il-Qalb ta’ Ġesù ġiet uffiċjalment rikonoxxuta 75 sena wara mewtha fl-1765 minn Klement XIII.

Kienet iddikjarata qaddisa fl-1920.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: Il-fidi tikber meta ngħixuha bħala esperjenza tal-imħabba li rċevejna u meta nikkomunikawha bħala esperjenza ta’ grazzja u ferħ. Hi twassalna biex nagħtu l-frott, għax twessa’ ’l qlubna bit-tama u tagħmilna kapaċi nagħtu xhieda li tagħti l-ħajja: tiftaħ il-qalb u l-moħħ ta’ dawk li jisimgħu u jwieġbu għall-istedina tal-Mulej biex jisimgħu kelmtu u jsiru dixxipli tiegħu. Kif jgħidilna Santu Wistin: “Dawk li jemmnu jsaħħu lilhom infushom billi jemmnu”. L-isqof qaddis ta’ Hippo kellu

Page 33: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 33

għalfejn jesprimi ruħu b’dan il-mod. Kif nafu, hu għadda ħajtu jfittex il-ġmiel tal-fidi saż-żmien meta ħajtu sabet il-mistieħ fil-Mulej. Il-kitba estensiva tiegħu, li fiha jfisser l-importanza tat-twemmin u l-verità tal-fidi, hi wirt ta’ ġid liema bħalu, anki llum u tgħin lil ħafna li qed ifittxu lil Alla biex isibu t-triq li twassal għall-“bieb tal-fidi”.

Papa Benedittu XVI Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med: 102: It-2 punt “... Jekk inti verament tħobb lil Kristu, tagħmel l-almu kollu tiegħek biex tnissel l-imħabba tiegħu fil-qlub ta’ dawk it-tfal li int qed trawwem biex ikunu d-dixxipli tiegħu. L-għan tiegħek għandu jkun li huma jaħsbu ta’ spiss f’Ġesù, bħala l-uniku mgħallem tajjeb; jitkellmu ta’ spiss fuqu u jixxenqu warajh biss u jgħixu għalih biss.”

TALBA Oqgħod miegħi Mulej,

għax lilek biss irrid infittex; għal imħabbtek

għall-grazzja tiegħek, għar-rieda tiegħek, għall-qalb tiegħek, għall-ispirtu tiegħek għax jien inħobbok

u ma nitlob l-ebda rigal ieħor, ħlief li nħobbok dejjem aktar.

Ammen. San Piju ta’ Pietrancina

Missierna ...

L-Erbgħa, 17 t’Ottubru

San Injazju ta’ Antjokja – isqof Beatu Contardo Ferrini

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Galatin 5: 18-25 Dawk li huma ta’ Kristu Ġesù, sallbu l-ġisem bil-ġibdiet u x- xewqat tiegħu. 2. Salm 1: 1-4,6 Min jimxi warajk, Mulej, ikollu d-dawl tal-ħajja. 3. Luqa 11: 42-46 Ħażin għalikom intom il-Fariżej, u għalikom il-għorrief tal-liġi wkoll!

Page 34: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

34 SIGNUM FIDEI

BEATU CONTARDO FERRINI (1859-1902) Dan il-Beatu twieled f’Milan, iben ta’ għalliem tal-matematika u tal-fiżika.

Studja l-liġi fil-kulleġġ Borromeo, f’Pavia, u ħa d-dottorat ta’ 21 sena (1880). Wara għamel sentejn oħra jistudja l-ġurisprudenza f’Berlin.

Ta’ 22 sena, waqt li kien fl-Università ta’ Berlin, għamel il-vot taċ-ċelibat. Hu rritorna l-Italja sena wara (1883) u sar terzjarju Franġiskan.

Ippubblika edizzjoni ġdida tal-Institutes ta’ Ġustinjanu. Hu kien jaf b’xi tnax-il lingwi, sar professur tal-Liġi Kriminali Rumana f’Pavia, u wara professur tal-Liġi Rumana. Fl-1887 sar professur tal-Liġi Rumana f’Messina; kellu allura 28 sena. Seba’ snin wara (1894) irritorna fl-Università ta’ Pavia fejn malajr ġie rikonoxxut bħala l-awtorità ewlenija fuq il-perijodu Biżantin tal-Liġi Rumana.

Hu ddedika l-enerġiji kollha tiegħu għal Alla u kien jirreferi għax-xogħol bħala martu. Kien attiv f’ħidma soċjali, kien assoċjat fil-librerija Ambrożjana u kien ukoll membru tas-Soċjetà ta’ San Vinċenz de Paul. Għen fit-twaqqif tas-Soċjetà Boezju ta’ San Severino għall-istudenti universitarji, u fl-1895 kien elett membru tal-Kunsill muniċipali ta’ Milan.

Huwa miet f’Suna, Novara, bil-marda tat-tifojde fis-17 ta’ Ottubru 1902, ta’ 43 sena. Hu awtur ta’ aktar minn 200 kitbiet ta' studju (monografiji). Tul ħajtu kollha kien miżmum mill-istudenti u l-kollegi tiegħu bħala wieħed li għex ħajja ta’ qdusija f’ħajja ddedikata għall-istudju akkademiku.

Piju XII iddikjarah beatu fl-1947. Hu patrun tal-Universitajiet. Il-Papa Piju XI, li bħala qassis kien jixxabbat mal-muntanji ma’ Contardo, qal:

“Ir-relazzjonijiet tiegħi ma’ Ferrini kienu purament xjentifiċi jew kienu dwar is-sbuħija tal-muntanji għoljin. Għalih dawn kienu ispirazzjoni għall-qdusija u kważi rivelazzjoni naturali ta’ Alla.”

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: “Nixtiequ niċċelebraw din is-sena b’mod xieraq u li jħalli l-frott. Irridu nżidu r-riflessjoni tagħna fuq il-fidi biex ngħinu lil dawk kollha li jemmnu fi Kristu jkunu aktar konxji mit-twemmin tagħhom fl-Evanġelju u jkomplu jsaħħuh, l-aktar f’dan iż-żmien ta’ tibdil profond li bħalissa l-umanità għaddejja minnu. Se jkollna l-opportunità li nistqarru l-fidi tagħna fil-Mulej Irxoxt fil-katidrali u l-knejjes tad-dinja kollha, fid-djar u mal-familji tagħna, biex kulħadd iħoss b’mod qawwi l-ħtieġa li jsir jaf aħjar u jwassal il-fidi ta’ dejjem lill-ġenerazzjonijiet futuri. Matul din is-sena, il-komunitajiet reliġjużi kif ukoll dawk parrokkjali, u r-realtajiet ekkleżjali antiki u ġodda, għandhom isibu mod kif jagħmlu l-istqarrija pubblika tal-Kredu.” Papa Benedittu XVI Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.102, l-1 parti Saint Ignatius was one of the first disciples and one of the most worthy successors of the Apostles. He preached the Gospel and did much to spread religion with a most astonishing zeal and courage. The more opposition he met with, the more active he became, without any human respect or fear, not even of the emperor, whom he vigorously withstood, caring nothing for either threats or promises. With this kind of truly Christian firmness and generosity, you ought to uphold God’s

Page 35: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 35

cause, which is what you are obliged to do in your work. You fulfill one of the main functions of the Apostles by educating in faith and in religion these new believers, that is, the children who only recently have been filled with God’s Spirit in Baptism. Following the example of the holy Apostles, be worthy of so holy a ministry by seclusion and by application to prayer.

TALBA Qiegħed Mulej fi qlubna, xewqat li inti tista’ ttemm. Qiegħed fuq xofftejna talb li tista’ tisimgħu.

Qiegħed f’dak li nagħmlu għemejjel li tista’ tberikom.

Liturġija Spanjola Możarabika (Pubblikazzjoni ‘Kliem ta’ Fidi’ Ċ.A.K)

Missierna ...

Il-Ħamis, 18 t’Ottubru San Luqa - evanġelista

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. 2 Timotju 4 10-17b Luqa waħdu baqa’ miegħi.

2. Salm 144: 10-13.17,18 Ħbiebek ixandru l-ġmiel ta’ saltnatek.

3. Luqa 10: 1-9 Il-ħsad kbir, imma l-ħaddiema ftit.

SAN LUQA – evanġelista: l-ewwel seklu San Luqa minn Antjokja, belt ewlenija tas-Sirja. Hu kien ta’ razza u kultura

Griega. Fejn, kif u meta kkonverta ma nafux. X’aktarx li kkonvertieh San Pawl f’Antjokja, iżda żgur li kkonverta qabel sewwa s-sena 50 W.K.

San Luqa kien tabib, infatti San Pawl sejjaħlu “Luqa, l-għażiż tabib” (Kol. 4:14). Aktarx li kien ukoll jiddeletta jpitter, għax hemm xi pitturi li huma attribwiti lilu. F’Malta hemm tradizzjoni li tgħid li l-pittura tal-Madonna meqjuma fis-santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa hi xogħol idejh iżda xejn b’ċertezza.

San Pawl ħadu miegħu fit-tieni u fit-tielet vjaġġ tiegħu. San Luqa qatt ma ħallieh lil San Pawl jekk mhux għal xi waqtiet ta’ qadjiet għall-knejjes stess. Kien miegħu fl-aħħar priġunerija tiegħu fil-ħabs, f’Ruma.

Meta San Pawl telaq minn Ċesarija għal Ruma, Luqa kien miegħu, u miegħu kien fin-nawfraġju tiegħu f’Malta, u miegħu kien meta wara t-tlett xhur tax-xitwa telaq minn Malta, 61-63 w.K.

Page 36: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

36 SIGNUM FIDEI

San Luqa kiteb it-tielet Vanġelu, u wara, il-ktieb tal-Atti tal-Appostli. L-istudjużi moderni jgħidu li kitibhom bejn is-sena 70-80 W.K. Ma nafux fejn kitibhom.

Tradizzjoni tgħid li San Luqa miet martri, msallab ma’ siġra, f’Boeotia, il-Greċja, fil-għomor ta’ 84 sena.

Fl-arti jġibuh b’gendus. Dan għaliex jibda l-Vanġelu tiegħu bir-rakkont tal-qassis Żakkarija qed joffri sagrifiċċju fit-tempju.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: “Mhux ta’ b’xejn li fl-ewwel sekli l-insara kienu mistennija li jitgħallmu l-Kredu bl-amment. Dan kien iservihom bħala talba ta’ kuljum biex ma jinsewx l-impenn li ħadu fil-Magħmudija. Santu Wistin ifakkarna f’dan bi kliem mimli tifsir meta f’omelija fuq ir-redditio symboli, dwar it-talba tal-Kredu jgħid: “Is-simbolu tal-misteru qaddis li rċevejtu lkoll flimkien u li llum kull wieħed minnkom stqarr, hu kliem li fuqu hi mibnija l-fidi ta’ Ommna l-Knisja fuq il-pedament sod li hu Kristu l-Mulej ... Intom irċevejtuh u lqajtuh, imma tridu żżommuh dejjem f’moħħkom u f’qalbkom, tridu ttennuh f’sodditkom, taħsbu fuqu fil-pjazez u ma tinsewhx intom u tieklu: u anki meta l-ġisem ikun rieqed, tridu tishru fih b’qalkom.”

Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.178, it-3 parti

It was Saint Luke’s privilege to write the holy Gospel and in this way to be one of the secretaries of Jesus Christ. He was also the historian of the foundation of the true religion by writing the book of the Acts, which contains an account of the wonderful things accomplished by the holy Apostles in Judea after the death of Jesus Christ, before they spread out to preach the Gospel throughout the world. He describes especially the principal deeds and journeys of Saint Paul. It could be that Saint Luke did not often proclaim the holy Gospel in person, and he might not have converted a great many people by his preaching, but how many did he not bring to embrace our religion through his writings! This expression from his Gospel, Sell all you have, and give it to the poor, was all that Saint Anthony needed to quit the world and all his wealth and to withdraw into the desert for the rest of his life. Spoken words pass on and touch hearts only once and momentarily, but the good done by written words, which last forever, like those Saint Luke composed, produces results unendingly and is able century after century, even to the end of the world, to convert a great number of souls, provided they are well disposed to hear the word of God expressed therein. Listen with docility to the word of God. Read it every day with attention, and Saint Luke will be for you an Apostle of Jesus Christ and a preacher of the holy Gospel.

Page 37: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 37

TALBA Jiena nemmen f’Alla l-Missier li jista’ kollox,

li ħalaq is-sema u l-art; u f’Ġesú Kristu, ibnu wieħed sidna; li kien konċeput mill-Ispirtu s-Santu,

twieled minn Marija Verġni; bata taħt il-ħaqq ta’ Ponzju Pilatu, sallbuh, miet u difnuh; niżel il-Limbu, mat-tielet jum qam minn bejn l-imwiet;

tela’ fis-smewwiet, qiegħed in-naħa tal-lemin ta’ Alla l-Missier, li jista’ kollox;

minn hemm għandu jiġi biex jaħmel ħaqq mill-ħajjin u mill-mejtin. Nemmen fl-Ispirtu s-Santu; il-Knisja Mqaddsa Kattolika,

ix-Xirka tal-Qaddisin; il-maħfra tad-dnubiet; il-qawma tal-imwiet;

il-ħajja ta’ dejjem. Ammen Missierna ...

Il-Ġimgħa, 19 t’Ottubru

San Ġwann de Brebeuf u San Iżakk Jogues – presbiteri u sħabhom martri San Pawl tas-Salib

San Pietru minn Alcantara - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 1: 11-14 Aħna, sa minn qabel, konna nittamaw fi Kristu, u intom

kontu ssiġillati bl-Ispirtu s-Santu. 2. Salm 32: 1,2,4,5,12,13 Imbierek il-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu. 3. Luqa 12: 1-7 Intom, sa x-xagħar ta’ raskom, kollu magħdud. Mill-ħajja tal-Fundatur: Fl-1670, Ġwanni Battista De La Salle, jidħol is-Seminarju ta’ San Sulpice, f’Pariġi. SAN PIETRU TA’ ALCANTARA - presbiteru

Twieled fi Spanja, fl-1499, fejn missieru kien gvernatur, u ommu mara nobbli. Wara li studja l-grammatika u l-Filosofija, fil-belt tiegħu, ta’ 14-il sena nbagħat fl-Università ta’ Salamanca.

Page 38: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

38 SIGNUM FIDEI

Wara l-istudji tiegħu, reġa’ lura pajjiżu u daħal mal-Franġiskani. Ordna saċerdot fil-1524, u wara sena sar il-gwardjan tal-kunvent ta’ Santa Marija tal-Anġli, f’Robredillo.

Ftit snin wara sar predikatur famuż, u kien iħobb jippriedka l-iżjed lill-fqar. Kien juri simpatija kbira lejhom.

Fl-1538, kien elett ministru tal-provinċja ta’ San Gabrijel, u daħal għax-xogħol b’ruħu u ġismu. Fil-Kapitlu ta’ Plasencia, fl-1540, ir-regoli ħarxa li hu fassal, għall-kostituzzjoni aktar stretta, tant sab oppożizzjoni, li hu ċeda l-pożizzjoni tiegħu ta’ pronvinċjal u rtira fil-muntanji ta’ Arabida, fil-Portugal, ma’ żewġ eremiti oħra. Iżda xi rħieb oħra kif saru jafu, ingħaqdu magħhom u ġew stabbiliti komunitajiet żgħar.

Fil-1553, reġa’ lura Spanja u telaq ħafi lejn Ruma u ġab il-permess li jwaqqaf kunventi fqar fi Spanja. Fin-1556 sar is-superjur, u fil-1561, provinċja bl-isem ta’ San Ġużepp, b’riformi aktar ħarxa, intlaqet tajjeb u tferrxu provinċji oħra fi Spanja u l-Portugal.

San Pietru ta’ Alcantara, għen ħafna lil Santa Tereża ta’ Avila, bil-pariri tiegħu biex tirriforma l-Karmelu. Ismu nsibuh ma’ dak ta’ San Franġisk Borgia, San Ġwann tas-Salib u oħrajn.

L-akbar u l-isbaħ virtujiet tiegħu kienu, id-don tal-kontemplazzjoni u dak tal-penitenza u povertà, flimkien ma’ mħabba infinità lejn Alla.

Pietru Alcantra miet fit-18 ta’ Ottubru 1562, u ġie bbeatifikat mill-Papa Gregorju XV, fl-1622, u kkanonizzat mill-Papa Klement IX, fl-1669.

Il-festa tiegħu ssir fis-19 ta’ Ottubru, minħabba r-riforma tal-kalendarju Ruman.

Fl-1826 San Pietru ta’ Alcantara sar il-patrun tal-Brażil. Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: Issa nixtieq nuri triq li tista’ tgħinna nifhmu b’aktar profondità mhux biss x’fiha l-fidi tagħna, imma wkoll dak l-att li bih niddeċiedu li nafdaw ruħna bi sħiħ f’Alla, b’libertà sħiħa. Infatti teżisti għaqda qawwija bejn l-att li bih temmen u l-kontenut li naqblu fuqu. L-appostlu Pawlu jħallina nidħlu ’l ġewwa f’din ir-realtà meta jikteb: “Wieħed jemmen ... f’qalbu... u jistqarr b’xufftejh” (Rum 10, 10). Il-qalb turi li l-ewwel att li bih naslu għall-fidi hu don t’Alla u azzjoni tal-grazzja li taħdem u tibdel il-bniedem mill-qiegħ. Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 179, it-3 parti

This saint (S. Peter of Alcantara) had a marvelous gift of prayer and spent a great deal of time in this exercise. His recollection at prayer was ordinarily so great that it obtained for him an almost continual awareness of God. He took such delight in prayer that he had an extreme dislike for sleep, because, as he said, it was the only thing that could separate him from God’s presence, something that death cannot do, because it gives us the living, effective, and eternal presence of God. This saint,

Page 39: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 39

considering that prayer procures this happiness, used to say that a half hour of prayer ought to be regarded as only a preparation for making it well. Try to make interior prayer well in the same way this saint did, by the practice of interior recollection. If you persevere in it, recollection will make the practice of the presence of God easy. There is nothing you must or can procure with more care, for it is happiness anticipated in this life. It is also of great use to you in your work, because this work concerns God and aims at winning souls for him. It is, therefore, a matter of great consequence not to lose sight of God in your work. Be as faithful to this as you possibly can.

TALBA Mulej Ġesù Kristu,

agħmel li nkun ħieles minn kull xewqat ħżiena, u li nibqa moħbi u mhux magħruf, f’din id-dinja,

imma li għal imħabbtek nagħraf lilek biss. Agħmel li ma niħux minn rajha t-tajjeb

li sawwabt fija u bija , imma kull ġieħ ikun jaf lilek.

Waqt li nagħraf id-dgħufija tiegħi, niċħad kull tifħir tad-dinja, u b’hekk nixxennaq għal dik

il-glorja vera u dejjiema li tiġi mingħandek biss.

Ammen. San Franġisk Saver Cabrini

Missierna ...

Is-Sibt, 20 t’Ottubru L-Imqaddsa Verġni Marija ‘Mater Admirabilis’

Santa Madalena minn Nagasaki - verġni u martri Beatu Ġakbu Strepar - isqof Beatu Kontardu Ferrini – lajk

Santa Bertilla Boscardin – reliġjuża

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Page 40: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

40 SIGNUM FIDEI

Qari: 1. Efesin 1: 15-23 Alla għamel lil Kristu ras fuq il-Knisja kollha, li hi l-ġisem

tiegħu. 2. Salm 8: 2-7 Qgħedt lil Ibnek fuq l-għemejjel kollha ta’ idejk! 3. Luqa 12: 8-12 L-Ispirtu s-Santu jgħallimkom dak il-ħin stess x’għandkom

tgħidu.

SANTA BERTILLA BOSCARDIN - reliġjuża Kienet bint familja fqira ta’ bdiewa u twieldet fir-raħal a’ Brendola, qrib

Vicenza fl-Italja ta’ Fuq fl-1888 u semmewha Anna-Franġiska. Il-qassis Dun Capovilla għaraf li kellha l-vokazzjoni reliġjuża, imma l-arċipriet

ta’ Brendola qal li kienet tajba biss biex tqaxxar il-patata. Minkejja li ma kinitx brillanti, ġiet aċċettata mis-sorijiet ta’ Santa Dorotea ta’

Vicenza fl-1904, meta kienet għadha ta’ 16-il sena u semmewha Bertilla għall-Badessa qaddisa ta’ Chelles.

Għamlet tliet snin fil-kċina u wara ħadmet ta’ ħassiela, taħsel il-ħwejjeġ, sakemm bagħtuha fl-isptar tat-tfal ta’ Treviso.

Tul l-ewwel gwerra dinjija (1914-1918), kienet infermiera fl-isptar militari qrib Como, fejn uriet ruħha l-veru anġlu tal-faraġ, il-vera omm ħanina tal-morda u tal-feruti.

Fl-1919 wara t-tmiem tal-gwerra rritornat fl-isptar tat-tfal ta’ Treviso, imma ma damitx ma mardet gravament. Għamlulha operazzjoni biex neħħewlha tumur, imma kien kollu għalxejn. Lit-tabib qaltlu: “Jiddispjaċini li kellek toqgħod titħabat għalxejn minħabba fija.”

Din il-mara mill-iktar sempliċi, li kellha l-ħila ssir qaddisa qalb il-borom u l-platti, mietet ta’ 34 sena, fl-20 t’Ottubru 1922.

Il-Beatu Papa Ġwanni XXIII ikkanonizzaha fil-11 ta’ Mejju 1961. Il-fdal tagħha jinsab meqjum fil-knisja tas-sorijiet ta’ Sant Dorotea Vicenza.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: “Matul dan iż-żmien jeħtiġilna nżommu ħarsitna tagħna fuq Ġesù Kristu, “li minnu tibda u fih tintemm il-fidi tagħna” (Lhud 12, 2): fih jintemm kull qtiegħ il-qalb u kull xewqa fil-qalb tal-bniedem. Il-ferħ tal-imħabba, it-tweġiba għan-niket tat-tbatija u l-uġigħ, il-qawwa tal-maħfra quddiem il-weġgħat li nirċievu u r-rebħa tal-ħajja quddiem il-vojt tal-mewt, dan kollu jsib it-tmiem tiegħu fil-misteru tal-inkarnazzjoni, fih li sar bniedem, qasam magħna l-miżerja umana u bidilha bil-qawwa tal-qawmien tiegħu. Fih, li miet u rxoxta biex isalvana, l-eżempji tal-fidi li mmarkaw dawn l-elfejn sena tal-istorja tas-salvazzjoni tagħna jsibu dawl sħiħ.”

Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Ittra 18 “... Inti qiegħed tgħid sewwa li fid-dawl tal-fidi inti tara l-affarijiet tassew differenti, minn kif jidhru fihom infushom, mingħajr ma tmur il-bogħod mid-dehra naturali tagħhom ...”

Page 41: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 41

TALBA Agħtini d-doni li għandi bżonn fix-xogħlijiet tiegħi,

u moħħ imħeġġeġ li jfittex il-verità imxennaq biex jagħrafha u saħħa biex iħaddanha.

Rieda li hija sħiħa u ta’ ħila. Agħtini l-għajnuna meta tisma’ l-karba tiegħi,

dawwalli d-dlam u wittili l-mogħdijiet. Nebbaħni dak li ma nafx jew insejt.

Agħtini l-kelma li ilni nfittex mingħajr suċċess. Ammen.

San Tumas Aquinas Missierna ...

Il-Ħadd, 21 t’Ottubru Id-29 Ħadd ta’ matul is-sena

Il-Kanonizzazzjoni ta’ Kateri Tekakwitha - missjunarja

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Isaija 53: 10,11 Is-sagrifiċċju ta’ Kristu. 2. Salm 32: 4,5,18,19,20,22 Ħa tkun Mulej it-tjieba tiegħek fuqna, kif fik hi t-tama

tagħna. 3. Lhud 4: 14-16 Nersqu b’qalbna qawwija lejn it-tron tal-grazzja. 4. Mark 10: 35-45 (42-45) Bin il-bniedem ġie biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra. Illum, 21 ta’ Ottubru, ġewwa l-Vatikan, il-Papa Benedittu XVI sejjer jikkanonizza lil Kateri Tekakwitha, indiġina tal-Maħoki. BEATA KATERI TEKAKWITHA Kateri twieldet fl-1656, u kienet ta’ dixxendenza Indjana Mahoki. L-istorja

tagħha hija riżultat tal-ħidma missjunarja, meta madwar 355 sena ilu, Ġiżwiti missjunarji Franċiżi waslu ġewwa villaġġ jismu Ossernenon.

Meta Kateri kellha 4 snin, kemm il-ġenituri kif ukoll ħuha mietu bil-ġidri, imma hi baqgħet ħajja. Riżultat tal-ġidri wiċċha ġie sfigurat u l-vista naqsitilha ħafna.

IL-ĠURNATA MISSJUNARJA

Page 42: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

42 SIGNUM FIDEI

Wara ġiet addottata minn xi qraba u fl-adoloxxenza kkonvertiet għall-Kattoliċiżmu. Bl-għajnuna ta’ Ġiżwita missjunarju bdiet tiskopri mħabba lejn Ġesù. Bdiet tifhem li l-qdusija tikkonsisti f’relazzjoni ntima ma’ Ġesù.

Ta’ 20 sena rċeviet il-magħmudija. Bdiet tgħix ħajja qaddisa. Peress li ma setgħetx tgħix qalb it-tradizzjonalisti li kienu kontra l-Kattoliċiżmu, iz-zija tagħha kkonvinċieta biex tmur tgħix f’villaġġ ieħor, fejn sabet paċi u konfort. F’età tenera ta’ 22 sena marret tingħaqad mal-maħbub tagħha, Ġesù.

Ftit snin ilu, Jake Finkbonner, tifel ta’ 6 snin, minn Washington, kellu inċident waqt logħba baskitbol. Ferita f’xufftejh ġiet infettata b’mikrobu qawwi u wiċċu ntefaħ u telgħalu ħafna deni. Dan il-mikrobu saħansitra attakkalu wiċċu u moħħu u t-tobba kienu kollha tal-fehma li Jake ma kellux ċans ifiq.

Sar talb kbir u pendent ta’ Kateri tpoġġa fuq l-imħadda ta’ Jake. L-għada Jake qaleb għall-aħjar u ftit żmien wara fieq.

L-investigazzjonijiet mis-Santa Sede damu għaddejjin għal tliet snin. Studjaw il-każ u ġie appruvat bħala miraklu bl-interċessjoni tal-Beata Kateri.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: “Bil-ħila tal-fidi tagħhom l-Appostli ħallew kollox warajhom biex jimxu wara l-Imgħallem (ara Mk. 10,28). Huma emmnu fil-kliem li bih ħabbar li s-Saltna t’Alla waslet u li twettqet fil-persuna tiegħu (ara Lq 11,20). Huma għexu lkoll flimkien ħaġa waħda mal-ħajja ta’ Ġesù li kien jgħaddilhom it-tagħlim tiegħu u li ħallielhom regola ġdida ta’ ħajja li biha wara mewtu kellhom jingħarfu bħala dixxipli (ara Ġw. 13,34-35). Bil-ħila tal-fidi marru fid-dinja kollha, u wasslu l-Evanġelju lil kull bniedem (ara Mk. 16,15) u, bla ebda biża’ ta’ xejn, ħabbru lil kulħadd il-ferħ tal-qawmien mill-mewt li tiegħu kienu xhieda fidili.” Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 180, l-1 parti

Saint Hilarion was competent in the humanities and in literature, thanks to the keenness of his mind, but he made himself much more admirable by the purity of his life and especially by his great piety. The example of Saint Anthony, who was then famous throughout the desert, did much to help him acquire this spirit. The reputation won by this great Father of the desert induced Saint Hilarion to go out to find him. Once near him, he observed with great care Saint Anthony’s way of life and his great abstinence, which no infirmity could make him quit. He also noted the saint’s diligent application to prayer, his humility in dealing with his Brothers, his strictness joined to gentleness when he corrected them, and the zeal he showed for their sanctification. Later on, Saint Hilarion dedicated himself with all conceivable fervor to practice all the virtues he had observed in Saint Anthony. Oh, what power and efficacy does example have to convert souls and to lead them to make progress in virtue! This saint lived a life of great perfection; the example of Saint Anthony led him to it.

Page 43: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 43

TALBA Mulej Ġesù, infaħħruk għall-preżenza tiegħek fostna.

Kun mal-missjunarji tiegħek li jxandru l-Evanġelju. Qawwilhom qalbhom fil-ħin tal-prova. Mexxihom fil-mument tal-inċertezza. Saħħaħhom meta jkunu dgħajfa.

Agħtihom is-sabar fid-diżappunti tagħhom. Agħmlilhom il-kuraġġ fil-ħin tad-dubju u mexxihom

fit-triq li trid int , li tgħix u ssaltan mal-Missier

u mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem. Ammen

Missierna ...

It-Tnejn, 22 t’Ottubru Beata Ġużeppina Leroux - verġni u martri

Il-Beatu Ġwanni Pawlu II – Papa Santa Marija Salome – martri tal-1 seklu

San Alberċju – isqof ta’ Ċerapoli Il-Martri ta’ Valenciennes ( 1794)

San Timotju Giaccardo – saċerdot (1896-1948)

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 2: 1-10 Qajjimna ma’ Kristu, u qgħedna fis-smewwiet miegħu. 2. Salm 99: 2-5 Aħna l-poplu tiegħu u n-ngħaġ tal-merħla tiegħu. 3. Luqa 12: 13-21 Il-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min ikunu? BEATU ĠWANNI PAWLU II – Papa Karol Jozef Wojtyla twieled Wadowice, il-Polonja fit-18 ta’ Mejju 1920. Kien l-

iżgħar minn tlett itfal. Ommu Emilia mietet meta kellu 8 snin, waqt li kienet qed twelled lil oħtu Olga, li mietet ukoll. Ħuh Edmund, li kien 14-il sena ikbar minnu, sar tabib imma mbagħad miet bl-iskarlatina.

Bħala tifel kien iħobb ħafna l-atleta, kien anke f’tim tal-futbol. Kien iħobb ukoll il-palk u kien jieħu sehem f’diversi reċti - speċjalment meta kien Krakow - ma’ grupp ta’ żgħażagħ oħra, il-biċċa l-kbira tagħhom Lhud.

Fl-1938, Karol u missieru telqu minn Wadowice għal Krakow. Hemm daħal fl-Università tal-post jistudja, il-lingwi fost suġġetti oħra. Tgħallem 12-il lingwa. Waqt dak iż-żmien kellu ta’ bilfors jieħu sehem f’taħriġ tal-armata.

Page 44: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

44 SIGNUM FIDEI

Fl-1939, il-Ġermanja invadied lill-Polonja u ngħalqet l-Università. Bejn l-1940-1944, Karol kelu jagħmel diversi xogħlijiet, fosthom fil-barrieri u f’fabbrika tal-kimiċi.

Fl-1940 missieru miet b’attakk tal-qalb waqt li Karol kien xogħol, b’hekk hu safa’ waħdu, mingħajr ebda membru tal-familja ta’ 20 sena.

Fl-1942, beda l-istudju tiegħu għas-saċerdozju fis-seminarju ta’ taħt l-art . Fis-17 ta’ Jannar 1945, il-Ġermaniżi ħarbu mill-belt ta’ Krakow u b’hekk is-

seminaristi kommplew l-istudju tagħhom fis-seminarju nofsu mġarraf. Kien ordnat saċerdot fl-1 ta’ Novembru 1946. Kompla jistudja Ruma fejn ħa

d-dottorat fit-Teoloġija. Id-Dottorat fil-filosofija ħadu aktar tard fl-Università ta’ Krakow.

Fl-1948, reġa’ lura l-Polonja, jagħmel appostolat f’paroċċa qrib Krakow . Fl-1949 mar jgħallem fl-Università ta’ Krakow. Hawn beda jlaqqa’ grupp soċjo-reliġjuż, ta’ żgħażagħ, li kien popolari ħafna.

Fit-13 ta’ Ottubru 1964 kien ordnat arċisqof ta’ Krakow u fis-26 ta’ Ġunju 1967, kardinal. Bħala kardinal kien instrumentali biex issir l-Enċiklika Humanae Vitae.

F’Ottubru tal-1978 wara l-mewt tal-Papa Pawlu VI, imbagħad ta’ Ġwanni Pawlu I, li l-pontifikat tiegħu dam 33 ġurnata biss, Kardinal Karol Wojtyla kien elett Papa. Kellu 58 sena, u ħa l-isem ta’ Ġwanni Pawlu II. Kien inawgurat Papa fit-22 ta’ Ottubru. Poġġa l-ħidma tiegħu taħt il-patroċinju ta’ Ommna Marija Santissima ‘Totus Tuos’.

Il-Pontifikat tiegħu kien it-tieni l-iżjed twil fl-istorja tal-papiet. Għamel taqlib kbir. Żar 129 pajjiż. Ibbeatifika 1,340 persuna u kkanonizza 483 qaddis. Kiteb 14-il enċiklika

Ħadem ħafna għall-għaqda tal-knejjes. Kellu sehem kbir biex jinqered il-komuniżmu. Il-motto tiegħu kien s-sejħa universali għall-qdusija. “Tibżgħux tiftħu qalbkom beraħ għal Kristu”, kienet waħda mill-frażijiet popolari tiegħu. Waqqaf il-Jum Dinji għaż-żgħażagħ.

Fit-13 ta’ Mejju 1981 ippruvaw jassasinaw lill-Papa Ġwanni Pawlu II fi pjazza San Pietru. Kif ġie konxju l-isptar mill-ewwel qal li kien għadu ħaj bl-interċezzjoni ta’ Sidna Marija ta’ Fatima. Bl-umiltà kollha mar iżur ’l-assassin il-ħabs u tah il-maħfra. Fl-1995, Ġwann Pawlu reġa’ kien fil-mira, din id-darba tal-Al-Qaeda, fil-Filippini.

Fl-2001 beda jsofri bil-marda tal-Parkinsons u minkejja t-tbatijiet tiegħu kompla jaqdi dmiru sal-aħħar. Miet fit-2 ta’ April 2005.

Fis-19 ta’ Diċembru 2009 sar Venerabbli u l-Papa, suċċessur tiegħu, Benedittu XVI, ibbeatifikah fl-1 ta’ Mejju 2011.

Riflessjoni : “Huwa fi żgur li aħna niltaqgħu ma’ okkażjonijiet ta’ prova. M’hemm xejn ta’ barra minn hawn, hija parti mill-ħajja tal-fidi. Xi drabi l-prova tagħna tkun ħafifa, drabi oħra tkun tqila ħafna, forsi anki drammatika. Waqt is-siegħa tal-prova aħna nistgħu nħossuna weħidna, imma l-grazzja t’Alla, il-grazzja ta’ FIDI REBBIEĦA, qatt ma

Page 45: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 45

tabbandunana. Għalhekk aħna nistennew li nkunu rebbieħa fuq kull prova, anke l-aktar waħda iebsa”. Beatu Ġwann Pawlu II – Papa ‘Rise let us be on our way’

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 167.2 “... Orbot qalbek biss ma’ Ġesù. Kun midħla tad-dutrina tiegħu, u mal-verità qaddisa li hu għallimna ...”

TALBA

O Trinità Mqaddsa, nirringrazzjawk talli berikt ’il-Knisja

bil-Papa {wanni Pawlu II, li minnu dehret il-ħniena tal-Missier, il-glorja tas-Salib ta’ Kristu

u d-dejja tal-Ispirtu s-Santu. B’fedeltà fil-ħniena tiegħek dejjiema, u

bl-interċezzjoni materna ta’ Marija, hu tana xbiha ħajja ta’ {esù, ir-Ragħaj it-Tajjeb

u wriena li l-qdusija hija mezz bżonjuż tal-ħajja nisranija li hi t-triq biex ningħaqdu miegħek għal dejjem.

Agħtina, bl-interċezzjoni tiegħek, u skont ir-rieda tiegħek, il-grazzja li nixtiequ, bit-tama li

ma jdumx ma jingħaqad mal-qaddisin tiegħek. Ammen.

Missierna ...

It-Tlieta, 23 t’Ottubru Beatu Arnold Reche – reliġjuż, frère ta’ S.Ġwann Bta. De La Salle

San Ġwann minn Capestrano - presbiteru San Guliermu – eremita, u l-Beatu Ġwanni t-Tajjeb - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 2: 12-22 Hu l-paċi tagħna, li minna t-tnejn għamel poplu wieħed. 2. Salm 84: 9-14 Alla jitkellem fuq is-sliem mal-poplu tiegħu. 3. Luqa 12: 35-38 Henjin dawk il-qaddejja li sidhom, meta jiġi, isibhom jishru! IL-BEATU BROTHER ARNOLD – Jules Reche – 1838-1890 120 sena ilu, nhar it-23 ta’ Ottubru 1890, miet Br. Arnold, b’attakk qawwi ta’

apoplesija f’rasu.

Page 46: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

46 SIGNUM FIDEI

Ġie midfun, mingħajr l-ebda ħsieb li għad isir qaddis, fiċ-ċimiterju tal-komunità ta’ Reims.

Twieled minn familja fqira, ommu marradija għall-aħħar, u missieru kien l-iskarpan tar-raħal. Kien f’familja ta’ 9 aħwa: 4 bniet u 4 subien.

Jules ra l-veru faqar: l-ewwel tarbija mietet fin-nieqa ta’ ftit jiem. Warajha twieled Jules.

Ta’ 10 snin kellu jitlaq l-iskola biex imur jaħdem f’razzett. Anke ħutu warajh kellhom iħallu l-iskola biex jibdew jaħdmu u jaqilgħu xi ħaġa: il-faqar tal-familja kien tassew tal-biki. Imma kemm Jules u kif ukoll ħutu, kienu jitolbu u jiffrekwentaw il-Knisja. Kellu 13-il sena meta għamel l-Ewwel Tqarbina .

Ta’ 21 telaq mid-dar u mar f’post ieħor biex jaqla’ aktar paga u jgħin lill-familja – mar jaħdem ma’ wieħed bennej. Wara x-xogħol kien jgħaddi ħin twil jitlob. Kull jum għarkupptejh fl-art, ikun fejn ikun jaħdem, kien jgħid l-Angelus, bi jdejh miftuħa.

Kull nhar ta’ Ħadd, kien imur jitgħallem il-Katekiżmu għand il-Brothers. Fix-xitwa, wara ix-xogħol, Jules kien imur għall-korsijiet ta’ tagħlim għall-kbar. L-eżempju tal-Frères fl-iskola, il-ħeġġa li kien jara fihom biex jgħallmu lit-tfal, il-ġabra tagħhom u t-talb tal-Brothers flimkien, ħajruh biex isir wieħed bħalhom.

Fl-1862, ta’ 24 sena, beda n-novizzjat, wara kompla l-istudji tiegħu, speċjalizza fil-botanika u r-Reliġjon. Kien għalliem tal-affari tiegħu.

Fl-1870, l-iskola tiegħu, saret sptar minħabba l-gwerra bejn Franza u r-Russja. Il-Brothers kienu l-brankardjieri u l-infermieri.

Fl-1877, sar Direttur tan-Novizzi. Intefa’ b’ruħu u ġismu, għall-formazzjoni tal-Brothers żgħażagħ. Kien ammirat ħafna għad-devozzjoni li kellu lejn l-Ewkaristija, il-Madonna u San Ġużepp.

Miet fit-23 ta’ Ottubru 1890. Ħajtu ntemmet b’dawn l-aħħar kelmiet “O Alla tiegħi”.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: Il-fidi wasslet lil Marija biex tilqa’ l-kelma tal-Anġlu u temmen li kienet se ssir Omm Alla billi tkun il-qaddejja tal-Mulej (ara Lq. 1, 38). Meta marret iżżur lil Eliżabetta, hi għamlet għanja ta’ tifħir lil Alla l-għoli għall-affarijiet tal-għaġeb li jseħħu f’min jafda fih (ara Lq. 1, 46-55). B’ferħ u tregħid welldet l-Iben il-waħdieni tagħha u baqgħet verġni (ara Lq. 2, 6-7). Fdat f’Ġużeppi l-għarus tagħha u ħadet lil Ġesù l-Eġittu biex tħarsu mill-persekuzzjoni ta’ Erodi (ara Mt. 2, 13-15). Bl-istess fidi hi mxiet wara l-Mulej fil-predikazzjoni tiegħu u baqgħet miegħu sal-Golgota (ara Ġw. 19, 25-27). Bil-fidi Marija daqet il-frott bnin tal-qawmien ta’ Ġesù u, filwaqt li kienet tgħożż kull ħaġa f’qalbha (ara Lq. 2,19.51), għaddietha lit-Tnax li kienu magħha fiċ-Ċenaklu biex jirċievu l-Ispirtu s-Santu (ara At. 1,14; 2,1-4). Papa Benedittu XVI

Illum aħna l-membri tas-Signum Fidei noffru l-ġurnata, talb u penitenza għall-bżonnijiet ta’ vokazzjonijiet fl-Istitut.

Page 47: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 47

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. MTR 1:3 “... San Pawl jgħid li Alla għandu għalqa li qed jieħu ħsieb, binja li għada qed tinbena; u lilek għażlek biex tgħin f’dan ix-xogħol billi xxandar l-Vanġelu ta’ ibnu lit-tfal ...”

TALBA O Alla,

int għamilt mexxej tal-għaġeb għaż-żgħażagħ fit-triq tat-talb u tal-imħabba lill-Beatu Brother Arnold,

li dejjem wieġeb bil-qalb, għal kull ma kien inebbħu l-Ispirtu s-Santu, fuq l-eżempju, u bl-għajnuna tat-talb tiegħu.

Agħmel li aħna wkoll naqduk f’ħutna, imqanqlin mill-ispirtu qaddis tiegħek.

B’Ibnek {esù Sidna, li hu Alla u miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen. Missierna ...

L-Erbgħa, 24 t’Ottubru

San Anton Marija Claret - isqof Beatu Alwiġ Guanella - presbiteru

San Anton Galvao - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 3: 2-12 Il-misteru ta’ Kristu ġie issa irrivelat, jiġifieri, li l-pagani huma

msejħa biex ikollhom l-istess wirt. 2. Salm Isaija 12: 2-6 Kollkom ferħana, timlew l-ilma mill-għejun tas-salvazzjoni. 3. Luqa 12: 39-48 Jekk ħallewlek ħafna ħwejjeġ taħt idejk, iżjed jippretendu

mingħandek. SAN ANTON MARIJA CLARET - isqof (1807-1870) Anton kien iben ta’ nissieġ fqir u ħadem fl-insiġ f’Barcellona u tgħallem l-

istampar u l-Latin wara x-xogħol. Sar qassis ta’ 27 sena; ipprova jidħol f’novizzjat tal-Ġiżwiti f’Ruma iżda reġa’

lura fi Spanja u beda jagħti rtiri u missjonijiet u jħeġġeġ id-devozzjoni lejn Ġesù Sagramentat u l-Madonna. Kultant ġieli għamel 12-il priedka f’jum wieħed.

Huwa waqqaf l-Ulied Missjunarji tal-Qalb Immakulata ta’ Marija, illum magħrufin bħala ‘Klaretiani’. Dawn bdew billi 5 qassisin żgħażagħ Katalani

Page 48: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

48 SIGNUM FIDEI

ngħaqdu miegħu fl-1849 biex jippridkaw. Sena wara Anton intbagħat f’Kuba bħala arċisqof ta’ Santiago. Kien biss wara

li reġa’ lura fi Spanja li kiteb xi regoli għall-Kongragazzjoni tiegħu. Fid-djoċesi ta’ Santiago l-arċisqof beda riforma kbira tal-kleru u tal-lajċi u

ħadha kontra r-rata għolja ta’ illeġittimità. Kellu mill-inqas 15-il attentat fuq ħajtu u darba ġie ferut minn raġel li kien

irrabjat għall-konverżjoni tas-sieħba li kien jgħix magħha. Huwa ħeġġeġ biex jitwaqqfu ‘credit unions’. Anton beda apostolat qawwi tal-istampa t-tajba. F’Catalonia u f’Madrid

waqqaf soċjetajiet għat-tixrid b’xejn ta’ letteratura kattolika u pproduċa xi 200 ktejjeb huwa stess.

Fl-1868 rivoluzzjoni tturufnat lis-sultana u lill-kappillan tagħha u Anton miet sentejn wara fi Franza.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: Bil-ħila tal-fidi, id-dixxipli ffurmaw l-ewwel komunità miġbura madwar it-tagħlim tal-Appostli, fit-talb, fiċ-ċelebrazzjoni tal-ewkaristija, fil-qsim ta’ kull ma kellhom biex jagħmlu tajjeb għall-bżonnijiet tal-aħwa (ara At. 2,42-47). Bil-ħila tal-fidi, il-martri taw ħajjithom biex jixhdu għall-verità tal-Evanġelju li kien bidlilhom ħajjithom u tahom il-ħila jagħtu l-akbar don tal-imħabba billi ħafru lil min ippersegwithom. Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 62, it-3 punt

“... La darba Ġesù huwa l-medjatur tiegħek, u bl-intervent tiegħu biss tista’ tmur għand Alla l-Missier, itlob bil-ħrara kollha lil dan is-salvatur divin biex jgħix dejjem f’ruħek biex hemm jitlob għalik u jieħdok għand il-Missier; b’hekk ladarba jkun għamel l-għamara tiegħu għandek, inti tkun it-tempju tiegħu f’din il-ħajja, u hu jibqa jgħix fik għall-eternità ...”

TALBA Ġħażiż Mulej li tfejjaq,

jien immil quddiemek għax kull don perfett ġej mingħandek. Nitolbok agħtini s-sengħa f’idejja, moħħ miftuħ

qalb ħanina u mansweta. Agħtini għan waħdieni, qawwa biex nerfa’ biċċa mit-toqol tat-tbatija ta’ ħuti l-bnedmin.

Naddafli qalbi minn kull ħtija u ħwejjeġ tad-dinja biex b’fidi sempliċi bħal dik ta’ tfajjel

jiena nistrieħ fuqek. Ammen.

Beata Madre Tereża ta’ Kalkutta

Missierna ...

Page 49: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 49

Il-Ħamis, 25 t’Ottubru San Ġwann Stone - presbiteru u martri

Beatu Pietru Geremia - presbiteru

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 3: 14-21 Niżżlu l-għeruq tagħkom fl-imħabba u fuqha ibnu

ħajjitkom, biex timtlew bil-milja kollha ta’ Alla. 2. Salm 32: 1,2,4,5,11,12,18,19 It-tjieba tal-Mulej imliet l-art. 3. Luqa 12: 49-53 Ġejt biex nagħti mhux il-paċi, imma l-firda. SAN ĠWANN STONE - saċerdot, martri (†1539) Dan il-qaddis kien patri Agostinjan f’Canterbury li rrifjuta li jagħraf lil Neriku

VIII bħala Kap tal-Knisja. Ftit nafu fuq il-ħajja ta’ San Ġwann Stone, qabel daħal Agostinjan u l-ħajja

tiegħu bħala patri. Il-Parlament tal-Ingilterra għadda liġi, magħrufa bħala l-Att ta’ Supremesija li

kienet tipproklama lir- Re Enriku VIII bħala l-kap tal-Knisja. Erba’ snin wara uffiċjal tar-Re mar Canterbury biex jagħlaq il-kunventi kollha

u jieħu bil-miktub mingħand kull patri id-dispożizzjoni għal dan il-att. Meta wasal għand l-Agostinjani, kulħadd iffirma dan il-kuntratt minbarra Ġwanni.

Ġwanni ġie arrestat u mitfugħ il-ħabs fit-Torri ta’ Londra, fl-1539. Anki wara sena fil-ħabs baqa’ sħiħ f’fehmtu u baqa’ jixtieq li jmut biex jibqa’ fidil lejn il-Papa.

Ħass lil Alla qed jinkuraġġih biex ma jċedix anke jekk ikun se jirċievi l-mewt. Dan imlieh b’saħħa liema bħala.

Huwa ġie mgħallaq għall-fidi tiegħu u wara l-ġisem tal-martri ġie mqatta’. Rasu u biċċiet minn ġismu ġew imdendlin f’bieb il-belt, billi kien meqjus bħala traditur.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: Bil-ħila tal-fidi, rġiel u nisa kkonsagraw ħajjithom lil Kristu billi ħallew kollox biex jgħixu, fis-sempliċità tal-Evanġelju, l-ubbidjenza, il-faqar u s-safa, li huma sinjali konkreti tal-istennija tal-Mulej li dalwaqt jasal. Bil-ħila tal-fidi ħafna nsara wegħdu li jaħdmu b’risq il-ġustizzja biex jgħixu f’ħajjithom il-kelma tal-Mulej, li ġie biex iħabbar il-ħelsien mill-jasar u sena ta’ grazzja għal kulħadd (ara Lq. 4,18-19). Bil-ħila tal-fidi tagħhom, matul is-sekli, irġiel u nisa ta’ kull età, li isimhom jinsab miktub fil-ktieb tal-ħajja (ara Ap 7,9; 13,8), stqarrew is-sbuħija tal-mixja wara l-Mulej Ġesù kull meta kienu jissejħu biex jagħtu xhieda tat-twemmin nisrani tagħhom: fil-familja, fil-professjoni, fil-ħajja pubblika, fil-qadi tal-kariżmi u ministerji li għalihom kienu msejħin. Papa Benedittu XVI

Page 50: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

50 SIGNUM FIDEI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 176, it-3 parti “… Aħna nuru li tassew aħna nsara, daqskemm aħna nixbhu lis-salvatur tagħna, u hija l-imħabba li nuru meta nbatu u niċċaħdu li tagħmilna nixbħuh. Mela qis li ma tgħaddi l-ebda ġurnata mingħajr ma twettaq xi sagrifiċċju bi spirtu nisrani u li tkun xhud ta’ dak li lejh tistqarr il-fidi tiegħek …”

TALBA Mulej int l-imgħallem li tikkontrolla ż-żmien.

Int is-sid taż-żmien. Nitolbok li jien inkun dejjem

lest li nagħtik iż-żmien li tagħtini. Mulej, għinni biex kuljum

insib żmien biex niltaqa’ miegħek, żmien biex nisma’ lill-oħrajn,

żmien biex nammira l-għeġubijiet tiegħek u nadurak. Int Mulej, sidi, li tajtni ż-żmien.

Jien nagħtik is-sigħat kollha ta’ din il-ġurnata tal-jiem kollha ta’ ħajti,

sal-aħħar mument li ħajti tintemm. Br. Louis

Missierna ...

Il-Ġimgħa, 26 t’Ottubru San Everistu – Papa San Dimitri – martri

Beatu Bonaventura minn Potenza

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 4: 1-6 Ġisem wieħed, Mulej wieħed, fidi waħda, magħmudija

waħda. 2. Salm 23: 1-6 Dan hu n-nisel ta’ dawk li jfittxu ’l wiċċek, Mulej. 3. Luqa 12: 54-59 Tafu taqrawh wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien

ta’ issa kif ma tafux tfissruh? SAN EVARIST San Evarist issuċċieda lill-Papa San Klement fi żmien l-Imperatur Trajanu. Dam 8 snin Papa, kien ir-raba’ suċċessur ta’ San Pietru. Evarist kien iben ta’ wieħed Grieg li kien ta’ dixxendenza Lhudija minn Betlehem. Mhux żgur jekk mietx martri.

Page 51: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 51

SAN DIMITRI TA’ TESSALONIKA Wara San Ġorġ, San Dimitri li bħalu jissejjaħ ‘Megalomartri’ hu l-iktar marti meqjum fil-knisja Orjentali. Jingħad li kien djaknu, għad li oħrajn iqimuh bħala gwerrier. Issejjaħ ta’ Tessalonika, għad li ħa l-martirju fid-Dalmazja fil-persekuzzjoni ta’ Dijoklezjanu fil-bidu tas-Seklu IV, peress li ċ-ċentru tal-qima lejh hija l-belt ta’ Tessalonika, li fiha waqqaf il-knisja San Pawl, u li lill-insara tagħha kitbilhom żewġ ittri, u fejn insibu bażilika mill-isbaħ (il-lum Ortodossa) iddedikata lilu u li tħares il-fdal tiegħu. Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: Il-fidi mingħajr imħabba ma tagħtix frott u l-imħabba mingħajr fidi tkun bħal sentiment għaddej il-ħin kollu mid-dubju. Fidi u mħabba huma meħtieġa t-tnejn, għax waħda tippermetti lill-oħra twettaq il-mixja tagħha. Infatti mhumiex ftit l-insara li jiddedikaw ħajjithom bi mħabba għal min jinsab waħdu, imwarrab jew eskluż bħallikieku dan kien l-unika persuna u l-aktar persuna importanti li teħtieġ l-għajnuna tagħhom, għax fiha huma jaraw l-istess wiċċ ta’ Kristu. Grazzi għall-fidi nistgħu nagħrfu f’kull min jitlob imħabbitna wiċċ il-Mulej irxoxt. “Kull ma għamiltu ma’ wieħed mill-iżgħar fost dawn ħuti, għamiltuh miegħi” (Mt. 25,40). Dan kliemu huwa twissija li ma rridux ninsewha u stedina dejjiema biex nagħtu lura dik l-imħabba li biha hu jieħu ħsiebna. Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 70, parti mill-1 punt

We must, then, first love God with all our heart, that is, with all our affection, without reserving even the smallest part of it for any creature. We must desire wholeheartedly to love only God, who alone is lovable, because God alone is essentially good. To love anything other than God is to wrong him and to prefer something that is infinitely beneath him. If a creature has some goodness or lovableness in it, this is only an overflow from and a participation in the goodness that comes from God, a goodness that belongs uniquely to God and that God imparts to his creature.

TALBA Int issejjaħli, Mulej, biex nimxi t-triq miegħek.

Iva! Jien nimxi lejk mimli tama fik. Mexxini int Mulej,

imla lil qalbi bi mħabba, b’tenerezza, b’sentimenti ta’ ħniena u b’tama.

Jiena nixtieq inwassal il-bxara t-tajba lil dawk li llum ser tlaqqgħani magħhom.

Br. Louis

Missierna ...

Page 52: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

52 SIGNUM FIDEI

Is-Sibt, 27 t’Ottubru San Frunenzju - isqof

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 4: 7-16 Kristu hu r-ras, li fih il-ġisem kollu jikber fih innifsu. 2. Salm 121: 1-5 Fraħt meta qaluli: “Immorru f’dar il-Mulej!” 3. Luqa 13: 1-9 Jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu, xorta waħda. SAN FRUMENZJU - isqof ta’ Aksum appostlu tal-Etjopja (Abissinja) Frumenzju u ħuh Edesju, Griegi minn Tiru, għadhom tfal, marru għamlu vjaġġ

ma’ zijuhom u t-tutor tagħhom, Metropju, lejn l-Etjopja. Waqt li kienu sejrin lura, daħlu f’port tal-Baħar Aħmar għall-proviżjonijiet.

In-nies tal-inħawi qatlu lil kulħadd, ċorma u passiġġieri, minbarra liż-żewġt itfal, li kienu jistudjaw taħt siġra. Ħaduhom bħala lsira lis-sultan ta’ Aksum, fit-Tigre. Għoġbuh bl-imġiba u bix-xjenza tagħhom, hekk li wara ftit ħatar liż-żgħir, Edisju, bħala koppier, u lil Frumenzju bħala segretarju u nutar tal-Istat.

Ftit qabel ma miet, is-sultan tahom il-ħelsien. Iżda r-Reġina, li baqgħet reġġenti għall-kbir tagħha, talbithom biex jibqgħu fil-pajjiż, ħalli jgħinuha trabbi sewwa ’l-prinċep u tamministra l-affarijiet. Baqgħu, u bdew ixerrdu r-reliġjon nisranija.

Bdew biex jistiednu neguzjanti nsara jiġu jgħammru fil-pajjiż u kisbulhom il-privileġġ biex jistgħu jipprattikaw ir-reliġjon bla xkiel. Imbagħad, bil-kelma u bl-eżempju tagħhom, bdew ukoll jikkonvertu ’l-pagani.

Meta ż-żagħżugħ sultan Abreha ħa r-riedni f’idejh, Edesju mar lura pajjiżu, Tiru, fejn sar qassis.

Iżda Frumenzju, li l-konverżjoni tal-Abissinja kienet ferm għal qalbu, waqaf Lixandra, fejn talab lil San Atanasju biex jibgħat isqof u xi saċerdoti biex jissuktaw il-konverżjoni tal-pajjiż. San Atanasju qatagħha li ħadd ma kien aħjar minn Frumenzju nnifsu għal dan l-iskop: għalhekk ikkunsagrah isqof (bejn it-340 u t-346).

Hekk bdiet id-dipendenza tal-insara tal-Abissinja mill-Knisja ta’ Lixandra. Frumenzju mar lura Aksum u għamel bosta konverżjonijiet: waqqaf hemm is-

sedi tiegħu ta’ isqof, għammed lis-sultan u lil ħuh Asbeħa, bena ħafna knejjes, u xerred ir-reliġjon nisranija mal-Etjopja kollha.

Iż-żewġ aħwa slaten kienu minn tal-ewwel bil-ħeġġa u d-devozzjoni tagħhom: huma meqjumin bħala qaddisin fil-kalendarju tal-Abissini.

L-Imperatur Kostanzu, Arjan, għamel li seta’ biex ixewwex lis-slaten kontra Frumenzju; iżda dawn ma emmnuhx.

Meta l-qaddis miet, 383, il-poplu tah it-titlu ta’ “Abuna” (missierna), jew “Abuna Salam” (il-missier tal-paċi). Dan it-titlu ta’ “Abuna” għadu jġibu sal-lum il-Primat tal-Knisja dissident (Xiżmatika) tal-Abissinja.

Page 53: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 53

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: Meta wasal fi tmiem ħajtu, l-appostlu Pawlu talab lid-dixxiplu Timotju biex “ifittex il-fidi” (ara 2Tm. 2,22) bla qatt ma jieqaf bħal meta kien żagħżugħ (cfr. 2Tm. 3,15). Din l-istedina nisimgħuha tasal għand kull wieħed minna, biex ħadd ma jitgħażżen fil-fidi. Hi takkumpanjana f’ħajjitna u biha nkunu nistgħu nagħrfu b’ħarsa dejjem imġedda lejn l-għeġubijiet li Alla jagħmel għalina. Għandna noqogħdu attenti biex nagħrfu s-sinjali taż-żminijiet fil-ġrajjiet ta’ kuljum għax il-fidi timpenjana lkoll biex insiru sinjal ħaj tal-preżenza tal-Irxoxt fid-dinja. Id-dinja llum teħtieġ il-preżenza tal-Irxoxt. Dak li d-dinja llum teħtieġ hija x-xhieda kredibbli ta’ dawk li, imdawla f’moħħhom u f’qalbhom mill-Kelma tal-Mulej, għandhom il-ħila li jiftħu l-qalb u l-moħħ ta’ ħafna li huma xewqana għal Alla u għall-ħajja vera, dik li ma tintemm qatt.

Papa Beneditu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med.71, parti mit-2 punt When we are in the presence of Jesus, that is, when some passing inspiration enlightens us, whether it comes on our part or from those who guide us, let us wait until Jesus speaks to us and restores our health and movement, as he did for the paralytic. Let us rely on the firmness of our faith, even though we have no feeling of God and are without any movement toward God. Let us be assured that this view of faith will be very pleasing to God and that after he has helped us and stirred up our confidence, he will say, as he did to the paralytic, Stand up,4 that is, rise up to God.

TALBA

Alla tieg]i, jiena nemmen, naf u n]oss li inti tjubija kbira. Jiena nemmen li hi kemm hi sabi]a il-]ajja,

din m’g]andhiex x’taqsam mas-sbu]ija tieg]ek. G]alhekk, waqt li narak tant sabi], jiena n]obbok,

u nixtieq in]obbok ]afna aktar. Alla tieg]i, inti taf kemm jiena n]obbok ftit.

U kieku mhux bil-grazzja tieg]ek ma n]obbok xejn. |ommli ]arsti dejjem fuqek

u t]allini qatt nitilqek minn quddiem g]ajnejja. }alli m]abbti tikber g]alik,

i\jed u i\jed kuljum. Ammen.

Beatu John Henry Newman Missierna ...

Page 54: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

54 SIGNUM FIDEI

Il-Ħadd, 28 t’Ottubru It-30 Ħadd ta’ matul is-sena

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Ġeremija 31: 7-9 Il-Mulej salva ’l-poplu tiegħu. 2. Salm 125: 1-6 Kbir f’għemilu l-Mulej magħna! 3. Lhud 5: 1-6 Int qassis għal dejjem. 4. Mark 10: 46-52 Mgħallem, agħmel li jiena nara. Riflessjoni fuq il-Vanġelu:

Xi kultant fil-Quddiesa tal-Ħadd ikun hemm xi tifel jew tifla li jiddistrubaw il-kwiet. Xi nies jistgħu jagħtu ħarsa lejn il-ġenituri jew jgħidulhom xi ħaġa biex iwaqqfu lit-tfal milli jtellfu.

Bartimew jiskopri li Ġesu kien fil-viċin u ried jiġbidlu l-attenzjoni. Peress li kien agħma, ma kienx jaf eżatt fejn kien Ġesu, għalhekk beda jgħajjat. Il-folla riedet tisma’ lil Ġesu u bdew jgħidulu biex jiskot. Bartimew ma riedx jiskot. Tant li beda jgħajjat aktar u aktar għaliex hu ried ifiq. Forsi kien hemm oħrajn fil-folla li kellhom bżonn ifiqu, imma hu biss għamel il-kuraġġ biex jiġbed l-attenzjoni ta’ Ġesu.

Interessanti li ninnutaw eżatament għalfejn beda jgħajjat Bartimew. L-ewwel jirreferi għal Ġesu bħala ‘Bin David’. Dan hu fil-fatt titlu mogħti lill-Messija. Għalhekk forsi Bartimew jemmen tassew li Ġesu kien ħafna aktar minn rabbi ordinarju. Forsi kien dan it-titlu li ġibed l-attenzjoni ta’ Ġesu. It-tieni mbagħad jitlob aktar ħniena milli fejqan.

Ġesu jisimgħu u jieqaf. Ġesu jistaqsih x’ried. Bartimew jurih li ried li jerġa’ jibda jara. Ġesu jgħidlu li l-fidi tiegħu fejqitu mill-ewwel raġa beda jara.

Bartimew jimxi wara Ġesu, għalkemm ma nisimgħux aktar bih. Imma din il-ġrajja impressjonat lid-dixxipli tant li Mattew, Mark u Luqa lkoll jirrakkontawha u jirreferu għalih b’ismu.

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle:

Med.15, partijiet mill-1, it-2 u t-3 punt The blind man whom Jesus Christ cures in today’s Gospel and whom he had previously asked: What do you wish me to do for you?, is a figure of those people whose superiors are forced to ask them what is agreeable to them and who want to examine what they are going to be asked to do before showing that they are disposed to do it. There are three kinds of such self-willed religious. Some examine the order given;…. The second type of religious, those who want to see before believing and obeying;.. The third type of religious, those who cannot obey blindly, are those who by a shameful profanation of what is most sacred in religion…

Page 55: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 55

TALBA Mulej Ġesù Kristu,

agħmel li ngħannu l-għanja ta’ tifħirek, nithennew fik biss, ngħixu ħajja rżina,

nitilqu wara daharna dak kollu li jħabbatna, u ngħidu lilek biss dak li neħtieġu,

biex bis-sliem li tagħtina nkunu nistgħu ngħammru

fis-saltna ta’ Ġerusalemm tas-sema. Dan jista’ jseħħ bil-għajnuna tiegħek; inti mbierek u msebbaħ għal dejjem.

Ammen. Sant’ Antnin ta’ Padova

(Kliem ta’... fidi – Pub. ĊAK)

Missierna ...

It-Tnejn, 29 t’Ottubru

Santa Margerita San Xmun u San Ġuda - appostli

Beatu Mikiel Rua - presbiteru Il-Martri ta’ Douai

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni,

tal-Iben li fdieni u tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.”

Qari: 1. Efesin 4: 32- 5: 8 Imxu fl-imħabba, bħal Kristu. 2. Salm 1: 1-4,6 Kunu ixbhu lil Alla, bħala wlied maħbuba. 3. Luqa 13: 10-17 Għax illum is-Sibt, din il-mara, bint Abraham, ma kellhiex tinħall mill-irbit? IL-MARTRI TA’ DOUAI Fis-sena 1568, William Allen, li wara sar Kardinal, waqqaf kulleġġ ingliż fil-belt

ta’ Douai, Franza. L-iskop kien biex iħejji żgħażagħ ingliżi għall-ħidma appostolika fl-Ingilterra, fejn imbagħad jiġu mibgħutin bħala missjunarji.

Dawn bdew jaslu l-Ingilterra fl-1574, u l-Beatu Cuthbert Mayne kien l-ewwel martri fosthom. Huwa soffra l-martirju Launceston, fid-29 ta’ Novembru 1577.

Matul is-seklu, 160 missjunarju, mibgħutin minn dan il-kulleġġ mietu martri fl-Ingilterra u Wales. Fosthom aktar minn 80 ġew ibbeatifikati.

Għal dawn il-martri ta’ Douai, issir festa kollettiva fid-djoċesijiet ta’ Westminster, Hexham u Newcastle.

Page 56: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

56 SIGNUM FIDEI

BEATU MIKIEL RUA - saċerdot † 1910 Dan il-beatu għen lil San Ġwann Bosco u kien is-suċċessur tiegħu bħala

rettur maġġur tas-Salesjani. Taħt it-tmexxija tiegħu, is-soċjetà, fi 22 sena kibret minn 800 għal 4000

membru. Il-Papa Pawlu VI ddeskrivih bħala qassis xipli, kollu tjubija u ħlewwa, ħsiebu fi

dmirijietu u kollu sagrifiċċju. Mikiel iltaqa’ ma’ Dun Bosco wara li mietlu missieru. Ta’ 16-il sena huwa beda

jmur is-seminarju u jgħix ma’ Dun Bosco fl-oratorju, fejn kien inkarigat mid-dixxiplina u mill-finanzi. Ta’ 18-il sena kien l-ewwel fost id-dixxipli ta’ Dun Bosco li għamel il-voti reliġjużi u tliet snin wara huwa akkompanja lill-fundatur tiegħu f’Ruma u ġarr kopja tal-kostituzzjonijiet miktuba minn idu stess għall-Papa Piju IX.

Meta Dun Rua sar qassis, Dun Bosco ħabbarlu li kellu jara s-Soċjetà tinfirex, li kellu jaħdem u jbati iżda li kellu jkollu wkoll il-faraġ u l-għajnuna tal-Mulej.

Dun Rua ġie Malta darbtejn. Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: “Itolbu għalina biex il-Kelma ta’ Alla tiġri u tissebbaħ” (2Ts 3,1): jalla din is-Sena tal-Fidi ssaħħaħ ir-rabta tagħna ma’ Kristu l-Mulej, għaliex fih biss tinsab iċ-ċertezza li biha nħarsu lejn il-futur u l-garanzija ta’ mħabba vera u li tibqa’ għal dejjem. Kliem l-appostlu Pietru jitfa’ l-aħħar dija ta’ dawl fuq il-fidi: “Għalhekk għandkom għax tifirħu mqar jekk issa, għal ftit żmien ieħor, jeħtiġilkom toqogħdu għal ħafna provi. Bħalma d-deheb, li jintemm, jgħaddi mill-prova tan-nar, hekk tgħaddi mill-prova l-fidi tagħkom biex ikun jistħoqqilha tasal għat-tifħir, għall-glorja u għall-ġieħ, meta jidher Ġesù Kristu. Lilu, għalkemm ma rajtuhx, intom tħobbuh; fih, għad li issa m’intomx tarawh, intom temmnu; fih intom tifirħu b’ferħ glorjuż, li ma jistax jitfisser, waqt li tiksbu l-frott tal-fidi tagħkom, li hu s-salvazzjoni ta’ ruħkom.” (1Pt. 1,6-9).

Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 182, l-1 parti Saint Simon and Saint Jude, seeing the miracles performed by Jesus Christ, despised and quit the world in order to follow him and to be numbered among his disciples. How happy you are to have the same destiny and the advantage of having left the world! You ought to value this grace as one of the greatest you have received in your whole life. Thank God for it every day, and in order to live according to the spirit of your vocation, despise the world, consider it as the enemy of Jesus Christ, and be always opposed to it and to all its maxims. Have a horror of frequenting it, and do not have communication with people who live in it, except insofar as necessity obliges you to do so. This is the way to protect against all its snares and all the dangers you meet there and to preserve the spirit of your vocation. By communicating with the world, we adopt its spirit, which is contrary to that of

Page 57: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 57

Jesus Christ. Because the two cannot exist together in a soul, if we fill ourselves with the spirit of the world, we necessarily lose that of Jesus Christ. Today, ask God earnestly through the intercession of the two holy Apostles whose feast the Church is celebrating to inspire you always with more and more separation from the corrupt world and with an attraction to the holy way of the life of Jesus Christ.

TALBA lil San {uda O appostlu qaddis San {uda,

sew fidil u ]abib ta’ {esù, il-poplu jag]tik [ie] u jsejja]lek b]ala patrun

ta’ dawk neqsin mit-tama u ]wejje[ kwa\i mitlufa. Itlob g]alija g]ax jien ninsab bla ]ila u wa]di.

Jekk jog][bok ag]tini l-g]ajnuna, f’dawn l-aktar mumenti ta’ b\onn, biex ikolli l-fara[ u l-g]ajnuna mis-sema

fil-b\onnijiet tieg]i, fin-niket tieg]i u fit-tbatijiet tieg]i. U hekk infa]]ar ’l Alla mieg]ek g]al dejjem. Ammen.

Missierna ...

It-Tlieta, 30 t’Ottubru Beatu Duminku Collins – reliġjuż, martri

Beatu Anġelo ta’ Acri - kapuċċin

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 5: 21-33 Dan il-misteru - qiegħed ngħid għal Kristu u għall-Knisja -

huwa kbir. 2. Salm 127: 1-5 Hieni kull min jibża’ mill-Mulej. 3. Luqa 13: 18-21 Iż-żerriegħa kibret u saret siġra.

BEATU DUMINKU COLLINS – Brother Ġiżwita – martri Twieled fl-1566 minn familja kattolika, f’Youghal, Cork, l-Irlanda. Kemm

missieru u wara ħuh kienu s-sindku tal-belt. Aktarx attenda l-iskola tal-ġiżwiti. Fl-1583 salpa lejn Franza, u hemmhekk daħal fl-armata kattolika tad-duka

Mercoeur u biż-żmien sar gvernatur militari. Biż-żmien ġie trasferit għal Spanja.

Fl-1598, iltaqa’ ma’ ġiżwita irlandiż li ġie biex iqarar lis-suldati fir-Randan. Duminku wrieh ix-xewqa li jidħol ġiżwita. Ma tantx għamillu kuraġġ minħabba

Page 58: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

58 SIGNUM FIDEI

l-livel ta’ studju, però Dumink wieġeb li għalih kien biżżejjed li jidħol bħala Brother.

Baqa’ jirsisti għaliex għall-ewwel il-ġiżwiti ma ridux jaċċettawh. Fl-aħħar beda n-novizzjat f’Santiago De Compostela.

Faqqgħet il-pesta u Br. Collins wera qlubija kbira, dar mal-vittmi, morda u l-moribondi.

Fl-1601 reġa’ lura l-Irlanda flimkien ma’ ġiżwita ieħor, biex jagħti l-għajnuna lis-suldati waqt il-gwerra mal-Ingliżi. Sab ruħu assedjat flimkien ma’ 143 suldat f’kastell żgħir għal diversi xhur. Hawn reġa’ mill-ġdid wera kuraġġ kbir idur mal-feruti u dawk moribondi.

Saħansitra pprova jagħti lilu nnifsu bħala ostaġġ sabiex jieqaf il-ġlied, però kien kollu għalxejn.

Fl-aħħar lilu flimkien ma’ tnejn oħra żammewhom pruġinieri u l-oħrajn inqatlu kollha.

Kien interrogat f’Cork. Sofra terturi liema bħalhom biex jippruvaw jibdlulu fehmtu u jipperswaduh isir protestant. Saħansitra anke membri mill-familja tiegħu qalulu jagħmilha tabirruħu dar biex jeħles il-martirju, però Duminku baqa’ ma ċediex.

Fil-31 ta’ Ottubru 1602, libes il-libsa ta’ ġiżwita, għaddewh mit-toroq ta’ beltu għal post tal-eżekuzzjoni.

Tkellem bil-ħeġġa mal-folla bl-Irlandiż, Ingliż u Spanjol. Qalilhom li kien ferħan li kien reġa’ lura l-Irlanda biex jiddefendi l-fidi kattolika. Huwa ġie mgħallaq quddiem folla emozzjonata għall-aħħar.

Bil-lejl xi kattoliċi tal-belt, ħadu l-ġisem tiegħu u difnuh f’post sigriet. Mal-ewwel beda jissejjaħ venerabbli u l-fama tiegħu nxterdet mal-Irlanda u l-Ewropa. Ħafna mirakli ġew attribwiti l-interċessjoni tiegħu.

Il-Beatu Papa Ġwanni Pawlu II ibbeatifikah, fl-1992. Huwa wieħed mill-aktar beati popolari fl-Irlanda.

Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: Il-ħajja tal-insara tagħraf l-esperjenza tal-ferħ u dik tat-tbatija. Kemm qaddisin għexu fis-solitudni! Kemm nies li jemmnu, anki fi żminijietna, jinsabu għaddejjin mill-prova tas-skiet ta’ Alla filwaqt li huma xewqana li jisimgħu l-faraġ ta’ leħnu! It-tiġrib tal-ħajja, li bih aħna nifhmu l-misteru tas-salib u s-sehem tagħna fit-tbatijiet ta’ Kristu (ara Kol. 1,24), iwassalna għall-ferħ u t-tama li bihom tmexxina l-fidi: “meta nkun dgħajjef, inkun qawwi” (2Kor. 12,10). Aħna nemmnu bil-qawwa kollha li l-Mulej Ġesù għeleb il-ħażen u l-mewt. Papa Benedittu XVI

Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Ittra lil Bro. Paulin “... Għandek tkun dejjem lest biex tiltaqa’ mad-diffikultajiet matul ħajtek kollha, huma x’inhuma u f’kull sitwazzjoni li ssib ruħek fiha ...”

Page 59: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 59

TALBA Issa li sejjaħtli biex inxandar il-kelma tiegħek,

għinni ngħix bik, Mulej, u nkun strument taal-paċi tiegħek.

Ġorrni mit-Tabor tal-kontemplazzjoni, lejn il-witja tal-impenn fil-ħajja ta’ kuljum.

U jekk l-għemil inixxifli ħajti, mexxini lejn il-għolja tas-silenzju.

Minn hemm fuq nikxef is-sigrieti tal-kontemplazzjoni,

u l-ħarsa tiegħi missjunarja tasal aktar malajr lejn it-trufijiet tal-art.

Don Tonino Bello (Kliem ta’ ...fidi – Pub. ĊAK)

Missierna ...

L-Erbgħa, 31 t’Ottubru Beatu Angelo ta’ Acri

San Alfons Rodrigues - reliġjuż

“Fl-isem tal-Missier li ħalaqni, tal-Iben li fdieni u

tal-Ispirtu s-Santu li jqaddisni. Ammen.” Qari: 1. Efesin 6: 1-9 Servu bil-qalb it-tajba, qiskom lill-Mulej u mhux lill-bnedmin. 2. Salm 144: 10-14 Fidil il-Mulej f’kull kelma tiegħu. 3. Luqa 13: 22-30 Jiġu mil-Lvant u l-Punent, u jitqiegħdu għall-mejda fis-Saltna

ta’ Alla. BEATU ANGELO TA’ ACRI - † 1739 Huwa kien iben ta’ ġenituri fqar, kien jismu Antonio Luca Falcone u twieled

fis-19 ta’ Ottubru 1669. Ipprova jidħol mal-Kappuċċini ta’ 18-il sena iżda sab il-ħajja ħarxa ħafna. Bil-

għajnuna ta’ ħafna talb huwa pprofessa fit-tielet darba li pprova wara novizzjat imqanqal ħafna, fl-1691. Ħa l-isem ta’ Angelo.

Fl-ewwel priedka li għamel, il-fiduċja fih innifsu u l-memorja ħallewh u niżel minn fuq il-pulptu konfuż. Meta qagħad jaħseb fuq dan id-diżappunt deherlu li l-Mulej qallu: “Għall-ġejjieni, Angelo, ippriedka b’mod sempliċi u kif jitkellmu n-nies, biex jista’ jifhmek kulħadd.”

Huwa sar wieħed mill-aqwa predikaturi ta’ żmienu u mexxa missjonijiet f’pajjiżu u xerred id-devozzjoni lejn il-Kwaranturi (40 siegħa adorazzjoni ta’

Page 60: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

60 SIGNUM FIDEI

Ġesù Sagramentat) sakemm miet. Kien jgħaddi ħin twil jitlob u jagħmel penitenzi ħorox biex jikkumbatti t-

tentazzjonijiet li kien ikollu. Huwa kiteb ktieb wieħed biss, ġabra ta’ talb fuq it-tbatijiet ta’ Kristu, għas-

sorijiet Kappuċċini li huwa waqqaf f’Acritania. Angelo laħaq provinċjal kappuċċin fil-Kalabria, u kienu jsejħulu ‘L-Anġlu tal-

Paċi’ bil-mod seren li kien imexxi l-provinċja. Miet fit-30 ta’ Ottubru 1739, ta’ 70 sena. Il-Papa Ljun XII ibbeatifikah fit-18 ta’

Diċembru 1825. Riflessjoni - Silta mill-Ittra Appostolika “Porta Fidei”: B’din il-fiduċja sħiħa ejjew nintelqu fih: hu li jinsab preżenti f’nofsna, jirbaħ is-setgħa tax-xitan (ara Lq. 11,20) u l-Knisja, komunità viżibbli tal-ħniena tiegħu, tibqa’ fih bħala sinjal tar-rikonċiljazzjoni dejjiema mal-Missier. Nafdaw dan iż-żmien ta’ grazzja f’idejn l-Omm ta’ Alla, li ġiet ipproklamata “hienja” għaliex “emmnet” (Lq. 1,45). Papa Benedittu XVI Meditazzjoni ta’ San Ġwann Battista De La Salle: Med. 102, l-1 parti “… Ta’ nisrani li int għandek tkun kuraġġuż u b’fehma soda u dejjem tħares lejn l-interessi t’Alla , qabel kollox …”

TALBA għall-qdusija

Onfoħ fija, O Spirtu Qaddis, sabiex ħsibijieti jkunu qaddisa. Aħdem fija, O Spirtu Qaddis,

sabiex xogħli wkoll ikun qaddis. Rażżanli qalbi, O Spirtu Qaddis,

sabiex inħobb biss dak li hu qaddis. Saħħaħni, O Spirtu Qaddis,

sabiex inħares dak li hu qaddis. Ħarisni mela, O Spirtu Qaddis,

sabiex jiena nkun dejjem qaddis. Santu Wistin

Missierna ...

JG}IX {ESU’ F’QALBNA !

G}AL DEJJEM

Page 61: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

SIGNUM FIDEI 61

It-Talba tas-Signum Fidei Missierna li inti fis-smewwiet, fil-Providenza tieg]ek, Inti g]o[bok tag]\ilni biex inkun Sinjal ta’ Fidi f’dinja mimlija konfu\joni u in`ertezzi. Ixg]el fija u fil-membri kollha tas-Signum Fidei, spirtu qawwi ta’ FIDI u {ENEROŻITA’, ]alli meta ni[i biex nikkommetti ru]i fl-appostolat, nimxi fuq l-e\empju ta’ San {wann Battista De La Salle, u ndawwal o]rajn, biex huma wkoll jikkonsagraw ]ajjithom, ]alli jwasslu l-Van[elu lid-dinja fl-edukazzjoni. Bierek ix-xog]ol ta’ ]utna, huma fejn huma, biex flimkien , imdawwla bl-entu\ja\mu tal-Ispirtu tal-im]abba tieg]ek, insiru dejjem aktar il-Mel] tad-Dinja, id-Dawl tad-Dinja, l-aktar fost il-fqar u , dawk li jinsabu bog]od mis-salvazzjoni li inti toffri. Ilqa’ [ewwa dirg]ajk lil ]utna li telqu qabilna bis-sinjal tat-twemmin u li issa jinsabu reqdin fil-pa`i tieg]ek. Qed nitolbok dan, permezz ta’ Ġesu’ Kristu, Ibnek l-G]a\i\. Amen Direzzjoni: Min jixtieq tag]rif dwar is-Signum Fidei kkuntatjaw: M. Camilleri, 117, “Camille”, Triq Nazju Ellul, Gzira. Tel. 21317422, Mob. 79317422 E-mail: [email protected]

Page 62: OTTUBRU 2012 - signumfideimalta...Re, nhar l-24 ta’ Novembru 2013. Għal dan il-għan minn għada, it-2 ta’ Ottubru, ser nibdew Novena Ewkaristika. SIGNUM FIDEI 5 It-Tlieta, 2

62 SIGNUM FIDEI

OTTUBRU 2012

San Jaime Hilario u San Cirillo Bertran u sħabu, Martri ta’ Turon

9 t’Ottubru Talba:

O Alla, Mulej u Missier tagħna, Inti ridt li l-Martri tiegħek Il-Beati Ċirillu u Sħabu, jagħtu xhieda tal-fidi sħiħa mhux biss bl-edukazzjoni taz-zgħar u taż-żgħażagħ iżda wkoll bis-sagrifiċju ta’ ħajjithom. Agħtina nitolbuk għall-merti u t-talb tagħhom għalina, aħna nissaħħu bil-qawwa ta’ L-Ispirtu s-Santu, u nagħtu ħajjitna bil-ħerqa għat-tixrid tal-Bxara t-Tajba. Dan nitolbuk b’Ġesù Kristu Sidna li hu Alla, miegħek jgħix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, Alla wieħed, għal dejjem ta’ dejjem, Ammen.

Beatu Brother Arnold Reche

23 t’Ottubru

Fil-21 t’Ottubru il-Papa Benedittu XVI ser

jikkanonizza lill-Beata

Kateri Tekakwitha