it-tieni Ħadd tar- randan

47
It-Tieni Ħadd tar-Randan A

Upload: sylvester-vinson

Post on 02-Jan-2016

117 views

Category:

Documents


4 download

DESCRIPTION

It-Tieni Ħadd tar- Randan. A. Qari I I s-sejħa ta’ Abram, missier il-poplu ta ’ Alla . Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi. 12, 1-4a. A Randan 2. F’dak iż-żmien , il-Mulej qal lil Abram :. A Randan 2. « Qum u itlaq minn artek , minn art twelidek , u minn dar missierek , - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

It-Tieni Ħadd tar-RandanA

Page 2: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Qari IIs-sejħa ta’ Abram, missier il-poplu ta’ Alla.

Qari mill-Ktiebtal-Ġenesi.12, 1-4a

ARandan2

Page 3: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal lil Abram:

ARandan2

Page 4: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

«Qum u itlaq minn artek, minn art twelidek,u minn dar missierek,lejn l-art li jien nurik.

ARandan2

Page 5: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

«U jien nagħmlek ġens kbir,inbierkek u nkabbarlek ismek,u int tkun barka.

ARandan2

Page 6: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

«Jien inbierek lil min ibierkek,u nisħet lil min jisħtek.

ARandan2

Page 7: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

«U jitbierku bik it-tribujiet kollha tal-art.»

ARandan2

Page 8: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

U telaq Abram kif kien qallu l-Mulej.

ARandan2

Page 9: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

ARandan2

Page 10: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Salm32 (33), 4-5.18-19.20 u 22

℟.Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna.

ARandan2

Page 11: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Sewwa hi l-kelma tal-Mulej,kollox bil-fedeltà huwa għamel.

ARandan2

Page 12: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Hu jħobb id-dritt u s-sewwa;bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art.

ARandan2

Page 13: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

℟.Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna.

ARandan2

Page 14: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Ara, għajnejn il-Mulej fuq dawk li jibżgħu minnu,fuq dawk li jittamaw fit-tjieba tiegħu,

ARandan2

Page 15: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

biex jeħilsilhom mill-mewt ħajjithom,u jaħjihom fi żmien il-ġuħ.

ARandan2

Page 16: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

℟.Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna.

ARandan2

Page 17: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Ruħna tixxennaq għall-Mulej,hu l-għajnuna u t-tarka tagħna.

ARandan2

Page 18: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna,kif fik hi t-tama tagħna.

ARandan2

Page 19: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

℟.Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna.

ARandan2

Page 20: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Qari IIAlla jsejħilna u jdawwalna.

Qari mit-Tieni Ittrata’ San Pawl Appostlu lil Timotju.1, 8b-10

ARandan2

Page 21: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Għażiż, aqsam miegħi t-tbatija għall-Evanġelju,

ARandan2

Page 22: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

u afda fil-qawwa ta’ Alla, li salvana u sejħilna b’sejħa qaddisa,

ARandan2

Page 23: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

mhux għax qiesl-għemejjel tagħna,

ARandan2

Page 24: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

imma skont il-pjan tiegħu stess u skont il-grazzja tiegħu.

ARandan2

Page 25: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Din il-grazzja tahielna qabel iż-żmien tal-eternità fi Kristu Ġesù,

ARandan2

Page 26: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

imma dehret issa permezz tad-dehra tas-Salvatur tagħnaKristu Ġesù

ARandan2

Page 27: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

li qered il-mewt, u dawwal il-ħajja bla tmiem permezz tal-Evanġelju.

ARandan2

Page 28: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Irroddu ħajr lil Alla.

Bilwieqfa

ARandan2

Page 29: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Akklamazzjoni qabel l-Evanġelju

Glorja u tifħir lilek Kristu.℟.Glorja u tifħir lilek Kristu.

ARandan2

Page 30: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

ara Mk 9, 7

Fi sħaba kollha dawl, leħen il-Missier instema’:«Dan hu Ibni l-għażiż li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu.»

ARandan2

Page 31: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

℟.Glorja u tifħir lilek Kristu.

ARandan2

Page 32: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

EvanġeljuWiċċu sar jiddi bħax-xemx.

Qari mill-Evanġeljuskont San Mattew.17, 1-9

ARandan2

Page 33: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

F’dak iż-żmien, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u lil Ġakbu u lil ħuh Ġwanni,

ARandan2

Page 34: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom.

ARandan2

Page 35: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl.

ARandan2

Page 36: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu.

ARandan2

Page 37: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Qabeż Pietru u qal lil Ġesù:

ARandan2

Page 38: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

«Mulej, kemm hu sew li aħna hawn!

ARandan2

Page 39: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

«Jekk trid intella’ hawn tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosèu waħda għal Elija.»

ARandan2

Page 40: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Kif kien għadu jitkellem, sħaba kollha dawlgħattiethom, u minn ġos-sħaba nstema’ leħen jgħid:

ARandan2

Page 41: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

«Dan hu Ibni l-għażiż, li fih sibt l-għaxqa tiegħi; isimgħu lilu.»

ARandan2

Page 42: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Id-dixxipli, kif semgħu dan, waqgħu wiċċhom fl-art, mimlijin biża’.

ARandan2

Page 43: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Ġesù resaq lejhom, messhom u qalilhom: «Qumu. La tibżgħux.»

ARandan2

Page 44: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Huma refgħu għajnejhom u ma raw lil ħadd ħlief lil Ġesù waħdu.

ARandan2

Page 45: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Huma u neżlin minn fuq il-muntanja, Ġesù ordnalhom u qalilhom:

ARandan2

Page 46: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

«Tgħidu lil ħadd b’din id-dehra sa ma Bin il-bniedem ikun qam mill-imwiet.»

ARandan2

Page 47: It-Tieni Ħadd  tar- Randan

Il-Kelma tal-Mulej.

℟.Tifħir lilek Kristu.

Bilqiegħda

ARandan2