it-tieni Ħadd tal-avvent sena b
DESCRIPTION
It-Tieni Ħadd tal-Avvent Sena B. Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent. Qari I Ħejju t-triq għall-Mulej. Is 40, 1-5.9-11 Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija. Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent. «Farr ġ u , farr ġ u l-poplu tieg ħ i - jg ħ id Alla tag ħ kom . - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
It-TieniĦadd tal-Avvent
Sena B
Qari IĦejju t-triq għall-Mulej.
Is 40, 1-5.9-11
Qari mill-Ktiebtal-Profeta Isaija.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
«Farrġu, farrġu l-poplu tiegħi- jgħid Alla tagħkom.Kellmu lil qalb Ġerusalemmu għidulhali ntemm il-jasar tagħha,tħallset ħżunitha,
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
ħadet mingħand il-Mulejdarbtejn għal dnubietha kollha.»
Leħen jgħajjat:«Ħejju t-triqgħall-Mulej fid-deżert,wittu għal Alla tagħnamogħdija fix-xagħri.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Jintradam kull wied,u jitniżżlu l-muntanji u l-għoljiet;kull art imħattba titwitta,kull art imħarbta ssir maqgħad.U tfiġġ il-glorja tal-Mulej,u l-bnedmin jarawha lkoll f’daqqa,għax fomm il-Mulej tkellem.»
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Itla’ fuq il-muntanja għolja,int li ġġib il-bxara t-tajba lil Sijon;għolli leħnek bil-qawwa kollha,int li tagħtil-aħbar it-tajba lil Ġerusalemm;għajjat, la tibżax.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Għid lill-ibliet ta’ Ġuda:«Hawn hu Alla tagħkom!Hawn hu Sidi l-Mulej,li ġej bil-qawwa,u jaħkem bil-qawwa ta’ driegħu.Hawn hu bi ħlasu miegħu,U r-rebħa tiegħu quddiemu.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Bħal ragħajli jirgħa l-merħla tiegħu;bi driegħu jiġmagħha,u l-ħrief fi ħdanu jerfagħhom;u n-nagħaġ ireddgħubil-mod imexxihom.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Salm ResponsorjaliSalm 84(85), 8-9ab.10-14
℟. Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek,u s-salvazzjoni tiegħek
agħtina.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Ħa nisma’ xi jgħid Alla;il-Mulej is-sliem ixandar,għall-poplu u l-ħbieb tiegħu.Qrib hi tassewis-salvazzjoni tiegħugħal dawk li jibżgħu minnu,biex jgħammar is-sebħ f’artna.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
℟.
Uri lilna,Mulej, it-tjieba tiegħek,u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu,il-ġustizzja u s-sliem jitbewsu.Il-fedeltà mill-art tinbet,u l-ġustizzja mis-sema tixref.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
℟.
Uri lilna,Mulej, it-tjieba tiegħek,u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Il-Mulej ukolljagħti l-ġid tiegħu,u artna tagħti l-frott tagħha.Il-ġustizzja quddiemu timxi,u s-sliem fuq il-passi tiegħu.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
℟.
Uri lilna,Mulej, it-tjieba tiegħek,u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Qari IINistennew li jiġu smewwiet ġodda u art ġdida
2 Piet 3, 8-14
Qari mit-Tieni Ittrata’ San Pietru Appostlu.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Ħuti għeżież, dan għandkom tkunu tafu: li quddiem il-Mulej jumwieħed hu bħal elf sena, u elf sena bħal jum wieħed. Mhux għax jiddawwar il-Mulej li jtemm il-wegħdiet tiegħu,kif jaħsbu xi wħud,
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
imma qiegħed jistabar bikom għax ma jridx li xi ħadd jintilef, imma,li kulħadd jersaq għall-indiema.
Jasal, tabilħaqq,Jum il-Mulej bħal ħalliel;
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
jintemmu mbagħadis-smewwiet bi ħsejjes kbar, jinħallu bin-narl-elementi tad-dinja,u l-art b’kull ma fiha tkun maħruqa min-nar.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Ladarba hekkkollox għandu jintemm, araw daqsxejn kif għandkom iġġibu ruħkom, kemm għandha tkunqaddisa u tajba ħajjitkom,waqt li tistennew b’ħerqa kbira l-miġja tal-Jum ta’ Alla.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Hu minħabba f’dan il-Jumli s-smewwiet jinħarqu u jinħallu, u l-elementi tad-dinjajinqerdu bin-nar. Imma aħna,skont il-wegħda tiegħu,nistennew smewwiet ġoddau art ġdida,
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
li fihom tgħammar il-ġustizzja.Għalhekk,ħuti għeżież, waqt li nistennew dan kollu, qisu li jsibkom fis-sliem,bla tebgħa u bla dnub.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Irroddu ħajr lil Alla.
Bilwieqfa
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Akklamazzjoni qabel l-EvanġeljuSalm 84 (85), 8
Hallelujah. ℟. HallelujahĦejju t-triq tal-Mulej,iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu:u l-bnedmin kollhajaraw is-salvazzjoni ta’ Alla.℟. Hallelujah
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
EvanġeljuĦejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu.
Mk 1, 1-8
Bidu tal-Evanġeljuskont San Mark.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Il-bidu tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla.Bħalma hu miktubfil-ktieb ta’ Isaija l-profeta: «Ara, jien nibgħat qablek il-ħabbâr tiegħi biex iħejji triqtek. Leħen ta’ wieħedjgħajjat fid-deżert:
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Ħejju t-triq tal-Mulej,iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu.»Hekk Ġwannideher jgħammed fid-deżert u jxandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
U kienet tmur għandu l-Lhudija kollha u n-nies kollha ta’ Ġerusalemm, jitgħammdu minnufix-xmara Ġordan waqt li jistqarru dnubiethom.
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Ġwanni kien jilbes libsa tax-xagħar tal-ġemel, bi ħżiem tal-ġild madwar qaddu, u kien jiekolġradijiet u għasel selvaġġ.
U kien ixandar u jgħid:
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
«Ġej warajja min hu aqwa minni, li jien ma jistħoqqlix nitbaxxa quddiemu u nħoll il-qfieli tal-qorq tiegħu.Jien għammidtkom bl-ilma, iżda huwa jgħammidtkombl-Ispirtu s-Santu.»
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Il-Kelma tal-Mulej.
℟. Tifħir lilek Kristu.
Bilqiegħda
Sena B it-Tieni Ħadd tal-Avvent