ir-raba’ Ħadd tar-randan sena b

41
Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Upload: wardah

Post on 24-Feb-2016

122 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B. Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan. Qari I Il -jasar u l- ħ elsien tal- poplu huma sinjal tal- korla u l- ħ niena tal- Mulej . . 2 Kron 36, 14-16.19-23 Qari mit-Tieni Ktieb tal-Kronaki. Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan. F’dak iż - żmien , - PowerPoint PPT Presentation

TRANSCRIPT

Page 1: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Ir-Raba’ Ħaddtar-Randan

Sena B

Page 2: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Qari IIl-jasar u l-ħelsien tal-poplu huma sinjal tal-korla u l-ħniena tal-Mulej..2 Kron 36, 14-16.19-23

Qari mit-Tieni Ktieb tal-Kronaki.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 3: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

F’dak iż-żmien, il-kbarat kollha tal-qassisin u l-poplu komplew jidinbu u jagħmlu l-qżiżijiet kollha tal-ġnus, u niġġsu t-tempju tal-Mulej li hu kien qaddes f’Ġerusalemm.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 4: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

U billi ġietu ħasra mill-poplu tiegħu, u mill-għamara tiegħu,il-Mulej, Alla ta’ missirijiethom, kien ta’ sikwit jibgħat iwiddibhombil-messaġġiera tiegħu.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 5: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Iżda huma kienu jiddieħku bil-mibgħutin tiegħu, imaqdru kliemu, u jkasbru l-profeti tiegħu, sa ma saħnet il-korla tal-Mulej għall-poplu tiegħu, hekk li ma setgħux jeħilsuha aktar.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 6: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

U ħarqulhom it-tempju ta’ Alla, ġarrfu s-swar ta’ Ġerusalemm, taw in-nar lill-palazzi kollha tag˙ha,u hekk qerdulhakull ma kellha prezzjuż.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 7: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

U dawk li ħelsu mill-qerda tax-xabla, Nabukodonosor eżiljahomlejn il-Babilonja, u baqgħu suġġetti għalih u għal uliedu, sa ma ġewjaħkmu fuqhom il-Persjani.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 8: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Hekk seħħ dak li qal Alla b’fomm Ġeremija:«Sakemm tgawdi l-art il-mistrieħ ta’ Sibtijietha, ma tinħadimx l-art iż-żmien kollu tal-ħerba tagħha, sa ma jgħaddu sebgħin sena.»

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 9: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Fl-ewwel sena ta’ Ċiru, sultan tal-Persja, biex isseħħ il-kelma tal-Mulej li kienet intqalet b’fomm Ġeremija, il-Mulej qanqal lil Ċiru,sultan tal-Persja,

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 10: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

u dan xandar proklama fis-saltna tiegħu kollha,saħansitra bil-miktub, li kienet tgħid:

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 11: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

«Dan jgħid Ċiru Sultan tal-Persja: “Il-Mulej, Alla tas-sema, tani f’idejja s-saltniet kollha tal-art,u hu qabbadni nibnilu tempju f’Ġerusalemm, li hi f’Ġuda.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 12: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Kull min minnkom hu mill-poplu tiegħu, ħa jkun il-Mulej miegħu, u jitla’.”»

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 13: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 14: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Salm Responsorjali

Salm 136 (137), 1-2.3.4-5.6

℟. Jeħilli lsieni mas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarx fik, Ġerusalemm!

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 15: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

F’xatt ix-xmajjar ta’ Babilonja,hemm qgħadna bilqiegħda u bkejna,aħ˙na u niftakru f’Sijon.Mas-siġar tal-luq tagħha,dendilna ċ-ċetri tagħna.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 16: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

℟.

Jeħilli lsienimas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarx fik, Ġerusalemm!

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 17: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Għax hemm, dawk li ijassruna,talbuna ngħannulhom xi għanja;dawk li hemm għakksunastennew minna għana ta’ ferħ:«Għannulna mill-għana ta’ Sijon.»

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 18: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

℟.

Jeħilli lsienimas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarx fik, Ġerusalemm!

Page 19: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Kif nistgħu ngħannu l-għana tal-Mulejf’art barranija?Tibbiesli idi l-leminija,jekk qatt ninsa lilek, Ġerusalemm!

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 20: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

℟.

Jeħilli lsienimas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarx fik, Ġerusalemm!

Page 21: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Jeħilli lsieni mas-saqaf ta’ ħalqi,jekk ma niftakarx fik,jekk ma nżommx ’il Ġerusalemm’il fuq minn kull ferħ tiegħi!

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 22: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

℟.

Jeħilli lsienimas-saqaf ta’ ħalqi, jekk ma niftakarx fik, Ġerusalemm!

Page 23: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Qari IIKontu mejta minħabba fid-dnubiet, u bi grazzja intom salvi.Ef 2, 4-10

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlulill-Efesin

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 24: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Ħuti, Alla, għani fil-ħniena tiegħu, bis-saħħa tal-imħabba kbira li biha ħabbna,

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 25: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

meta aħna konna mejta minħabba fi dnubietna, tana ħajja ġdida flimkien ma’ Kristu - bi grazzja intom salvi.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 26: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Qajjimna miegħu u qegħedna fis-smewwiet ma’ Kristu Ġesù,

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 27: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

biex juri fiż-żminijiet li ġejjin l-għana bla qjies tal-grazzja tiegħubit-tjieba li wera magħna fi Kristu Ġesù.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 28: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Intom salvi bil-grazzja, permezz tal-fidi; dan mhux bis-saħħa tagħkom, imma b’don ta’ Alla; mhux bl-opri, biex ħadd ma jiftaħar.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 29: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Aħna ħolqien tiegħu, maħluqa fi Kristu ĠÌesù biex nagħmlu l-opri tajba li Alla ħejjielna minn qabel li għandna nagħmlu.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 30: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Mhux għax tnaddaf il-ħmieġ tal-ġisem, imma għax hi talba lil Allaħierġa minn kuxjenza safja bis-saħħa tal-qawmien ta’ Ġesù Kristu,

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 31: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Irroddu ħajr lil Alla.

Bilwieqfa

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 32: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Glorja u tifħir lilek Kristu. ℟. Glorja u tifħir lilek Kristu. Ġw 3, 16

Alla hekk ħabb lid-dinjali ta lil Ibnu l-waħdieni,biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.

℟. Glorja u tifħir lilek Kristu.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 33: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

EvanġeljuAlla bagħat lil Ibnu fid-dinja biex bih hija ssalva.Ġw 3, 14-21

Qari mill-Evanġeljuskont San Ġwann.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 34: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

F’dak iż-żmien,Ġesù qal lil Nikodemu: «Kif Mosè rafa’ s-serp fid-deżert, hekk jeħtieġ li jkun merfugħ Bin il-bniedem,biex kull min jemmen fih ikollu l-ħajja ta’ dejjem.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 35: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Għax Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 36: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 37: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem tal-Iben il-waħdieni ta’ Alla.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 38: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

U l-ġudizzju huwa dan: li d-dawl ġie fid-dinja, l-bnedmin ħabbew id-dlam aktar mid-dawl, għax l-għemil tagħhom kien ħażin.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 39: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Għax kull min jagħmel il-ħażen jobgħod id-dawl, u ma jersaqx lejn id-dawl, biex għemilu ma jinkixifx.

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 40: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Imma min jagħmel is-sewwajersaq lejn id-dawl, biex juri li hemm Alla f’għemilu.»

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan

Page 41: Ir-Raba’ Ħadd tar-Randan Sena B

Il-Kelma tal-Mulej.

℟. Tifħir lilek Kristu.

Bilqiegħda

Sena B Ir-Raba' Ħadd tar-Randan