-bieb. il-presepju 2010... · 2014. 8. 7. · ideat flimkien: bethlehem għax jien twelidt hawn u...
TRANSCRIPT
Merħba Paġna 2
Merħba għażiż viżitatur,
Merħba f‟raħal twelidi. Għalkemm meta bdejt nitfarfar,
mort ngħix f‟Nażaret mal-ġenituri tiegħi, Bethlehem
baqa‟ dejjem f‟qalbi.
Ngħid għalija, qisu l-bieraħ! Għax fl-eternità m‟hemmx il-
bieraħ, illum jew għada — passat, preżent jew futur!
Waqt din iż-żjara tiegħek, nixtieq nurik ftit ftit is-
sbuħija ta‟ raħal twelidi, bil-paesaġġi ħelwin u ma jonqosx
li tiltaqa‟ ma‟ niesi li bħal dejjem dħulin, ħawtiela u
sempliċi.
U bilħaqq! Toqgħodx lura milli tixref „il ġewwa mill-bieb.
Hawn il-bieb miftuħ għal kulħadd. Isma‟ bejnietna tafx...
Shhhh! Ommi tgħid li għalija sibitu magħluq. Imma dak
għadda issa... ejja nibdew għax il-kliem bħaċ-ċirasa,
waħda ġġib lill-oħra...
It-tweġibiet kollha jinsabu fil-websajt
http://www.ghajnsielem.com/bethlehem/
Karta tal-Identità Nru. 002512000033I
Isem: ĠESÙ
Data tat-twelid: 25 Diċembru 0000
Nazzjonalità: Israel
Post tat-twelid: Bethlehem
Tiswa sa: Eternità
Paġna 3
Ninsabu quddiem il-bieb prinċipali* L-isem li qed tara
fuq il-bieb ewlieni: Bethlehem f‟Għajnsielem iwaħħad żewġ
ideat flimkien: Bethlehem għax jien twelidt hawn u
Għajnsielem, ir-raħal imbewwes mill-baħar li qed joħloq
dan ix-xenarju animat daqstant uniku.
Kompli miexi sakemm quddiemek tara tliet passaġġi.
Ħu l-passaġġ tan-nofs. Quddiemek tara ħanut fejn
ommi tibagħtni kuljum nixtri biex ikollna x‟nieklu. Missieri
kienet tinżillu għasel kisra sħuna u mbaskta...
Aħseb ftit... x‟taħseb li kont nixtri minn hawn?
ħaxix ħut ħobż
Għall-iskola nieħu dejjem ftit ħobż tal-maħlut miegħi.
Nixtrih minn hawn, mingħand Franġisk, il-furnar. Dejjem
bnin. Darba, l-għalliema għamlitilna l-piramida tal-ikel fejn
tgħallimna li l-ħobż samrani (kulur: kannella) hu aktar
tajjeb għas-saħħa u għandna niekluh kuljum għax...
fih ħafna proteini fih ħafna fibra (fiber)
Kont taf li:
Bethlehem jagħlaq il-bieb tat-Testment
il-Qadim u jiftaħ beraħ dak tat-Testment
il-Ġdid. Dan għax filwaqt li fit-Testment
il-Qadim, Ġerusalemm kienet l-aktar
post importanti, bit-twelid ta’ Ġesu,
Bethlehem sar iċ-ċentru ta’ kemm
Alla jħobbna tant li sar bniedem
bħalna f’kollox barra fid-dnub.
*Ara l-MAPPA f’nofs il-ktieb. Il-forn...
Il-mastrudaxxa u l-ħaddied Paġna 4
Wara li ħriġna mingħand il-
furnar, inkomplu mexjin „l isfel.
Fuq in-naħa tal-lemin naraw l-
ilma igelgel tan-nixxiegħa.
Issa fuq ix-xellug, naraw il-
ħanut tal-mastrudaxxa.
Ejja nidħlu s‟għand Karmnu. Lil
Karmnu nafu sew għax billi missieri kien mastrudaxxa
wkoll, mhux l-ewwel darba li ssellef xi biċċa għodda. Dak iż
-żmien, il-mastrudaxxa kien jagħmel bibien, twieqi, kaxex
u mqadef għas-sajjieda.
Semmi 3 għodod li qed tara fil-ħanut tal-mastrudaxxa.
martell serrieq mazza
Noħorġu mingħand il-
mastrudaxxa, u quddiemna
naraw il-ħanut tal-ħaddied.
Ġużi u Frans u l-familji tagħhom
dejjem hawn. Dejjem bin-nies
jistennew għal xi biċċa xogħol —
min għal xi borma, ċurkett jew ġiżirana.
Kont tara wkoll ġejjin għandu rġiel, kull wieħed b‟saffejn.
Kont tisma‟ “Ġuż, it-tarka tiegħi lestejtieli jew?” jew
“Frans, ix-xabla sewwejtieli?” Eh! Kemm hi sabiħa l-paċi
kif kantaw hawn l-anġli “...sliem fuq l-art lill-bnedmin ta‟
rieda tajba!” (Lq. 2:14)
L-għar tar-rgħajja Paġna 5
Inkomplu neżlin ‘l isfel u
n i ġ b d u f u q i l - l e m i n .
Quddiemna naraw l-għar tar-
rgħajja. Fir-raħal tiegħi,
tara ħafna rgħajja jirgħu l-
merħliet tagħhom fil-midbar li
bil-lingwa tiegħi Lhudija tfisser
il-mergħat tar-rgħajja.
Meta kont daqsxejn ta‟ tfajjel, ħbiebi li konna nilagħbu
flimkien, kienu jirgħu l-merħliet tal-familja tagħhom.
Ħuthom l-kbar kienu jaħdmu l-għelieqi. Kont niddejjaq li
ma narax il-ħbieb tiegħi għal xi ġranet għax kienu
jindokraw il-merħla lejl u nhar. Hemm arahom... u kienu
jistkennu f‟xi għerien imħaffrin fil-blat.
Meta kbirt u bdejt ngħallem madwar l-irħula, kont
nirrakkonta ħafna stejjer (parabboli) dwar dak li kont
nara madwari. Isejħuli r-Ragħaj it-Tajjeb għax dan
jagħti ħajtu għall-merħla tiegħu.
X‟taħseb li jagħmel r-ragħaj? (immarka t-tajbin b‟sing taħthom)
Jorqod
Iħalli l-annimali selvaġġi jattakkaw il-merħla
Jishar (jibqa’ imqajjem)
Jara li ma hemmx nagħġa waħda nieqsa
Imur ifittex in-nagħġa l-mitlufa
Jagħti ħajtu
Is-Suq Paġna 6
Inħallu l-għar tar-
rgħajja u nerġgħu nibdew
telgħin „il fuq. Nibqgħu
m e x j i n s a k e m m
quddiemna titfaċċa t-
taverna. Issa nimxu fil-
passaġġ ta‟ fuq ix-xellug
sakemm naslu ħdejn is-suq. Is-suq hu l-ħajja ta’
Bethlehem. Folol kbar ta‟ nies imorru fih kuljum.
Hawn issib tixtri li trid... ħaxix u frott, laħam u ħut,
żrieragħ, tjur, nagħaġ u mogħoż, fuħħar, ħadid, żejt, dqiq
u qamħ u fwejjaħ fost l-oħrajn. Min ibigħ u min jixtri. Hi
wkoll id-drawwa ta‟ bosta li jixtru xi par beċċun jew ħaruf
sabiex joffruh bħala sagrifiċċju fit-tempju.
Forsi tistaqsni... biex inħallsu? Għandna d-dinar. Biex
tifhmuni, per eżempju bidwi jitħallas dinar kuljum. B‟dinar
wieħed jiekol ikla kbira. Ħarufa tiswa erba‟ dinari, filwaqt
li għoġla għandha valur ta‟ għoxrin dinar. Ħmar jiswa biss
bejn żewġ u erba‟ dinari.
L-Għar ta’ Bethlehem Paġna 7
Noħorġu minn bieb is-suq u nersqu lejn l-imkien
ħiemed u sempliċi tal-għar qaddis. Hawn twelidt
jien... kif tista‟ tara f‟daqsxejn ta‟ għar tal-annimali.
N i m m a ġ i n a t i s t a q s i n i
x‟ħassejt f‟dak il-jum. Ma
niftakarx... Ommi tgħid li
kienet kesħa xxoqq il-għadam
u jien bkejt bil-ġuħ u l-ksieħ.
Iżda n-nifs sħun tal-baqra u l
-ħmara, it-tiben fil-maxtura u
fuq kollox l-imħabba tal-
ġenit ur i t i egħi k i enu
biżżejjed. Eh... kif iġerbeb iż
-żmien... Iżda dik il-maxtura
ma ninsieha qatt.
Ġesù, int illum l-gwida tiegħi f‟raħal twelidek. Isma‟ ftit, għidli inti issa meta ser tiġi għandi?
Ibni, binti... Ħares ftit lejn idejk... Jien niġi għandek
kuljum... kull meta int tiftaħ idejk, u jien noqgħod fuqhom
bħalma qgħadt fil-maxtura tal-għar. Iva, fhimtni sew.
Jien niġi nżurek fit-tqarbin, fl-Ewkaristija.
Jien twelidt għalik biex inti tkun ferħan/a.
Jien twelidt għalik biex inti tikber fl-imħabba.
Jien twelidt għalik biex inti tgħix għal dejjem.
Lukanda Paġna 10
Noħorġu mill-għar u nersqu lejn l-lukanda.
Lukanda hi dar b‟ħafna kmamar għal dawk in-nies li jkunu
qed jivvjaġġaw u jkunu jridu jieqfu jorqdu x‟imkien. Xi
wħud jiġu mill-bogħod... saħansitra minn pajjiżi u
kontinenti oħra. F‟Bethlehem mhux l-ewwel darba li ma
kontx issib kamra vojta fejn tistkenn mis-sirda tal-lejl!
Niftakar li meta bdejt nikber u ngħallem, xi ħadd staqsieni
x‟irid jagħmel biex isalva. U jien, għax l-istejjer
inħobbhom, għedtlu l-istorja ta‟ meta raġel ta‟ qalbu tajba
sab raġel mixħut mal-art qed imut, waqaf, għenu u ħadu
f‟lukanda biex jieħdu ħsiebu. Mhux biss, iżda ħallaslu
kollox hu.
Ieqaf. Ħares lejn l-għar u aħseb... Paġna 11
T welidt bil-lejl, biex temmen li nista’ ndawwal kull realtà.
Twelidt persuna, biex int qatt ma tistħi tkun dak li int.
Twelidt bniedem, biex int tista’ ssir Alla.
Twelidt bin Marija, biex int ikollok omm.
Twelidt iben adottiv ta’ Ġużeppi, biex int tifhem li veru missier huwa dak li jagħti l-imħabba u l-kenn.
Twelidt ippersegwitat, biex tkun taf taċċetta d-diffikultajiet għall-imħabbti.
Twelidt fis-sempliċità, biex tieqaf tkun komplikat.
Twelidt umli, biex int taħrab kull suppervja.
Twelidt fil-moħbi, biex int tħobb is-satra.
Twelidt tarbija, biex int titgħallem tkun sempliċi bħat-tfal.
Twelidt biex ngħajxek, biex int lil dawk li jiġġerrew iġġibhom lejn dar il-Missier.
Lambert Nohen
L-Anġlu tal-Grotta Bejn stampa u oħra hawn 10 affarijiet
differenti. Ara ssibhomx!
Taħbil il-moħħ Paġna 12
Ħajr: Trevor Zahra, Rigal tal-Milied, Bugelli, Malta 1989.
Attività fid-dar Paġna 13
Attività fid-dar
Kategorija A: TPINĠIJA (tfal 6 sa 10 snin)
Pinġi dwar x‟għoġbok l-aktar f‟Bethlehem f‟Għajnsielem.
Kategorija B: KITBA (studenti 11 sa 15-il sena)
Bethlehem f‟Għajnsielem f‟100 kelma. Iġbor u għaqqad
flimkien l-ideat ewlenin li tħoss li l-aktar li jispikkaw
f‟Bethlehem f‟Għajnsielem 2010.
Regoli:
Ix-xogħol irid isir fuq karta/kartuna riċiklata mhux
akbar minn A4.
Ix-xogħol irid jasal sal-Ġimgħa, 14 ta‟ Jannar 2011
Tista‟ tibagħtulna bil-posta fuq dan l-indirizz:
Fuq in-naħa ta‟ wara tax-xogħol li tibagħtilna, niżżel ukoll: Isem tal-iskola tiegħek Ismek u kunjomok Klassi
Ir-Rebbieħ/a ta‟ kull kategorija jingħata/w sett kotba
sbieħ kull wieħed/waħda.
Attività d-dar Bethlehem f’Għajnsielem Fondazzjoni Bethlehem f’Għajnsielem Kunsill Lokali Għajnsielem Pjazza tad-Dehra Għajnsielem GSM 1520
Bethlehem f’Għajnsielem u l-ambjent L-ambjent hu tant għal qalbna! Tant hu hekk, li l-
Fondazzjoni Bethlehem f‟Għajnsielem li tħaddan il-
prinċipji ta‟ EkoGħawdex u li ta‟ kull sena tieħu ħsieb
torganizza dan il-villaġġ ħaj tal-Milied, qed taħdem bla
heda sabiex Bethlehem f‟Għajnsielem f‟kollox u dejjem
ikun post mudell li jirrispetta l-ambjent naturali u storiku
tal-madwar. Din it-triq li qbadna qed nittamaw li twassalna
sabiex niksbu ċ-ċertifikat ISO 14001:2004 maħruġ mill-
Awtorita‟ Maltija Dwar l-Istandards lil dawk l-
organizzazzjonijiet li jirrispettaw u jtejbu l-ambjent.
Ħares ftit madwarek... innota li ġewwa Bethlehem
f‟Għajnsielem:
Nisseparaw l-iskart - il-karti u l-ħġieġ
Nużaw biss boroż tal-karti u mhux tal-plastik
Niġbru l-iskart organiku u nagħmlu l-kompost
Nużaw biss injam nadif u bla kolla fil-forn u fil-
ħġejjeġ
Nibnu mill-ġdid il-ħitan tas-sejjieħ
Nużaw l-aktar id-dawl naturali tax-xemx
Isma‟ ta‟.... Jien naħseb li issa għedtlek biżżejjed. Għidli
ftit... Int u l-familja tiegħek kif tieħdu ħsieb l-ambjent
fid-dar tagħkom? X’tagħmlu?
Ngħożżu l-ambjent Paġna 14
Is-Slaten Maġi Paġna 15
Niktakar lil ommi u missieri jirrakkontawli li ġew ħafna
nies fl-għar. Missieri qalli wkoll storja li ma ridtx
nemmen. Qalli li darba waħda tlett irġiel
għonja raw kewkba speċjali li qatt ma
kienu raw bħala! Iddeċidew li jimxu
warajha. U din il-kewkba wasslithom sa
hawn. Riedu jtiru bil-ferħ meta rawni.
Niżlu għarkobbtejhom u tawni qima.
U tawni tlett rigali wkoll li huma d-deheb,
l-inċens u l-mirra.