il-programm tal-monitoragg tal-ilma bahar tad-direttorat ...€¦ · il-gżejjer maltin u...

4
Novembru 2013 Direttorat għas-Saħħa Ambjentali Ħarġa Nru.7 DEH | L-ilma baħar 1 Ħarsa fuq il-Programm tal-Monitoragg tal-ilma Bahar tad-Direttorat tas-Sahha Il-Gżejjer Maltin u l-popolazzjoni tagħhom għandhom biex jiftaħru bil- baħar tal-madwar. Dan huwa wieħed mill-attrazzjonijiet li jiġbed daqsekk turisti lejna kull sena. Iżda biex inżommu din ir-reputazzjoni jinħtieġ ħafna xogħol f’dak li hu monitoraġġ tal-ilma baħar sabiex ikun assigurat li l-ilma li ngħumu fih ikum sigur biex jitgawda minna l- Maltin u l-barranin li jżuruna. Il-Programm tal-monitoraġġ tal- ilma baħar Sa minn qabel l-1996, id-Dipartiment tas- Saħħa Pubblika investa fir-riżorsi umani kif ukoll fit-tagħmir neċessarju sabiex ikun jista jsir il-monitoraġġ matul l- istaġun tal-għawm. Dan il-monitoraġġ isir bħala parti mill- obbligazzjonijiet li Malta għandha skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall- għawm, li kienet tradotta f’leġislazzjoni nazzjonali permezz tal-A.L. 125 tal-2008, kif emendata b’A.L. 237 tal-2011. Dan isir ukoll sabiex jintlaħaq dak li hu mitlub mill-Konvenzjoni ta’ Barċellona għall- Baħar Mediterran. Il-programm ta’ monitoraġġ tal-ilma baħar uffiċċjali jibda fit-tielet ġimgħa ta’ Mejju u jibqa sejjer sat-tielet ġimgħa t’ Ottubru kull sena. Matul dan il-perjodu, jittieħdu kampjuni ta’ ilma baħar, kull ġimgħa, minn 87 post uffiċċjali fejn jista’ jsir l-għawm. L-ilma tal-baħar kollu li jkun miġbur bħala kampjuni, parti minn dan il-programm, ikun analiżżat fil- Laboratorju tas-Saħħa Pubblika għal żewġ parametri mikrobijoloġiċi differenti.

Upload: others

Post on 21-Sep-2020

5 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: il-Programm tal-Monitoragg tal-ilma Bahar tad-Direttorat ...€¦ · Il-Gżejjer Maltin u l-popolazzjoni tagħhom għandhom biex jiftaħru bil-baħar tal-madwar. Dan huwa wieħed

Novembru 2013

Direttorat għas-Saħħa Ambjentali

Ħarġa Nru.7 DEH | L-ilma baħar 1

Ħarsa fuq

il-Programm tal-Monitoragg

tal-ilma Bahar

tad-Direttorat tas-Sahha

Il-Gżejjer Maltin u l-popolazzjoni

tagħhom għandhom biex jiftaħru bil-

baħar tal-madwar. Dan huwa wieħed

mill-attrazzjonijiet li jiġbed daqsekk

turisti lejna kull sena. Iżda biex inżommu

din ir-reputazzjoni jinħtieġ ħafna xogħol

f’dak li hu monitoraġġ tal-ilma baħar

sabiex ikun assigurat li l-ilma li ngħumu

fih ikum sigur biex jitgawda minna l-

Maltin u l-barranin li jżuruna.

Il-Programm tal-monitoraġġ tal-

ilma baħar Sa minn qabel l-1996, id-Dipartiment tas-

Saħħa Pubblika investa fir-riżorsi umani

kif ukoll fit-tagħmir neċessarju sabiex

ikun jista jsir il-monitoraġġ matul l-

istaġun tal-għawm. Dan il-monitoraġġ

isir bħala parti mill- obbligazzjonijiet

li Malta għandha skont id-Direttiva

2006/7/KE tal-Parlament Ewropew dwar

l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-

għawm, li kienet tradotta f’leġislazzjoni

nazzjonali permezz tal-A.L. 125 tal-2008,

kif emendata b’A.L. 237 tal-2011. Dan isir

ukoll sabiex jintlaħaq dak li hu mitlub

mill-Konvenzjoni ta’ Barċellona għall-

Baħar Mediterran.

Il-programm ta’ monitoraġġ tal-ilma

baħar uffiċċjali jibda fit-tielet ġimgħa ta’

Mejju u jibqa sejjer sat-tielet ġimgħa t’

Ottubru kull sena. Matul dan il-perjodu,

jittieħdu kampjuni ta’ ilma baħar, kull

ġimgħa, minn 87 post uffiċċjali fejn jista’

jsir l-għawm. L-ilma tal-baħar kollu li

jkun miġbur bħala kampjuni, parti minn

dan il-programm, ikun analiżżat fil-

Laboratorju tas-Saħħa Pubblika għal żewġ

parametri mikrobijoloġiċi differenti.

Dawn il-parametri huma E.Coli u

Page 2: il-Programm tal-Monitoragg tal-ilma Bahar tad-Direttorat ...€¦ · Il-Gżejjer Maltin u l-popolazzjoni tagħhom għandhom biex jiftaħru bil-baħar tal-madwar. Dan huwa wieħed

Novembru 2013

Direttorat għas-Saħħa Ambjentali

Ħarġa Nru.7 DEH | L-ilma baħar 2

Intestinal Enterococci. Dawn it-tip ta’ mikrobi, jekk ikunu preżenti fi kwantitajiet kbar, jistgħu jikkawżaw infezzjonijiet fl-għajnejn u l-widnejn, kif ukoll gastroenterite.

Spettur tas-Sanita qiegħed jieħu kampjun

ta’ l-ilma

Kull meta riżultat tal-analiżi jindika li l-

livelli ta’ xi wieħed minn dawn il-

parametri jkun iktar minn dak indikat l-

A.L. 125 tal-2008, il-kampjun jerġa

jittieħed hekk kif l-ewwel riżultati jkunu

maħruġa mill-Laboratorju tas-Saħħa

Pubblika. Jekk it-tieni kampjun jerġa

jindika li hemm livelli eċċessivi, il-post

minn fejn ikun ittieħed il-kampjun,

jingħalaq temporanjament u ma jkunx

jista jsir għawm.

F’każijiet bħal dawn, il-pubbliku ‘n

ġenerali jiġi infurmat permezz ta’ avviż

tas-saħħa li jinħareġ mid-Dipartiment tal-

Informazzjoni u l-post affettwat jibqa jiġi

monitorat kuljum billi jittieħdu iktar

kampjuni tal-ilma baħar. Il-post jerġa

jitqies tajjeb għall-għawm wara li joħorġu

tlitt riżultati konsekuttivi b’livelli ta’

batteri li jkunu aċċettabli.

Postijiet uffiċċjali fejn jista jsir l-għawm Mhux il-baħar kollu ta’ madwar il-gżejjer

Maltin huwa monitorat. Postijiet

kkunsidrati bħala portijiet m’humiex

monitorati għaliex f’postijiet bħal dawn l-

għawm m’huwiex rakkomandat. Għal

dan il-għan kienu identifikati uffiċjalment

numru ta’ siti tajbin għall-għawm. Dawn

jikkonsistu prinċiparjament fil-bajjiet

popolari ġewwa

Figura 1. Postijiet uffiċċjali fejn jista jsir l-għawm

Page 3: il-Programm tal-Monitoragg tal-ilma Bahar tad-Direttorat ...€¦ · Il-Gżejjer Maltin u l-popolazzjoni tagħhom għandhom biex jiftaħru bil-baħar tal-madwar. Dan huwa wieħed

Novembru 2013

Direttorat għas-Saħħa Ambjentali

Ħarġa Nru.7 DEH | L-ilma baħar 3

popolari ġewwa Malta, Għawdex u

Kemmuna u t-teħid ta’ kampjuni jsir kull

ġimgħa minn dawn il-postijiet. Is-sebgħa

u tmenin post uffiċċjali fejn jista jsir l-

għawm huma maqsuma f’erba` żoni li

jikkonsistu f’numru differenti ta’ siti.

Lista ta’ dawn il-postijiet tista titniżżel

mill-websajt tad-Direttorat tas-Saħħa

Ambjenali fuq:

https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/pu

blic_health/environmental-

health/health_inspectorate/env._hlt._risk

_management/official_bathing_zones.asp

x

Tabella ta’ informazzjoni tipiku Iż-żoni monitorati bħala parti mill-programm ta’ monitoraġġ tal-ilma baħar huma identifikati permezz ta’ tabelli ta’ informazzjoni li fuqhom ikun hemm indikat kodiċi tas-sit, kif ukoll informazzjoni rigward il-monitoraġġ mid-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali bħala parti mill-programm ta’ monitoraġġ. Din l-informazzjoni hija riprodotta f’ħames lingwi, li huma Malti, Ingliż, Ġermaniż, Franċiż u Taljan. Jekk ikun hemm il-bżonn li xi sit minn dawn

jingħalaq, tabella oħra temporanja (ukoll

fl-istess ħames lingwi) titpoġġa fil-post.

Fil-futur, din l-informazzjoni ser tinbidel

ma’ informazzjoni oħra li ser tkun

tinkludi wkoll informazzjoni fuq il-

klassifikazzjoi tal-kwalita` tal-ilma baħar

ta’ dak il-post, kif ukoll il-profil ta’ dik il-

bajja.

Klassifikazzjoni tal-ilma baħar L-ilma baħar huwa klassifikat skont id-

Direttiva 2006/7/KE bħala ‘eċċellenti’,

‘tajjeb’, ‘suffiċjenti’ jew ‘fqir’ bl-użu tas-

simboli li jidhru fl-istampa numru 1 hawn

taħt. Data dwar il-kwalita` kienet

aġġornata l-aħħar fl-2012 (Figura 2) fejn

il-figuri juru li 96.6% tal-ilma baħar fejn

jista isir l-għawm kien ta’ kwalita`

eċċellenti, b’differenza żgħira mis-sena ta’

qabel. (European Environmental Agency,

2012).

Eċċellenti Tajjeb

Suffiċjenti Fqir

Figura 2. Klassifikazzjoni tal-ilma baħar

Page 4: il-Programm tal-Monitoragg tal-ilma Bahar tad-Direttorat ...€¦ · Il-Gżejjer Maltin u l-popolazzjoni tagħhom għandhom biex jiftaħru bil-baħar tal-madwar. Dan huwa wieħed

Novembru 2013

Direttorat għas-Saħħa Ambjentali

Ħarġa Nru.7 DEH | L-ilma baħar 4

Figura 3. L-ilma baħar tal-kosta

Tliet siti fejn isir l-għawm ġew ikklassifikati bħala ‘tajbin’. Ma kienx hemm siti li ġew ikklassifikati bħala kwalita` ‘fqira’ u l-ebda` bajja ma ġiet magħluqa matul l-istagun tal-għawm fl-2012. Bħala parti mill-programm tal-monitoraġġ, Spetturi tas-Saħħa Ambjentali jagħmlu spezzjonijiet ta’ rutina sabiex ikun aċċertat li ma jkunx hemm sorsi ta’ kontaminazzjoni fil-baħar. Dawn l-uffiċċjali jinvestigaw ukoll ilmenti li jitressqu mill-pubbliku u f’każ ta’ dubju, kampjuni addizzjonali jittieħdu u jintbgħatu għall-analiżi fil-laboratorju. F’każ ta’ evidenza viżwali, is-sit affettwat ikun temporanjament magħluq għall-għawm. Matul l-istġun tal-għawm, id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali joħroġ rapport kull ġimgħa bil-klassifikazzjoni ta’ kull post fejn jista jsir l-għawm. Din il-klassifikazzjoni li tkun ibbażata fuq l-ammonti ta’ E. Coli u Intestinal Enterococci tinstab fuq il-websajt tad-Direttorat. https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmentalhealth/health_inspectorate/env._hlt._risk_management/envhealth_bathingwater09.aspx Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjenali jimposta kull ġimgħa fuq il-paġna tal-facebook tiegħu din l-informazzjoni. Kopji ta’ dawn ir-rapporti jintbgħatu wkoll permezz tal-ijmejl lill-Kunsilli Lokali kollha u lil dawk l-entitajiet jew persuni li jitolbu tali rapporti.

Referenzi Bathing water results 2012 – Malta https://ehealth.gov.mt/HealthPortal/public_health/environmental-health/health_inspectorate/env._hlt._risk_management/envhlt_eubw_reports.aspx European Environment Agency (2012) - Bathing water results 2012 – Malta

Ħajr

Mr. Charles Bonnici – Senior Principal Environmental Health Officer, Environmental Health Directorate

Tim Editorjali

Awtur

D. Rota

Edituri

D. Rota

S. Sammut

Kontributuri

Health Inspectorate Services

Disinn

P. Grech

Indirizz

The Environmental Health Directorate

Continental Business Centre,

Old Railway Track,

Santa Venera SVR9018,

Malta

Phone +356 21 337 333

Fax +356 21 344 767

Link

Web www.ehealth.gov.mt

Ilmenti [email protected]

Dikjarazzjoni

L-informazzjoni provduta f’dan ir-rapport

ġiet miġbura minn ħaddiema

tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali. Il-

figuri użati f’dan ir-rapport huma

pprovduti bħala informazzjoni

biss u huma suġġetti għal reviżjoni. L-

awtur u d-Direttorat għas-

Saħħa Ambjentali m’humiex

responsabbli għal xi żbalji jew

omissjonijiet li jista jkun hemm f’dan

ir-rapport