fix xitwa Ħdejn il baĦar martina pace m · veduta gĦal qalbi fil-gŻejjer maltin marija elena...

4
M A G A Z I N 6 Ħarġa Numru 50 – Jannar 2013 Pubblikazzjoni tas-Sitt Klassi, Kulleġġ De La Salle, Kottonera. Editur: Patrick Sammut. 1 FIX-XITWA ĦDEJN IL-BAĦAR Marna Pace Malli wieħed jisma’ l-kelma ‘baħar’ mill- ewwel ġi quddiem għajnejh xi ġurnata sajfija bix-xemx sreġ u saqajn iċafċfu fil- baħar fil-kumpanija ta’ xi biċċa ħobż biż- żejt. Iżda l-baħar jista’ joffri wens anki fil- ġranet bikrin u kesħin tax-xitwa. Għalkemm l-atmosfera tkun kemxejn differen minn dik li jkun hemm fis-sajf, il-ħsejjes tal-mewġ xorta waħda kapaċi jnisslu fik sens ta’ kalma u paċi. F’xi jum xemxi fi tmiem il-ġimgħa tpaxxa tħares lejn missier jilgħab ma’ wliedu u jiġru b’wiċċ daħkani. Filwaqt li l-omm toqgħod tgawdi l-kwiet fuq ix-xugaman taqra keb bi storja romanka u lgħaq ix-xemx sabiħa li fix-xitwa rari aċċa u ddum biżżejjed biex lħaq tgawdiha. Jekk tmur mixja sa ħdejn il-baħar fl-istaġun kiesaħ tax-xitwa kapaċi ssib ukoll żewġ namra għall-kwiet fil-karozza tagħhom. L-atmosfera tant rilassan ta’ ħdejn il-baħar tħalli fuq dawn iż-żewġ namra sens ta’ kalma u tressaqhom aktar lejn xulxin biex jisirqu xi bewsa jew tgħannieqa ur bl-imħabba. Xa il-baħar fix-xitwa jilqa’ lil anzjan imgeddes sew, liebes xi flokk tas-suf magħmul minn martu. Erħilu jgħaddi nofs ta’ nhar jilgħab mal-kelb egħu filwaqt li japprezza s-sbuħija tan-natura li hemm madwaru. Arah ipoġġi bilqiegħda fuq ir-ramel u jqaa’ siegħa jkellem lill-kelb egħu u jgħidlu fuq kemm-il darba ommhom kienet teħodhom ħdejn il-baħar fix-xitwa, filwaqt li japprezza l-ħoss seren li hemm fil-madwar. Is-sens ta’ paċi li jġib miegħu l-baħar jara wkoll lil xi student li jmur ħdejn il-baħar jistudja mingħajr ħadd ma jtellfu. Jekk joqgħod id-dar żgur li jsib xi tentazzjoni li elfu mill-istudju jew jispiċċa jidħol fis-sodda u jorqod għas-sħana. Għalhekk jieħu termos te, jia’ l-karozza ħdejn il-baħar u waqt li jisma’ l-ħoss tal-mewġ iħabbat mal-blat, arah jaqra xi keb oħxon tal-Bijoloġija. Il-baħar imqalleb tax-xitwa jispira poeta biex jikteb xi sune dwar l-emozzjonijiet kollha li jqanqal ġo fih. Il-baħar tant seren ifakkru fil-mumen sbieħ ta’ ħajtu u hekk kif dħol xi dgħajsa lejn ix-xa u l-baħar jibda jimtela bil-mewġ, il-poeta dlonk jiſtakar f’dawk il-mumen koroh f’ħajtu. F’dan il-mument hu jedha jikteb vers wara vers u jħalli l-ħsibijiet li jnissel fih il-baħar jiġru minn moħħu għal fuq il-karta ta’ quddiemu. Mis-sajf għax-xitwa wieħed jista’ jara bdil fil-baħar u fil-madwar. Il-baħar ma jibqax dak il-kulur blu ċar li tqaa’ s-sigħat tgħum fih fis-sajf imma jinbidel u jsir skur u iswed. Daqshekk tkun sta’ tara l-ħut jgħum ħdejn saqajk jaqdfu imma minflok bda bża’ tħares ’l isfel għax il-qiegħ ma tkunx sta’ tarah. Ir-ramel ma jibqax fin imma jsir aħrax u iebes minħabba l-mewġ li jiksi l-fond tal-bajja kollha f’xi lejla ta’ maltemp. Il-blat isir jiżloq u mimli alga u għalhekk daqshekk tkun sta’ mtedd biex xxemmex. Imbagħad issib lili. Kull darba li ngħaddi minn ħdejn il-baħar fix-xitwa nilmaħ kararu ġdid. F’jum xemxi nammira l-baħar tant kalm li tkun sta’ tara r-riflessjoni tax-xemx fil-wiċċ egħu. F’mumen oħra niſtakar kif f’maltempata l-baħar jinbidel ħesrem u jsir mostru qerriedi li jibla’ u jkisser id-dgħajjes. Kemm-il darba noqgħod naħseb kif dak li jista’ jagħ l-ħajja kapaċi jkun il-kaġun li jeħodlok ħajtek u kif jista’ jkun li l-baħar għandu żewġ ‘uċuħ’ u karari tant differen.

Upload: others

Post on 22-Jun-2020

2 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: FIX XITWA ĦDEJN IL BAĦAR Martina Pace M · VEDUTA GĦAL QALBI FIL-GŻEJJER MALTIN Marija Elena Borg Kull meta nżur il-gżira Għawdxija nagħmel mezz biex insib ħin u nagħti

M A G A Z I N 6

Ħarġa Numru 50 – Jannar 2013 Pubblikazzjoni tas-Sitt Klassi, Kulleġġ De La Salle, Kottonera.

Editur: Patrick Sammut.

1

FIX-XITWA ĦDEJN IL-BAĦAR Martina Pace

Malli wieħed jisma’ l-kelma ‘baħar’ mill-ewwel tiġi quddiem għajnejh xi ġurnata sajfija bix-xemx tisreġ u saqajn iċafċfu fil-baħar fil-kumpanija ta’ xi biċċa ħobż biż-żejt. Iżda l-baħar jista’ joffri wens anki fil-ġranet bikrin u kesħin tax-xitwa. Għalkemm l-atmosfera tkun kemxejn differenti minn dik li jkun hemm fis-sajf, il-ħsejjes tal-mewġ xorta waħda kapaċi jnisslu fik sens ta’

kalma u paċi. F’xi jum xemxi fi tmiem il-ġimgħa titpaxxa tħares lejn missier jilgħab ma’ wliedu u jiġru b’wiċċ daħkani. Filwaqt li l-omm toqgħod tgawdi l-kwiet fuq ix-xugaman taqra ktieb bi storja romantika u tilgħaq ix-xemx sabiħa li fix-xitwa rari titfaċċa u ddum biżżejjed biex tilħaq tgawdiha. Jekk tmur mixja sa ħdejn il-baħar fl-istaġun kiesaħ tax-xitwa kapaċi ssib ukoll żewġ namrati għall-kwiet fil-karozza tagħhom. L-atmosfera tant rilassanti ta’ ħdejn il-baħar tħalli fuq dawn iż-żewġ namrati sens ta’ kalma u tressaqhom aktar lejn xulxin biex jisirqu xi bewsa jew tgħannieqa tfur bl-imħabba. Xatt il-baħar fix-xitwa jilqa’ lil anzjan imgeddes sew, liebes xi flokk tas-suf magħmul minn martu. Erħilu jgħaddi nofs ta’ nhar jilgħab mal-kelb tiegħu filwaqt li japprezza s-sbuħija tan-natura li hemm madwaru. Arah ipoġġi bilqiegħda fuq ir-ramel u jqatta’ siegħa jkellem lill-kelb tiegħu u jgħidlu fuq kemm-il darba ommhom kienet teħodhom ħdejn il-baħar fix-xitwa, filwaqt li japprezza l-ħoss seren li hemm fil-madwar. Is-sens ta’ paċi li jġib miegħu l-baħar jattira wkoll lil xi student li jmur ħdejn il-baħar jistudja mingħajr ħadd ma jtellfu. Jekk joqgħod id-dar żgur li jsib xi tentazzjoni li ttelfu mill-istudju jew jispiċċa jidħol fis-sodda u jorqod għas-sħana. Għalhekk jieħu termos te, jitfa’ l-karozza ħdejn il-baħar u waqt li jisma’ l-ħoss tal-mewġ iħabbat mal-blat, arah jaqra xi ktieb oħxon tal-Bijoloġija. Il-baħar imqalleb tax-xitwa jispira poeta biex jikteb xi sunett dwar l-emozzjonijiet kollha li jqanqal ġo fih. Il-baħar tant seren ifakkru fil-mumenti sbieħ ta’ ħajtu u hekk kif tidħol xi dgħajsa lejn ix-xatt u l-baħar jibda jimtela bil-mewġ, il-poeta dlonk jiftakar f’dawk il-mumenti koroh f’ħajtu. F’dan il-mument hu jedha jikteb vers wara vers u jħalli l-ħsibijiet li jnissel fih il-baħar jiġru minn moħħu għal fuq il-karta ta’ quddiemu. Mis-sajf għax-xitwa wieħed jista’ jara tibdil fil-baħar u fil-madwar. Il-baħar ma jibqax dak il-kulur blu ċar li tqatta’ s-sigħat tgħum fih fis-sajf imma jinbidel u jsir skur u iswed. Daqshekk tkun tista’ tara l-ħut jgħum ħdejn saqajk jaqdfu imma minflok tibda tibża’ tħares ’l isfel għax il-qiegħ ma tkunx tista’ tarah. Ir-ramel ma jibqax fin imma jsir aħrax u iebes minħabba l-mewġ li jiksi l-fond tal-bajja kollha f’xi lejla ta’ maltemp. Il-blat isir jiżloq u mimli alga u għalhekk daqshekk tkun tista’ timtedd biex tixxemmex. Imbagħad issib lili. Kull darba li ngħaddi minn ħdejn il-baħar fix-xitwa nilmaħ karattru ġdid. F’jum xemxi nammira l-baħar tant kalm li tkun tista’ tara r-riflessjoni tax-xemx fil-wiċċ tiegħu. F’mumenti oħra niftakar kif f’maltempata l-baħar jinbidel ħesrem u jsir mostru qerriedi li jibla’ u jkisser id-dgħajjes. Kemm-il darba noqgħod naħseb kif dak li jista’ jagħti l-ħajja kapaċi jkun il-kaġun li jeħodlok ħajtek u kif jista’ jkun li l-baħar għandu żewġ ‘uċuħ’ u karattri tant differenti.

Page 2: FIX XITWA ĦDEJN IL BAĦAR Martina Pace M · VEDUTA GĦAL QALBI FIL-GŻEJJER MALTIN Marija Elena Borg Kull meta nżur il-gżira Għawdxija nagħmel mezz biex insib ħin u nagħti

2

IL-KOMPONIMENT ĠENERALI

VEDUTA GĦAL QALBI FIL-GŻEJJER MALTIN

Marija Elena Borg Kull meta nżur il-gżira Għawdxija nagħmel mezz biex insib ħin u nagħti titwila lejn l-aktar veduta li

jien ngħożż f'dawn il-gżejjer. Qiegħda nitkellem dwar ix-xena pittoreska tal-port tal-Imġarr u l-imkejjen tal-madwar. Din hi xena aċċessibbli minn fuq għolja viċin il-port, qalb il-ħdura u l-pajsaġġ naturali.

Hekk kif jibda jbexbex u x-xemx tintlemaħ fix-xefaq, donnha f'nofs il-Mediterran, din ix-xena tibda

tieħu l-ħajja. Fi ġranet xemxin u sajfin il-baħar tistħajlu żejt li kieku ma jkunx għal xi mewġ ikkawżat mid-dgħajjes iż-żgħar u mill-vapuri li jaqsmu l-fliegu Malti biex jieħdu n-nies minn gżira għall-oħra. Iż-żiffa ħelwa u kemxejn friska li tiġi minn fuq il-baħar, akkumpanjata okkażjonalment mal-ħoss

taċ-ċafċif tal-mewġ, iġegħluni nħoss sens ta' paċi u mistrieħ, sentimenti li llum kemxejn nesperjenzaw, kawża tal-ħajja mgħaġġla li qed ngħixu.

Malli n-nies tirfes l-art Għawdxija, naturalment, ssib ruħha ġewwa l-villaġġ pjuttost ċkejken tal-Imġarr. Għalkemm ċkejken, l-Imġarr għandu karattru partikolari, jew tal-anqas jagħti dehra ta' villaġġ

tradizzjonali, dehra li tidħol perfettament fil-kuntest ta' gżira li hi magħrufa għat-trankwillità li taf toffri.

Mad-dawra tar-raħal u l-port imbagħad, tispikka ġenna ta' pajsaġġ naturali. Siġar ta' kull xorta, ħaxix, ħamrija, għelieqi, ġebel u passaġġi lkoll huma elementi komuni f'din il-parti tal-art. Il-kuluri isfar u aħmar tal-fjuri fl-għelieqi jikkawżaw kuntrast tant partikolari mal-ħdura tal-madwar, li wassal biex

iġegħelni nirrealizza l-kobor tal-ħolqien u l-isbuħija immensa tan-natura. Ix-xena tal-bdiewa jaħdmu r-raba' tagħhom bl-użu ta' makkinarju sempliċi, aktar minn dak modern, għeni wkoll inkompli nagħraf it-tbatija fiżika u s-sagrifiċċji kollha li jirrikjedi xogħol bżonnjuż daqs dan.

Fuq naħa minnhom

tal-port Għawdxi wieħed kapaċi josserva fortifikazzjoni,

magħrufa bħala Fort Chambray. Minħabba li huwa forti enormi u

mibni fuq għolja, hu jaghti dehra ta' potenza

u grandjożità. Mibni originarjament biex joffri protezzjoni lill-poplu Għawdxi fi żmien l-Assedju l-Kbir, illum huwa

aktar simbolu storiku u monument arkitettoniku Għawdxi. Mil-lok ta' osservazzjoni tiegħi stajt ninnota li partijiet sostanzjali mill-forti kienu qed jiġu rrestawrati u rranġati. Immedjatament, imqar jekk għal mument ċkejken, ħassejtni kburija li pajjiżi kien qed jieħu inizzjattiva biex jikkonserva post

storiku bħal dan, għalkemm mhux daqstant popolari.

Veduti bħal dawn jafu iġegħluna nħossuna ħatja ta' kemm ikkontribwixxejna għall-progress u l-bini li ħonoq il-gżejjer tagħna. Sfortunatament, għall-magħmul mhemmx kunsill, però l-wirt naturali li fadal f'Malta u f'Għawdex ta' min wieħed ikompli jisħaq għall-ħarsien tiegħu, kemm għax jippovdi dehra

isbaħ lil pajjiżna, iżda wkoll għax isevi ta' lok għall-mistrieħ u s-serħan.

Page 3: FIX XITWA ĦDEJN IL BAĦAR Martina Pace M · VEDUTA GĦAL QALBI FIL-GŻEJJER MALTIN Marija Elena Borg Kull meta nżur il-gżira Għawdxija nagħmel mezz biex insib ħin u nagħti

IL-KOMPONIMENT ĠENERALI

3

Il-ĦSEJJES HUMA L-WENS TAL-ĦAJJA Luana farrugia

Il-ħoss tax-xita nieżla f’lejl tal-ksieħ ta’ Jannar. Il-għanja tal-għasafar f’ġurnata mill-isbaħ tar-rebbiegħa. It-tektik tas-skieken u l-frieket mal-platti ġo xi restorant, u l-għajjat u l-istorbju tat-tfal f’xi ġnien jew bandli. Dawn huma kollha ħsejjes li fil-ħajja tagħna neħduhom b’ovvju. X’kien jigri li kieku ħabta u sabta, nieqfu nisimgħu l-ħsejjes kollha li d-dinja għandha x’toffri? Inkampaw? Li bniedem kellu jsib ruħu f’kamra mudlama iżda mdawwar bi ħsejjes familjari li jisma’ ta’ kuljum għandu mnejn iħossu iktar komdu milli kieku kellu jisma’ ħsejjes strambi u ġodda għal widnejh. Is-sens tas-smigħ xi

kultant jigi assoċjat biss mal-mużika, kant u strumenti, iżda billi ngħidu hekk inkunu qegħdin nisottovalutaw din il-karatteristika hekk importanti fil-bniedem. Il-ħsejjes

huma mezz ta’ kif nistgħu nikkalmaw u nirrilassaw, u mhux biss bil-mużika. Biżżejjed tmur mawra sa fejn il-baħar fix-xitwa, ’il bogħod mill-ibliet u tisma’ l-mewg iħabbat, donnu fferoċjat, mal-blat biex tinduna kemm tista’ tirrilassa bil-ħsejjes biss. Il-ħajja llum donnha saret mgħaġġla wisq u bilkemm kapaċi nieqfu, nosservaw, u nisimgħu. Anki waqt konversazzjoni, xi drabi bilkemm inkunu qegħdin nagħtu verament kas ta’ x’inhi tgħid il-persuna l-oħra, għax ikollna moħħna x’imkien ieħor; fi x’ħin sar, x’irridu nagħmlu, xogħol li jrid jitlesta, u l-bqija. Id-dettalji żgħar mhux qed napprezzawhom biżżejjed, bħallikieku qed ngħixu ġo bozza għalina, u nisimgħu biss dak li jdoqq għal widnejna. Li kieku nieqfu ftit u nisimgħu kull dettal nindunaw kemm il-ħajja hi ħafna iktar minn dak li naħsbu aħna biss. Kull post joffri xita ta’ ħsejjes differenti, skont il-post x’ikun. Jekk immorru f’xi triq bieżla nistgħu nismigħu n-nies jitkellmu, il-magni u t-tpaqpiq tal-karozzi, xi bejjiegħ jipprova jiġbed ix-xerrejja, kif ukoll l-għasafar tal-bejt, it-tħaxwix tal-basktijiet tal-plastik, il-passi tan-nies mal-bankina u ħafna oħrajn. Mingħajr dawn il-ħsejjes, għalkemm għalina mhux daqstant importanti, ħajjitna ma tkunx l-istess. Is-sens tas-smigħ hu dak li jgħaqqadna mad-dinja, man-natura, u anki mal-ibliet u affarijiet moderni. Is-smigħ bħal qisu jservi ta’ pont bejnieta u bejn il-bqija tal-ambjent ta’ madwarna. Kieku kellna nitilfu dan is-smigħ kien iħossna mitlufa u solitarji, bla ma nkunu nistgħu nosservaw biżżejjed is-sabiħ ta’ madwarna. Għaldaqstant, il-ħsejjes iservu ta’ wens f’ħajjitna. Xhieda ta’ dan tista’ tkun persuna li marret tqatta’ żmien twil f’pajjiż ieħor. Apparti affarijiet bħall-ikel tipiku ta’ pajjiżha u l-kultura, hemm ukoll is-smigħ, bħal ngħidu aħna l-lingwa u l-ħsejjes fil-bliet li jistgħu jkunu bil-wisq aktar differenti minn ta’ pajjiżha. Għaldaqstant, meta din tisma’ ħsejjes familjari jista’ jkun li tħossha iktar komda u dawn jatgħuha wens. Apparti minn hekk, bosta xjenzati u tobba qed jużaw is-sens tas-smigħ bħala terapija għall-pazjenti. F’xi swali tal-isptarijiet u kmamar tal-apposta jindaqqew ħsejjes rilassanti kif ukoll mużika klassika biex iserrħu lill-pazjenti. Mhemmx għalfejn tkun marid jew pazjent ġo sptar biex tuża l-mużika bħala terapija. Bosta nies, kemm tfal, żgħażagħ u adulti, jirrikorru għall-mużika favorita tagħhom meta jkunu għaddejjin minn xi mumenti diffiċli. Hemm min jippreferi jmur waħdu fil-kampanja f’nofs in-natura u jisma’ biss il-ħsejjes li ħlejjaq naturali għandhom x’joffru. Il-ħajja bla ħsejjes tkun waħda vojta u mhux daqshekk interessanti. Bi ħsejjes diversi kapaċi niffurmaw u nesprimu s-sentimenti u l-emozzjonijiet kollha tagħna. Permezz tas-smigħ nistgħu nistabru f’mumenti xejn sbieħ. Anki f’waqtiet ta’ nostalgija, ħoss kapaċi jieħdok lura fiż-żmien, lura fil-passat għal post sabiħ li tkun ilek ma żżur. Forsi ċ-ċirkustanzi jinbidlu, iżda ċerti ħsejjes jibqgħu l-istess, u għalhekk jistgħu jkunu ta’ pont mhux biss bejnietna u bejn il-bqija, iżda bejnietna u bejn il-passat u dak kollu li ngħożżu f’qalbna. B’hekk nistgħu ngħidu li l-ħsejjes kollha kapaċi jolqtuna fil-fond, u nsibuhom anki ta’ wens għalina. Mhux aħna biss, iżda anki l-annimali bħall-klieb, li jirreaġixxu għal ċerti ħsejjes. Għalhekk hu importanti li napprezzaw sal-iċken ħoss u xi darba kultant, nieqfu, nagħalqu għajnejna, u nisimgħu s-sinfonija li toffri d-dinja tagħna.

Page 4: FIX XITWA ĦDEJN IL BAĦAR Martina Pace M · VEDUTA GĦAL QALBI FIL-GŻEJJER MALTIN Marija Elena Borg Kull meta nżur il-gżira Għawdxija nagħmel mezz biex insib ħin u nagħti

4

IL-KOMPONIMENT ĠENERALI

F’ĦANUT TAL-MERĊA

Isabelle Farrugia

Minn mindu kont żgħira ta’ spiss kont immur naqdi lil ommi fix-xiri tal-ikel. Kienet tibgħatni f’ħanut tal-

merċa li kien dejjem ikun iffullat bin-nies. Allokat f’nofs il-pjazza tal-Qrendi, il-ħanut tal-merċa huwa

aċċessibbli minn kulħadd u jattira ħafna klijenti għaliex joffri prodotti ta’ kwalità bi prezzijiet raġonevoli. Ma kontx naqdi biss lil ommi minn dan il-ħanut, iżda wkoll lil nannti u lil ziti. Illum il-ġurnata, kull darba li nidħol fil-ħanut tal-merċa, inħossni mort lura fi żmien tfuliti. F’sempliċi ħanut żgħir, nosservaw kwantità

kbira ta’ affarijiet li ħafna drabi naljenaw ruħna minnhom. Hekk kif tidħol f’ħanut tal-merċa, mingħajr ma

trid tħoss il-bidla tal-arja ta’ madwarek. Il-kesħa li jkun hemm tħossha tidħollok ġol-għadam speċjalment fiż-żminijiet tax-xitwa bħal Jannar u

Frar. Din it-temperatura żżomm il-prodotti kollha friski għal aktar tul ta’ żmien. Dan jattira

aktar nies u b’hekk l-ammont ta’ nies li jixtru mingħand tal-merċa jiżdied. Ħanut tal-merċa

jkun ikkulurit b’ilwien varji u dan iqanqal sens ta’ armonija f’dak illi jkun. Naturalment, dawn huma l-kuluri tal-ħxejjex u l-frott poġġuti

f’kannestri kbar li ssibhom hekk kif tidħol fil-ħanut. Ma ssibx biss ħaxix u frott għall-bejgħ

iżda kull tip ta’ ikel ieħor bħal ikel tal-bottijiet u affarijiet tal-użin bħall-perżut, ġobon, irkotta, żebbuġ u bosta oħrajn. Minkejja ċ-ċokon tiegħu, tista’ tgħid li minn ġo ħanut tal-merċa wieħed jinqeda minn kollox f’dak kollu li għandu x’jaqsam mat-tisjir.

Il-ħanut ikun mimli riħa ta’ ikel differenti iżda l-parti l-aktar favorita tiegħi hija r-rokna tal-ħobż. Ir-riħa tiftaħlek l-aptit speċjalment jekk il-ħobż ikun għadu frisk, miġjub mingħand tal-furnar. Il-bejjiegħ tal-ħanut

tal-merċa li kont nixtri mingħandu fi tfuliti huwa pjuttost avvanzat fl-età. Huwa bniedem b’personalità tal-ġenn għaliex dejjem tarah bid-daħka fuq fommu. Huwa bniedem ruxxan u kulħadd iħobb il-karattru ċajtier li għandu. Hu jipprova jaqdi lil ħaddieħor kemm jistà jkun possibbli u mhux l-ewwel darba li ssibu jagħti xi

prodotti mingħajr ħlas fi żminijiet ta’ festi bħall-Milied. Meta kont immur sabiex naqdi lil ommi, kien ta’ spiss jagħtini xi pakkett ħelu sabiex noqgħod nieklu jien u sejra lura d-dar.

Ħafna min-nies tar-raħal jużaw dan il-ħanut bħala post ta’ diskussjoni u sindikajr. Huwa post ideali ħafna għal kull min irid ikun jaf fuq ħaddiehor u fuq dak li jkun qed jiġri fir-raħal. Ma tkunx l-ewwel darba jekk

tinzerta xi ġlieda bejn xi żewġ anzjani. Darba minnhom, xi erbà snin ilu, waqt li kont qiegħda nħallas ix-xirja tiegħi, inqalgħet ġlieda bejn żewġ nisa li riedu l-uniku pakkett ħalib li kien għad fadal fuq l-ixkaffa. Ħadd minnhom ma ried iċedi u minħabba f’hekk, it-tnejn li huma baqgħu mingħajr pakkett tal-ħalib. Ta’

spiss tara vannijiet wara l-bieb tal-ħanut tal-merċa. Dawn iġibu prodotti friski bħal ngħidu aħna ħobż, ħalib,

ġobnijiet, fost oħrajn. F’naqra ta’ ħanut żgħir iseħħu affarijiet li biċċiet minnhom ma jintesew qatt. Waħda

mill-praspuri ta’ tfuliti, fil-fatt, seħħet f’ħanut tal-merċa. Ommi kienet qaltli biex nixtrilha tużżana bajd. Dakinhar, it-temp kien ikrah u s-sema kien mimli sħab iswed. L-art kienet imxarrba bix-xita u ridt toqgħod attent kif timxi għaliex stajt tiżloq faċilment. Jien u ħierġa mill-ħanut ix-xirja f’idi, nitgerfex f’saqajja,

niżloq u naqa’ mal-art b’sabta kbira. Tista’ timmaġina x’ħerba kont ħallejt warajja dakinhar! Tgħidx

x’għajta kont qlajt mingħand ommi.

Il-ħsejjes f’ħanut tal-merċa huma uniċi. It-tgedwid tan-nies, iċ-ċekċik tal-muniti u l-ħsejjes tal-magni tal-freezers joħolqu sens ta’ trankwillità, ’il bogħod mill-ġenn u l-ħajja mgħaġġla li ngħixu fiha llum il-ġurnata.

Minn żmien tfuliti, kienet il-hena tiegħi li mmur għand tal-ħanut tal-merċa għaliex inħossni aktar parti mill-komunità tar-raħal. Il-mod tradizzjonali tal-bejgħ fil-ħanut tal-merċa jġegħelni nħossni aktar Maltija

għax ħwienet bħal dawn diffiċli biex issibhom barra minn xtutna. B’hekk il-ħanut tal-merċa jerġa’ jġib lura

ż-żmien tal-imgħoddi fejn il-ħajja tal-Maltin kienet aktar trankwilla magħquda mal-familja.