Żieda qawwija fl-edukazzjoni sekondarja ogħla - futur fis-sod

8
Il-Ħamis, 14 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 Skola ġdida kull sena sal-2020 Investiment kontinwu fir-riżorsi umani u fit-tagħmir li bih jitwassal it-tagħlim Muscat qatta’ ħames snin iżomm l-istess policies tal-passat tal-MLP ii iii vi FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT MUSCAT JAGħżEL ħAżIN żieda qawwija fl-edukazzjoni sekondarja ogħla F’dan il-qasam illum jattendu aktar minn 2,000 student. Din iċ-ċifra ta’ studenti hi qabża kbira mill-1,700 student li kienu jattendu fl-2008; qabża ta’ 25%. Fl-iskola Sekondarja Ogħla tan-Naxxar matul din il-leġiżlatura sar investiment qawwi biex l-iskola tlaħħaq aktar man-numru dejjem jikber ta’ studenti. Din l-iskola qed toffri korsijiet u ċans ieħor lil studenti li jkunu sabu xi diffikultà fis-snin ta’ qabel. L-investiment kien jinkludi laboratorju ġdid għall-istudju tal-kimika: aċċess għall- internet f’kull blokk tal-iskola u żieda ta’ apparat xjentifiku f’kull laboratorju tax-xjenza. Kienu rrinnovati l-gym u l-faċilitajiet sportivi l-oħra tal-iskola. Kienu stallati wkoll 52 whiteboard interattiv u sar irrinnovar fil-blokok kollha. Investiment ieħor kien fis-servizz ġdid fil-librerija tal-iskola li permezz tiegħu ngħaqdu l-libreriji kollha tal- iskejjel tal-Gvern. Sar ukoll tisbiħ fl-iskola. Is-suċċess ta’ din l-Iskola Sekondarja Ogħla hu kalkulat ukoll mill-fatt li l-parti l-kbira tal-istudenti qed iħejju lilhom infushom għall-Matrikola. Tliet kwarti mill-istudenti kellhom il-kwalifiki meħtieġa biex jissoktaw bl-istudji tagħhom f’kulleġġ ieħor postsekondarju, bħall-Junior College, iżda għażlu li jibqgħu jistudjaw fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi għax huma konvinti mill-kwalità tal- edukazzjoni li toffri l-Iskola. Avvanzi kbar saru wkoll fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Refalo f’Għawdex. F’din l-istituzzjoni sar ħafna titjib fl-ambjent tal-iskola kif ukoll fir-riżorsi. Dan qed jgħin lill-istudenti Għawdxin biex jissoktaw bl-istudji tagħhom f’Għawdex stess. 2,300 student fil-Junior College Ġ.F. Abela Il-Kulleġġ Ġian Franġisk Abela fl-Imsida hu mimli biż-żgħażagħ dinamiċi u ħerqana biex jitgħallmu u jimxu ‘l quddiem fil-ħajja. Illum il-ġurnata hemm 2,300 student li qed jistudjaw fil- Junior College tal-Imsida. Fil-Kulleġġ Ġian Franġisk Abela l-istudenti jistgħu jistudjaw is-suġġetti kollha li jixtiequ. Mhux biss isibu ambjent mill-aqwa, iżda jsibu wkoll għalliema mħarrġa u ddedikati li jagħtuhom it-tagħlim kollu li għandhom bżonn. Tagħlim li jew iħejjihom biex ikomplu jistudjaw fl-Università ta’ F’dawn il-ħames snin kompla jikber b’mod konsistenti l-qasam tal-edukazzjoni sekondarja ogħla Malta jew inkella biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Matul dawn l-ħames snin li għaddew il-Gvern irnexxielu jagħmel għadd ta’ proġetti ta’ fejda fil- Junior College. Fost l-oħrajn tlesta proġett biex jiżdiedu l-faċilitajiet u l-klassijiet tal- istudenti. Il-proġett infirex fuq żewġ sulari - inbnew tmien swali tal-lezzjonijiet u għoxrin kamra iżgħar għat-tutorials. Il-kmamar kollha huma mgħammra b’apparat edukattiv tal-aqwa kwalità u tal-aħħar teknoloġija.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 26-Mar-2016

246 views

Category:

Documents


5 download

DESCRIPTION

Suppliment il-Ħamis 14 ta' Frar 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Żieda qawwija fl-edukazzjoni sekondarja ogħla - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 14 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

Skola ġdida kull sena sal-2020

Investiment kontinwu fir-riżorsi umani u fit-tagħmir li bih jitwassal it-tagħlim

Muscat qatta’ ħames snin iżomm l-istess policies tal-passat tal-MLPii iii viFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT MUScaT jagħżEL ħażIN

żieda qawwija fl-edukazzjoni sekondarja ogħla

F’dan il-qasam illum jattendu aktar minn 2,000 student. Din iċ-ċifra ta’ studenti hi qabża kbira mill-1,700 student li kienu jattendu fl-2008; qabża ta’ 25%.

Fl-iskola Sekondarja Ogħla tan-Naxxar matul din il-leġiżlatura sar investiment qawwi biex l-iskola tlaħħaq aktar man-numru dejjem jikber ta’ studenti.

Din l-iskola qed toffri korsijiet u ċans ieħor lil studenti li jkunu sabu xi diffikultà fis-snin ta’ qabel.

L-investiment kien jinkludi laboratorju ġdid għall-istudju tal-kimika: aċċess għall-

internet f’kull blokk tal-iskola u żieda ta’ apparat xjentifiku f’kull laboratorju tax-xjenza.

Kienu rrinnovati l-gym u l-faċilitajiet sportivi l-oħra tal-iskola. Kienu stallati wkoll 52 whiteboard interattiv u sar irrinnovar fil-blokok kollha.

Investiment ieħor kien fis-servizz ġdid fil-librerija tal-iskola li permezz tiegħu ngħaqdu l-libreriji kollha tal-iskejjel tal-Gvern. Sar ukoll tisbiħ fl-iskola.

Is-suċċess ta’ din l-Iskola Sekondarja Ogħla hu kalkulat ukoll mill-fatt li l-parti l-kbira tal-istudenti qed iħejju lilhom infushom għall-Matrikola.

Tliet kwarti mill-istudenti kellhom il-kwalifiki meħtieġa biex jissoktaw bl-istudji tagħhom f’kulleġġ ieħor postsekondarju, bħall-Junior College, iżda għażlu li jibqgħu jistudjaw fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi għax huma konvinti mill-kwalità tal-edukazzjoni li toffri l-Iskola.

Avvanzi kbar saru wkoll fl-Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Refalo f’Għawdex. F’din l-istituzzjoni sar ħafna titjib fl-ambjent tal-iskola kif ukoll fir-riżorsi. Dan qed jgħin lill-istudenti Għawdxin biex jissoktaw bl-istudji tagħhom f’Għawdex stess.

2,300 student fil-junior college Ġ.F. abelaIl-Kulleġġ Ġian Franġisk Abela fl-Imsida hu mimli biż-żgħażagħ dinamiċi u ħerqana biex jitgħallmu u jimxu ‘l quddiem fil-ħajja. Illum il-ġurnata hemm 2,300 student li qed jistudjaw fil-Junior College tal-Imsida.

Fil-Kulleġġ Ġian Franġisk Abela l-istudenti jistgħu jistudjaw is-suġġetti kollha li jixtiequ. Mhux biss isibu ambjent mill-aqwa, iżda jsibu wkoll għalliema mħarrġa u ddedikati li jagħtuhom it-tagħlim kollu li għandhom bżonn. Tagħlim li jew iħejjihom biex ikomplu jistudjaw fl-Università ta’

F’dawn il-ħames snin kompla jikber b’mod konsistenti l-qasam tal-edukazzjoni sekondarja ogħla

Malta jew inkella biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Matul dawn l-ħames snin li għaddew il-Gvern irnexxielu jagħmel għadd ta’ proġetti ta’ fejda fil-Junior College.

Fost l-oħrajn tlesta proġett biex jiżdiedu l-faċilitajiet u l-klassijiet tal-istudenti. Il-proġett infirex fuq żewġ sulari - inbnew tmien swali tal-lezzjonijiet u għoxrin kamra iżgħar għat-tutorials.

Il-kmamar kollha huma mgħammra b’apparat edukattiv tal-aqwa kwalità u tal-aħħar teknoloġija.

Page 2: Żieda qawwija fl-edukazzjoni sekondarja ogħla - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 14 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalità

2,300student u studenta jattendu

fil-junior college wara li temmew b’suċċess l-istudji

tagħhom fis-sekondarja

2,000 student u studenta kienu megħjuna biex jissoktaw

jistudjaw ma’ universitajiet barra minn Malta permezz

ta’ scholarships

Fatti u Ċifri

550student għawdxi qed

ikomplu bl-istudji tagħhom billi jattendu s-Sixth Form

ta’ għawdex

45 proġett tá’ riċerka koordinat

mill-kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija fl-oqsma tal-enerġija, tas-saħħa u tal-bijoteknoloġija

Il-gvern se jissokta b’aktar

investiment fil-junior college

wara li f’din il-leġiżlatura, fost

l-oħrajn, saru investimenti

fil-laboratorji, fil-librerija u

f’faċilitajiet oħra

15,000student ingħataw culture

card bi €15 fiha biex jattendu attivitajiet

kulturali

Skola ġdida kull sena sal-2020Sadattant se jitkompla programm sħiħ ta’ tisbiħ u mmodernizzar f’aktar skejjel

MILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

46. għall-istudenti tal-lum u ta’ għada

Għall-istudenti ta’ għada nkabbru l-campus tal-Università, jitlestew il-campus il-ġdid tal-MCAST u l-bini l-ġdid tal-ITS.

Sal-2020  Gvern Nazzjonalista jkun wettaq il-programm kollu ta’ bini tal-Iskejjel ta’ Għada bi skola ġdida kull sena sal-2020 hekk kif ġej:  i. 2013: Skola Sekondarja tal-Bniet Tal-

Ħandaq – Kulleġġ San Injazju;

ii. 2014: Skola Sekondarja tal-Bniet Ħal Kirkop – Kulleġġ San Benedittu;

iii. 2015: Skola Sekondarja tas-Subien Raħal Ġdid – Kulleġġ San Tumas Moore;

iv. 2016: Skola Sekondarja tal-Bniet il-Ħamrun – Kulleġġ San Nikola;

v. 2017: Skola Sekondarja tas-Subien il-Ħamrun – Kulleġġ Santa Tereża;

vi. 2018: Skola Sekondarja tas-Subien Pembroke – Kulleġġ Santa Klara;

vii. 2019: Skola Primarja f’Marsaskala – Kulleġġ San Tumas Moore;

viii. 2020: Skola Sekondarja tas-Subien il-Ħamrun – Kulleġġ San Nikola.

ix. Meta se jinbnew l-iskejjel sekondarji l-ġodda ta’ Raħal Ġdid u tal-Ħamrun se jinbena wkoll Ċentru tar-Riżorsi Ġdid għall-istudenti b’diżabbiltà sabiex ikollhom l-aqwa riżorsi bi programm sħiħ ta’ inklużjoni.

x. Matul dawn is-snin se jitkompla jitwettaq il-programm ta’ tisbiħ tal-iskejjel sekondarji tal-bniet li hemm l-Imrieħel, Għawdex, iż-Żejtun, il-Mosta u Blata l-Bajda kif ukoll l-iskejjel tas-subien fil-Ħamrun.

Page 3: Żieda qawwija fl-edukazzjoni sekondarja ogħla - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 14 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemMatul din il-leġiżlatura, il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista investa bis-sħiħ fir-riżorsi umani bl-iskop li l-istudenti jsibu għalliema mħarrġin u ppreparati tajjeb. Imma mhux biss, il-Gvern investa wkoll fir-riżorsi li jintużaw kuljum mill-istess għalliema biex iwasslu t-tagħlim lit-tfal u liż-żgħażagħ tagħna

Avvanz fit-tagħmir u fl-apparat teknoloġiku fl-iskejjelIllum il-ġurnata saru avvanzi kbar fit-teknoloġija, tant li din saret ħaġa waħda mal-edukazzjoni. Matul din il-leġiżlatura, mhux biss żdiedu l-kompjuters fl-iskejjel tal-Gvern kollha, imxerrdin ma’ Malta u Għawdex, iżda nbidlu l-computer screens u saru TFTs biex jiggarantixxu l-aħjar kwalità għal saħħet uliedna.

Permezz tat-teknoloġija, uliedna żgur se jieħdu tagħlim tal-ogħla kwalità filwaqt li żgur se jieħdu gost jitgħallmu.

Il-Gvern investa bis-sħiħ f’dan il-qasam biex tejjeb l-għodda li jużaw l-għalliema biex iwasslu t-tagħlim lill-istudenti.

Teknoloġija li tgħin fl-attenzjoni tal-istudentIt-tagħlim tradizzjonali, dak li wieħed jikteb fuq il-blackboard u l-whiteboard, spiċċa kważi darba għal dejjem. L-għalliema u l-istudenti daħlu f’dinja kompletament differenti, dik virtwali u vivaċi.

Illum it-tagħlim bl-interactive whiteboard, li jgħin lill-istudenti jifhmu u jaraw aħjar, jgħinhom jibqgħu jiftakru iżda fl-istess ħin, dak li l-għalliema jiktbu dak il-ħin m’hemmx għalfejn jiġi kkupjat mill-istudenti iżda jista’ jintbagħat permezz ta’ email.

B’dan it-tip ta’ teknoloġija, l-istudent ikun ferm aktar attent għax ir-riżorsi li l-għalliema jistgħu jużaw huma infiniti u b’hekk l-attenzjoni tal-istudent tiżdied.

Tagħlim aħjar permezz ta’ riżorsi aħjarMhux kull tifel u tifla jitgħallmu bl-istess mod u mhux kulħadd għandu l-istess abbiltajiet li jitgħallem. Hemm min jitgħallem u jifhem mill-ewwel, hemm min trid tirrepetilu darba, darbtejn, u hemm min idum ferm iktar biex jitgħallem.

It-teknoloġija moderna li daħlet fl-iskejjel tgħin lill-għalliema biex filwaqt li jispjegaw l-affarijiet bil-fomm, jintużaw diversi riżorsi oħra u dawn jistimulaw it-tagħlim permezz ta’ sensi differenti fosthom il-ħars u s-smigħ.

Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem investa fl-edukazzjoni ta’ wliedna u assigura li dawn jingħataw l-aħjar tagħlim bl-aqwa għodda possibbli.

Kull investiment possibbli favur uliednaL-avvanzi fil-qasam edukattiv huma kbar u inkoraġġanti ħafna tant li bejn kif konna nitgħallmu qabel u l-mod kif qed jitgħallmu l-istudenti ta’ issa hemm differenza kbira. Dan kien possibbli permezz tar-riċerka kbira li qed issir lokalment u internazzjonalment permezz tal-Università lokali u universitajiet barranin.

Fl-opinjoni tiegħi, il-Gvern għamel dak kollu possibbli biex uliedna u dawk li ġejjin warajhom isibu skejjel mgħammrin b’kull teknoloġija possibbli favur l-istudent, ibda minn interactive whiteboards sa kompjuters u affarijiet oħra relatati mal-media li jgħinu lit-tfal jifhmu aħjar.

L-istudenti Maltin jingħataw l-aqwa edukazzjoni f’kull livellL-akbar monument favur l-edukazzjoni sar u għadu jkompli jsir, u dan kien possibbli bis-saħħa tal-ħidma dejjem f’waqtha tal-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista li għaraf l-importanza li aktar tfal imħarrġin ifissru aktar investiment.

Il-proposta tat-tablets hi l-istess bħal dik tal-istipendju, li fihom il-Gvern qiegħed ikompli jinvesti favur it-tagħlim tat-tfal mingħajr ebda preġudizzji, bl-aħjar mod possibbli u bl-aktar riżorsi avvanzati li jintużaw ta’ kuljum.

Kull ġenitur għandu rasu mistrieħa li f’Malta qiegħed jingħata l-aqwa taħriġ u taħriġ ta’ kwalità biex kull tifel u tifla javvanzaw u la jikbru jsibu x-xogħol li dejjem ħolmu li jagħmlu.

MIchAEL SPITERIĦAż-żAbbAR

JOhN MIFSUDSANTA VENERA

MANUEL AbELAbIRKIRKARAJOSEPh

bRIFFAMARSAXLOKK

DOREEN bRIFFAMARSAXLOKK

Page 4: Żieda qawwija fl-edukazzjoni sekondarja ogħla - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 14 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Iż-żgħażagħ qed jaħtfu l-opportunitajiet ta’ studju offruti lilhom mill-gvern biex igawdu impjiegi tajbin fil-futur

Matul din il-leġiżlatura l-Gvern kompla jinvesti fil-Kulleġġ Ġian Franġisk Abela fl-Imsida li hu istituzzjoni edukattiva ħajja mimlija biż-żgħażagħ dinamiċi u ħerqana biex jitgħallmu u jimxu ‘l quddiem fil-ħajja. Illum il-ġurnata hemm madwar 2,300 student li qed jistudjaw fil-Junior College tal-Imsida - żgħażagħ li qed jaħtfu l-opportunitajiet biex jimxu ‘l quddiem u jagħmlu karriera ta’ suċċess

Illum bi tmexxija ta’ Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista l-istudenti jafu tajjeb li kemm il-darba jistudjaw jistgħu jimxu ‘l quddiem fil-ħajja u

jsibu opportunitajiet mill-aqwa fid-dinja tax-xogħol. Bosta minnhom mhux biss jidħlu fi swieq tax-xogħol li jirrendulhom dħul tajjeb f’Malta stess, iżda

saħansitra jmorru jkomplu jistudjaw jew ifittxu jaħdmu lil hinn minn xtutna

Matul dawn il-ħames snin li għaddew il-Gvern irnexxielu jagħmel għadd ta’ proġetti ta’ fejda fil-Junior College. Fost l-oħrajn tlesta proġett biex jiżdiedu l-faċilitajiet u l-klassijiet tal-istudenti. Il-proġett infirex fuq żewġ sulari - inbnew tmien swali tal-lezzjonijiet u għoxrin kamra iżgħar għat-tutorials. Saru wkoll proġetti importanti ta’ titjib fil-laboratorji u fil-librerija tal-Kulleġġ

Page 5: Żieda qawwija fl-edukazzjoni sekondarja ogħla - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 14 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Illum bi tmexxija ta’ Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista l-istudenti jafu tajjeb li kemm il-darba jistudjaw jistgħu jimxu ‘l quddiem fil-ħajja u

jsibu opportunitajiet mill-aqwa fid-dinja tax-xogħol. Bosta minnhom mhux biss jidħlu fi swieq tax-xogħol li jirrendulhom dħul tajjeb f’Malta stess, iżda

saħansitra jmorru jkomplu jistudjaw jew ifittxu jaħdmu lil hinn minn xtutna

Illum il-ġurnata tiltaqa’ ma’ ħafna żgħażagħ li jirrakkontaw b’ħerqa u entużjażmu fatti li grazzi għas-sistema edukattiva li sabu, komplew jimmotivaw lilhom infushom u jimxu ‘l quddiem fil-ħajja. Iż-żgħażagħ illum għandhom ħemel ta’ opportunitajiet ta’ tagħlim u taħriġ u jafu li biex javvanzaw m’għandhomx bżonn ta’ parrini

Fil-Kulleġġ Ġian Franġisk Abela l-istudenti jistgħu jistudjaw is-suġġetti kollha li jixtiequ. Mhux biss isibu ambjent mill-aqwa, iżda jsibu

wkoll għalliema mħarrġa u ddedikati li jagħtuhom it-tagħlim kollu li għandhom bżonn. Tagħlim li jew iħejjihom biex ikomplu jistudjaw

fl-Università ta’ Malta jew inkella biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol

Page 6: Żieda qawwija fl-edukazzjoni sekondarja ogħla - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 14 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Muscat qatta’ ħames snin iżomm l-istess policies tal-passat tal-Labour Party, ma biddel xejn minnhom, u qagħad jirrepeti li ma jridx isemmi proposti għax inkella jagħmluhomlu trietaq... l-unika bidla li għamel kienet fl-ingravajjet

Mill-bidu tal-kampanja elettorali, beda jitkellem dwar il-’proposti’ tiegħu bla ma huma approvati mill-partit u bla ma huma ppubblikati fid-dettall

Il-proposta l-kbira ta’ Muscat ta’ power station bla bżonn għal 600 miljun ewro saret trietaq mill-esperti, inkluż mill-konsulenti tal-Labour Party stess... u Muscat issa qed jaħbi lil Konrad Mizzi

...u tbati int

Muscat jagħżel ħażin...

DEbONO GREch IKAżbAR L-INDIPENDENZA: MUScAT IFAĦĦARhA... LIL MIN NEMMNU? (dehret għall-ewwel darba: il-mument 16.09.12)

Fejn hu issa

Konrad Mizzi?

Page 7: Żieda qawwija fl-edukazzjoni sekondarja ogħla - Futur fis-Sod

Il-Ħamis, 14 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUQ...

Il-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista li kien approvat mill-Kumitat Eżekuttiv u mill-Kunsill Ġenerali tal-PN hu kuntrast qawwi ma’ dak tal-Labour Party li kien imħabbar ferm qabel ġie approvat mill-korpi li suppost kellhom japprovawh fil-Partit Laburista. Il-Programm Elettorali tal-PN jindirizza l-oqsma ewlenin li fuqhom jiddependi l-għajxien tal-familji Maltin: ix-xogħol, is-saħħa u l-edukazzjoni.

Għajnuna lil min jieħu inizjattiva u jiftaħ negozju ġdidIl-Partit Nazzjonalista għandu rekord ta’ xogħol u l-inċentivi li ħolqu 20,000 impjieg ġdid fl-aħħar ħames snin se jkomplu. Ma’ dawn, se tidħol inizjattiva ġdida li żgħażagħ u ħaddiema ta’ ċerta età li jkunu jridu jiftħu negozju ġdid ikunu megħjunin mill-Gvern, ma jħallsux taxxa u l-Gvern iħallsilhom il-bolla għal sentejn u, fil-każ tan-nisa u l-Għawdxin, dan isir għal tliet snin.

Il-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista hu l-qabża ta’ kwalità li tixraq lill-pajjiż

Aktar tnaqqis ta’ taxxiWaqt li t-tnaqqis tat-taxxa jkompli kif sar f’dawn l-aħħar ħames snin u anke fil-budget li għadda, proposta ġdida hi li min qiegħed fuq il-paga minima ma jħallasx taxxa jekk jagħmel kors ta’ taħriġ. Għax it-taħriġ u l-ħiliet ġodda huma ċ-ċavetta għal impjiegi tajbin. Se tispiċċa wkoll it-taxxa tal-boll fuq wirt ta’ propjetà mill-ġenituri. Dan ikompli mat-tneħħija tat-taxxa tas-suċċessjoni li hi waħda mit-taxxi ewlenin li neħħa Gvern Nazzjonalista.

Vouchers għal Child Care Centre tal-għażla tiegħek... u sick leave għat-tfalBiex aktar ommijiet ikunu jistgħu jaħdmu, il-proposta tal-Partit Nazzjonalista hi li ommijiet - full-time u part-time, u anke missirijiet waħedhom - igawdu vouchers li jsarrfu f’child care centre tal-għażla tagħhom biex jieħdu dan is-servizz fejn iridu. Dan jagħti spinta lil din l-industrija ġdida. U l-ġenituri jkunu jistgħu jieħdu s-sick leave anke jekk it-tfal ikunu morda.

Ġlieda kontra d-dijabete u titjib fis-sistema tal-mediċini b’xejnFis-saħħa, il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel diversi proposti ġodda. Waqt li titqawwa l-ġlieda kontra l-kanċer, titqawwa dik ukoll kontra d-dijabete - kundizzjoni komuni wisq f’Malta u li tista’ tgħid tmiss lil kull familja.

Jekk ma ssibx il-mediċina li tieħu b’xejn, u tixtriha, il-Partit Nazzjonalista qed jipproponi li f’każ urġenti l-Gvern jagħtik lura l-flus li tkun infaqt. U f’każ ta’ mard gravi, iħallas għall-mediċini l-Gvern anke jekk dawn il-mediċini jkunu għadhom ma daħlux fil-lista tal-mediċini b’xejn.

Qabża ta’ kwalità fl-edukazzjoni b’sistema moderna ta’ tagħlimFl-edukazzjoni, il-Partit Nazzjonalista qed ifassal qabża ta’ kwalità bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda. Wara l-whiteboards fl-iskejjel u l-laptops li ta lit-teachers,

issa l-Partit Nazzjonalista qed jipproponi l-mixja tal-istudenti kollha tal-iskejjel u t-teachers għal tagħlim b’mod elettroniku anke b’inċentivi lill-pubblikaturi; metodu għalkollox ġdid li jqarreb lil kulħadd – studenti, teachers, ġenituri – lejn it-teknoloġija li fuqha llum huma bbażati l-impjiegi kollha.

Proposta oħra tal-Partit Nazzjonalista hi li l-istipendji jiżdiedu awtomatikament - u l-istudenti fl-edukazzjoni ogħla jkunu qishom ħallsu l-bolla ħalli dan il-kreditu jsibuh ‘il quddiem.

Kontijiet orħos billejl bis-saħħa tal-investiment li diġà sar mill-Gvern NazzjonalistaFl-enerġija, il-Partit Nazzjonalista jrid iwassal biex naqtgħu l-frott tal-investiment għaqli li diġà għamel il-Gvern Nazzjonalista. Bl-interconnector cable, mis-sena d-dieħla, Malta tkun tista’ tixtri elettriku

bi rħis minn Sqallija billejl. B’hekk, bl-ismart meter li se jkun daħal fid-djar kollha, l-elettriku li nużaw billejl jorħos b’tariffi apposta għal billejl għax l-ismart meter ikejjel mhux biss x’użajt minn ġurnata sa ġurnata imma wkoll minn ħin sa ħin.

U bl-ismart meter, mhux se jkun hemm aktar kontijet bi stima imma jkunu kontijiet reali fuq dak li tkun użajt binhar u billejl.

Programm pubblikat, approvat u kalkolatIl-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista kien ippubblikat sħiħ wara li kien approvat sħiħ fl-istrutturi tal-partit. Hekk jixraqlu u nistennew minn partit serju.

U din hi l-ewwel darba li partit f’Malta għamel kalkolu li ġie pubblikat ta’ kemm jiswew il-proposti u minn fejn se jkunu finanzjati. Dan ukoll hu sinjal ieħor li l-Programm Elettorali tal-Partit Nazzjonalista hu l-qabża ta’ kwalità li tixraq lil pajjiżna.

Page 8: Żieda qawwija fl-edukazzjoni sekondarja ogħla - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni Il-Ħamis, 14 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem investa fl-istudenti u wessa’ l-opportunitajiet tagħhom u se jkompli jagħmel dan fil-ħames snin li ġejjin. L-edukazzjoni hi wieħed mill-pilastri ewlenin fil-ħidma li jwettaq il-Gvern u r-riżultati miksubin mill-istudenti jixhdu l-impenn biex pajjiżna jissokta jimxi ‘l quddiem fit-tagħlim u fit-taħriġ li jwasslu biex l-istess żgħażagħ jidħlu f’impjiegi tajbin u hekk ikunu qed itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi