l-arcisqof pawlu cremona
DESCRIPTION
TRANSCRIPT
L-Arċisqof
X’inhu Arċisqof?
L-Arċisqof huwa is-suċċessur ta’
l-Appostli. L-Arċisqof jieħu ħsieb id-djoċesi
- il-kapillani, is-saċerdoti, in-nies ji[ifieri lilna lkoll.
Hemm xi sagramenti bħal per eżempju l-Griżma ta’ l-Isqof u l-Ordni Sagri li l-Isqof biss jista’ jamministra. Hekk hemm bżonn jista’ jiddelega li xi ħadd biex jieħu postu.
Iċ-Ċeremonja tat-Tberik taż-Żjut f'Ħamis ix-Xirka issir mhux biss f'Malta u Għawdex, iżda
wkoll f'kull Katidral tal-Knisja Kattolika madwar id-dinja. Iż-żjut jistgħu jitbierku biss
mill-Isqof
Il-Mitra tirrappreżenta l-
qdusija li biha għandu jkun
imżejjen l-Isqof biex jkun jista’
jqaddes il-Poplu ta’ Alla afdat
f’idejh
Il-Baklu jirrapreżenta l-uffiċċju tar-ragħaj li għandu l-Isqof bħala mexxej ta’ l-insara
fid-djoċesi.
Iċ-ċurkett li jilbes f’idejh l-Arcisqof
jirrapreżenta s-siġill tal-fidi u l-għaqda ta’ mħabba ta’ l-Isqof mal-Knisja
tiegħu, imxebbħa ma’ għarusa
Is-Salib huwa sinjal ta’ devozzjoni u il-qofol tat-twemmin tagħna bħala
nsara.
L-Arċisqof ta’ Malta
E. T. Mons Pawlu Cremona
Twieled il-Belt Valletta nhar il-25 ta’ Jannar 1946.
Ħa l-Edukazzjoni Primarja tiegħu fl-
iskola tal-Montessori fil-belt Valletta,
imbagħad l-Edukazzjoni Sekondarja fil-Liceo, il-
Hamrun.
Ta’ tifel kien iħobb jaqra ħafna imma il-komiks kienu il-favoriti tiegħu.
Il-ġenituri tiegħu huma Joseph u Josephine neé Cauchi
Hu għandu żewġ ħutu oħrajn: ħuh ikbar minnu, u oħtu iżgħar.
Kif għalaq is-16-il sena, ħass il-vokazzjoni saċerdotali u meta għarraf lill-ġenituri
tiegħu, dawn ħaduha ftit b’sorpriża, għax qatt ma kien tarrfilhom xejn.
F’Settembru 1962 daħal fl-ordni Dumnikan fejn ipprofessa nhar id-29 ta’
Settembru 1963
Kellu diversi karigi: Pirjol fir-Rabat, Provinċjal tad-Dumnikani għal żewġ perjodi ta’ erba’ snin, Kappillan ta’ G’Mangia u tas-Sliema u
responsabbli kemm-il darba mill-formazzjoni tan-novizzi u studenti Dumnikani.
Patri Pawl Cremona kien predikatur,
konfessur u direttur spiritwali mfittex
minn diversi parroċċi, reliġjużi u
lajċi.
Hu awtur ta’ diversi kotba
ta’ natura teoloġika u spiritwali
Għandu għal qalbu ħafna il-Papa Gwanni
XXIII u l-kitbiet tiegħu
Iħobb isegwi il-futball u jżomm mal-Belt kif ukoll mal-Juventus
U x’inhu l-ikel preferut?
Jiekol kollox imma it-timpana l-aktar li tinżillu għasel. Jiddejjaq biss meta fil-platt isib ħaxix nej.
Ġie ikkonsagrat Arċisqof nhar il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar 2007
mill-E.T. Monsinjur Ġużeppi Mercieca
“Jalla l-Gżejjer Maltin li laqgħu lil Pawlu bi ħġarhom u ħaddnu l-Isem ta' Ġesù, illum jerġgħu jagħtu widen lil
dan l-Appostlu, u jħallu l-qawwa tal-Kelma li hu xandrilhom tidħol fil-qlub ta' ħafna."
L-Arċisqof Pawlu Cremona OP Ittra Pastorali, 29 ta' Ġunju 2008
Nitolbu flimkien
Oh, għażiż Appostlu Pawlu, grazzi talli qed tagħtina Pawlu ieħor biex iħarsilna l-fidi.Kompli bierku u bierek miegħu lill-Malta
tagħna. Ammen
Ad Multos Annos(Espressjoni bil-Latin li tfisser
Nawgurawlek ħafna snin ta’ ħajja u ta’ ħidma)
TMIEM