il-karta tal-istudent/a l-isem u l-kunjom: il-klassi: il-marka · il-malti – il-fehim mis-smigħ...
TRANSCRIPT
Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Istudenti – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015 Paġna 1 minn 2
ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2015
L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN: 15-il minuta
IL-KARTA TAL-ISTUDENT/A
L-isem u l-kunjom: ______________________________
Il-klassi: ______________________________
IL-LIVELLI
7 – 8
IL-MARKA
10
Paġna 2 minn 2 Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Istudenti – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015
L-Ewwel Silta: It-Tewmin
Taħriġ A. Imla l-vojt skont dak li smajt fis-silta. (5 marki)
1. It-tewmin jitgħallmu ______________________________ sa minn qabel jitwieldu.
2. Tewmin li ma għexux flimkien, xorta jkollhom_______________________________________.
3. F’tewmin li huma mera ta’ xulxin, wieħed ikun ________________________ u l-ieħor xellugi.
4. Xi tewmin jiżviluppaw _________________________ li jifhmuha huma biss.
5. Minn xiex jintgħarfu t-tewmin?
_____________________________________________________________________________.
It-Tieni Silta: Jonathan
Taħriġ B. Wieġeb skont dak li smajt fis-silta. (5 marki)
1. Jonathan kien dejjem jiġri għax dejjem ___________________________.
2. Qala’ żewġ arloġġi mingħand ommu u mingħand ___________________________.
3. Jonathan kien dejjem jgħid, li jekk tqatta’ ħajtek tiġri ___________________________mingħajr
ma tkun għext.
4. L-arloġġ użah dakinhar li kellu __________________________________________________.
5. Wasal tard għax kien nesa________________________________________________________.
Tmiem il-karta
Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015 Paġna 1 minn 3
ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2015
L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN: 15-il minuta
Il-Karta tal-Għalliema
Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami tal-Fehim mis-Smigħ
1. L-għalliema tal-Malti li se jmexxu l-eżami tas-smigħ isellmu lill-istudenti u wara li
jitqassmu l-karti tal-eżami tas-smigħ jgħidulhom: “Bonġu. Nitlobkom biex tiktbu isimkom,
kunjomkom u l-klassi fil-post ipprovdut fil-karta ta’ quddiemkom.”
2. Meta l-għalliema jaraw li l-istudenti lestew, jgħidulhom: “Issa se naqralkom l-ewwel silta.
Nitlobkom toqogħdu attenti għall-qari. Ma tistgħux tiktbu jew taħdmu l-eżerċizzji waqt li nkun
qed naqralkom is-silta”
3. L-għalliema jaqraw l-ewwel silta kollha b’ritmu meqjus u meta jispiċċaw mill-qari jgħidu
lill-istudenti: “Issa se naqralkom l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji li tridu taħdmu fuq is-silta li
għadkom kemm smajtu. Tistgħu taħdmuhom waqt li qed naqra. Infakkarkom li s-silta ser terġa’
tinqralkom darb’oħra”
4. L-għalliema jaqraw l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji kollha kif hemm fil-karta. Wara dan il-qari
l-istudenti jingħataw ftit ħin biex jaħdmu qabel ma jibda t-tieni qari tal-ewwel silta. Wara jgħidu
lill-istudenti: “Issa se naqralkom għat-tieni u l-aħħar darba s-silta flimkien mal-istruzzjonijiet u
l-eżerċizzji. Tistgħu tkomplu taħdmu waqt dan il-qari”
5. Kif l-għalliema jtemmu t-tieni qari jagħtu ftit ħin biex l-istudenti jkomplu jaħdmu l-karta. Wara
jgħidu lill-istudenti: “Issa se naqralkom it-tieni silta. Nitlobkom toqogħdu attenti għall-qari. Ma
tistgħux tiktbu jew taħdmu l-eżerċizzji waqt li nkun qed naqralkom is-silta”
6. L-għalliema jaqraw it-tieni silta kollha b’ritmu meqjus u meta jispiċċaw mill-qari jgħidu
lill-istudenti: “Issa se naqralkom l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji li tridu taħdmu fuq is-silta li
għadkom kemm smajtu. Tistgħu taħdmuhom waqt li qed naqra. Infakkarkom li s-silta ser terġa’
tinqralkom darb’oħra”
7. L-għalliema jaqraw l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji kollha kif hemm fil-karta. Wara dan il-qari
l-istudenti jingħataw ftit ħin biex jaħdmu qabel ma jibda t-tieni qari tas-silta.
8. L-għalliema jgħidu lill-istudenti: “Issa se naqralkom għat-tieni u l-aħħar darba s-silta flimkien
mal-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji. Tistgħu tkomplu taħdmu waqt dan il-qari”
9. Hekk kif tgħaddi kwarta mill-bidu tal-eżami, l-għalliema jgħidu lill-istudenti: “Il-ħin tal-eżami għadda.
Jekk jogħġobkom ieqfu mill-kitba u se niġbor il-karti. Grazzi”
10. L-għalliema inkarigati jaraw li l-karti kollha tal-eżami tas-smigħ jinġabru u l-istudenti jistgħu jkomplu bl-
eżami tal-qari u l-kitba.
IL-LIVELLI
7 – 8
Paġna 2 minn 3 Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015
Il-Qari tal-Ewwel Silta: It-Tewmin
Hemm żewġ tipi ta’ tewmin, dawk identiċi u dawk fraterni. It-tewmin identiċi jkunu jixxiebhu
f’ħafna aspetti u xi drabi jkun diffiċli li tagħrafhom.
It-tewmin ikunu jafu jilagħbu flimkien sa minn qabel jitwieldu. B’hekk wara t-twelid huwa
importanti li t-tewmin jitħallew qrib xulxin. Madankollu, insibu rakkonti fejn tewmin li nfirdu wara
li twieldu u li għexu fi djar jew f’pajjiżi differenti, meta kibru skoprew li kellhom l-istess gosti u
drawwiet.
25% tat-tewmin huma rifless ta’ xulxin, mhux biss għax jikbru jħarsu lejn xulxin. Xi drabi nsibu li
wieħed ikun xellugi u l-ieħor lemini.
Peress li mit-twelid it-tewmin iqattgħu tista’ tgħid il-ħin kollu flimkien, numru kbir ta’ ġenituri
jilmentaw għax it-tewmin tagħhom jiżviluppaw lingwa li jifhmuha huma biss u jdumu ma jħossu
l-ħtieġa li jużaw il-lingwa li jifhimha kulħadd.
Jekk trid tagħraf tewmi minn ieħor, ħares lejn il-marki tas-swaba’ għax dawn huma uniċi għal kull
persuna. B’hekk, minkejja x-xebh, il-marki tas-swaba’ tat-tewmin ivarjaw.
Taħriġ A. Imla l-vojt skont dak li smajt fis-silta. (5 marki)
1. It-tewmin jitgħallmu ______________________________ sa minn qabel jitwieldu.
2. Tewmin li ma għexux flimkien, xorta jkollhom_______________________________________.
3. F’tewmin li huma mera ta’ xulxin, wieħed ikun ________________________ u l-ieħor xellugi.
4. Xi tewmin jiżviluppaw _________________________ li jifhmuha huma biss.
5. Minn xiex jintgħarfu t-tewmin?
_____________________________________________________________________________.
Il-Qari tat-Tieni Silta: Jonathan
Darba waħda Jonathan ħareġ mid-dar bil-ġiri, bħas-soltu, għax dejjem tard. U għalxejn xtratlu
arloġġ ommu u qala’ ieħor mingħand in-nanna għal għeluq sninu, għax xejn ma nbidel. Jonathan
kien rasu iebsa u fil-fehma tiegħu, dak li jgħidlu moħħu kien jisboq kull idea li seta’ joħroġ biha
ħaddieħor.
L-arloġġi ma jiflaħhomx u din li kulħadd iffissat bil-ħin ma kienx jista’ għaliha. Wara kollox din
l-għaġla kollha x’inhi? Jekk tqatta’ ħajtek tiġri minn ħaġa għall-oħra, tmut bla ma tkun intbaħt li
għext. Din kienet waħda mill-filosofiji għorrief li kien joħroġ bihom Jonathan, meta jwiddbu
missieru jew is-surmast.
Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ – Il-Karta tal-Għalliema – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015 Paġna 3 minn 3
Wasal jum l-eżami tal-futbol li tant kien ilu jistenna, biex forsi jintgħażel mill-klabb. Għal dakinhar
ħejja l-arloġġ u kkordah biex idoqq siegħa qabel ukoll, li ma jmurx jaljena rasu. Qagħad fuq
l-arloġġ sabiħ li tatu n-nanna. Wasal fil-ħin, anzi kwarta qabel. Imma kulħadd kien ħiereġ.
“Lesti,” qallu Robert, “mela ma ġejtx?” Is-Sibt kienet daret is-siegħa u Jonathan nesa jdawwar
l-arloġġ!
Taħriġ B. Wieġeb skont dak li smajt fis-silta. (5 marki)
1. Jonathan kien dejjem jiġri għax dejjem ___________________________.
2. Qala’ żewġ arloġġi mingħand ommu u mingħand ___________________________.
3. Jonathan kien dejjem jgħid, li jekk tqatta’ ħajtek tiġri ___________________________mingħajr
ma tkun għext.
4. L-arloġġ użah dakinhar li kellu __________________________________________________.
5. Wasal tard għax kien nesa________________________________________________________.
Malti Livelli 5-7/6-7/7-8 s Il-Malti – Il-Fehim mis-Smigħ (karta tal-għalliema) Paġna 1 Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami tal-Fehim mis-Smigħ Il-Parti tal-istruzzjonijiet Uża l-istruzzjonijiet mehmuża (li jinsabu fuq karta separata) minflok dawk li hemm fuq l-ewwel paġna tal-karta
ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2015
L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Fehim mis-Smigħ) IL-ĦIN: 15-il minuta
Il-Karta tal-Għalliema Gwida għat-Tmexxija tal-Eżami tal-Fehim mis-Smigħ
1. L-għalliema tal-Malti li se jmexxu l-eżami tas-smigħ isellmu lill-istudenti u wara li jitqassmu l-karti tal-eżami tas-smigħ jgħidulhom: “Bonġu. Nitlobkom biex tiktbu isimkom, kunjomkom u l-klassi fil-post ipprovdut fil-karta ta’ quddiemkom.”
2. Meta l-għalliema jaraw li l-istudenti lestew, jgħidulhom: “Issa se naqralkom l-ewwel silta. Nitlobkom toqogħdu attenti għall-qari. Ma tistgħux tiktbu jew taħdmu l-eżerċizzji waqt li nkun qed naqralkom is-silta”
3. L-għalliema jaqraw l-ewwel silta kollha b’ritmu meqjus u meta jispiċċaw mill-qari jgħidu lill-istudenti: “Issa se naqralkom l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji li tridu taħdmu fuq is-silta li għadkom kemm smajtu. Tistgħu taħdmuhom waqt li qed naqra. Infakkarkom li s-silta ser terġa’ tinqralkom darb’oħra”
4. L-għalliema jaqraw l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji kollha kif hemm fil-karta. Wara dan il-qari l-istudenti jingħataw ftit ħin biex jaħdmu qabel ma jibda t-tieni qari tal-ewwel silta. Wara jgħidu lill-istudenti: “Issa se naqralkom għat-tieni u l-aħħar darba s-silta flimkien mal-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji. Tistgħu tkomplu taħdmu waqt dan il-qari”
5. Kif l-għalliema jtemmu t-tieni qari jagħtu ftit ħin biex l-istudenti jkomplu jaħdmu l-karta. Wara jgħidu lill-istudenti: “Issa se naqralkom it-tieni silta. Nitlobkom toqogħdu attenti għall-qari. Ma tistgħux tiktbu jew taħdmu l-eżerċizzji waqt li nkun qed naqralkom is-silta”
6. L-għalliema jaqraw it-tieni silta kollha b’ritmu meqjus u meta jispiċċaw mill-qari jgħidu lill-istudenti: “Issa se naqralkom l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji li tridu taħdmu fuq is-silta li għadkom kemm smajtu. Tistgħu taħdmuhom waqt li qed naqra. Infakkarkom li s-silta ser terġa’ tinqralkom darb’oħra”
7. L-għalliema jaqraw l-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji kollha kif hemm fil-karta. Wara dan il-qari l-istudenti jingħataw ftit ħin biex jaħdmu qabel ma jibda t-tieni qari tas-silta.
8. L-għalliema jgħidu lill-istudenti: “Issa se naqralkom għat-tieni u l-aħħar darba s-silta flimkien mal-istruzzjonijiet u l-eżerċizzji. Tistgħu tkomplu taħdmu waqt dan il-qari”
9. Hekk kif tgħaddi kwarta mill-bidu tal-eżami, l-għalliema jgħidu lill-istudenti: “Il-ħin tal-eżami għadda. Jekk jogħġobkom ieqfu mill-kitba u se niġbor il-karti. Grazzi”
10. L-għalliema inkarigati jaraw li l-karti kollha tal-eżami tas-smigħ jinġabru u l-istudenti jistgħu jkomplu bl-eżami tal-qari u l-kitba.
IL-LIVELLI
KOLLHA
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015 Paġna 1 minn 10
ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Sekondarji 2015
L-EWWEL SENA IL-MALTI (Il-Qari u l-Kitba) IL-ĦIN: Sagħtejn
L-Isem u l-kunjom: ____________________________________ Il-Klassi: _______________
Għall-istudent/a:
1. Wieġeb il-mistoqsijiet kollha kif mitlub/a.
2. L-ortografija, il-punteġġjatura, is-sintassi, l-ideat u l-preżentazzjoni tajbin jgħinuk tikseb
riżultati aħjar.
Għall-għalliema:
Il-M
AR
KI
It-Taħdit 10
Is-Smigħ 10
Il-Qari u l-Kitba 80
IT-TOTAL 100
Taqsima A B Ċi Ċii Ċiii Di Dii TOTAL
Marka 14 10 10 10 10 6 20 80
Marka
tal-
Istudent/a
Kummenti:
___________________________________________________________________________________

5 – 6 – 7 – 8
Paġna 2 minn 10 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015
IS-SILTA TAL-FEHIM MILL-QARI
Aqra sewwa din is-silta u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha.
Tirbaħ Lilek Innifsek
“Int ma tirbaħx l-Everest, tirbaħ lilek innifsek. Tirbaħ il-biżgħat tiegħek”. Dan kien kliem it-Tabib
Gregory Attard, meta t-tim Challenge 8000 intlaqa’ fl-ajruport ta’ Malta wara l-konkwista tal-Everest.
(par.1)
Fis-17 ta’ Mejju 2010, fis-sitta ta’
filgħodu, Gregory Attard, Marco
Cremona u Robert Gatt kienu l-ewwel
Maltin li telgħu sal-quċċata tal-Everest,
l-ogħla quċċata fid-dinja. (par.2)
Il-Muntanja Everest tinsab fil-Ħimalaja
u tmiss man-Nepal u t-Tibet. Il-quċċata
tagħha hi 8,848 metru ’l fuq mil-livell
tal-baħar. L-ewwel darba li xi
avventurieri ppruvaw jitilgħu l-Everest
jingħad li kien fl-1921, iżda l-bniedem
kellu jistenna sal-1953 sabiex jirnexxilu
jitla’ sal-quċċata tal-Everest. (par.3)
Li tmiss il-quċċata tal-Everest mhix xi
ħaġa li jirnexxilu kull min jipprova. Il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. Fl-2014 biss, mietu
sbatax-il persuna huma u jittantaw jixxabbtu mal-Everest. Għoxrin fil-mija biss mix-xabbaturi kollha li
jittantaw xortihom fuq l-Everest jirnexxilhom jilħqu l-quċċata. (par.4)
Sabiex irnexxielu jagħmel din il-konkwista tant kbira, it-tim Malti tħarreġ għal ħafna snin.
Dawn ix-xabbaturi Maltin ma kinux dejjem tim. Matul ħajjithom kull wieħed minnhom skopra l-faxxinu
għall-muntanji b’mod differenti. It-tabib Attard sa minn kmieni f’ħajtu kien iqatta’
x-xahrejn tas-sajf jixxabbat. Marco Cremona beda meta ssieħeb fl-isfida tal-Kilimanjaro, organizzata
minn tim ieħor Malti, fl-Afrika. Robert Gatt beda jixxabbat mal-irdum Malti madwar għoxrin sena ilu.
Meta ssieħbu flimkien kellhom ħolma waħda, dik li jkunu l-ewwel Maltin li jitilgħu l-Everest u bdew
it-taħriġ tagħhom sabiex jilħqu l-mira tagħhom. (par.5)
Challenge 8000 huwa l-isem tat-tim Malti li tela’ b’suċċess fuq l-Everest. Gregory Attard huwa tabib
speċjalizzat fl-emerġenza. Marco Cremona huwa konsulent fis-settur ambjentali u l-ispeċjalizzazzjoni
tiegħu hija l-ilma. Robert Gatt, Malti li jgħix Londra, huwa konsulent kummerċjali. Mat-tim ingħaqad
il-gwida Victor Saunders, xabbatur veteran li mess il-quċċata tal-Everest erba’ darbiet f’dawn l-aħħar
għaxar snin. (par.6)
Id-dehra tal-bandiera Maltija fuq il-quċċata tal-Everest, imħaddna minn dawn it-tliet Maltin, hija xhieda
oħra li l-ħila ta’ poplu ma tiddependix mid-daqs tal-art fejn jgħammar, iżda mir-rieda tiegħu. (par.7)
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015 Paġna 3 minn 10
Taqsima A. Il-Fehim mill-Qari (14-il marka)
Wieġeb il-mistoqsijiet fi kliemek dwar is-silta li qrajt.
1. Min kien it-tim li tella’ għall-ewwel darba l-bandiera Maltija fuq il-muntanja Everest?
_____________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________(marka)
2. Minn din is-silta, x’sirt taf dwar il-muntanja Everest?
_____________________________________________________________________________
_____________________________________________________________________ (2 marki)
3. F’liema sena saret l-ewwel konkwista b’suċċess tal-Everest?
_______________________________________________________________________(marka)
4. X’hemm fis-silta li jurik li jekk jirnexxilek tmiss il-quċċata tal-Everest tkun għamilt biċċa
xogħol diffiċli?
_____________________________________________________________________________
______________________________________________________________________(2 marki)
5. Għalfejn taħseb li semmew it-tim Challenge 8000?
_______________________________________________________________________(marka)
6. Fisser il-qawl il-bniedem jipproponi u Alla jiddisponi. (marka)
_____________________________________________________________________________
7. Ikteb fi kliemek il-messaġġ tal-awtur fl-aħħar paragrafu.
_____________________________________________________________________________
______________________________________________________________________(2 marki)
8. Fisser it-titlu Tirbaħ Lilek Innifsek. (par. 1) (marka)
_____________________________________________________________________________
9. Mir-raba’ paragrafu, sib il-frażi li tfisser 20%. (marka)
_____________________________________________________________________________
10. Xi tfisser quċċata? __________________________________________________ (marka)
Paġna 4 minn 10 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015
11. Mill-ħames paragrafu sib kelma li tfisser għan : _____________________________ (marka)
Taqsima B. Il-Grammatika (10 marki)
1. Int ma tirbaħx l-Everest... Aqta’ linja taħt il-verb u għid jekk hux: fil-Perfett fl-Imperfett
(marka)
2. L-ewwel Maltin li telgħu... Ikteb l-Imperfett singular ta’ telgħu: ______________________. (marka)
3. Mit-tielet paragrafu, sib verb fl-Imperfett: _____________________. (marka)
4. Ikteb il-qawl li nsibu fir-raba’ paragrafu fit-temp Futur:
_________________________________________________________________________. (marka)
5. Oħroġ nom mill-verbi b’linja taħthom: 2 marki)
a. Sabiex irnexxielu jagħmel...
Nom: _____________________. (marka)
b. xabbatur veteran li tela’...
Nom: _____________________.( (marka)
6. Imla l-vojt b’verbi skont l-Għerq fil-parentesi:
Ir-riħ u s-silġ __________________ (q-t-għ) ż-żonqor. Meta __________________ (s-ħ-n) it-temp
is-silġ jibda __________________ (ħ-l-l) u x-xabbaturi __________________ (b-d-j) jistennew xi
valanga. (4 marki)
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015 Paġna 5 minn 10
Taqsima Ċ. Il-Letteratura (30 marka)
Ċi. Il-Poeżija (Nadriet 1 ta’ Tarċisju Zarb) (10 marki)
1. Din hija silta mill-poeżija Bjuda ta’ Dun Karm. (3 marki)
U ħlomt ħolma tal-ġenna – dehra ġdida! –
Rajtek tkebbeb, bħal star, Tfajla Lhudija
Li kienet Xebba u kellha ’l binha f’idha.
a. X’tissejjaħ din it-tip ta’ poeżija?
_________________________________________________________________________________
b. X’vers qiegħed jintuża f’din il-poeżija ?
_________________________________________________________________________________
ċ. Min hi din ix-Xebba li l-poeta jirreferi għaliha fl-aħħar vers?
_________________________________________________________________________________
2. Wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq il-poeżiji li studjajt din is-sena. (4 marki)
a. Fil-poeżija Ritratt ta’ Toninu man-Nanna, għaliex taħseb li n-nanna tinsab imnikkta?
________________________________________________________________________________

b. Il-poeta għal min jixtieq li jsellilu l-għasfur, fil-poeżija L-Għasfur?
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
ċ. X’kien qiegħed iġorr it-tifel meta ltaqa’ ma’ San Franġisk fil-poeżija San Franġisk u l-Gamiem?
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
Paġna 6 minn 10 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015
d. Fil-poeżija Lil Ommi, il-poeta x’qed jitlob lil ommu biex tagħmillu?
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
3. Mill-poeżiji t’hawn taħt, agħżel WAĦDA li għoġbitek u ikteb dwar x’taħseb li jrid jgħidilna l-poeta
jew poetessa. (3 marki)
distanza – Tarċisju Zarb, Il-Ħerża – Marjanu Vella, Tristis Est Anima Mea – Rużar Briffa,
Dik Mewġa! – Anastasju Cuschieri, Xmara Ħamra, Bruka Xiħa – Victor Fenech,
Raħal Twelidi – Karmenu Vassallo, Il-Kebbies Tal-Fanali – Anton Buttigieg, Xita – Mary
Meylak.
F’din il-poeżija ___________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
Ċii. In-Novelli (Arja Friska 1: Antoloġija ta’ Novelli) (10 marki)
Agħżel ŻEWĠ novelli u wieġeb il-mistoqsijiet dwarhom.
1. Is-Siġar li Jżommu Id f’Id ta’ Lina Brockdorff
Fil-qosor għid x’ġara wara li t-tifel qal lill-għalliem tal-arti li n-nanna tiegħu kienet tatu l-idea biex
ipinġi dik il-pittura taż-żewġ siġriet. Tkellem dwar it-tifsira li kellha l-pittura tas-siġar għan-nanna.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (5 marki)
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015 Paġna 7 minn 10
2. Id-Dar tal-Ħares ta’ Charles Flores
L-awtur jurina lil Ġierku bħala l-mexxej tal-grupp. Agħti eżempju kif jidher dan fin-novella.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (5 marki)
3. Miċu ta’ Joe Friggieri
Għid għaliex ħadd ħlief ir-Ronnie ma kellu jitla’ biex isalva l-qattus.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (5 marki)
4. Tifla Teqred Ġganta ta’ Manwel Magri
Fil-ħrejjef Maltin il-bniedem jidher iktar intelliġenti mill-ġganti. Għid kif joħroġ dan min-novella.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (5 marki)
Ċiii. Ir-Rumanz (Zito Zandarell ta’ Carmel G. Cauchi) (10 marki)
1. Għid x’ġara wara li Zito rnexxielu jaħrab mill-mitħna ta’ Sidor.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________(4 marki)
Paġna 8 minn 10 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015
2. Fl-istorja ta’ Zito niltaqgħu ma’ karattri tajbin u karattri ħżiena. Agħżel karattru tajjeb (minbarra
Zito) li laqtek b’mod partikulari u ikteb għaliex tqisu tajjeb.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (3 marki)
3. Ikteb fil-qosor dwar dak l-episodju mill-istorja ta’ Zito li nissel fik sens ta’ rabja għall-mod kif ġab
ruħu xi wieħed mill-karattri. Għid għaliex ġiegħlek tirrabja għalih.
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
_________________________________________________________________________ (3 marki)
Taqsima D. Il-Kitba (26 marka)
Di. Il-Kitba Funzjonali (6 marki)
Kitba awtobijografika. Agħżel waħda minn a) jew b).
a) Għadek kif temmejt vjaġġ fit-tul. F’madwar 60 kelma, ikteb dwar
l-esperjenza li kellek u fejn tinsab bħalissa.
b) Għadek kemm għaddejt minn esperjenza li biddlitlek ħajtek.
F’madwar 60 kelma ikteb dwar dak li għaddejt minnu u l-emozzjonijiet
tiegħek.
Immarka x’għażilt: a) jew b)
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015 Paġna 9 minn 10
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
_____________________________________________________________________________
Dii. Il-Komponiment (20 marka)
Agħżel titlu WIEĦED u ikteb komponiment ta’ madwar 200 kelma dwaru fl-ispazju pprovdut.
1. Post li saħħrek. Iddeskrivi.
2. Meta darba ntlift.
3. Id-dinja tagħna hija kbira jew żgħira? Ikkummenta.
Spazju biex tagħmel il-pjan tal-kitba tiegħek. (Ma jingħatawx marki għall-pjan.)
Ikteb in-numru tal-komponiment li għażilt: ________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
________________________________________________________________________________
Paġna 10 minn 10 Il-Malti – Il-Qari u l-Kitba – L-Ewwel Sena tas-Sekondarja – Livelli 7-8 – 2015

Tmiem il-Karta