il-karta alternattiva 2 il-malti (il-kitba) il-Ħin: siegħa ...€¦ · lejlet il-milied...
TRANSCRIPT
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 1 minn 11
ID-DIPARTIMENT GĦALL-KURRIKULU, TAGĦLIM TUL IL-ĦAJJA U IMPJEGABILITÀ
Id-Direttorat għall-Programmi ta’ Tagħlim u Assessjar It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali għall-Iskejjel Primarji 2019
Il-Karta Alternattiva 2 IL-MALTI (Il-Kitba) Il-Ħin: Siegħa u kwart
L-Isem: ___________________________ Il-Klassi: _________
Il-Marki
Il-Fehim mill-Qari
Il-Kitba
_______ 20 marka
_______ 40 marka
Aqra sew dan li ġej:
Ikteb ismek u kunjomok, u l-isem tal-klassi. Qabel tikteb it-tweġiba, ifhem sewwa l-mistoqsija. Jekk ma tkunx taf tagħti xi tweġiba, ħalliha vojta u kompli l-oħrajn. Imbagħad
erġa’ ppruvaha fl-aħħar. Jekk tieħu żball, ingassah pulit u erġa’ ikteb. Meta tlesti, irrevedi l-karta kollha mill-bidu biex tirranġa xi żbalji li jista’
jkollok u timla dak li tkun ħallejt barra.
Paġna 2 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim Mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018
IL-FEHIM MILL-QARI A: Aqra dan l-avviż.
Il-grupp ‘Ngħożżu l-Passat’ jistiednek għal Fejn: Il-Pjazza tal-Mosta Meta: It-13 ta’ Mejju 2019 Ħin: Mis-6.00pm ’il quddiem Attivitajiet: Ikel tradizzjonali Malti: Bigilla, bebbux moqli fit-tewm, stuffat tal-fenek, pastizzi, kirxa, aljoli, ġbejniet friski, ħelwa tat-Tork, imqaret tat-tamal u pudina tal-ħobż Malti. Żfin tradizzjonali Malti: Mill-kumpanija Żifnotta Daqq tradizzjonali Malti: Mill-kumpanija Tanburina Snajja’ tradizzjonali Maltin: Is-sengħa tal-bizzilla, is-sengħa tal-qfief u kannestri bil-qasab u ħafna oħrajn. Logħob tradizzjonali Malti: Logħob bħall-Passju, Dawra Durella, Iż-Żunżana Ddur Ddur, Bumm Bumm il-Bieb, il-ħabel, il-boċċi u ħafna oħrajn. Reċta: It-Tieġ tal-Imgħoddi
Id-dħul għal din l-attività huwa b’xejn
Lejla Folkloristika
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 3 minn 11
Wieġeb il-mistoqsijiet fuq is-silta li qrajt.
1. Agħmel sing taħt it-tweġiba t-tajba. (3 marki)
a. Il-lejla folkloristika se ssir
il-Ħamrun. il-Mosta. il-Mellieħa.
b. Fil-lejla folkloristika tista’ tiekol stuffat
tal-laħam. tat-tiġieġ. tal-fenek.
ċ. Il-kumpanija taż-żfin jisimha
Tamburina. Żifnotta. Dawra Durella. 2. Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel fil-kaxxa. (4 marki)
a. Il-lejla folkloristika hi organizzata mill-grupp ‘Ngħożżu l-Preżent’.
Veru Falz
b. Il-lejla folkloristika ma tibdiex fil-5.00pm.
Veru Falz
ċ. Fil-lejla folkloristika tista’ tiekol pudina tat-tamal.
Veru Falz
d. Logħba folkloristika jisimha n-Nemusa Ddur Ddur.
Veru Falz 3. Imla l-vojt bil-kliem it-tajjeb. (3 marki)
Waqt il-lejla folkloristika se tkun tista’ tara _______________ tradizzjonali
Maltin bħas-sengħa tal-bizzilla u s-sengħa tal-qfief bil-_______________.
Se jkun hemm ukoll reċta ta’ _______________ tal-imgħoddi.
Paġna 4 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim Mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018
B. Aqra l-informazzjoni u wieġeb il-mistoqsijiet dwarha. L-Ewwel Parti Id-daqq fit-toroq Maltin kien isir fil-festi bi strumenti tradizzjonali skont il-festa jew
l-okkażjoni. Fl-imgħoddi f’lejlet il-Milied daqqaqa taż-żaqq u t-tanbur kien jduru
t-toroq, jidħlu fil-ħwienet u wara jmorru jdoqqu ħdejn il-knejjes sakemm tibda
l-funzjoni tal-Milied. (par. 1)
1. Immarka t-tweġiba t-tajba billi tagħmel fil-kaxxa. (3 marki) a. Is-silta hi dwar iż-żfin tradizzjonali Malti.
Veru Falz b. Lejlet il-Milied id-daqqaqa tal-pjanu u t-tanbur kienu jduru fit-toroq.
Veru Falz ċ. Lejlet il-Milied id-daqqaqa kienu jdoqqu viċin il-knejjes qabel tibda l-funzjoni tal-Milied.
Veru Falz
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 5 minn 11
It-Tieni Parti Fi żmien il-Karnival kont tisma’ daqq ta’ strumenti li jagħmlu ħafna ħoss. L-iżjed li
kont tisma’ kienu t-tanbur u ż-żafżafa. Fil-Ġimgħa l-Kbira kont tisma’ biss iċ-ċaqċiq
taċ-ċuqlajti. Id-daqq kien isir ukoll f’festi tradizzjonali bħal ta’ San Girgor
f’Marsaxlokk. L-istess kien isir fil-festa tal-Imnarja fil-Buskett fejn gruppi ta’
għannejja u daqqaqa kienu jinġabru jgħannu u jdoqqu taħt is-siġar. (par. 2)
2. Mis-silta wieġeb. (2 marki) Semmi żewġ strumenti tradizzjonali.
_______________________ _______________________
3. Imla l-vojt bil-kliem it-tajjeb. (2 marki) Fil-Ġimgħa l-Kbira ma kienx isir ______________ ħlief taċ-ċuqlajta. L-għana u
d-daqq kien isir f’_____________ tradizzjonali bħal ta’ San Girgor u tal-Imnarja.
Paġna 6 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim Mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018
It-Tielet Parti Id-daqq kien isir f’okkażjonijiet familjari oħra ta’ ferħ bħal xi tieġ jew magħmudija.
Ġieli d-daqqaqa kienu jmorru minn rajhom jdoqqu wara xi bieb. F’dan il-każ kienu
jibqgħu jdoqqu bit-tama li jaqilgħu xi ħaġa tal-flus. Iżda mhux l-ewwel darba li kienu
jaqilgħu xi ħasla ta’ xi barmil ilma! (par. 3)
4. Semmi okkażjoni familjari fejn kien isir id-daqq. (marka)
____________________________________________________________
5. Għalfejn kienu jmorru jdoqqu wara l-bibien tan-nies id-daqqaqa? (marka)
____________________________________________________________
6. Meta kienu jispiċċaw ħażin id-daqqaqa? (marka)
____________________________________________________________
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 7 minn 11
Il-KITBA
A. IL-GRAMMATIKA
1. Sib u ikteb nom propju bħall-eżempju. (6 marki)
Eżempju: Belt Kapitali = Valletta
L-Eġittu Frans Ħal Balzan Muxu Diċembru Il-Baħar Mediterran
a. Isem ta’ raġel = ______________________________________________
b. Isem l-aħħar xahar tas-sena = ___________________________________
ċ. Raħal f’Malta = ______________________________________________
d. Pajjiż = ____________________________________________________
e. Isem ta’ baħar = _____________________________________________
f. Isem ta’ qattus = _____________________________________________
2. Imla l-vojt bil-komparattiv tal-kelma skura. Segwi l-eżempju. (4 marki)
Eżempju: Il-minestra t’ommi hija tajba imma tan-nanna hija itjeb.
a. Il-qalziet tiegħi qasir imma tiegħek _______________ minnu.
b. Ħuk twil imma jiena _______________.
ċ. Karl pinġa stampa sabiħa imma ħuh pinġa waħda _______________.
d. Ilbieraħ kilt ikla kbira imma llum se niekol waħda _______________ għax
għandi l-ġuħ.
Paġna 8 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim Mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018
3. Kompli l-vojt skont dak li qed jiġri fl-istampi. Segwi l-eżempju. (3 marki)
Eżempju: Karla taħsel il-platti.
a. Lara _______________ il-ħabel.
b. Il-kelb _______________ wara l-qattus.
ċ. Aldo _______________ kmieni għax ikun għajjien.
4. Imla l-vojt bil-plural. Segwi l-eżempju. (4 marki)
Eżempju: kelb = klieb
a. platt = _____________________
b. lapes = _____________________
ċ. ktieb = _____________________
d. tazza = _____________________
5. Imla l-vojt bil-maskil tal-kelma skura. Segwi l-eżempju. (3 marki)
Eżempju: Il-mara u r-raġel qamu kmieni.
a. In-nanna tat rigal lin-_______________ f’għeluq sninu.
b. Ir-reġina u r-_______________ xejru lin-nies mill-gallarija.
ċ. Oħti u _______________ ikbar minni.
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 9 minn 11
B. Ikteb erba’ oġġetti li jidhru fl-istampa u mmarkahom bi vleġġa.
Ara l-eżempju. (4 marki)
_______________ _______________
Eżempju: skrivanija
________________ _______________
Ċ. Il-Kitba ta’ Slowgan.
Imla l-vojt f’dan l-islowgan billi tkompli kull kelma. (4 marki)
Paġna 10 minn 11 Il-Malti – Il-Fehim Mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018
D. Il-Kitba ta’ Storja Qasira.
Ħares lejn l-istampa u ikteb ftit sentenzi dwarha. Ikteb bejn 50 u 70 kelma.
Il-Bandli
Dan il-kliem jista’ jkun ta’ għajnuna:
żurżieqa, bandla, missier, rota, ħarba, ballun, ktieb, bank
1. IL-PJAN (2 marki)
Il-Malti – Il-Fehim mill-Qari u l-Kitba – Il-Karta Alternattiva 2 tal-Iskejjel Primarji - 2018 Paġna 11 minn 11
2. Uża l-pjan tiegħek biex tikteb l-istorja. (10 marki)
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________
____________________________________________________________