MalteseStudy Notes
Year 62019/20
Maltese Notesweek 1
Mr. Duncan Mallia
Konsonanti li jixxiebhu
Xi konsonanti għandhom il-ħoss tagħhom jaqbel ma’ oħrajn għalhekk xidrabi niġu f’diffikultà liema ittra rridu niktbu. Biex inkunu ċerti,għandna naqilbu l-kelma fil-femminil jew fil-plural.
żfin mhux sfin għax ngħidu żifna
dħalt mhux tħalt għax ngħidu daħla
ktieb mhux ktiep għax ngħidu kotba
kattiv mhux kattif għax ngħidu kattivi
gustuż mhux gustus għax ngħidu gustużi
xiħ mhux xih għax ngħidu xiħa
fih mhux fiħ għax ngħidu fiha
g , kż , sċ , ġv , fb , pd , t
Tagħqid ta’ konsonanti f’leħen wieħed
Insibu xi konsonanti li meta jaħbtu ħdejn xulxin isiru leħen wieħed.
ts, ds, dds jinstemgħu z
Eż: għatsa, dsatax, mgeddsa
tx, ttx, dx, ġx, ddx, dtx jinstemgħu ċ
Eż: għatx, fittxew, Għawdxin, ħariġx, għaddx, qgħadtx
sx, ssx, żx, tx, żżx jinstemgħu x
Eż: ħelisx, messx, qabiżx, kinsitx, ħażżx
Maltese Notesweek 2
Mr. Duncan Mallia
Plural Sħiħ
Plural jissejjaħ sħiħ meta l-kelma ma tinbidilx imma jiżdidulha xi ittrimagħha biex jifforma l-plural. Inżidulhom is-suffissi –i, -s, -t, -ijiet,-a, -n, -ien, -iet.
pajjiż – pajjiżi plattina – plattini
kuker – kukers televixin – televixins
laqgħa – laqgħat xemgħa – xemgħat
missier – missirijiet siġġu – siġġijiet
sajjied – sajjieda għalliem – għalliema
Malti – Maltin Għawdxi – Għawdxin
bieb – bibien wied – widien
ikla – ikliet tfajla – tfajliet
Plural Miksur
Plural jissejjaħ miksur meta kelma ma tibqax sħiħa imma tinbidel. Il-plural miksur ibiddel il-qagħda tal-ittri tan-nom fis-singular u għalhekkdonnu jkissru.
mejda – mwejjed mara – nisa
tifla – bniet tifel – subien
ġnien – ġonna barmil – bramel
tieqa – twieqi ktieb – kotba
bolla – bolol gomma – gomom
kamra – kmamar farfett – friefet
bitħa – btieħi qattus – qtates
kelb – klieb linfa – linef
Għadd Imtenni
L-għadd imtenni huwa forma ta’ plural. Il-kelma “mtenni” tfisserripetut, mela doppju, allura jfisser tnejn. Għalhekk l-għadd imtennijsir biż-żieda ta’ –ejn jew –ajn mal-kelma.
biċċa – biċċtejn darba – darbtejn
difer – difrejn elf – elfejn
ġimgħa – ġimagħtejn għajn – għajnejn
jum – jumejn rkoppa – rkopptejn
sena – sentejn siegħa – sagħtejn
widna – widnejn xahar – xahrejn
kelma – kelmtejn spalla – spallejn
seba’ – subgħajn sieq – saqajn
Maltese Notesweek 3
Mr. Duncan Mallia
L-Aġġettiv
Fil-frażi sema ikħal, il-kelma ikħal tiddiskrivi n-nom sema. Mela l-kelma ikħal hija aġġettiv. Fil-Malti l-aġġettiv jinkiteb wara n-nom,filwaqt li fl-Ingliż, l-aġġettiv jinkiteb qabel in-nom. L-aġġettiv jista’jkun ta’ ġens maskili jew femminili, ta’ għadd singular jew plural(dejjem skont in-nom).
Eżempji: maskil: ktieb oħxon femminil: dar antikasingular: raġel twil plural: mwejjed tondi
Meta nqabblu l-aġġettivi nużaw dawn il-gradi:
Aġġettiv Komparattiv Superlattiv
sabiħ isbaħ l-isbaħ
Il-Komparattiv u s-Superlattiv man-Nom
Meta nqabblu l-aġġettivi nużaw dawn il-gradi:• il-komparattiv – meta nqabblu bejn tnejn• is-superlattiv – meta nqabblu bejn tlieta jew aktar
Aġġettiv Komparattiv Superlattiv
żgħir iżgħar l-iżgħar
fqir ifqar l-ifqar
għoli ogħla l-ogħla
nieqes inqas l-inqas
oħxon eħxen l-eħxen
tajjeb aħjar l-aħjar
tqil itqal l-itqal
Il-Komparattiv u s-Superlattiv man-Nom
Bosta aġġettivi jiffurmaw il-komparattiv billi jieħdu l-kelma iżjed jewaktar u s-superlattiv biż-żieda tal-kelma l-iżjed jew l-aktar.
Aġġettiv Komparattiv Superlattiv
importanti iżjed importanti l-iżjed importanti
imqareb iżjed imqareb l-iżjed imqareb
modern iżjed modern l-iżjed modern
prezzjuż iżjed prezzjuż l-iżjed prezzjuż
kuntent aktar kuntent l-aktar kuntent
aħmar aktar aħmar l-aktar aħmar
goff aktar goff l-aktar goff
artab aktar artab l-aktar artab
Maltese Notesweek 4
Mr. Duncan Mallia
Is-Superlattiv Assolut
Flok ngħidu “aħmar ħafna ħafna” nistgħu nużaw l-espressjoni “aħmarnar” jew “ħamra nar”. Dan jissejjaħ is-Superlattiv Assolut.
abjad silġ dritt xemgħa iblah karnival kiesaħ silġ
abjad ħalib ġdid fjamant iebes ġebel marid mejjet
aħdar ħaxix għajjien mejjet ikħal nir miftuħ beraħ
aħmar pepprin għali infern ikrah waħx mgħawweġ ganċ
aħmar demm għarqan xraba isfar lellux nadif tazza
artab ħaxu għarwien ħuta iswed tuta niexef qasba
dejjaq but ħafif rixa jaħraq nar sħun banju
dlam ċappa ħelu zokkor jinten pesti xiħ għakka
Is-Superlattiv Assolut bil-kelma “daqs”
bieżel daqs naħla jaqta’ daqs mus ta’ leħja
ċar daqs il-kristall jiflaħ daqs barri
fitt daqs id-dubbien jiżloq daqs is-sapun
għażżien daqs kelb kwiet daqs nagħġa
ħażin daqs ġurdien xiħ qasir daqs tapp
iebes daqs iż-żonqor tajjeb daqs il-ħobż
igorr daqs ħamiema mustaċċi daqs ta’ gamblu
jgħum daqs ħuta widnejn daqs ħmar
ileqq daqs il-fidda mans daqs ħaruf
jaħdem daqs bagħal jinnamra daqs qattus
Maltese Notesweek 5
Mr. Duncan Mallia
Artiklu u Partiċelli
Fil-Malti l-artiklu bosta drabi jingħaqad mal-partiċella. Eżempji:
partiċella artiklu partiċella + artiklu
ma’ il-, iċ- mal-, maċ-
fi id-, in- fid-, fin-
bi ir-, is- bir-, bis-
ta’ it-, ix- tat-, tax-
sa iż-, iz- saż-, saz-
għal il-, iċ- għall-, għaċ-
bħal id-, in- bħad-, bħan-
lil ir-, is- lir-, lis-
ġo it-, ix- ġot-, ġox-
Artiklu u Partiċelli
L-artiklu u l-partiċella ma jinfirdux lanqas meta jiġu quddiem kelma litibda bil-vokali.
Eżempji: tal-iskola ġol-istalla għall-Amerka
mal-arblu mill-Asja mill-Ingilterra
Il-partiċelli jitqassru meta jkun hemm vokali jew ħoss ta’ vokaliwarajhom.
Eżempji: ma’ Anita = m’Anita
sa issa = s’issa
ta’ oħti = t’oħti
Innota wkoll:fi basla = f’baslafi maxtura = f’maxtura
Maltese Notesweek 6
Mr. Duncan Mallia
Il-Partiċelli Lil, Għal, Bħal u Minn
Biex tikteb il-partiċelli b’mod korrett nużaw il-mudelli ta’ u tal-.
TA’ TAL- Meta kelma tibda bl-ittra ‘l’
lil lill- lil-
għal għall- għal-
bħal bħall- bħal-
minn mill- mil-
Il-Partiċelli Lil, Għal, Bħal u Minn
Eżempji: Xtrajt ktieb ġdid lil Rita.Għal Malta nagħmlu kollox.Bħal Toni ma ssib imkien.Xtrajt żarbun minn Sqallija.
Eżempji: Lill-ħbieb inħobbhom wisq.Għall-Imdina għada filgħodu!Ġanni tifel bħall-Maltin kollha.Oħti ħarġet mill-isptar.
Eżempji: Lil-libsa waħħaltilha ċoff blu.Morna nistadu għal-lampuki.Xtrajt bħal-lapes tiegħek.Għażilt qawl mil-lista.
TA’
TAL-
Kliem li jibdew
bl-ittra ‘l’
Maltese Notesweek 7
Mr. Duncan Mallia
Il-Partiċelli Lil u Lill- imqassra
Il-partiċelli lil u lill- jistgħu jiġu mqassra. Imxi fuq dawn il-mudelli:
Eżempji: tlabna ‘l Alla sibna ‘l ħijatlabna ‘l-Madonna staqsiet ‘il ħijatajt ‘l ommi talbet ‘il-ħabiba
Uża l-mudell TA’ LIL
TAL-LILL-
Meta jkun hemm vokali jew hqabilha jew warajha
‘l ‘l-
Meta jkun hemm konsonantiqabilha jew warajha
‘il ‘il-
Il-Partiċelli Lil u Lill- imqassra
Il-partiċella lil nużawha dejjem imqassra quddiem: isfel, fuq, hawn,hemm, quddiem, bogħod, eċċ.
Eżempji: ‘l isfel
‘il fuq
‘l hawn
‘l hemm
‘il quddiem
‘il bogħod
Maltese Notesweek 8
Mr. Duncan Mallia
Il-Mamma u l-Għerq
Biex issib l-Mamma tal-verb staqsi: Hu x’għamel ilbieraħ?L-Għerq huwa l-konsonanti li ssib fil-Mamma.
Verb Mamma Għerq
qbiżna qabeż q-b-ż
jagħmel għamel għ-m-l
tilfu tilef t-l-f
jiktbu kiteb k-t-b
rebħet rebaħ r-b-ħ
jidher deher d-h-r
lgħabna lagħab l-għ-b
għafasna għafas għ-f-s
Il-Mamma u l-Għerq
Importanti li tiftakar li kull verb irid ikollu tliet jew erba’ ittri fl-għerq. Verb bi tliet konsonanti nsejħulu trilitteru, filwaqt li verbb’erba’ konsonanti nsejħulu kwadrilitteru.
Mamma Għerq Trilitteru/Kwadrilitteru
kiser k-s-r trilitteru
dendel d-n-d-l kwadrilitteru
qabeż q-b-ż trilitteru
farfar f-r-f-r kwadrilitteru
ċapċap ċ-p-ċ-p kwadrilitteru
siker s-k-r trilitteru
żanżan ż-n-ż-n kwadrilitteru
Il-Mamma u l-Għerq
Hemm verbi li fil-Mamma jkollhom konsonanti doppja fin-nofs. F’dan il-każ fl-Għerq ma niktbux konsonanti doppja (fin-nofs) iżda waħda biss.
Mamma Għerq
kisser k-s-r
għallem għ-l-m
daħħal d-ħ-l
sarraf s-r-f
biddel b-d-l
qabbeż q-b-ż
heżżeż h-ż-ż
qassar q-s-r
Il-Mamma u l-Għerq
Hemm verbi li huwa diffiċli li ssib il-Mamma u l-Għerq tagħhom. Dawnhuma verbi li jispiċċaw bl-ittra għ. Niktbu għ minflok l-apostrofu.
Verb Mamma Għerq
jilqgħu laqa’ l-q-għ
tefgħu tefa’ t-f-għ
xebgħu xeba’ x-b-għ
jista’ seta’ s-t-għ
semgħet sema’ s-m-għ
reġgħu reġa’ r-ġ-għ
telgħet tela’ t-l-għ
temgħu tema’ t-m-għ
Il-Mamma u l-Għerq
Fil-Malti nsibu verbi (Verbi Dgħajfin) li fil-Mamma jispiċċaw bl-a um’għandhomx għ. L-ittra li ma tidhirx fil-verbi tkun ittra dgħajfa.Dawn il-verbi jkollhom j bħala t-tielet konsonanti tal-Għerq.
Mamma Għerq
kera k-r-j
beka b-k-j
mexa m-x-j
wera w-r-j
lewa l-w-j
kesa k-s-j
beda b-d-j
Il-Mamma u l-Għerq
Insibu wkoll xi verbi imqarbin, li l-Mamma tagħhom tkun ta’ sillabawaħda. Agħmel il-kmand (imperattiv) singular ‘int’. Jekk ikun hemm ufin-nofs agħmel w, jekk ikun hemm i fin-nofs agħmel j fl-għerq.
Mamma Imperattiv (INT) Għerq
dam dum d-w-m
tar tir t-j-r
sab sib s-j-b
saq suq s-w-q
dar dur d-w-r
ġab ġib ġ-j-b
żar żur ż-w-r
Fl-Għerq:
u ssir w
i ssir j
Maltese Notesweek 9
Mr. Duncan Mallia
L-Imperattiv (Il-Kmand)
Il-kelma Imperattiv nużawha biex infissru kmand.Minn ħareġ nagħmlu (int) oħroġ u (intom) oħorġu.Minn għamel nagħmlu (int) agħmel u (intom) agħmlu.
Verb ImperattivSingular (int)
ImperattivPlural (intom)
rebaħ irbaħ irbħu
feraħ ifraħ ifirħu
laħaq ilħaq ilħqu
ċapċap ċapċap ċapċpu
werwer werwer werwru
ħarbat ħarbat ħarbtu
L-Imperattiv (Il-Kmand)
Biex taħdem il-verbi li fihom tidħol l-għ uża l-mudelli biex tevita l-iżbalji.
Biex tuża l-mudelli:
a) Qabbel l-għ mal-konsonanti r
b) Qis l-għ bħala konsonanti waħda
c) Fejn ikollok vokali fil-mudell daħħal vokali fil-kelma li qed tagħmel,
fejn ikollok konsonanti daħħal konsonanti
L-Imperattiv (Il-Kmand)
Għall-verbi li għandhom għ fil-bidu, eżempju għamel u għażel uża l-mudell rebaħ. Għalhekk: irbaħ – agħmel, agħżel
irbħu – agħmlu, agħżlu
Verb ImperattivSingular (int)
ImperattivPlural (intom)
għatas agħtas agħtsu
għasar agħsar agħsru
għaraf agħraf agħrfu
għalef agħlef agħlfu
għeleb egħleb egħlbu
għafas agħfas agħfsu
L-Imperattiv (Il-Kmand)
Għall-verbi li għandhom l-għ fin-nofs, eżempju lagħab u qagħad, uża l-mudell seraq. Għalhekk: israq – ilgħab, oqgħod
isirqu – ilagħbu, oqogħdu
Verb ImperattivSingular (int)
ImperattivPlural (intom)
bagħad obgħod obogħdu
lagħaq ilgħaq ilagħqu
magħad omgħod omogħdu
bagħat ibgħat ibagħtu
xegħel ixgħel ixegħlu
sogħol isgħol isogħlu
L-Imperattiv (Il-Kmand)
Għall-verbi li għandhom l-għ fl-aħħar, eżempju laqa’ u ifqa’, uża l-mudell kiser. Għalhekk: ikser – ilqa’, ifqa’
iksru – ilqgħu, ifqgħu
Verb ImperattivSingular (int)
ImperattivPlural (intom)
beża’ ibża’ ibżgħu
refa’ erfa’ erfgħu
neża’ inża’ inżgħu
baqa’ ibqa’ ibqgħu
bela’ ibla’ ibilgħu
sema’ isma’ isimgħu
L-Imperattiv (Il-Kmand)
Fil-Malti, ħafna drabi l-Imperattiv ikun jibda bil-vokali. Pero’ dan mhuxdejjem il-każ, eżempju kliem ta’ sillaba waħda.
Verb ImperattivSingular (int)
ImperattivPlural (intom)
mar mur morru
bies bus busu
ħabb ħobb ħobbu
dam dum dumu
ħiet ħit ħitu
tar tir tiru
kiel kul kulu
L-Imperattiv (Il-Kmand)
Verbi oħra fl-Imperattiv li rridu noqogħdu attenti għalihom huma dawkli fihom l-h.
Verb ImperattivSingular (int)
ImperattivPlural (intom)
deher idher idhru
hemeż ehmeż ehmżu
fehem ifhem ifhmu
xehed ixhed ixhdu
Maltese Notesweek 10
Mr. Duncan Mallia
L-Imperfett (Preżent)
Nużaw l-Imperfett meta nkunu qed nargumentaw, jew inkella qedinsemmu xi ħaġa li qed tiġri issa jew bi drawwa (kuljum, regolari, fitmiem il-ġimgħa, kull xahar, eċċ). Il-preżent jifforma ruħu billi nżidu l-konsonanti n, t u j quddiem il-kmand (l-imperattiv).
Pronom Imperfett (Jiena x’nagħmel kuljum?)
Jiena nixrob nirbaħ naħsel nikteb
Inti tixrob tirbaħ taħsel tikteb
Huwa jixrob jirbaħ jaħsel jikteb
Hija tixrob tirbaħ taħsel tikteb
Aħna nixorbu nirbħu naħslu niktbu
Intom tixorbu tirbħu taħslu tiktbu
Huma jixorbu jirbħu jaħslu jiktbu
Verbi bl-għ fil-Preżent
Biex niktbu verbi bl-għ fil-Preżent irridu nibnuhom fuq il-mudell.
Għ fil-bidu (għamel) il-mudell Rifes
Għ fin-nofs (lagħab) il-mudell seRaq
Għ fit-tarf (qata’) il-mudell kiseR
għamel
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nirfes tirfes jirfes tirfes nirfsu tirfsu jirfsu
nagħmel tagħmel jagħmel tagħmel nagħmlu tagħmlu jagħmlu
Mudell: Rifes
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
għażel
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nirfes tirfes jirfes tirfes nirfsu tirfsu jirfsu
nagħżel tagħżel jagħżel tagħżel nagħżlu tagħżlu jagħżlu
Mudell: Rifes
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
lagħab
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nisraq tisraq jisraq tisraq nisirqu tisirqu jisirqu
nilgħab tilgħab jilgħab tilgħab nilagħbu tilagħbu jilagħbu
Mudell: seRaq
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
xegħel
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nisraq tisraq jisraq tisraq nisirqu tisirqu jisirqu
nixgħel tixgħel jixgħel tixgħel nixegħlu tixegħlu jixegħlu
Mudell: seRaq
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
qata`
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nikser tikser jikser tikser niksru tiksru jiksru
naqta` taqta` jaqta` taqta` naqtgħu taqtgħu jaqtgħu
Mudell: kiseR
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
laqa`
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nikser tikser jikser tikser niksru tiksru jiksru
nilqa` tilqa` jilqa` tilqa` nilqgħu tilqgħu jilqgħu
Mudell: kiseR
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
tela`
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nikser tikser jikser tikser niksru tiksru jiksru
nitla` titla` jitla` titla` nitilgħu titilgħu jitilgħu
Mudell: kiseR
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
Innutaw li hawn kellna nżidu i.Dik insejħulha l-vokali tal-leħen.Iżda, l-għ xorta żżomm il-post ta’ qabel tal-aħħar.
Fuq il-mudell bierek naħdmu l-verbi ġiegħel u qiegħed.
Dawn il-verbi fihom ie u għ.
ġiegħel
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nbierek tbierek jbierek tbierek nbierku tbierku jbierku
nġiegħel ġġiegħel jġiegħel ġġiegħel nġiegħlu ġġiegħlu jġiegħlu
Mudell: bieRek
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
qiegħed
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nbierek tbierek jbierek tbierek nbierku tbierku jbierku
nqiegħed tqiegħed jqiegħed tqiegħed nqiegħdu tqiegħdu jqiegħdu
Mudell: bieRek
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
Verbi bl-h fil-Preżent
Biex niktbu verbi li fihom h fil-Preżent ukoll nistgħu nibnuhom fuq mudell.
Ejja nagħtu ħarsa lejn xi mudelli li jistgħu jgħinuna.
xeħet fehem, deher, xehed
bierek fiehem
ħeles hemeż
fehem
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nixħet tixħet jixħet tixħet nixħtu tixħtu jixħtu
nifhem tifhem jifhem tifhem nifhmu tifhmu jifhmu
Mudell: xeħet
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
deher
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nixħet tixħet jixħet tixħet nixħtu tixħtu jixħtu
nidher tidher jidher tidher nidhru tidhru jidhru
Mudell: xeħet
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
xehed
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nixħet tixħet jixħet tixħet nixħtu tixħtu jixħtu
nixhed tixhed jixhed tixhed nixhdu tixhdu jixhdu
Mudell: xeħet
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
fiehem
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
inbierek tbierek jbierek tbierek inbierku tbierku jbierku
infiehem tfiehem jfiehem tfiehem infiehmu tfiehmu jfiehmu
Mudell: bierek
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
hemeż
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
neħles teħles jeħles teħles neħilsu teħilsu jeħilsu
nehmeż tehmeż jehmeż tehmeż nehemżu tehemżu jehemżu
Mudell: ħeles
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
Verbi kwadrilitteri
ħarbat
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nħarbat tħarbat jħarbat tħarbat nħarbtu tħarbtu jħarbtu
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
werwer
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nwerwer twerwer jwerwer twerwer nwerwru twerwru jwerwru
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
ċapċap
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nċapċap ċċapċap jċapċap ċċapċap nċapċpu ċċapċpu jċapċpu
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
pespes
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
npespes tpespes jpespes tpespes npespsu tpespsu jpespsu
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
ressaq
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nressaq tressaq jressaq tressaq nressqu tressqu jressqu
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
Verbi dgħajfin
lewa
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nilwi tilwi jilwi tilwi nilwu tilwu jilwu
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
ġera
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
niġri tiġri jiġri tiġri niġru tiġru jiġru
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
bies
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
nbus tbus jbus tbus nbusu tbusu jbusu
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
dam
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
ndum ddum jdum ddum ndumu ddumu jdumu
Żomm f’moħħok il-kelma KULJUM
Maltese Notesweek 11
Mr. Duncan Mallia
Il-Perfett (Passat)
Nużaw l-Perfett meta nkunu qed nirrakkontaw xi esperjenza, storjajew ġrajja li għaddejna minnha jew li tkun għaddiet, eżempju lbieraħ,dalgħodu, xahar ilu, sena ilu, eċċ. Il-passat jifforma bl-għajnuna tal-mamma ta’ verb, inżidu t, t, et, na, tu jew u f`tarf il-verb.
Pronom Perfett (X’għamilt ilbieraħ?)
Jiena qbiżt tlift rbaħt skirt
Inti qbiżt tlift rbaħt skirt
Huwa qabeż tilef rebaħ siker
Hija qabżet tilfet rebħet sikret
Aħna qbiżna tlifna rbaħna skirna
Intom qbiżtu tliftu rbaħtu skirtu
Huma qabżu tilfu rebħu sikru
Verbi bl-għ fil-Passat
Biex niktbu verbi bl-għ fin-nofs u fl-aħħar fil-Passat irridu nibnuhom fuq il-mudell.
Għ fil-bidu m’hemmx mudell
Għ fin-nofs (lagħab) il-mudell seRaq
Għ fit-tarf (qata’) il-mudell kiseR
għamel
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
għamilt għamilt għamel għamlet għamilna għamiltu għamlu
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
għażel
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
għażilt għażilt għażel għażlet għażilna għażiltu għażlu
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
lagħab
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
sraqt sraqt seraq serqet sraqna sraqtu serqu
lgħabt lgħabt lagħab lagħbet lgħabna lgħabtu lagħbu
Mudell: seRaq
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
xegħel
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
sraqt sraqt seraq serqet sraqna sraqtu serqu
xgħelt xgħelt xegħel xegħlet xgħelna xgħeltu xegħlu
Mudell: seRaq
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
qata`
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
ksirt ksirt kiser kisret ksirna ksirtu kisru
qtajt qtajt qata` qatgħet qtajna qtajtu qatgħu
Mudell: kiseR
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
laqa`
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
ksirt ksirt kiser kisret ksirna ksirtu kisru
lqajt lqajt laqa` laqgħet lqajna lqajtu laqgħu
Mudell: kiseR
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
tela`Mudell: kiseR
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
ksirt ksirt kiser kisret ksirna ksirtu kisru
tlajt tlajt tela` telgħet tlajna tlajtu telgħu
Fuq il-mudell bierek naħdmu l-verbi ġiegħel u qiegħed.
Dawn il-verbi fihom ie u għ.
ġiegħel
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
berikt berikt bierek bierket berikna beriktu bierku
ġegħilt ġegħilt ġiegħel ġiegħlet ġegħilna ġegħiltu ġiegħlu
Mudell: bieRek
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
qiegħed
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
berikt berikt bierek bierket berikna beriktu bierku
qegħidt qegħidt qiegħed qiegħdet qegħidna qegħidtu qiegħdu
Mudell: bieRek
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
Il-verb ta huwa rregolari.
Fil-Preżent jinħadem bl-għ u fil-Passat taqa` l-għ.
ta fil-Preżentjiena nagħti
inti tagħti
huwa jagħti
hija tagħti
aħna nagħtu
intom tagħtu
huma jagħtu
ta fil-Passatjiena tajt
inti tajt
huwa ta
hija tat
aħna tajna
intom tajtu
huma taw
Verbi bl-h fil-Passat
xeħet fehem, deher, xehed
bierek fiehem
ħeles hemeż
fehem
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
xħitt xħitt xeħet xeħtet xħitna xħittu xeħtu
fhimt fhimt fehem fehmet fhimna fhimtu fehmu
Mudell: xeħet
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
deher
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
xħitt xħitt xeħet xeħtet xħitna xħittu xeħtu
dhert dhert deher dehret dherna dhertu dehru
Mudell: xeħet
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
xehed
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
xħitt xħitt xeħet xeħtet xħitna xħittu xeħtu
xhedt xhedt xehed xehdet xhedna xhedtu xehdu
Mudell: xeħet
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
fiehem
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
berikt berikt bierek bierket berikna beriktu bierku
fehemt fehemt fiehem fiehmet fehemna fehemtu fiehmu
Mudell: bierek
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
hemeż
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
ħlist ħlist ħeles ħelset ħlisna ħlistu ħelsu
hmiżt hmiżt hemeż hemżet hmiżna hmiżtu hemżu
Mudell: ħeles
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
Verbi kwadrilitteri
ħarbat
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
ħarbatt ħarbatt ħarbat ħarbtet ħarbatna ħarbattu ħarbtu
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
werwer
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
werwirt werwirt werwer werwret werwirna werwirtu werwru
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
ċapċap
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
ċapċapt ċapċapt ċapċap ċapċpet ċapċapna ċapċaptu ċapċpu
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
pespes
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
pespist pespist pespes pespset pespisna pespistu pespsu
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
ressaq
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
ressaqt ressaqt ressaq ressqet ressaqna ressaqtu ressqu
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
Verbi dgħajfin
lewa
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
lwejt lwejt lewa lwiet lwejna lwejtu lwew
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
ġera
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
ġrejt ġrejt ġera ġriet ġrejna ġrejtu ġrew
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
bies
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
bist bist bies bieset bisna bistu biesu
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
dam
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
domt domt dam damet domna domtu damu
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
ħabb
Jiena Inti Huwa Hija Aħna Intom Huma
ħabbejt ħabbejt ħabb ħabbet ħabbejna ħabbejtu ħabbu
Żomm f’moħħok il-kelma Ilbieraħ
Maltese Notesweek 12
Mr. Duncan Mallia
In-Negattiv
Biex tifforma n-negattiv trid iżżid l-kelma ma qabel il-verb u tehmeżl-ittra x fit-tarf tiegħu. Innota li l-kelma ma, m’għandhiex apostrofu.Ftakar li l-kontra tan-negattiv jissejjaħ l-affermattiv.
Eżempji:
affermattiv negattiv affermattiv negattiv
mort ma mortx tilfu ma tilfux
kilt ma kiltx rebaħ ma rebaħx
fraħtu ma fraħtux firxu ma firxux
qsamtu ma qsamtux ktibt ma ktibtx
spiċċajt ma spiċċajtx sar ma sarx
F’każ ta’ kliem li jispiċċa bil-a, taqa’ l-a u ssir iex.
Eżempji:
ġera beka
bekka tana
tefa kellha
ħallieha
ma ġeriex ma bekiex
ma bekkiex ma taniex
ma tefiex ma kellhiex
ma ħallihiexInnota li f’dan il-każ il-ieta’ quddiem saret i
Xi kliem li ma jobdux din ir-regola huma:
ma ġarax
ma ppruvax
ma stonax
ġara
ipprova
stona
Kliem b’sillaba waħda li jispiċċa bil-a jieħu x biss.
Eżempji:
ħa
ta
ra
ma ħax
ma tax
ma rax
Kliem li jispiċċa bl-għ miktuba bħala apostrofu (’) fl-aħħar tal-kelma jwaqqa’ l-għ u jieħu x.
Eżempji:
waqa’
sema’
qata’
ma waqax
ma semax
ma qatax
Bosta kliem inżidulu biss mau l-ittra x fl-aħħar.
Hawn ninkludu wkoll kliem li jispiċċa bix-x.
Eżempji:
ried feraħ
waqgħet ġie
ngħix għex
ma riedx ma feraħx
ma waqgħetx ma ġiex
ma ngħixx ma għexx
Fi kliem ta’ żewġ sillabi jew aktar li fih l-ie, l-ie
taqa’.
Eżempju:
riedet siefer
fieqet riedu
kienu mietu
ma riditx ma sifirx
ma fiqitx ma ridux
ma kinux ma mitux
Hemm xi kliem li meta niktbuh fin-negattiv l-
ittra e issir i.
Eżempju:
ħasel qabeż
silef qabżet
ħareġ ferfer
ma ħasilx ma qabiżx
ma silifx ma qabżitx
ma ħariġx ma ferfirx
Fil-kliem li jibda bl-għjew b’vokali:
il-ma tinkiteb m’.
Eżempju:
għandu
erfajt
għollejt
m’għandux
m’erfajtx
m’għollejtx
Maltese Notesweek 13
Mr. Duncan Mallia
Il-Pronomi Magħżulin/Personali
Il-pronomi magħżulin huma kliem li joqogħdu minflok in-nomi. L-aktarpronomi magħżulin li jintużaw huma dawn:
Pronomi Magħżulin Meta jintuża?
Jien / Jiena Għalik innifsek
Int / Inti Għal ħabibek/ħabibtek
Hu / Huwa Għal xi tifel li mhux qiegħed ħdejk
Hi / Hija Għal xi tifla li mhix qiegħda ħdejk
Aħna Għalik u għal ħbiebek
Intom Għal dawk li qed titkellem magħhom
Huma Għal dawk li mhumiex ħdejk
Il-Pronomi Magħżulin/Personali
jiena aħna inti intom
huwa hija huma
Innota li l-pronomimagħżulinjinkitbu b’ittra żgħira, jekk ma jkunux fil-bidu tas-sentenza.
Il-Pronomi Magħżulin/Personali
Il-pronomi magħżulin jistgħu jinkitbu wkoll fin-negattiv. Innota liqabel pronom li jibda bl-h, il-ma ssir m u tingħaqad mal-pronom.Qabel pronom li jibda bil-vokali, il-ma titqassar u ssir m’.
Pronomi Magħżulin Negattiv
Jien / Jiena m’iniex
Int / Inti m’intix
Hu / Huwa mhux / mhuwiex
Hi / Hija mhix / mhijiex
Aħna m’aħniex
Intom m’intomx
Huma mhumiex
Pronomi diretti meħmużin mal-verb
Il-pronomi jistgħu jingħaqdu mal-verbi billi nżidu:
-ni, ek/k, -u/h, -ha, -na, -kom, -hom
sab lili sabni
sab lilek sabek
sab lilu sabu
sab lilha sabha
sab lilna sabna
sab lilkom sabkom
sab lilhom sabhom
Maltese Notesweek 14
Mr. Duncan Mallia
Il-Futur
Il-futur jintuża biex juri azzjoni li għad trid isseħħ. Din l-azzjonitista’ sseħħ minn hawn u ftit ieħor, siegħa oħra, illejla, fi tmiem il-ġimgħa, ġimgħa oħra, xahar ieħor, is-sena d-dieħla, sentejn oħra, latikber, eċċ. Il-futur fil-Malti jista’ jsir billi tiżdied il-kelma sa jew se.
Eżempji ta’ sentenzi fil-futur:
• Għada se ndur dawra mal-Belt Valletta.
• Fis-sajf li ġej sa nsiefer lejn Ruma.
• Il-ġimgħa d-dieħla se nibda dieta stretta.
• It-tifla tagħna sa tasal lura minn Spanja għada.
• Nhar il-Ġimgħa se mmur il-Festa tal-Frawli.
• X’ħin se niltaqgħu llejla?
Il-Futur
• Is-Sibt li ġej sa mmur tieġ il-Birgu.
• Ix-xahar id-dieħel se nagħmel il-Griżma.
• Bħal-lum sena se nkunu t-Turkija.
• Il-ġimgħa d-dieħla se mmur nżur lin-nanna.
• Ir-riċeviment sa jsir ġewwa Palazzo Notabile.
• Fil-programm li jmiss se nitkellmu fuq id-Dwejra.
• Fis-sigħat li ġejjin se tagħmel ħafna xita.
• Fi tmiem il-ġimgħa sa jilagħbu l-Inter kontra l-Juventus.
• Għada filgħaxija se nixtri rigal għal oħti.
• Fl-aħħar ġimgħa tax-xahar sa jkollok student mill-Italja.
• Jiena naħseb li Valletta sa jirbħu l-kampjonat Malti tal-futbol.
• Nhar il-Ħamis sa mmorru l-kunċert ta' James Blunt.
Maltese Notesweek 15
Mr. Duncan Mallia
Vanessa bdiet taħseb biex tixtri rigal għal ommha. F’ħanut rat vażun il-ġmiel tiegħu iżda b’xorti ħażina, dan kellu girfa żgħira. Tal-ħanut qaltilha li kienet se ġġib għażla akbar ta’ vażuni fi żmien jumejn u li jekk tistenna ftit kienet se ssib xi ħaġa żgur ! Għalhekk Vanessa semgħet minnha u reġgħet lura lejn il-ħanut fi żmien jumejn. Hemmhekk rat għażla ta’ vażuni akbar minn fejn setgħet tagħżel rigal sabiħ għal ommha. Kif jgħidu, min jistenna jithenna.
It-Tnejn filgħodu Jamie kellu xi jgħid mal-ħabib tal-qalb tiegħu. Iddispjaċieh mhux ftit u xtaq jirranġa mill-aktar fis għax ma riedx li jibqgħu miġġildin. Għalhekk iddeċieda li jkellmu fil-brejk għax xtaq li jerġgħu għal li kienu qabel mill-aktar fis possibbli. Ma xtaqx li jgħaddi ħafna żmien għax hekk il-biċċa bejniethom kienet tikber aktar. Fil-fatt għamel hekk u reġgħu rranġaw. Sewwa jgħidu li l-ftira sħuna tajba.
In-nannu ta’ Annabel kien iħobb jerfa’ kollox. Kont issiblu minn kollox. Il-mara tiegħu kienet dejjem tgerger bl-imbarazz iżda n-nannu ftit kien jagħti kasha għax jiġbor l-affarijiet kien u jiġbor baqa’! Darba n-neputija talbitu xi ritratti tal-antik għax kellha bżonnhom għal proġett tal-iskola. In-nannu dlonk mar ifittex fl-album tar-ritratti tiegħu u mela lin-neputija b’għażla liema bħalha. Sewwa jgħidu, erfa’ u sorr għal meta tiġi bżonn.
Helga kienet tfajla li tħobb iż-żfin u kienet żeffiena tajba mhux ftit. Fil-fatt kienu jsibuha bħala Helga ż-żeffiena. Kienet tiżfen ma’ kumpanija taż-żfin. Lejla waħda kienet qed tiżfen fis-Sala Parrokkjali. Inzerta li dakinhar ma tantx kienet moħħha hemm u ħadet diversi żbalji fil-passi li kienet qed tagħmel iżda peress li kienet żeffiena tajba, ħadd ma qal xejn kontriha. Sewwa jgħidu, ħu l-fama u mur orqod.
Il-familja Cassar kienet ilha taħseb biex issiefer. Għalhekk marret il-Fiera tal-Ivvjaġġar u ħadet diversi fuljetti biex tkun tista’ tiddeċiedi dwar fejn se tmur u ma’ liema aġenzija jaqblilha tmur. Il-familja damet tiddiskuti u tqalleb fil-fuljetti sakemm fl-aħħar qatgħetha li tmur safra ta’ ġimgħa ġewwa l-Ingilterra. Kif jgħidu, qis mitt darba u aqta’ darba.
Mark fi tfulitu kien tifel traskurat mhux ftit.Ommu dejjem kienet tgħidlu biex iżomm il-kamra pulita speċjalment l-iskrivanija għax dejjem kienet tkun mimlija kotba, karti u lapsijiet mitfugħin kif ġie ġie. Mark kien isibha bi tqila biex jiżbarazza. Meta kiber mar jaħdem f’uffiċċju. Il-kap tiegħu kien kuntent bih iżda ma kienx iħares lejn l-iskrivanija tiegħu li ma jarahiex mimlija imbarazz. Kien iwissih li għad jitlef xi karta importanti minħabba f’hekk. Kif jgħidu, min jitwieled tond ma jmutx kwadru.
Anton kellu ħabib fuq ruħu mhux ħażin. Kull moda li kien ikun hawn, il-ħabib t’Anton kien jippruvaha. Mhux l-istess nistgħu ngħidu għal Anton għax dan kien tifel kwiet. Anton u l-ħabib tiegħu minn dejjem kienu jkunu flimkien u ma kontx tara lil wieħed mingħajr l-ieħor. L-iskola kienu jkunu dejjem flimkien u l-għalliema kienu jaħsbu li Anton kien tal-istess karattru bħal sieħbu peress li kienu jarawhom ta’ spiss flimkien. Sewwa jgħidu, ma’ min rajtek xebbahtek.
Darba kien hemm żewġt iħbieb bl-isem ta’ Pawlu u Ninu. Huma kienu bejjiegħa tal-monti. Filwaqt li Ninu kien iħobb jgħajjat biex juri dak li kellu għall-bejgħ, Pawlu kien jintefa’ f’rokna u jistenna lin-nies biex jersqu lejh. Għalhekk Ninu kien jirnexxielu jbigħ mhux ħazin u jaqla’ ġurnata tajba, iżda Pawlu ma tantx kien jaqla’ flus. Sewwa jgħidu lil-għajta nofs il-bejgħ.
Is-sena l-oħra Audrey marret tixtri. Rat qalziet sabiħ ġewwa ħanut. Dan kien qed jinbiegħ bi prezz irħis. Ippruvatu, ġieha sew u għalhekk xtratu. Tgħidx kemm kienet ferħana li ma tantx kienet nefqet flus! Il-qalziet libsitu wara ġimgħa li kienet xtratu iżda malajr iddispjaċieha għax spiċċa biex infetqilha minn post li ma setgħetx tirranġah. Sewwa jgħidu,l-irħis għali.
Noel kien iħobb jistudja fil-kamra tiegħu. Darba minnhom iżda kien hemm nemusa ddur ma’ rasu li bdiet iddejqu. Għalhekk iddeċieda li jmur f’kamra oħra biex jikkonċentra aktar. Iżda hemm sab li tant kien hemm sħana li ma setax jissaporti u spiċċa f’sitwazzjoni agħar. Sewwa jgħidu li mit-taġen għal ġon-nar.
Annalise kienet ippreparat ruħha sew għall-eżamijiet tal-aħħar tas-sena. Kienet taf li ladarba studjat l-eżamijiet kienu se jkunu aktar faċli u ma kinitx se ssibha diffiċli biex tirrispondi l-mistoqsijiet tal-karta. Kif jgħidu, għan-niżla kull qaddis jgħin.
Jennifer kellha riħ u ma marritx skola għal ġimgħa sħiħa. Meta marret lura lejn l-iskola sabet li tilfet ħarġa sabiħa li kienet ilha tistenna. Barra minn hekk l-għalliema bidlitilha postha u kellha tpoġġi f’post waħedha. Jennifer ma ħaditx gost b’dan. Sewwa jgħidu li, il-ħmar il-magħkus idur għalih id-dubbien.
Sandra kienet ilha titkessaħ fil-klassi. Il-ħin kollu ttellef lil sħabha. Veru li għaddiet siegħa żmien, imma mil-lezzjoni ma fehmet xejn għax meta l-għalliema tathom ix-xogħol, hi baqgħet tħares fil-vojt lejn il-pitazz. Tgħidx kemm irrabjat magħha l-għalliema meta rat il-pitazz tagħha vojt. Sewwa jgħidu li wara d-daħq jiġi l-biki.
Kien għadu kemm fetaħ ristorant ġdid u modern fil-Mosta. Sid ristorant fil-qrib sab li naqsulu l-klijenti minn mindu ġara dan. Dan minkejja l-ikel tajjeb li l-kċina tiegħu kienet toffri. Fetaħ qalbu ma’ ħabib tiegħu u qallu x’kien qed jiġri. Dan qallu li kien jinsab f’din is-sitwazzjoni għax ir-ristorant il-ġdid kien imżejjen bl-aqwa dekor possibbli u kien jgħaxxaq lil kulħadd bi ġmielu! Sewwa jgħidu li l-ewwel ma tiekol l-għajn.
Jacob kien iħobb jistaqsi ħafna mistoqsijiet lill-membri tal-familja tiegħu. Dawn min-naħa tagħhom kienu jieħdu pjaċir jirrisponduh meta kienu jarawh jinteressa ruħu f’kollox u għax fuq kollox kien jitgħallem dejjem aktar. Sewwa jgħidu li l-mistoqsija oħt il-għerf.
Roderick kien iħobb jigdeb u jwaħħal f’ħaddieħor biex ma jeħilx hu meta jkun għamel xi waħda minn tiegħu. Hekk ġara meta kisser vażun, għax waħħal fil-qattus! Iżda malli kien qed jgħid b’dan lil ommu, dlonk jitfaċċa missieru bil-qattus f’idejh. Kien għadu ġej bih mingħand il-veterinarju. Żgur li ma kienx il-qattus il-ħati! Sewwa jgħidu li l-giddieb għomru qasir.
Nicolette xtrat arloġġ tad-ditta u marret tiftaħar bih l-iskola. Għadda xahar u għodwa waħda Nicolette ndunat li l-arloġġ ma kienx għadu jaħdem. Tal-ħanut qalilha li l-ħsara li kellu tant kienet kbira li kien jaqblilha tixtri wieħed ġdid milli ssewwih! Sewwa jgħidu li mhux kull ma jleqq hu deheb.
Mark m’għamilx ix-xogħol mitlub minnu mill-għalliema. Għalhekk talbitu joħdilha l-firma t’ommu. Mark ħadhielha l-għada filgħodu iżda l-għalliema ssuspettat li l-firma kienet falza. Ma qalet xejn imma meta wasal Jum il-Ġenituri, uriet il-firma lil omm Mark. Meta rat il-firma, omm Mark qalet lill-għalliema li l-firma ma kinitx tagħha. Il-verità kienet inkixfet. Sewwa jgħidu liż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
Is-Sur Agius rebaħ somma flus ġmielha. Issa seta’ jagħmel dak li jixtieq. Seta’ jbiddel id-dar għal waħda akbar u aktar lussuża. Seta’ jixtri kull xorta ta’ rigali għal uliedu. Fuq kollox seta’ jsiefer safra mal-familja tiegħu għal pajjiż mixtieq. Sewwa jgħidu li bil-flus tagħmel triq fil-baħar.
Stephanie u nannitha kienu jinġiebu ħafna. In-nanna ta’ Stephanie kienet tħobb tgħinha fix-xogħol tal-iskola meta din kien ikollha xi diffikultà. Stephanie min-naħa tagħha kienet tgħinha billi tmur tixtrilha. Sewwa jgħidu li kull qalb trid oħra.
Aldo u Kevin kienu qed iġemmgħu l-istikers tal-album tal-futbol. Kevin kien iħobb jixtri l-istikers ta’ kuljum u jwaħħalhom fuq l-album tiegħu. Kultant kien ipartat l-istikers doppji li kellu ma’ sħabu tal-iskola. Mill-banda l-oħra, Aldo kien jieħu kull opportunità biex ipartat l-istikers doppji tiegħu. Ma kienx ipartathom biss l-iskola u l-mużew imma kien jagħtihom lil missieru biex ipartathomlu fuq ix-xogħol. Barra minn hekk, kien imur il-Belt, fi Triq il-Merkanti biex ipartathom ma’ nies oħra. Għalhekk filwaqt li Kevin kellu l-album nofsu vojt, l-album t’Aldo kien nofsu mimli. Sewwa jgħidu li min jorqod ma jaqbadx ħut.
Nathalia kienet tifla intelliġenti. Darba l-għalliema tal-klassi ħeġġitha biex tieħu sehem fi kwiżż edukattiv. Nathalia tgħidx kemm tkabbret malli saret taf b’dan u ma waqfitx tiftaħar li hi kienet se tkun ir-rebbieħa minn Malta kollha. Il-kompetizzjoni bdiet u Nathalia veru bdiet tmur tajjeb.M’għandniex xi ngħidu, tgħidx kemm ftaħret li hi l-aqwa tifla f’Malta. Ġara iżda, li meta waslet biex tieħu sehem fil-finali ma tantx kienet tiflaħ iżda xorta marret għall-programm għax riedet tirbaħ. Peress li ma tantx kienet qed tħossha sew bdiet tieħu ħafna żbalji u spiċċat biex tilfet! Sewwa jgħidu li min jiftaħar jaqa’ l-baħar.
Katrina kienet qed tagħmel proġett tal-iskola ma’ ħabibitha. Kienu ilhom jiltaqgħu għand xulxin għal diversi xhur sabiex jibnuh flimkien. Saħansitra kienu joħorġu flimkien fi tmiem il-ġimgħa sabiex jieħdu xi ritratti relatati mal-proġett. Ftit, ftit, waslu biex lestewh u ppreżentawh lill-għalliema tagħhom biex tikkoreġih. Sewwa jgħidu libil-qatra l-qatra timtela l-ġarra.
Jacob kien tifel fuq ruħu. Fis-sajf kien joqgħod ġewwa post tal-villeġġjatura mal-familja tiegħu. Kien jagħmilha ma’ grupp ta’ ħbieb tamparu. Is-sajf li għadda, kellu esperjenza kerha li ħallietu f’siġġu tar-roti. Dan il-għaliex darba għamel imħatra ma’ sħabu li jaqbeż minn post fil-għoli. Kulħadd beda jgħidlu li din il-ħaġa kienet perikoluża iżda ta’ tifel imqareb li kien, ma ta kas ta’ ħadd u qabeż. Malajr iddispjaċih għax ħabat ma’ blata u spiċċa l-isptar. Spiċċa biex għamel ħsara f’dahru u ma setax jimxi aktar u rrealizza li mal-baħar ma tiċċajtax! Sewwa jgħidu li l-baħar żaqqu ratba u rasu iebsa.
Jonathan kien tifel kwiet u kien joqgħod għalih waħdu waqt il-brejk. Ftit tfal li kienu fil-klassi tiegħu ma kinux jaħmluh kwiet u kienu joqogħdu jitfgħulu xi affarijiet bħal ilma jew ikel biex jittantawh. Jonathan kien jissaporti u ma jgħid xejn. Kulma kien jagħmel kien, li jipprova jaħrabhom. Darba, iżda ma felaħx iżjed u mar jirrapurtahom lis-surmast. Dan bagħat għalihom u tahom ċanfira kif mistħoqq. Sewwa jgħidu li kelb rieqed la tqajmux.
Hi u sejra d-dar mill-iskola, Maria kienet tħobb iċċempel il-qniepen tad-djar tan-nies u titlaq tiġri filwaqt li tistaħba wara kantuniera biex ma tinqabadx. Dawn in-nies tgħidx kemm kienu jirrabjaw meta kienu joħorġu barra biex jaraw min ġie u ma jaraw lil ħadd. Ġara darba iżda, li meta ċemplet qanpiena ta’ dar b’ħasira quddiem il-bieb, sabet mara li dlonk bexxqet il-ħasira u saqsietha x’kellha bżonn! M’għandniex xi ngħidu Maria nkisret u m’għarfitx x’se tweġibha. Fl-aħħar kienet inqabdet fil-fatt. Kif jgħidu, il-ġarra ġejja u sejra fl-aħħar tinkiser.
Nathan kien iffissat fuq ir-roti. L-aħħar rota li xtara, seta’ jagħmel xi akrobaziji biha. Nannuh kien jgħidlu li din it-tip ta’ rota ma jużahiex bl-addoċċ fit-toroq għax seta’ jweġġa’ biha. Fil-fatt Nathan kien jisma’ min-nannuh u kien imur jitrenja bir-rota tiegħu f’kumpless sportiv. Dan il-għaliex kien jaf li għandek tagħti kas tal-esperjenza ta’ min ikun akbar minnek. Il-Malti jgħid li kliem ix-xiħ żomm fih.
Darba kien hemm fenek li kien jgħid lill-annimali ta’ madwaru kemm jaf jiġri u li ħadd ma kien ilaħħaq miegħu. Għodwa waħda fekruna fetlilha tagħmel tellieqa miegħu. L-annimali l-oħra malli semgħu b’dan tgħidx kemm daħku għax qalulha li hi kienet timxi bil-mod u ma kinitx se tlaħħaq miegħu. Bdiet it-tiġrija u l-fenek beda jiġri kemm jiflaħ. Sadanittant il-fekruna bdiet timxi bil-mod. Meta l-fenek ra li l-fekruna ma kinitx tidher, iddeċieda li jistrieħ taħt id-dell ta’ siġra u spiċċa biex raqad raqda fonda. Għadda l-ħin u l-fekruna spiċċat biex għaddietu u rebħet it-tellieqa. Sewwa jgħidu li min jimxi bil-mod jasal kmieni.
Chris kien tifel li kien iħobb il-logħob tan-nar. Sa minn meta kien żgħir kien jistenna s-sajf biex joqgħod iħares lejhom telgħin isebbħu s-smewwiet. Mhux darba jew tnejn li kien jagħti daqqa t’id lil xi żagħżugħ tar-raħal fil-kamra tan-nar għax kien jgħid li meta jikber kien jixtieq jaħdem in-nar. Iżda s-sajf li għadda malajr biddel fehmtu dwar dan għax l-akbar ħabib li kellu kien involut f’inċident fil-kamra tan-nar u spiċċa ħaraq idu kollha. Sewwa jgħidu li min jilgħab man-nar jinħaraq.
Gianluca kien ilu mixtieq għal rota iżda kien jaf li l-familja tiegħu ma setgħetx tikkuntentah għax ma kinux ilhom li siefru safra u kienu nefqu ħafna flus. Iżda Gianluca ma qatax qalbu u ried jagħmel minn kollox biex ikollu rota bl-anqas flus possibbli. Għalhekk għamel avviż fuq l-internet u saqsa lil diversi ħbieb jekk kinux jafu b’xi ħadd li kellu xi rota għall-bejgħ. M’għaddiex wisq żmien li ma bediex jirċievi diversi telefonati min-nies li kellhom xi rota għall-bejgħ. Spiċċa biex mar jara diversi roti sakemm sab waħda għal qalbu u bi prezz irħis.Sewwa jgħidu li min ifittex isib.
Maltese Notesweek 16 - 18
Mr. Duncan Mallia
Maltese Notesweek 19
Mr. Duncan Mallia
Maltese Notesweek 20
Mr. Duncan Mallia
Stat Kostrutt
L-Istat kostrutt juri xi ħaġa ta’ xi ħadd (il-possessiv) u jsir permezzta’ rabta bejn l-ewwel nom u t-tieni nom mingħajr l-użu tal-partiċellata’. Fi kliem ieħor, dan isir billi tneħħi l-artiklu ta’ quddiem l-ewwel nomu tneħħi t-ta’ li jkun hemm bejn iż-żewġ nomi.
Eżempji: il-bieb tad-dar – bieb id-dar.il-jum tal-festa – jum il-festaix-xatt tal-baħar – xatt il-baħar
Il-ġurnata ta’ qabel il-festa ngħidulha lejlet il-festa.Lejliet hija plural ta’ lejla.
Nomi li jispiċċaw bl-a jieħdu t jew et fl-istat kostrutt.
Eżempji: il-mara ta’ Lino – mart Linoil-ġrajja ta’ Malta – ġrajjet Malta
Stat Kostrutt
id-dahar tas-siġġu dahar is-siġġu
id-denb tal-qattus denb il-qattus
il-bieb tal-belt bieb il-belt
iż-żmien tal-Milied żmien il-Milied
it-tfal ta’ Rita ulied Rita
it-tifel ta’ Toni iben Toni
it-tifla ta’ Pawlu bint Pawlu
l-għanja tat-tfal għanjet it-tfal
il-ħidma tal-bniedem ħidmet il-bniedem
il-lejla tal-Milied lejlet il-Milied
ix-xewqa ta’ missieri xewqet missieri
Maltese Notesweek 21
Mr. Duncan Mallia
Sinjali tal-Punteġġjatura
. tużah fl-aħħar tas-sentenza
, tużaha biex tieħu pawża f’sentenza u meta jkollok lista ta’ affarijiet
“ ” tużahom meta jkun qed jitkellem xi ħadd
? tużaha meta tistaqsi mistoqsija
A B Ċ tużahom fil-bidu tas-sentenza u meta tikteb isem (nom propju)
! tużaha meta trid turi stagħġib
punt
virgola
virgoletti
punt tal-mistoqsija
“ ”
Il-punt jintuża biex jagħlaq sentenza.
Iz-ziju xtara ħmar
Il-virgola tintuża l-iżjed biex tifred lista ta’ kliem fl-istess sentenza.
Malta Sqallija Ċipru u Kreta huma gżejjer
Quddiem u qatt ma nużaw virgola.
Fir-razzett
rajna baqar
mogħoż nagħaġ
tiġieġ u żwiemel
Il-virgoletti doppji jintużaw biex jiġbru dak li jintqal f’diskors
dirett.
“ ”
“Moska hija l-belt kapitali tar-Russja,” spjega l-għalliem.
Il-punt tal-mistoqsija tintuża
biex tagħlaq sentenza li
tistaqsi mistoqsija.
Għalfejn ma ġejtx skola lbieraħ
Il-virgoletti singli jintużaw meta jkun hemm xi kelma bl-Ingliż jew b’xi lingwa
oħra fis-sentenza.
‘ ’
Il-ġimgħa l-oħra Toninu xtara ‘smartphone’.
bullets
Il-bullets nużawhom meta rridu niktbu lista.
Permezz tal-bullets ikun iktar faċli biex naqraw u nifhmu l-lista.
Il-bullets jinkitbu taħt xulxin. Qabel nibdew il-lista bil-bullets nużaw il-colon (:) biex nuru dak li jkun ġej b`mod ċar.
L-ewwel ġurnata tal-iskola t-tfal iridu jġibu magħhom:
• erba’ pitazzi• kuluri• fardal• karti bojod• il-kotba• dizzjunarju
Maltese Notesweek 22
Mr. Duncan Mallia
Diskors Dirett u Diskors Indirett
L-għalliem qal lit-tfal, “Oqogħdu attenti.”Din is-sentenza ngħidu li fiha diskors dirett.
Jekk xi ħadd jirrapporta x’qal l-għalliem niktbu:L-għalliem qal lit-tfal biex joqogħdu attenti.Is-sentenza issa qegħda f’diskors indirett.
Meta taqleb minn diskors dirett għal diskors indirett oqgħod attent li:
• ġeneralment, il-verb tad-diskors dirett jinqaleb għall-Perfett(Passat).
Eżempju: Janet qalet, “Inħossni ma niflaħx.”Janet qalet li ħassitha ma tiflaħx.
F’Diskors Dirett ngħidu…
dalgħodu dik l-għodwa
ilbieraħ il-jum ta’ qabel
il-ġimgħa l-oħra il-ġimgħa ta’ qabel
filgħaxija dik il-lejla
is-sena l-oħra is-sena ta` qabel
għada l-għada
F’Diskors Indirett ngħidu…
Maltese Notesweek 23
Mr. Duncan Mallia
In-numri 1-20 u
l-għaxriet
• meta nagħmlu l-kontijiet u naħdmu s-somom;
Meta nużaw in-numri?
• meta nmorru nixtru;
• biex ngħidu u niktbu l-ħin;
• meta niktbu xi dati u fil-kalendarju;
• biex inċemplu lil ħaddieħor;
• fir-rapport tat-temp;
• f’riżultati ta’ eżamijiet jew xi sports.
Tgħallem ikteb in-numri 1 sa 20
wieħed1tnejn2tlieta3erbgħa4ħamsa5sitta6
sebgħa7tmienja8disgħa9għaxra10
ħdax11tnax12
tlettax13erbatax14ħmistax15sittax16sbatax17tmintax18dsatax19għoxrin20
Tgħallem ikteb in-numri 10 sa 100
għaxra10għoxrin20tletin30
erbgħin40ħamsin50sittin60
sebgħin70tmenin80disgħin90mija100
29 38
47 56
65 74
83 92
In-numri mal-oġġetti
qamar
wieħed
żewġ
tapiti
tliet kompjuters
erba’ basktijiet
ħames arloġġi
sitt
kuluri
seba’
werqiet
tmien karozzi
disa’ friefet
għaxar
għenbiet
Minn 11 sa 19 jieħdu –il li tinhemeż magħhom b`sing wieħed li jinkiteb wara n-numru.
In-nom jinkiteb fis-singular.
ħdax-il ballun
tnax-il flixkun
tlettax-il flokk
erbatax-il ktieb
ħmistax-il fjura
sittax-il nannakola
sbatax-il frawla
tmintax-il tadama
dsatax-il boċċa
Tgħallem ikteb in-numri sew bil-Malti billi tuża l-mudelli
ħamsa ħames ħamest
tnejn żewġ żewġt
tlieta tliet tlett
erbgħa erba` erbat
sitta sitt sitt
sebgħa seba` sebat
tmienja tmien tmint
disgħa disa` disat
għaxra għaxar għaxart
Aħna niktbu : ħamsin
erbgħin
sebgħin
disgħin
Għalhekk niktbu:
Ommi xtrat (4)______ ħutiet.
(ngħidu ħames ħutiet)
erba`
Kull filgħodu jkun hemm
quddiesa fis- (7)_______.
(ngħidu quddiesa fil-ħamsa)
sebgħa
Missieri għasar (9)______
larinġiet.
(ngħidu ħames larinġiet)
disa`
Pitazzi fadal (10)________.
(ngħidu fadal ħamsa)
għaxra
Fit-tellieqa Toninu ġie
(10)_________ post.
(ngħidu l-ħames post)
l-għaxar
Konna qed nieħdu gost u
malajr saru s-(6) ______.
(ngħidu saru l-ħamsa)
sitta
Oħti ser tagħlaq _____
snin.
(ngħidu ħames snin)
tliet
Il-posta tagħlaq fit- _____ .
(ngħidu tagħlaq fil-ħamsa)
tlieta
In-numri li nużaw quddiem in-nomi jistgħu jorbtu ‘t’ magħhom.
Dan jiġri quddiem nomi li jibdew b’żewġ konsonanti u jieħdu vokali tal-leħen, speċjalment meta jkunu nomi b’sillaba waħda.
Meta niktbu:
erbat itfal
sebat ibliet
disat ifniek
għ
taqa’
ħamest ibniet
Xi eżempji oħra:
sitt ijiem
għaxart isriep
tlett ifrieħ
żewġt iħbieb
Mijiet, Eluf, Għaxart Elfijiet,
Mitt Elfijiet, Miljuni
Mijiet
100 mija
200 mitejn
300 tliet mija
400 erba’ mija
500 ħames mija
600 sitt mija
700 seba’ mija
800 tmien mija
900 disa’ mija
Eluf
1,000 elf
2,000 elfejn
3,000 tlett elef
4,000 erbat elef
5,000 ħamest elef
6,000 sitt elef
7,000 sebat elef
8,000 tmint elef
9,000 disat elef
Għaxart Elfijiet
10,000 għaxart elef
20,000 għoxrin elf
30,000 tletin elf
40,000 erbgħin elf
50,000 ħamsin elf
60,000 sittin elf
70,000 sebgħin elf
80,000 tmenin elf
90,000 disgħin elf
Mitt Elfijiet
100,000 mitt elf
200,000 mitejn elf
300,000 tliet mitt elf
400,000 erba’ mitt elf
500,000 ħames mitt elf
600,000 sitt mitt elf
700,000 seba’ mitt elf
800,000 tmien mitt elf
900,000 disa’ mitt elf
Miljuni
1,000,000 miljun
2,000,000 żewġ miljuni
3,000,000 tliet miljuni
4,000,000 erba’ miljuni
5,000,000 ħames miljuni
6,000,000 sitt miljuni
7,000,000 seba’ miljuni
8,000,000 tmien miljuni
9,000,000 disa’ miljuni
Maltese Notesweek 24
Mr. Duncan Mallia
Frazzjonijiet
Il-Frazzjoni turi parti minn ħaġa sħiħa.
½ nofs
⅓ terz
¼ kwart
¾ tliet kwarti
⅔ żewġ terzi
Frazzjonijiet fis-sentenzi
Ħallejt (¼) kwart mill-pizza fil-kaxxa biex nikluha aktar tard id-dar.
(½) Nofs is-sala kienet mimlija bin-nies.
(¾) Tliet kwarti mit-tfal m’għamlux ix-xogħol għax sabuh tqil u l-għalliema spjegatu mill-ġdid.
(⅓) Terz ta’ ħmistax huwa ħamsa.
(⅔) Żewġ terzi tat-tfal kienu bniet.
Deċimali
Id-Deċimali huma tip ta` frazzjonijiet li niktbuhom billi nużaw il-punt(decimal point).
2.03 tnejn punt żero tlieta
6.15 sitta punt wieħed ħamsa
5.29 ħamsa punt tnejn disgħa
4.7m erba’ metri punt sebgħa
1.90m metru punt disgħa żero
8.48m tmien metri punt erbgħa tmienja
56.1m sitta u ħamsin metru punt wieħed
103.07 mija u tlieta punt żero sebgħa
Flus
Ismijiet ta` flus jinkitbu dejjem b’ittra żgħira eżempju: ewro,sterlina. Il-kelma ewro ma tiħux plural. Qatt ma ngħidu ewros jewewri.
4ċ erba’ ċenteżmi30ċ tletin ċenteżmu50ċ ħamsin ċenteżmu€2 żewġ ewro€15 ħmistax-il ewro€19 dsatax-il ewro
€1.60 ewro u sittin ċenteżmu€100 mitt ewro
Maltese Notesweek 25
Mr. Duncan Mallia
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Idjoma Tifsira
baqa’ jsaffar baqa’ b’xejn
beda jrodd is-slaleb ma setax jemmen dak li qed jara
bl-għeruq u bix-xniexel b’kollox
bejn ħaltejn mhux deċiż
bejn sema u ilma ‘il bogħod mill-art
bis-sewwa jew bid-dnewwa bilfors
dabbar rasu telaq biex jiskarta
daħal fih innifsu ħaseb sew
daħħal fellus f’rasu daħallu suspett
daħħlek fil-but għamel bik li ried
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Idjoma Tifsira
dendel geddumu għamel in-nervi
dlam taqtgħu b’sikkina dlam ċappa
fanfru iħobb jiftaħar
fetaħlu għajnejh wissieh għall-ġid tiegħu
fittex ix-xagħra fl-għaġina ra ma’ xiex se jaqbad
fommu sieket jitkellem biss għall-bżonn
frisk bħal ħassa ma jinkwetax
f’ħakka t’għajn malajr
f’radda ta’ salib f’ħin qasir ħafna
f’sakra ma jarax art siker u m’għadux jirraġuna
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Idjoma Tifsira
fuq ix-xwiek anzjuż
ġab id-dinja fit-tarf għamel għaġeb għalxejn
ġab għajnejh wara widnejh stagħġeb
ġej bid-dgħajsa ġej biċ-ċajt
ġew fl-idejn iġġieldu bl-idejn
ġewwa x-xilep! irnexxielna!
ġismu qam xewk xewk beża’ ħafna
għadma u ġilda irqiq ħafna
għajnejh akbar minn żaqqu jiekol iżjed milli jmissu
għajnu marret bih raqad
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Idjoma Tifsira
għamel il-bsaten fir-roti fixkel
għamilli demmi ilma irrabjani wisq
għandu bokka bih jiftaħar ħafna bih
għandu flus kemm jesa’ ġildu għandu ħafna flus
għomru u żmienu kważi ħajtu kollha
ħa r-ruħ irkupra
ħa falza stikka ħa żball
ħabta u sabta f’daqqa waħda
ħadem daqs kelb ħadem ħafna u iebes
ħadmu id f’id għenu lil xulxin
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Idjoma Tifsira
ħammarlu wiċċu ġiegħlu jistħi
ħobża u sikkina dejjem flimkien
idu iebsa ma jħobbx jgħin
illejla qabel għada issa stess
imnieħru mxammar supperv, imkabbar bih innifsu
infetħu bwieb is-sema ħafna xita f’daqqa
jiġri daqs ir-riħ jiġri u ħafif ħafna
jinten seba’ pesti jinten ħafna
jiswa mitqlu deheb jiswa ħafna flus
kellu seba’ mitt sena kien fuq ix-xwiek
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Idjoma Tifsira
kemmex xofftejh ma ħax gost
kielu bil-ħars ħares lejh u flieh sew
kiesaħ u biered bla mistenni
kixef il-borom kixef it-taħwid u s-sigrieti
kliemu ħelu jaf imur man-nies
lagħab man-nar daħal fil-periklu
m’għandux kwiet f’ġismu mqareb
m’ogħla hawn twil ħafna
ma jagħrafx A minn B injorant
mar għand Alla miet
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Idjoma Tifsira
marret għajnu bih raqad
mejjet bil-għatx għandu għatx kbir
mimli daqs bajda ma joqgħod xejn aktar fih
minn sbieħ Alla minn filgħodu kmieni
minn widna jidħol mill-oħra joħroġ li tgħidlu għalxejn
minn żmien żemżem / il-brodu antik ħafna
moħħ ir-riħ bla għaqal
moħħu jagħtih bravu
moħħu jilħaqlu makakk
naxru minn tulu waqqgħu
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Idjoma Tifsira
nofs leħja mhux komplut
qabad miegħu bħal qarnita ma ħalliehx bi kwietu
qagħad b’seba’ għajnejn qagħad attent ħafna
qajjem rixu ma baqax jistħi
qalbu għamlet tikk inħasad b’li sema’
qalbu tħabbat sitta sitta imbeżża’
qata’ qalbu ma kompliex
qatta’ l-karti ma riedx ikollu x’jaqsam iktar
qdieh mill-koxxa qdieh sew u bla tgergir
qisu mejda tal-qubbajt jattendi l-festi kollha
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Idjoma Tifsira
qisu melħa jindaħal wisq
qisu sifja irqiq ħafna
ra l-mewt ma’ wiċċu għadda minn xi periklu
ras iebsa iridha tgħaddi dejjem tiegħu
ras maqtugħa ma jafx x’se jaqbad jagħmel
refa’ jdejh fuqi sawwatni
riħa taqsam riħa qawwija
sab l-Amerka skopra xi ħaġa
sajjetta fil-bnazzi xi ħaġa mhix mistennija
sebgħu dritt m’għandux minn xiex jistħi
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Idjoma Tifsira
siequ fil-ħofra wasal biex imut
spalla ma’ spalla flimkien
stenna l-bajtra taqa’ f’ħalqu irid riżultat tajjeb u ma jaħdimx
ta’ fuqu senduqu fqir, m’għandux ħliefhom
ta’ ġewwa jiġi minni, tal-familja
ta’ sebgħu f’ħalqu żgħir u ma jifhimx
ta’ wara l-muntanji stramb, għadu lura
ta’ żaqqu f’fommu dak li jħoss jgħidu
tad-dinja l-oħra ma titwemminx
tapp qasir
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Idjoma Tifsira
ta daqqa t’għajn ħares u ħa ħsieb
ta daqqa t’id għenu
tah il-ġenb warrbu
tahielu bl-imgħarfa għamillu risposta faċli
taz-zokkor kollu ħlewwa u manjieri tajbin
tefa’ l-ankri baqa’ fejn kien u ma ċċaqlaqx
tefa’ l-ġebla fuq saqajh ġab l-inkwiet fuqu nnifsu
tilef il-boxxla ma baqax iġib ruħu b’mod normali
tilef il-qaleb u l-ġbejna tilef kollox
ward u żahar kollox miexi sew
Espressjonijiet u Idjomi Maltin
Idjoma Tifsira
wiċċ Laskri wiċċ li qatt ma jitbissem
xemx taqli l-ankri / gremxul xemx qawwija
xewka ma jħallikx bi kwietek
xi darba tmiss lill-Papa lil kulħadd jiġri xi ħaġa
xidja jaqbad ma’ kulħadd
xogħol ta’ kafkaf xogħol bi traskuraġni
xoroblu demmu ħadlu wisq flus ta’ xi servizz
xtaq l-art tibilgħu staħa ħafna
żaqqu ma’ daru ma jiflaħx iżomm bil-ġuħ
żelaq fin-niexef żbalja fejn ma kellux għalfejn
Ikteb b’Malti korrett
Minflok issortjajt il-karti nistgħu ngħidu…
għażilt il-karti
Minflok nisslajsjaw l-ġobon nistgħu ngħidu…
inqattgħu l-ġobon
Minflok nikkattjah biċċa biċċa nistgħu ngħidu…
naqtgħu biċċabiċċa
Minflok l-ikel qed jikkuljanistgħu ngħidu…
l-ikel qed jibred
Minflok thank you nistgħu ngħidu…
grazzi
Minflok tispreddja l-kunserva nistgħu ngħidu…
tidlek l-kunserva
Minflok tirrowstja t-tiġieġ nistgħu ngħidu…
tixwi t-tiġieġ
Minflok tibbejkja l-ħobż nistgħu ngħidu…
taħmi l-ħobż
Minflok il-mummy nistgħu ngħidu…
ommi
Minflok nilgħab gamenistgħu ngħidu…
nilgħablogħba
Minflok ippressajt il-buttuna nistgħu ngħidu…
għafast il-buttuna
Minflok okay nistgħu ngħidu…
tajjeb
Minflok nixrob drink frisk nistgħu ngħidu…
nixrob xarbafriska
Maltese Notesweek 26 - 30
Mr. Duncan Mallia