27 Ħadd matul is-sena
Post on 30-Dec-2015
155 Views
Preview:
DESCRIPTION
TRANSCRIPT
www.ofm.org.mt
L-1 QARIQari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel.
Eż 18, 25-28
Dan jgħid il-Mulej: Intom għidtu: Mhix sewwa l-imġiba tal-Mulej! Issa isimgħu, dar Iżrael: Forsi l-imġiba tiegħi mhix sewwa? Mhux l-imġiba tagħkom li mhix sewwa?
Jekk wieħed ġust jitbiegħed mill-
ġustizzja tiegħu u jagħmel il-ħażen u jmut minħabba fih, minħabba fi
ħżunitu jkun miet.
Imma jekk il-midneb jerġa’ lura mid-dnub u jagħmel is-sewwa u l-ġustizzja, hu jsalva ruħu, għax ikun intebaħ u reġa’ lura mid-dnubiet kollha li jkun għamel, u jibqa’ ħaj u ma jmutx.
SALM RESPONSORJALI Salm 24
Triqatek, Mulej, urini,il-mogħdijiet tiegħek
għarrafni.Mexxini fis-sewwa
tiegħek u għallimni, għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi.Għalik jien nixxennaq
il-jum kollu. R/.
Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek,
Mulej,għax huma minn
dejjem.La tiftakarx fil-ħtijiet
ta’ żgħożitijew fi dnubieti;
ftakar fija int skond tjubitek,
minħabba fil-ħlewwa tiegħek, Mulej.
R/.
Qari mill-Ittra ta’
San Pawl Appostlu
lill-Filippin.Fil 2, 1-11
Ħuti: Jekk hemm xi faraġ fi Kristu,
jekk hemm xi kelma ta’ ħlewwa fl-imħabba, jekk hemm xi xirka fl-Ispirtu, jekk
hemm xi ħniena u mogħdrija, kunu fehma waħda u
ferrħuni.
Ħa jkollkom l-istess imħabba, u kunu ruħ waħda u ħsieb wieħed
Tagħmlu xejn bl-ambizzjoni, anqas għall-frugħa; kunu umli u kull wieħed minnkom iqis
lill-ieħor aħjar minnu.
Tfittxux kull
wieħed li jaqbillu imma li jaqbel lil ħaddieħor
Aħsbu bħal ma kien jaħseb
Kristu Ġesù: hu li, għad li
kellu n-natura ta’ Alla, ma
qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,
imma tneżża’ minn kollox, billi ħa n-natura ta’ lsir, sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħal bniedem; ċekken lilu nnifsu,
billi obda sal-mewt, anzi sal-mewt tas-salib.
Hallelujah. Halleluljah.Il-preċetti tiegħek, Mulej,
ta’ min joqgħod fuqhom,imwettqin għal dejjem ta’ dejjem.
Hallelujah.
Qari mill-
Evanġelju ta’ San Mattew.
Mt 21, 28-32
F’dak iż-żmien:
Ġesù qal lill-qassisin il-
kbar u lix-xjuħ
tal-poplu: “Intom
x’jidhrilkom?
’ Dak qallu, ‘Ma rridx.’
Iżda mbagħad biddel il-fehma
u mar.
Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. ‘Arani sejjer, sinjur’, wieġbu dan; u ma
mar xejn.
Min minnhom it-tnejn għamel ir-rieda tal-missier?”
“Ta’ l-ewwel,” weġbuh. “Tassew,
ngħidilkom,” qalilhom Ġesù,
“illi l-publikani u n-nisa tat-triq
jaslu qabilkom fis-saltna ta’ Alla.
Għax Ġwanni ġie lejkom fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx.
www.ofm.org.mt
top related