a tribute to rużar briffa
DESCRIPTION
A tribute to Ruzar Briffa, poet, doctor, humanitarian .... illustrated by great photography. A completely Maltese product, showing the heart of this island. The first in a series.TRANSCRIPT
A TA Tribute to Rużar BriffaPhotography: Raymond Zammit
Il-ferħa ta' bla tarf li jien poetadarba ħassejt,u bkejtbil-qalb mimlijaxħin l-ogħna ħolm tal-ħajjagħannejt.Għannejtl-imħabba u r-regħxa tagħha,is-serħ,il-ferħta' min jitgħannaq magħha.
Għannejt il-wesgħa fejn ix-xemx raħlijais-sagħtar tbus u tħaddan bl-akbar dija.Għannejt il-wied sewdieni fejnbogħod mill-ħlejjaq,xtaqt ngħix waħdieni.Għannejt fuq kollox l-għanja tal-mewġa kiebja fis-sahriet sajfija,il-leħħa bajdanijatal-ljieli msaħħra mill-bewsiet qamrija.
Għannejt bil-qalb żagħżugħa,għannejt mimli bil-ħrara,tat-triqat dellija,il-kruhatad-djar kennija,u,bħal għasfur imġennen għas-sbuħija,għal għonq it-triq,bla niket u bla diq,erħejjtha għalenija.
Għal żmien nixifli l-għana ġewwa qalbi;il-ħalf qeridli talbi,
u f'telfa ta' dlam kbir id-dawl le rajt,u sfajt tal-waħx irsir.
'Ma llum erġajt għal għonq it-triq tal-għana;
reġa' ma' dwari dawl il-poeżijainissel dija,
u smajt is-sejħasbejħa
ta' min ġo qalbu jaf li hu poeta.
Mill-Ġdid PoetaRużar Briffa Londra 1932
Fil-bluha ta' żgħoritiJien bnejt Kastell fis-sħab,Kull ġebla ħolma sbejħaU t-tajn tal-kwiekeb trab.
Fis-saħna ta' żgħożitiBnejt ieħor fuq il-qamar,Bnejtu bix-xewqat fiergħa,Bil-ħeġġa mingħajr sabar.
U issa fi rġulitiBnejt ieħor fuq il-blat,Ikbar mill-oħrajn kollha,U b'qawwa ta' l-allat.
Il-ġebel ... ix-xogħ'l iebes,U t-tajn ... ix-xewqa kbiraLi ngħin l il min hu mdejjaq,Lil kull min qalbu fqira.
U dal-Kastell għalijaHu l-isbaħ fuq is-sbieħ;Fih biss sibt wens u barka,Fih biss sibt il-mistrieħ.
Il-Kastell TiegħiRużar Briffa 10.2.1955
Fejn Int, Alla tiegħi?Fejn huwa das-semaLi Inti tgħix fih?Jew forsi lis-Sema ħallejtuU nżilt tgħammar fijaMinn xħin bdejt nixjieħ?
Inħossok filgħodu,Inħossok bil-lej',Inħossok ma' dwari,Inħossok ġo fijaMaż-żmien li għaddej.
Inħoss illi jienaM'għadnix iżjed jiena;Xi ħaġa ġo fija,Xi ħaġa ma' dwari,Tqanqalni kull ħinU tb'għedni mill-kotraTa' kollha l-bnedmin.
Inħoss regħxa kbiraFir-ruħ tiegħi fqira.Resurrectio Animae
Rużar Briffa1.2.1960
Rajtek il-għolja titla' bit-tbatija,Il-għolja tal-għolliqU tal-ħorrieq;U drabi kont felħan,U drabi bla serħan;'Ma l-lehma waħda biss:
Illum 'il fuq wasalt ...Mhux iżjed il-għolliq,Mhux iżjed il-ħorrieq:Illum il-ferħ,U s-serħ.
Twarrad ma' dwarekRas il-għolja llum;
Tgħammex 'l għajnejk illum
Xemx is-sbuħija,U ssaħħan demmek
fix-xjuħijaLi tisboq
Ta' ħaddieħor iż-żgħożija.
Lil Ninu CremonaRużar Briffa 7.6.1960
Nieżla bil-mod fuq qalb id-dinja niexfaIl-mistennija bħal għarusa għat-tieġ,Bajda, nadifa, liebsa bis-sbuħijaTa' l-ilma ġieri u ta' trab il-ħġieġ.Ġuf l-art iħossu donnu qed jittaqqalBil-ħajja ġdida li r-rebbiegħa tat,Bil-ferħ titniehed il-ħamrija għammielaFix-xquq tas-swar u l-ħofra ta' l-iblat.
L-Ewwel XitaRużar Briffa 5.9.1952
Mort il-Pjazzabl-għana tiegħiu lill-Kotra ġbartha miegħi,Għannejt l-għanja taż-Żgħorija;Logħob fix-xemx,u ferħ fil-qalb,lill-Madonna ward u talb,taħt djul ommi wens u serħ;kollox ferħ.Imma l-Kotra daħket bijaQalet: "Dan logħ'b ta' tarbija."
Għadda ż-żmienu rġajt fil-Pjazza.Għannejt l-għanja taż-Żgħożija:lejl ta' qamar,qalb bla sabar,u l-maħbuba mgħannqa miegħi,ħolm ifawwar bis-sbuħija;kollox hena, kollox dijau Poeżija."Dan miġnun," in-nies bdiet tgħid,"u le jaf xinhuwa jgħid."
Għadda bosta u bosta żmien.Mort fil-Pjazza, xiħ, għajjien.
Għannejt l-għanja tax-Xjuħija;Il-lejl sar;ħadd id-dar,waħdi rredden ħafna talb;qsim ta' qalb.Ma lħaqtx tmiem il-għanja tiegħi,għax il-Kotra geġwiġijaħambqet f'daqqa għalenija:"Sikket l-għanja tax-xjuħijau t-tbatija.Anki tagħna twila t-triq,kbir id-diq.“
Tlaqt mill-Pjazza, tlaqt imħasseb,u ġo moħħi feġġ id-dawl,"X'tiswa qatt lill-Kotra għajjienal-għanja li semmajtha jiena?Għall-marid mhux Poeżija,imma s-serħ t'Anestesija.:
Il-Kotra u JienRużar Briffa 1945
Ersaq 'il hawn, ħoll xagħrek fuq għajnejja,U bus lil fommi, hekk, bil-mod il-mod,
Ersaq 'il hawn, la tgħibx iżjed minn ħdejja,Tbegħidx minn fommi fommok qed
jirtogħ'd.La titkellimx, twassalx iżjed f'widnejja
Il-ħoss ta' dinja fejn il-qerq biss sod;'Ma b'nifsek biss għarraqli lil ħaddejja
Bħal żiffa ħiemda ġejja wisq mill-bogħ'd.Ersaq 'il hawn, ja ħolma tal-ħolm tiegħi,u nessi' l qalbi l-hemm, nessi l-ħżunija:
Ersaq 'il hawn, 'il hawn, għal dejjem miegħi.
La tbiegħed qatt 'il fommok minn xofftejja,Ħa jlaqqam hemm il-hena wiż-'żgħorija
Ersaq 'il hawn, ħoll xagħrek fuq ħaddejja.
Kenn L-ImħabbaRużar Briffa 2.5.1928
Ilbieraħ smajt il-mewġatitbekka tul ix-xatt,u ħsiebi dlonk intileffil-ħolm li ma ħlomt qatt;u sibtni f'art imbiegħedafejn qatt ma jaħkem riħ,u l-qalb f'telfa ta' sħanaissib l-għaxqa, il-mistrieħ;u sibtni f'xatt ta' xmaraimnissla wisq mill-bogħod,u x-xmara sew bħall-mewġataf tgħanni, u taf tirtogħod;ma l-għanja tagħha hi l-għanja ta' min le ġarrab hemm,għax bogħ'd mill-qilla kiefrata' min ixerred semm;ħassejtni qed nintilef,imbennen minn tant serħ,ħassejt li qalbi fl-aħħarse ssib il-mixtieq ferħ.Ilbieraħ smajt il-mewġatitbekka tul ix-xatt,u ħsiebi dlonk intileffil-ħolm li ma ħlomt qatt.
Ħolm Rużar Briffa 11.1.1928
Book One -
L-Ewwel Ktieb