programm elettorali 2013
DESCRIPTION
Il-programm elettorali tiegħi għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2013 li se nikkontesta għar-Rabat (Għawdex) f'isem il-Partit Nazzjonalista nhar id-9 ta' Marzu 2013.TRANSCRIPT
“Il-vuċi żgħażugħa għat-tisħiħ ta' Beltna”
Kandidata għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali 2013
għall-Belt Victoria f'isem il-Partit Nazzjonalista
PORTELLIMARIA
"Żagħżugħa determinata, ħabrieka u pro-attiva.
Nemmen illi Maria tista' tkun waħda mill-persuni
illi tagħti kontribut siewi biex il-Belt Victoria
tkompli timxi 'l quddiem."
Dr. Marthese Portelli
Determinata – Ambizzjuża – Ħabrieka
3 prinċipji li għenuni nikseb is-suċċessi f’ħajti. Tfuliti u żgħożiti għexthom ġo din il-belt fejn ħdimt f’diversi
ambiti tal-volontarjat fosthom fix-xandir tar-radju tal-komunità, attivitajiet fi ħdan iċ-Ċentru Parrokkjali, fil-kor
speċjalment fil-festival Mediterranea fl-opri li jittellgħu kull sena, ma’ gruppi folkloristiċi, u wkoll fi ħdan il-
Każin La Stella f’attivitajiet drammatiċi.
Il-Belt għandha ħafna biex tistagħna u jixirqilha l-ġieħ mistħoqq! Jaqbel li nibqgħu nżommuha ħajja s-sena
kollha. Għalhekk inħoss li kelli nkun ċittadina li permezz tal-vuċi żgħażugħa nista’ nagħti rwol pro-attiv għal
Belt twelidi – ir-Rabat! Minn dejjem emmint li Belti jixirqilha l-aħjar. Trabbejt fil-Belt Victoria u minnha
ddakkart passjoni għal iktar apprezzament lejn art twelidi.
Din hija l-ewwel opportunità tiegħi li nkun waħda fost il-kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Belt Victoria u nixtieq li
nifforma parti minn dan il-Kunsill għaliex nemmen li għandu jkun hemm tisħiħ qawwi għall-ġid ta’ Beltna li
tant tilqa’ nies fi ħdanha u li nkomplu nsaħħu fuq ix-xogħol tal-Kunsilli preċedenti li lkoll ħadmu għall-aħjar
tar-Rabat.
It-twemmin fil-prinċipji sodi tal-Partit Nazzjonalista huma xempju ta’ valuri li ngħożż u li għandi identità ħajja
ma’ dan il-partit. Kien dan il-partit fil-Gvern li lili għinni nifforma f’persuna edukata u nvesta fija biex jien inkun
illum il-ġurnata ta’ ġid komuni. Nirringrazzja lil dan il-Gvern għax dejjem emmen b’fiduċja sħiħa fina ż-
żgħażagħ u ra fina viżjoni għall-futur.
Min jafni jaf li naħdem bi spirtu ta’ żest u entużjażmu, u nixħet passjoni fuq kull aspett li rrid nwettaq u dan
mhux ser jonqos fil-Kunsill. Jiena nemmen li nista’ nkun punt ta’ riferiment tajjeb għalikom ir-Rabtin u
b’ħidmieti ngħin l-għaqdiet filantropiċi sabiex kollha jkollhom ugwaljanza f’termini ta’ servizzi li joffru.
Inħeġġek biex fid-9 ta’ Marzu taqdi dmirek. Il-vot huwa f’idejk u inti tista’ tiddetermina b’għażla għaqlija l-vot
fuq persuna żgħażugħa mimlija inizjattivi filwaqt li nħeġġek li tkompli timxi fuq il-kandidati sħabi tal-partit.
Dejjem tagħkom,
Maria Portelli
KUNTATT SOĊJALI_
Il-kuntatt għandu jissaħħaħ permezz tan-
newsletter li għandha titwassal bieb bieb
inklużi fis-subborgi tar-Rabat. B'dan il-mod
ir-residenti jkunu jnfurmati b’dak li qed isir
f’Belthom.
L-interazzjoni bejn ir-resident u l-kunsillier
għandha tikber ukoll mil-lat tal-kunsillier
fejn għandhom iseħħu żjarat perjodiċi lir-
residenti sabiex tirċievi r-rispons tal-Beltin
b’vuċi pro-attiva.
Il-kunsillier għandu jħoss dmir li jattendi
b’impenn xandiriet fuq ir-radjijiet tal-
komunità biex jiddiskuti l-andament fi ħdan
il-Kunsill u jilqa’ ilmenti u proposti tar-
residenti.
ŻGĦAŻAGĦ_
Iktar involviment tal-Kunsill taż-Żgħażagħ
billi jsiru laqgħat spissi bejn il-Kunsill Lokali
u dak taż-Żgħażagħ rigward attivitajiet
proposti u temi oħra sabiex inkabbru l-
parteċipazzjoni u s-sens ta’ appartenenza
lejn Beltna.
Inżidu l-attivitajiet u kompetizzjonijiet
sportivi u mużikali sabiex filwaqt li ninvolvu
liż-żgħażagħ ta’ Beltna, fl-istess ħin inkunu
qegħdin nippromwovu kemm ħajja sana u
kif ukoll it-talent lokali.
INFRASTRUTTURA U TRASPORT_
Għandha tiġi indirizzata l-problema ta’
diversi residenti fuq l-istat ħażin ta’ numru
ta’ toroq fejn b’mod speċjali fix-xitwa
jżommu l-ilma. Hemm bżonn li f’ċerti żoni
jiġu installati water culverts.
Tittieħed azzjoni iktar konkreta lejn toroq
imniżżla bħala responsabbilità tal-Gvern
Ċentrali.
Isir impenn sħiħ sabiex titjieb is-sitwazzjoni
tal-parkeġġ f’Beltna.
Isiru pjanijiet sabiex nirrestrinġu t-traffiku
ta' vetturi kbar mill-qalba tal-Belt.
AMBJENT_
Żieda fin-numru ta’ dustbins fil-lokalità għal
aktar konvenjenza tar-resident sabiex
jitnaqqas l-iskart. Jiġu installati bins tal-klieb
sabiex jinġabar il-ħmieġ tal-klieb.
Iktar sorveljanza fit-tindif tat-toroq u ħasil
fix-xahar tal-pjazez prinċipali.
Attivitajiet ta’ ġbir ta’ skart madwar Beltna
għal dehra isbaħ, ħajja itjeb u jagħmel ġid
lit-turiżmu fil-belt.
Il-latrini pubbliċi għandhom jinżammu
nodfa u ssirilhom kwalunkwe manutenzjoni
neċessarja.
KOMUNIKAZZJONI_
Inwessgħu ż-żoni fil-belt li jkollhom aċċess
b’xejn għall-internet bl-użu tat-teknoloġija
tal-Wi-Fi.
ATTIVITAJIET KULTURALI_
Jissaħħu r-relazzjonijiet internazzjonali li
għandha Beltna mal-bliet ġemellati
magħhom filwaqt li noħolqu iktar mawriet
bejniet iċ-ċittadini Rabtin u l-ġemellati.
Nagħtu spinta ‘l quddiem u l-promozzjoni
meħtieġa għall-attivitajiet li jsiru f’Beltna
b’mod speċjali l-Karnival bi stedina għall-
parteċipazzjoni tal-għaqdiet lokali.
F’Beltna nsibu diversi gruppi kulturali
fosthom żewġ gruppi folkloristiċi li jħaddnu
għeruq profondi speċjalment fil-qafas tal-
identità. Iż-żewġ gruppi jistgħu flimkien
itellgħu festival annwali b’involviment ta’
gruppi folkloristiċi internazzjonali.
EDUKAZZJONI_
Jiġu provduti korsijiet fit-teknoloġija tal-
informatika u oħrajn relatati fuq diversi
livelli kemm għat-tfal kif ukoll għall-adulti.
ENERĠIJA_
Installazzjoni fil-Kunsill ta’ pannelli
fotovoltajċi bħala soluzzjoni alternattiva
għall-konsum tal-enerġija.
Naraw li nattwaw il-Pjan ta’ Azzjoni għal
Enerġija Sostenibbli (SEAP) li ġie iffirmat is-
sena li għaddiet.
Maria Portelli
‘Ave Maria’, Sta. Domenica Str., Victoria, Gozo, VCT 9030
Tel: 27560203 | Mob: 79000368
Email: [email protected]
Facebook: facebook.com/mariaportelli.pn