procurcompeu - ec.europa.eu

2
ProcurComp EU Il-Qafas Ewropew ta’ Kompetenzi għall- Professjonisti tal-Akkwist Pubbliku Il-ProcurComp EU hi għodda li fasslet il-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġa l-professjonalizzazzjoni tal-akkwist pubbliku. Bid-definizzjoni ta’ 30 kompetenza ewlenija, il-ProcurComp EU tipprovdi referenza komuni għall-professjonisti tal-akkwist pubbliku fl-Unjoni Ewropea u lil hinn. Din tirrikonoxxi u tappoġġa l-akkwist pubbliku bħala funzjoni strateġika li twassal l-investiment pubbliku għal tkabbir sostenibbli. X’inhuma l-kompetenzi? Min jista’ jużaha? X’inhi l- ProcurComp EU ? Qabel l-għotja Orizzontali Wara l-għotja Personali Nies Prestazzjoni Speċifiċi għall- Akkwist --------------------- Interpersonali 02 01 03 05 06 04 L-individwi jistgħu jużaw il- ProcurComp EU biex jidentifikaw il- kompetenzi li jistgħu jkomplu jiżviluppaw, u biex ifasslu linja ta’ żvilupp personali u ta’ karriera. L-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw il-ProcurComp EU biex jivvalutaw u jtejbu l-kapaċità tal-funzjoni tagħhom tal-akkwist li tirrispondi għall-prijoritajiet ta’ politika tal- organizzazzjoni. Il-fornituri tat-taħriġ jistgħu jużaw il- ProcurComp EU biex jiżviluppaw programmi komprensivi ta’ taħriġ u studju. Is-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs

Upload: others

Post on 20-Nov-2021

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

ProcurCompEU

Il-Qafas Ewropew ta’ Kompetenzi għall-Professjonisti tal-Akkwist Pubbliku

Il-ProcurCompEU hi għodda li fasslet il-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġa l-professjonalizzazzjoni tal-akkwist pubbliku. Bid-definizzjoni ta’ 30 kompetenza ewlenija, il-ProcurCompEU tipprovdi referenza komuni għall-professjonisti tal-akkwist pubbliku fl-Unjoni Ewropea u lil hinn. Din tirrikonoxxi u tappoġġa l-akkwist pubbliku bħala funzjoni strateġika li twassal l-investiment pubbliku għal tkabbir sostenibbli.

X’inhuma l-kompetenzi? Min jista’ jużaha?

X’inhi l-ProcurCompEU?

Qabel l-għotja

Orizzontali

Wara l-għotja

Personali Nies

Prestazzjoni

Speċifiċi għall-Akkwist

---------------------Interpersonali

02

01

03

05

06

04

L-individwi jistgħu jużaw il-ProcurCompEU biex jidentifikaw il-kompetenzi li jistgħu jkomplu jiżviluppaw, u biex ifasslu linja ta’ żvilupp personali u ta’ karriera.

L-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw il-ProcurCompEU biex jivvalutaw u jtejbu l-kapaċità tal-funzjoni tagħhom tal-akkwist li tirrispondi għall-prijoritajiet ta’ politika tal-organizzazzjoni.

Il-fornituri tat-taħriġ jistgħu jużaw il-ProcurCompEU biex jiżviluppaw programmi komprensivi ta’ taħriġ u studju.

Is-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs

Il-ProcurCompEU hi sett ta’ għodod volontarji, mingħajr ħlas u li jistgħu adattati għalkollox għal ħtiġijiet speċifiċi. Il-ProcurCompEU tgħin lill-awtoritajiet kontraenti u lill-individwi biex jiddefinixxu dak meħtieġ biex iwettqu xogħolhom sew,jidentifikaw il-lakuni, u jimplimentaw azzjonijiet immirati ta’ tagħlim u żvilupp lijindirizzawhom.

Bil-ProcurCompEU, il-professjonisti tal-akkwist għandhom għodda importanti biex jiffaċċjaw sfidi attwali u futuri biex jipprovdu investiment u servizzi ta’ valur għoli liċ-ċittadini. Din tgħin lil professjonisti individwali tal-akkwist pubbliku biex jivvalorizzaw il-kompetenzi tagħhom, filwaqt li tiffaċilita t-taħriġ u l-iżvilupp professjonali. Tgħin lill-organizzazzjonijiet biex jibnu t-timijiet tal-professjonisti li jeħtieġu biex jilħqu l-għanijiet ta’ investiment strateġiku tagħhom u biex iħeġġu karrieri fl-akkwist. Tgħin ukoll lill-fornituri tat-taħriġ biex jibnu programmi ta’ taħriġ xierqa.

Matriċi ta’ kompetenza

Din tagħti l-istruttura lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet biex jiddefinixxu l-

għarfien u l-ħiliet li jeħtieġu biex iwettqu funzjonijiet differenti tal-akkwist pubbliku.

Għodda ta’ awtovalutazzjoni

Din tgħin lill-individwi jivvalutaw il-kompetenzi individwali tagħhom, u lill-organizzazzjonijiet

biex jivvalutaw il-livell ġenerali ta’ profiċjenza u l-maturità tal-funzjoni tal-akkwist tagħhom.

Kurrikulu tat-taħriġ

Din tappoġġa individwi u organizzazzjonijiet biex jidentifikaw taħriġ rilevanti li jtejjeb il-

kompetenzi tagħhom jew jiżviluppa oħrajn ġodda.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jippermettu kultura ta’ tagħlim u jipprovdu ambjent li jiftaħ opportunitajiet lill-membri tal-persunal biex jiżviluppaw u jtejbu lilhom infushom skont l-għanijiet professjonali tagħhom.

L-organizzazzjonijiet tat-taħriġ jistgħu jiżguraw li l-offerta ta’ taħriġ tagħhom hi komprensiva u tinkludi l-kontenut it-tajjeb għal-livell ta’ taħriġ fil-mira.

Pjanijiet ta’ żvilupp

individwali

Strateġija organizzazzjonali

għat-tagħlim u l-iżvilupp

Politika tal-akkwist

Profili tal-impjieg u

reklutaġġ

Kurrikula tat-taħriġ

personalizzati

L-organizzazzjonijiet jistgħu jiddefinixxu t-taħlita ta’ kompetenzi meħtieġa biex iwettqu l-għanijiet politiċi tagħhom u jiżviluppaw il-kapaċitajiet korrispondenti fil-forza tax-xogħol tagħhom.

Din tidentifika oqsma fejn l-individwi jistgħu jtejbu l-ħiliet tagħhom biex jilħqu l-livell mixtieq ta’ profiċjenza jew biex jispeċjalizzaw f’ċertu profil tal-impjieg.

© L-Unjoni Ewropea, 2020

IL-KUMMISSJONI EWROPEAId-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEsDirettorat DDG2.G – Akkwist Pubbliku

Il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2020

ISBN 978-92-76-18714-1doi: 10.2873/02028Numru tal-katalgu: ET-02-20-327-MT-N

https://ec.europa.eu/info/policies/public-procurement/support-tools-public-buyers_mt

Kif jintużaw l-għodod tal-ProcurCompEU?

X’inhuma l-benefiċċjital-ProcurCompEU?

Fejn tinsab il- ProcurCompEU?

Il-pakkett tal-ProcurCompEU jinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea u jista’ jitniżżel mingħajr ħlas. ProcurCompEU hi disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.