priedka 7 novena

5
Ħsieb tas-SEBAJUM tan-NOVENA Fr. Nicholas Cachia Fid-Dokument tal-Konċilju Vatikan II dwar il-Knisja, Lumen Gentium, naqraw li “l-Verġni Mqaddsa mxiet ’il quddiem fil-pellegrinaġġ tagħha ta’ fidi u żammet bil-fedeltà l-għaqda tagħha ma’ Binha sas-salib” (par. 58). Xi jfisser dak li qiegħed jgħidilna l-Konċilju? “Imxiet pellegrinaġġ”, jiġifieri “għamlet progress, għamlet mixja ’il quddiem”. Ifisser li Marija ma kelliex iswed fuq l-abjad dak kollu li kienet tfisser l-“iva” tagħha lill-anġlu mill-bidu, ma fehmitx kollox f’daqqa. Ifisser li riedet tifhem, tiskopri pass pass it-triq li l-Mulej xtaqha timxi u twieġeb għaliha, jum wara jum, ċirkustanza wara l-oħra. Eżatt kif jiġri lilna. L-“iva” tagħna lil Alla rridu ngħixuha pass pass fil-ħajja tagħna. Tajjeb għalhekk nistaqsu x’kienet tfisser fil-ħajja tal- Madonna li temmen. Żgur li għaliha l-fidi ma kinitx tfisser li jkollha biss xi ideat, xi ħsibijiet dwar Alla, frott tal-kultura li tgħix fiha. Lanqas ma kienet tfisser li tagħmel xi affarijiet, xi ġesti ta’ kult, bħal li tmur is-Sinagoga kull nhar ta’ Sibt u mbagħad tkun tista’ tibqa’ tgħix ħajjitha bil-kumdità. Inħoss li jgħodd ħafna l-kliem li qal il-Papa Franġisku waqt it-talba tal-Angelus tat-18 ta’ Awwissu li għadda: “Il-fidi mhijiex xi ħaġa li żżejjen, ornament; li tgħix il-fidi ma jfissirx li żżejjen ħajtek bi ftit reliġjon, qisu għandek kejk u żżejnu bi ftit panna. Le, din mhix fidi. Il-fidi tfisser tagħżel lil Alla bħala l-kriterju ta’ ħajtek, dak li fuqu tibni ’l ħajtek, u Alla mhuwiex vojt, Alla mhuwiex newtrali, Alla huwa dejjem pożittiv, Alla huwa mħabba, u l-imħabba hija pożittiva!” (Angelus, 18 ta’ Awwissu 2013). Sa minn mindu kienet ċkejkna, iffurmata mill-ġenituri tagħha Ġwakkin u Anna, Marija għarrfet tagħżel li tgħix f’relazzjoni ma’ dan Alla li kien wera lilu nnifsu fl-istorja tal-poplu ta’ Iżrael. Għaliha Alla ma kienx ftit ideat. Alla, u l-Kelma tiegħu, kienu realtà li fuqhom riedet tfassal ħajjitha fuqhom. Ma setatx u ma riditx tgħix mument wieħed mingħajr ma tagħmel riferenza għalihom. Għalhekk hi ssottomettiet lilha nfisha taħt dan Alla u l -kelma tiegħu. Xi tfisser “issottomettiet”? Tfisser “tpoġġi lilek innifsek taħt”, tħalli li “tkun influwenzat minn”, “tippermetti li ħajtek tkun imfassla minn”. Allura jfisser li jkun hemm deċiżjoni, li tista’ tittieħed f’mument wieħed jew tul ħajtek bil -mod il-mod, li fiha tgħid li dak kollu li naħseb, dak kollu li nħoss, dak kollu li nkun miġbud lejh, dak kollu li ngħid u li nagħmel, kollu rrid li jgħaddi mill-għarbiel tar-relazzjoni tiegħi ma’ Alla. Dan ifisser dak li qal il-Papa li “Alla mhuwiex newtrali”. Mela l-ewwel atteġġjament bażiku fil-ħajja tal-fidi, għal Marija u għalina lkoll, huwa li nitgħallmu “nirċievu” mingħand Alla, li nħallu lilna nfusna nitfasslu minn Alla. Il -Papa Benedittu XVI, f’diskors li kien għamel lill-Knisja ta’ Ruma f’Ġunju 2012, għamel din ir- riflessjoni: “Li insiru nsara mhix xi ħaġa li ssegwi deċiżjoni li nieħu jien: ‘Issa ħa nagħmel lili nnifsi nisrani’. Ċert, anke d-deċiżjoni tiegħi hija bżonnjuża, imma fuq kollox hija l-azzjoni ta’

Upload: zamchar

Post on 20-Jun-2015

274 views

Category:

Documents


7 download

TRANSCRIPT

Page 1: Priedka 7 novena

Ħsieb tas-SEBA’ JUM tan-NOVENA

Fr. Nicholas Cachia

Fid-Dokument tal-Konċilju Vatikan II dwar il-Knisja, Lumen Gentium, naqraw li “l-Verġni

Mqaddsa mxiet ’il quddiem fil-pellegrinaġġ tagħha ta’ fidi u żammet bil-fedeltà l-għaqda

tagħha ma’ Binha sas-salib” (par. 58). Xi jfisser dak li qiegħed jgħidilna l-Konċilju? “Imxiet

pellegrinaġġ”, jiġifieri “għamlet progress, għamlet mixja ’il quddiem”. Ifisser li Marija ma

kelliex iswed fuq l-abjad dak kollu li kienet tfisser l-“iva” tagħha lill-anġlu mill-bidu, ma

fehmitx kollox f’daqqa. Ifisser li riedet tifhem, tiskopri pass pass it-triq li l-Mulej xtaqha

timxi u twieġeb għaliha, jum wara jum, ċirkustanza wara l-oħra. Eżatt kif jiġri lilna. L-“iva”

tagħna lil Alla rridu ngħixuha pass pass fil-ħajja tagħna.

Tajjeb għalhekk nistaqsu x’kienet tfisser fil-ħajja tal-

Madonna li temmen. Żgur li għaliha l-fidi ma kinitx tfisser li

jkollha biss xi ideat, xi ħsibijiet dwar Alla, frott tal-kultura li

tgħix fiha. Lanqas ma kienet tfisser li tagħmel xi affarijiet, xi

ġesti ta’ kult, bħal li tmur is-Sinagoga kull nhar ta’ Sibt u

mbagħad tkun tista’ tibqa’ tgħix ħajjitha bil-kumdità. Inħoss

li jgħodd ħafna l-kliem li qal il-Papa Franġisku waqt it-talba

tal-Angelus tat-18 ta’ Awwissu li għadda: “Il-fidi mhijiex xi

ħaġa li żżejjen, ornament; li tgħix il-fidi ma jfissirx li żżejjen

ħajtek bi ftit reliġjon, qisu għandek kejk u żżejnu bi ftit

panna. Le, din mhix fidi. Il-fidi tfisser tagħżel lil Alla bħala

l-kriterju ta’ ħajtek, dak li fuqu tibni ’l ħajtek, u Alla

mhuwiex vojt, Alla mhuwiex newtrali, Alla huwa dejjem

pożittiv, Alla huwa mħabba, u l-imħabba hija pożittiva!”

(Angelus, 18 ta’ Awwissu 2013).

Sa minn mindu kienet ċkejkna, iffurmata mill-ġenituri tagħha Ġwakkin u Anna, Marija

għarrfet tagħżel li tgħix f’relazzjoni ma’ dan Alla li kien wera lilu nnifsu fl-istorja tal-poplu

ta’ Iżrael. Għaliha Alla ma kienx ftit ideat. Alla, u l-Kelma tiegħu, kienu realtà li fuqhom

riedet tfassal ħajjitha fuqhom. Ma setatx u ma riditx tgħix mument wieħed mingħajr ma

tagħmel riferenza għalihom. Għalhekk hi ssottomettiet lilha nfisha taħt dan Alla u l-kelma

tiegħu. Xi tfisser “issottomettiet”? Tfisser “tpoġġi lilek innifsek taħt”, tħalli li “tkun

influwenzat minn”, “tippermetti li ħajtek tkun imfassla minn”. Allura jfisser li jkun hemm

deċiżjoni, li tista’ tittieħed f’mument wieħed jew tul ħajtek bil-mod il-mod, li fiha tgħid li dak

kollu li naħseb, dak kollu li nħoss, dak kollu li nkun miġbud lejh, dak kollu li ngħid u li

nagħmel, kollu rrid li jgħaddi mill-għarbiel tar-relazzjoni tiegħi ma’ Alla. Dan ifisser dak li

qal il-Papa li “Alla mhuwiex newtrali”.

Mela l-ewwel atteġġjament bażiku fil-ħajja tal-fidi, għal Marija u għalina lkoll, huwa li

nitgħallmu “nirċievu” mingħand Alla, li nħallu lilna nfusna nitfasslu minn Alla. Il-Papa

Benedittu XVI, f’diskors li kien għamel lill-Knisja ta’ Ruma f’Ġunju 2012, għamel din ir-

riflessjoni: “Li insiru nsara mhix xi ħaġa li ssegwi deċiżjoni li nieħu jien: ‘Issa ħa nagħmel lili

nnifsi nisrani’. Ċert, anke d-deċiżjoni tiegħi hija bżonnjuża, imma fuq kollox hija l-azzjoni ta’

Page 2: Priedka 7 novena

Alla miegħi: mhuwiex jien li nagħmel lili nnifsi nisrani, imma Alla jagħzilni, Alla jeħodni

minn idejja u hekk, waqt li ngħid ‘iva’ għal din l-azzjoni ta’ Alla, insir nisrani. Li nsiru nsara,

f’ċertu sens, hija xi ħaġa passiva: jien ma nagħmilx lili nnifsi nisrani, imma Alla jagħmilni

bniedem tiegħu, Alla jeħodni f’idejh u jagħti lil ħajti sura ġdida” (Lectio Divina, 11 ta’ Gunju

2012).

Il-profeti jużaw tixbiħa ħelwa biex ifehmuna din il-verità: it-tafal f’idejn il-fuħħari. “Mulej,

int missierna; aħna t-tafal, u inti l-fuħħari; aħna lkoll għemil idejk” (Iż 64,7). “Bħalma hu t-

tafal f’idejn il-fuħħari, hekk intom f’idejja, dar Iżrael” (Ġer 18,6). Il-passiv li minnu jitkellem

il-Papa Benedittu għalhekk ifisser il-bżonn li rridu nintelqu kompletament f’idejn Alla,

b’disponibiltà sħiħa nħallu lilu jsawwarna. Hekk għamlet Marija. Hekk tistedinna biex

nagħmlu aħna fil-ħajja tagħna.

Għalhekk, element ieħor tal-fidi

huwa l-fiduċja. Jien ma

nintelaqx f’idejn xi ħadd li ma

nafux! Jien inkun lest li nafda

ħajti f’idejn xi ħadd li naf li

jħobbni. Bħalma jagħmlu t-tfal

f’idejn il-ġenituri tagħhom, għax

sa mit-twelid ikunu għamlu l-

esperjenza tal-kura tagħhom: naf

li meta jkunu hemm huma, meta

nkun f’idejhom, m’għandix

għax nibża’, se jieħdu ħsiebi, se

jagħtuni li jkolli bżonn. Il-fidi tistedinna nagħrfu li Alla huwa tassew xi ħadd li jħobbna u li

dejjem jieħu ħsiebna u jagħtina dak kollu li neħtieġu. “Tista’ mara tinsa t-tarbija tagħha, u ma

tħennx għal bin ġufha? Mqar jekk din tinsa, jien ma ninsiek qatt!” (Iż 49,15). “Bi mħabba ta'

dejjem ħabbejtek, għalhekk il-ħlewwa tiegħi rfajt għalik” (Ġer 31,3).

Marija tagħmel din l-esperjenza ta’ Alla u tgħix il-ħajja tagħha f’relazzjoni sħiħa miegħu,

f’atteġġjament sħiħ ta’ fiduċja, billi tintelaq f’idejh. Kull ġrajja fil-ħajja tal-Madonna hija

xhieda ta’ din l-attitudni fejn qed tħalli lil Alla jsawwarha u jmexxiha.

Dan l-atteġġjament ifisser li inti tmut għalik innifsek, tmut għall-ideat u x-xewqat tiegħek,

tmut għall-interessi u l-egoiżmi tiegħi. Dan ma jfissirx li, fir-relazzjoni tagħna ma’ Alla ma

nużawx l-intelliġenza tagħna jew ir-raġuni tagħna. Ifisser li l-kwalitajiet tiegħi, id-doni u t-

talenti tiegħi, jiena kollha npoġġihom għad-dispożizzjoni ta’ Alla. Kif tgħid dik it-talba

sabiħa ħafna ta’ Sant’Injazju: “Ħu Mulej u ilqa’ l-libertà kollha tiegħi, il-memorja, il-fehma,

u r-rieda kollha tiegħi. Kull m’għandi int tajtuli u għalhekk jien nerġa’ nroddulek u nħallih

f’idejk kollu kemm hu biex tmexxini skond ir-rieda qaddisa tiegħek. Agħtini biss imħabbtek

u l-grazzja tiegħek, b’dawn biss inkun għani biżżejjed u xejn aktar ma nkun neħtieġ”.

Marija tgħix dan l-atteġġjament b’dik it-talba-tweġiba tassew sabiħa li tgħid lill-Anġlu: “Ara,

jiena l-qaddejja tal-Mulej; ħa jsir minni skont kelmtek!” (Lq 1,38). Hawnhekk Marija mhux

qed toffri parti minnha lil Alla; qed toffri dak kollu li hi biex fiha u permezz tagħha sseħħ ir-

rieda tal-Mulej. Hawnhekk Marija mhux qed tgħid din l-“iva” darba biss imma tkompli

Page 3: Priedka 7 novena

tgħidha tul il-ħajja kollha tagħha. X’differenza għamlet fl-istorja ta’ kull bniedem din l-“iva”

li qalet persuna waħda lil Alla! X’differenza tagħmel ukoll jekk inti u jien ngħidu din l-“iva”

lil Alla fil-ħajja tagħna!

Kif jgħid il-Papa Benedittu XVI, is-Sena tal-Fidi li aħna qed

ngħixu, hija “sejħa biex mill- ġdid nikkonvertu b’mod awtentiku

lejn Kristu, il-Feddej waħdieni tad-dinja... Permezz tal-fidi, din

il-ħajja ġdida ssawwar il-ħajja kollha kemm hi tal-bniedem

skont ir-realtà radikali tal-qawmien. Aktar ma jkun hemm

koperazzjoni ħielsa, aktar jissaffew u jinbidlu bil-mod il-

ħsibijiet u l-imħabbiet tal-bniedem, il-mentalità u l-imġieba

tiegħu fil-vjaġġ li qatt ma jintemm b’mod sħiħ f’din il-ħajja”

(Porta Fidei, 6).

Apparti nilqgħu b’qalb miftuħa dan id-don tal-fidi mingħand il-

Mulej, irridu wkoll nimpenjaw ruħna biex nidħlu iżjed fil-fond

f’dak li aħna nemmnu. Ma nistgħux nibqgħu bil-ftit tagħlim bażiku li ħadna meta konna

ċkejknin. Irridu nikbru, insiru adulti, irridu nitgħallmu! Jekk nibqa’ bil-ftit li tgħallimt insajjar

meta kont żgħir, ma tantx se niekol ikel ta’ sustanza, għaliex ma mmur iktar minn xi bajda

moqlija!! Hekk ukoll fil-fidi: irridu nikbru, irridu nitgħallmu. Mill-ġdid il-Papa Benedittu:

“Hu essenzjali li nkunu nafu x’inhu dak li nemmnu fih biex inkunu nistgħu nagħtu l-kunsens

tagħna, jiġifieri biex nilqgħu (adeżjoni) b’mod sħiħ bl-intelliġenza u r-rieda dak li l-Knisja

tipproponielna. L-għerf tal-fidi jdaħħalna fil-misteru salvifiku sħiħ li Alla wriena” (Porta

Fidei, 10). Għeżież, hu importanti ħafna li nieħdu l-okkażjoni biex naqraw, nistudjaw u

nattendu għal ħafna laqgħat ta’ tagħlim li jsiru fid-Djoċesi u fil-Parroċċa tagħna.

“Li l-Knisja tipproponielna” – għaliex jien ma nemminx waħdi. Jien qiegħed f’komunità. Il-

“jiena nemmen” trid issir dejjem iżjed parti mill-“aħna nemmnu” bħala komunità. U trid tkun

sostnuta minnha. Jeħtieġ, iva, nagħmel l-istqarrija tal-fidi tiegħi b’mod personali. Imma jien

irċevejt il-Bibbja, il-Kelma ta’ Alla mill-Knisja. Il-Knisja kienet dik li matul is-sekli spjegatli

u fetħitli dan it-tagħlim b’mod li nista’ nifhmu dejjem iżjed. Il-Knisja hija dik li permezz tal-

ministeru tagħha fis-Sagramenti u fiċ-ċelebrazzjoni tal-Liturġija tlaqqagħni b’mod mill-iżjed

personali mal-grazzja ta’ Alla li tbiddilni. Qatt ma nista’ nkun “jien u Kristu, jew Alla,

waħdi”. L-att tal-fidi tiegħi jrid iseħħ fil-kuntest tal-Knisja u grazzi għall-għajnuna kollha li

nirċievi minn hemm. Eżempju mill-isbaħ ta’ dan huwa l-preżenza ta’ Marija f’nofs id-

dixxipli fiċ-Ċenaklu jistennew il-miġja tal-Ispirtu s-Santu: “Ilkoll qalb waħda kienu jitolbu

flimkien ma’ xi nisa u ma’ Marija, omm Ġesù, u ma’ ħutu” (Atti 1,14). Żgur li Marija kienet

qed tagħmel il-kuraġġ lil dawn id-dixxipli waqt li taqsam magħhom l-esperjenza tagħha ta’

fiduċja totali fil-Mulej Ġesù. Turina l-bżonn tal-komunità biex inkunu nistgħu ngħixu l-

esperjenza tal-fidi tagħna. Ma nistax ngħix waħdi ta’ nisrani: “nissieħeb ma’ kull min għandu

l-biża’ tiegħek, ma’ dawk li jħarsu l-preċetti tiegħek” (S. 119, 63).

Fl-aħħarnett, “l-istqarrija tal-fomm turi li l-fidi titlob xhieda u impenn fil-pubbliku. In-nisrani

qatt ma għandu jaħseb li t-twemmin hu xi ħaġa privata... Il-fidi ... titlob ... responsabiltà

soċjali dwar dak li wieħed jemmen fih” (Porta Fidei, 10). Ma jistax ikun hemm firda bejn l-

għixien tal-fidi tagħna u t-twettieq tal-professjoni tagħna; ma nistgħux nibżgħu nuru l-valuri

Page 4: Priedka 7 novena

nsara tagħna, anke jekk dan ifisser li ma nkunux popolari u forsi niġu wkoll imwarrba. Irridu

niksbu kuraġġ mill-eżempju ta’ tant persuni li, qabilna, għexu dan l-impenn u soffrew għalih.

Hija sejħa biex ikunu nsara “full time” u mhux “part time”.

Ejjew induru lejn Marija, Omm il-Knisja, l-Omm tagħna lkoll li nixtiequ nkunu dixxipli tal-

Mulej, li nixtiequ nagħmlu dan il-pellegrinaġġ ta’ fidi. Nitolbuha biex kif hi baqgħet temmen

u baqgħet fidila anke fil-mumenti diffiċli tal-ħajja tagħha, hekk aħna nibqgħu fidili fl-impenn

tagħna u fl-istqarrija tagħna tal-Mulej Ġesù, is-Sid u l-Feddej tagħna, sakemm naslu biex

magħha nkunu magħqudin miegħu għal dejjem.

Talba ta’ Fulberto ta’ Chartres

Santa Marija, għin lill-imsejkna,

agħti l-qawwa lil min hu bla kuraġġ,

agħmel il-qalb lid-dgħajfa.

Itlob għall-poplu,

idħol għall-Kleru,

interċedi għall-persuni kkonsagrati.

Jalla dawk li jiċċelebraw it-tifkira tiegħek,

iduqu, ilkoll, l-għajnuna ġeneruża tiegħek.

B’widnejk miftuħa għal-leħen ta’ min jitolbok,

agħmel li x-xewqa ta’ kull wieħed isseħħ.

Ħa tkun ħidmietek l-interċessjoni dejjiema għall-

poplu ta’ Alla,

int li stħaqqlek, o mbierka,

li tnissel lil min ġabilna l-fidwa tad-dinja,

dak li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem.

Ammen.

Page 5: Priedka 7 novena