priedka 2 novena

4
Ħsieb tat-TIENI JUM tan-NOVENA Fr. Nicholas Cachia Illum għandna magħna nies li ġejjin mill-periferija tal-parroċċa tan-Naxxar. Ħafna minnkom li lqajtu l-istedina tal-Arċipriet toqgħodu f’żoni li, f’termini Maltin, huma ‘l bogħod miċ- ċentru tal-Parroċċa. Illum ġejtu fiċ-ċentru biex imbagħad terġgħu lura lejn djarkom u lejn iż- żona tagħkom biex twasslu l-Kelma li rċivejtu. X’messaġġ twasslilna Marija f’sitwazzjoni bħal din? Fl-Evanġelju tal-lum naraw lil Marija titlaq il-kumditatad-dar tagħha – hi li issa kellha bżonn ukoll min jieħu ħsiebha għaliex kienet tqila u marret “tħaffef” lejn id-dar tal- qaribha tagħha Eliżabetta. Marret tgħinha fil-ħtiġijiet tagħha. Mhix l-unika darba li naraw lil Marija fi vjaġġ: nerġgħu narawha sejra lejn Betlemm, fejn hemm twelled lil Ġesu. Narawha titlaq minn pajjiżha u tmur tfittex, flimkien maĠesuu Ġużeppi, kenn politiku fl-Eġittu. Narawha wkoll tirritorna lejn pajjiżha biex tistabilixxi d-dar tagħha fNazaret. Narawha wkoll tmur lejn Ġerusalemm meta Ġesu’ kellu tnax-il sena u fi żmien il- jiem tal-passjoni taĠesu. Il-ħajja ta’ Marija kienet immarkata b’mixja, mixja li kontinwament kienet teħodha miċ- ċentru għall-periferija, xi kultant lil hinn mill-konfini tal-kultura u tal-pajjiż tagħha. Nistgħu nifmhu din il-mixja mhux biss fuq livell ġejografiku u fiżiku, imma fuq kollox fuq livell spiritwali. Fuq kollox, Marija ngħatat lilna minn Ġesu’ fuq is-Salib bħala Omma il-bnedmin kollha. Xi tfisser? X’kien iċ-ċentru għal Marija? Il-qalba tal-ħajja ta’ Marija ma kienx post, dar. Ma kinitx il- kumditatad-dar tagħha. L-anqas ma kienet ir-rabta tagħha mal-familja jew mal-pajjiż fejn hi twieldet u kienet tgħix. Kienet tħobbhom u tirrispettahom. Kienet tħobb id-dar u tieħu ħsiebha. Imma l-qalb tagħha ma kienx hawn. Il-qalba tal-ħajja ta’ Marija -ċentru taħajjitha – kien jinsab frelazzjoni. Anke hawnhekk: ma kinitx ir-relazzjoni maĠużeppi, għalkemm kienet tħobbu tassew. Ir-relazzjoni li kienet tagħtiha l-ħajja, il-qawwa, kienet dik maAlla. Mas-Salmista, Marija setgħet dejjem tgħid: “Int Sidi, m’għandix ġid ieħor ħliefek. Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi, inti żżomm fidejk xortija(Salm 16 : 2-5). Irridu noqgħodu attenti li ma ngħidux: “imma dik kienet il-Madonna, għalhekk kienet faċli għaliha li ma tkunx marbuta ma’ post, familja, u tkun miftuħa kompletament għal Alla.” Marija kienet bniedma bħalna f’kollox. Id-differenza minna kienet li hi kienet meħlusa mid- dnub tan-nisel u allura setgġet tagħżel b’libertasħiħa dak li tassew jgħinha tikber u timxi ‘l quddiem. B’hekk aħna nistgħu nħarsu lejha u nitgħallmu minnha kif għandna nagħżlu. Marija għamlet għażla: li ħajjitha tfassalha fuq il-Kelma taAlla, li tgħix kontinwament miftuħa għall-Ispirtu taAlla. Qalbha, moħħha kienu ntunati l-ħin kollu ma’ dak li Alla jrid minnha, mal-mod kif Alla kien qiegħed imexxiha bl-Ispirtu tiegħu.

Upload: zamchar

Post on 20-Jun-2015

397 views

Category:

Documents


11 download

TRANSCRIPT

Page 1: Priedka 2 novena

Ħsieb tat-TIENI JUM tan-NOVENA

Fr. Nicholas Cachia

Illum għandna magħna nies li ġejjin mill-periferija tal-parroċċa tan-Naxxar. Ħafna minnkom

li lqajtu l-istedina tal-Arċipriet toqgħodu f’żoni li, f’termini Maltin, huma ‘l bogħod miċ-

ċentru tal-Parroċċa. Illum ġejtu fiċ-ċentru biex imbagħad terġgħu lura lejn djarkom u lejn iż-

żona tagħkom biex twasslu l-Kelma li rċivejtu. X’messaġġ twasslilna Marija f’sitwazzjoni

bħal din?

Fl-Evanġelju tal-lum naraw lil Marija titlaq

il-kumdita’ tad-dar tagħha – hi li issa kellha

bżonn ukoll min jieħu ħsiebha għaliex kienet

tqila – u marret “tħaffef” lejn id-dar tal-

qaribha tagħha Eliżabetta. Marret tgħinha

fil-ħtiġijiet tagħha. Mhix l-unika darba li

naraw lil Marija fi vjaġġ: nerġgħu narawha

sejra lejn Betlemm, fejn hemm twelled lil

Ġesu’. Narawha titlaq minn pajjiżha u tmur

tfittex, flimkien ma’ Ġesu’ u Ġużeppi, kenn

politiku fl-Eġittu. Narawha wkoll tirritorna lejn pajjiżha biex tistabilixxi d-dar tagħha

f’Nazaret. Narawha wkoll tmur lejn Ġerusalemm meta Ġesu’ kellu tnax-il sena u fi żmien il-

jiem tal-passjoni ta’ Ġesu’.

Il-ħajja ta’ Marija kienet immarkata b’mixja, mixja li kontinwament kienet teħodha miċ-

ċentru għall-periferija, xi kultant lil hinn mill-konfini tal-kultura u tal-pajjiż tagħha. Nistgħu

nifmhu din il-mixja mhux biss fuq livell ġejografiku u fiżiku, imma fuq kollox fuq livell

spiritwali. Fuq kollox, Marija ngħatat lilna minn Ġesu’ fuq is-Salib bħala Omma il-bnedmin

kollha. Xi tfisser?

X’kien iċ-ċentru għal Marija? Il-qalba tal-ħajja ta’ Marija ma kienx post, dar. Ma kinitx il-

kumdita’ tad-dar tagħha. L-anqas ma kienet ir-rabta tagħha mal-familja jew mal-pajjiż fejn hi

twieldet u kienet tgħix. Kienet tħobbhom u tirrispettahom. Kienet tħobb id-dar u tieħu

ħsiebha. Imma l-qalb tagħha ma kienx hawn. Il-qalba tal-ħajja ta’ Marija – iċ-ċentru ta’

ħajjitha – kien jinsab f’relazzjoni. Anke hawnhekk: ma kinitx ir-relazzjoni ma’ Ġużeppi,

għalkemm kienet tħobbu tassew. Ir-relazzjoni li kienet tagħtiha l-ħajja, il-qawwa, kienet dik

ma’ Alla. Mas-Salmista, Marija setgħet dejjem tgħid: “Int Sidi, m’għandix ġid ieħor ħliefek.

Mulej, inti s-sehem tal-wirt u r-riżq tiegħi, inti żżomm f’idejk xortija” (Salm 16 : 2-5).

Irridu noqgħodu attenti li ma ngħidux: “imma dik kienet il-Madonna, għalhekk kienet faċli

għaliha li ma tkunx marbuta ma’ post, familja, u tkun miftuħa kompletament għal Alla.”

Marija kienet bniedma bħalna f’kollox. Id-differenza minna kienet li hi kienet meħlusa mid-

dnub tan-nisel u allura setgġet tagħżel b’liberta’ sħiħa dak li tassew jgħinha tikber u timxi ‘l

quddiem. B’hekk aħna nistgħu nħarsu lejha u nitgħallmu minnha kif għandna nagħżlu. Marija

għamlet għażla: li ħajjitha tfassalha fuq il-Kelma ta’ Alla, li tgħix kontinwament miftuħa

għall-Ispirtu ta’ Alla. Qalbha, moħħha kienu ntunati l-ħin kollu ma’ dak li Alla jrid minnha,

mal-mod kif Alla kien qiegħed imexxiha bl-Ispirtu tiegħu.

Page 2: Priedka 2 novena

Dan kien iċ-ċentru fil-ħajja ta’ Marija: “Inżomm il-Mulej dejjem quddiemi, għax bih

f’leminti qatt ma nitħarrek ... int tgħallimni t-triq tal-ħajja” (Salm 16 : 8,11). Huwa mingħand

il-Mulej li Marija kienet iġġib l-orjentament ta’ ħajjitha: x’għandha tagħżel, x’għandha

tagħmel, x’għandha tgħid, x’għandha taħseb, fejn għandha tmur, ma’ min għandha tiltaqa’.

Kollox kien b’referenza għal Alla u l-Kelma tiegħu. Kollox riedet tgħix għall-glorja tiegħu. U

għaliex qalbha kienet mimlija b’Alla, allura kienet tħares ‘il barra. Ma kinitx tingħalaq fil-

bżonnijiet tagħha, imma qalbha kienet miftuħa beraħ għall-ieħor. Lesta li tmur tgħin. Lesta li

tingħata. Lesta dejjem li tħobb, mingħajr ma toqgħod tqis x’ikun ifisser għaliha, kemm se

jkollha tbati.

U nemmen li hawnhekk għandna messaġġ ieħor importanti ħafna li twasslilna Marija: qalb

miftuħa, ħerqa li tgħin, xewqa li nwassal il-ġid veru lill-oħrajn. Dan kollu ġej mill-imħabba li

Alla jsawwab fi qlubna. San Pawl jgħidilna fl-Ittra lir-Rumani: “L-imħabba ta’ Alla ssawbet

fi qlubna permezz tal-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna” (5:5). Marija għalhekk, mimlija bl-

Ispirtu Qaddis, hija wkoll mimlija bl-imħabba ta’ Alla; tgħallmet tħobb kif iħobb Alla nnisfu.

L-istess jiġri lilna jekk aħna nkunu miftuħin għall-Ispirtu Qaddis fil-ħajja tagħna.

X’għamlet Marija? Marret tgħin ... kienet

sensittiva ... wasslet il-kelma lill-oħrajn.

X’għandna nagħmlu aħna? Bħalha rridu miċ-

ċentru nħossu l-ħtieġa li mmorru fil-periferiji tal-

ħajja tagħna biex hemmhekk inxandru l-

Evanġelju, ħafna drabi mhux tant bil-kliem –

għalkemm anke dawn huma meħtieġa – imma

żgur u dejjem permezz tax-xhieda ta’ ħajjitna.

Liema huma l-periferiji tal-ħajja tagħna? Iż-żoni

periferiċi tal-parroċċa tagħna. Ħafna drabi hawn insibu jgħixu nies li ġejjin minn inħawi oħra

ta’ Malta u għadhom ma integrawx mal-komunita’ tagħna. Għadhom iħossuhom imwarrbin,

esklużi. Xi drabi għax huma ma jagħmlux ħilithom. Drabi oħra għax aħna m’aħniex miftuħin

biżżejjed biex nilqgħu lil min “mhux tagħna”. Imma l-periferiji m’humhiex dawn biss. Hemm

periferiji oħra li rridu nagħtu kashom u għandna responsabbilta’ li nersqu lejhom u

nħobbuhom, kif tgħallimna Marija.

Ħa nuża l-kliem tal-Papa Franġisku meta kien qed jitkellem mal-Kattoliċi tal-Belt ta’ Ruma

fis-17 ta’ Ġunju li għadda. Qalilhom hekk: “It-tħabbira tal-Evanġelju trid tasal l-ewwel u

qabel kollox għand il-foqra, dawk li sikwit ikun jonqoshom dak li hu bżonnjuż biex ikunu

jistgħu jgħix ħajja b’dinjita’. Lilhom tasal l-ewwel il-bxara t-tajba li Alla jħobbhom bi

predilezzjoni u jiġi jżurhom permezz tal-ħidmiet tal-karita’ li d-dixxipli ta’ Kristu jwettqu

f’simu ... Fil-mument tal-Ġudizzju tal-Aħħar, kif naqraw fil-kapitlu 25 ta’ Mattew, ilkoll se

nkunu ġġudikati fuq dan”.

Il-periferiji tal-faqar materjali

Nirringrazjzjaw lill-Mulej li ħafna minna għandna dak li hu neċessarju għall-ħajja u forsi

ħafna iktar ukoll. Imma kemm hu possibbli li l-ġid jagħlaqna fina nfusna? Kemm hu

possibbli li iktar ma jkollok iktar tkun trid trekken għalik? Xi kultant ninsewha t-tbeżbiża ta’

Ġesu’: “Iblah li int! Dan il-lejl stess jitolbuk ruħek lura. U l-ħwejjeġ li ħejjejt għalik, ta’ min

Page 3: Priedka 2 novena

ikunu?” (Lq 12 : 20). Kemm għandna għajnejna miftuħin għal min hu tassew fil-bżonn, fqir

anke fl-inħawi fejn ngħixu aħna? Kemm qed nersqu biex inwasslulhom l-Evanġelju tal-

imħabba, tal-għotja tagħna nfusna, tas-sensittivita’ tagħna?

Ma nistgħux nitkellmu biss minn faqar materjali. Jeżisti wkoll ħafna l-faqar tas-solitudni, ta’

nies li jħossuhom waħidhom, imwarrbin jew mhux apprezzati. Irridu nistaqsu lilna nfusna,

kemm bħala komunita’ parrokkjali u kemm bħala Nsara individwali u bħala familji Nsara,

x’qed nagħmlu biex inwasslu l-bxara t-tajba lil dawn il-persuni? Marija, meta marret għand

Eliżabetta, wasslitilha l-ferħ tal-preżenza ta’ Ġesu’. Huwa l-ferħ li jkun ġej mill-imħabba li

għandna ġewwa, mis-sensittivita’ tagħna, mill-istima tal-persuna li jkollna quddiemna.

Kemm ngħaddi ħin nisma’ lil xi ħadd? Kemm lest li nwassal tbissima jew nagħti għajnuna

fejn nara ħtieġa? Kemm lest li nitlef ħin minn tiegħi biex ningħata lill-oħrajn?

Il-periferiji tal-immigranti

Dan id-diskors irid iwassalna wkoll biex nitkellmu fuq periferiji oħrajn li huma skomdi għal

diversi: il-periferiji tal-immigranti – persuni li għandhom kulur u razza differenti minn

tagħna. Ejja ma nitkellmux b’mod ġenerali. Kulħadd irid jara kif ikun l-atteġġjament tiegħu

lejn dawn il-persuni. Ma rridx ninstema’ sempliċistiku. Il-problema għandha diversi aspetti li

żgur irridu nagħtu kashom. Imma hemm baħar jaqsam – skużawni l-pun – bejn dan u d-

diskors mill-iżjed razzist u dispreġattiv fuq dawn il-ħolqien ta’ Alla, li xi wħud minnhom

ikunu tassew qed ifittxu l-għajxien għalihom u għal familthom bi tbatija liema bħalha. Kemm

qed inkunu aħna l-Kattoliċi aħbar tajba għal dawn in-nies, għal ħutna fis-soċjeta’ Maltija?

Kemm qed inkunu ħmira ta’

mentalita’ ġdida? Kliem il-Papa

f’Lampedusa għadu jidwi f’widnejna:

“Nitolbu lill-Mulej jagħtina l-grazzja

li nibku fuq l-indifferenza tagħna, li

nibku fuq il-kefrija li hawn fid-dinja,

li hemm fina, u anke f’dawk li

mingħajr ma jissemmew jieħdu

deċiżjonijiet soċjo-ekonomiċi li jiftu

t-triq għal traġedji bħal dawn” (8 ta’

Lulju 2013).

Il-periferiji tal-ħsieb

Fl-aħħarnett hemm periferi oħra li rridu nżommu quddiem għajnejna: il-periferiji tal-ħsieb.

Mill-ġdid se nikkwota mid-diskors tal-Papa Franġisku f’Ġunju li għadda: “L-Appostlu [San

Pawl] jisħaq li l-Evanġelju huwa għal kulħadd, anke għall-għorrief. L-għerf li ġej mill-

qawmien ta’ Ġesu’, ma jeħodhiex kontra l-għerf uman imma, għall-kuntrarju, isaffih u

jelevah. Il-Knisja kienet dejjem preżenti fil-postijiet fejn tissawwar il-kultura. L-ewwel pass

huwa dejjem il-prijorita għall-foqra. Imma rridu wkoll immorru fil-fruntieri tal-intellett, tal-

kultura, tal-għoli tad-djalogu, id-djalogu li jġib il-paċi, id-djalogu intelletwali, id-djalogu

raġunat”. U b’mod tassew sabiħ ikompli jgħidilna l-Papa: “Irridu mmorru lejn il-ġisem ta’

Ġesu’ li qed ibati, imma l-ġisem ta’ Ġesu’ ibati wkoll f’dawk li ma jagħrfuhx bl-istudju

tagħhom, bl-intelliġenza tagħhom, bil-kultura tagħhom”.

Page 4: Priedka 2 novena

Għeżież, Marija llum qegħdha tħeġġiġna biex bħalha, frott il-laqgħa tagħna ta’ imħabba ma

Alla li jrui lilu nnifsu f’Ġesu’ Kristu, inħossu dejjem iżjed il-ħtieġa li naslu f’dawn il-

periferiji tal-ħajja biex hemmhekk nixhdu għall-Bxara t-Tajba. Marija tagħmlilna kuraġġ.

Hija tgħallimna l-gratitudni u l-ġenerożita’. Ejjew ma nkunux xħaħ ma’ Alla, li huwa “għani

fil-ħniena”. Marija tkun magħna u takkumpanjana f’din il-mixja ‘l barra minna nfusna lejn l-

oħrajn.

Talba tal-Beata Eliżabetta tat-Trinita’

O Marija, inti tattira lejk is-sema u hekk hu li l-Missier jafdalek il-Kelma tiegħu biex inti ssir

Ommu, u l-Ispirtu tal-Imħabba jixħet id-dell tiegħu fuqek. Għandek jiġu t-Tliet Persuni, u s-

sema kollu jinfetaħ u jitbaxxa sa ħdejk. Naduraw il-misteru ta’ dan Alla li jsir bniedem fik,

Verġni Omm.

O Omm tal-Kelma, kellimni fuq il-

Misteru tiegħek: Wara l-

Inkarnazzjoni tal-Mulej, kif għixt

fuq l-art kollok mitlufa

f’Adorazzjoni? F’paċi li ma

nistgħux nesprimuha, f’silenzju

misterjuż, init ġarrejt id-don ta’ Alla

fik.

Ħarisni dejjem f’tgħanniqa divina.

Jalla jiena nġorr fija s-sinjal ta’ dan

Alla tal-imħabba. AMMEN