parroċċa burmarrad – qalb bla tebgħa ta' marijaparroccaburmarrad.com/fuljetti u...

8
Parro``a Qalb Bla Tebg]a Ta’ Marija BURMARRAD LE}EN IL-PARRO¬¬A - Marzu 2012 - Nru. 353 Għeżież, Ninsabu fi żmien ir-Randan. Huma erbgħin jum li jwassluna flimkien mal- Knisja Universali biex infakkru l-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Kristu: Alla li sar bniedem għalina biex ikun jista’ jbati u jmut, għax bħala Alla ma setax ibati u jmut. Minn hawn aħna nibdew nindunaw kemm aħna prezzjużi għaliH. Ma kinitx ħafifa għal Ġesu’ li bħala bniedem jagħmel ir -rieda tal-Missier. Ġesu’ beża’ u tkexkex bil-ħsieb tal -mewt li kellu jgħaddi minnha, u fil- Ġetsemani narawh iniżżel rasu għar-Rieda ta’ Missieru. Ġesu’ kien iħobb imur jitlob fil-Ġetsemani, iżda hawnhekk sewwed qalbu, u beża’ meta ħass il-mewt quddiemu. Tassew li Ġesu’ kien jaf li kellu jbati u jmut għall - bnedmin, imma l-ħsieb tal -mewt ibeżża’. F’din is-sitwazzjoni li Ġesu’ sab ruħu, huwa talab b’wiċċu fl-art b’sinjal ta’ umilta’. Il-Missier ma’ ħelsux minn dik it-tbatija, imma bħala bniedem bagħtlu anġlu biex ifarrġu. Mela li Ġesu’ jagħmel ir-rieda ta’ Missieru ma kinitx ħafifa, anzi kienet iebsa ħafna. Lanqas ma hi ħafifa li aħna nagħmlu r -rieda ta’ Missierna tas- Sema, anzi iebsa, għax trid tmur kontra r -rieda tiegħek biex tagħmel dik tal- Missier. Ejjew mela f’dan iż-żmien tar-Randan inwarrbu r-rieda tagħna billi nrażżnu l-ġibdiet ħżiena kollha tagħna biex nagħmlu dak li jitlob minna l-Missier, billi ngħixu l-Kmandamenti. Ġesu’ talab u baqa’ jitlob bil-ħeġġa u baxxa rasu għar-Rieda tal-Missier. Jien u int, x’ser nagħmlu? Tkunu mbierkin! P. Joseph Mamo ofm Conv. - Kappillan Tel: 21573045/ Fax:21578118 www. parro``aburmarrad.com email:[email protected]

Upload: others

Post on 25-Jan-2021

1 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

  • Parro``a Qalb Bla Tebg]a Ta’ Marija

    BURMARRAD

    LE}EN IL-PARRO¬¬A - Marzu 2012 - Nru. 353

    Għeżież,

    Ninsabu fi żmien ir-Randan. Huma erbgħin jum li jwassluna flimkien mal-

    Knisja Universali biex infakkru l-Passjoni, il-Mewt u l-Qawmien ta’ Kristu:

    Alla li sar bniedem għalina biex ikun jista’ jbati u jmut, għax bħala Alla ma

    setax ibati u jmut. Minn hawn aħna nibdew nindunaw kemm aħna prezzjużi

    għaliH.

    Ma kinitx ħafifa għal Ġesu’ li bħala bniedem jagħmel ir-rieda tal-Missier.

    Ġesu’ beża’ u tkexkex bil-ħsieb tal-mewt li kellu jgħaddi minnha, u fil-

    Ġetsemani narawh iniżżel rasu għar-Rieda ta’ Missieru. Ġesu’ kien iħobb

    imur jitlob fil-Ġetsemani, iżda hawnhekk sewwed qalbu, u beża’ meta ħass

    il-mewt quddiemu. Tassew li Ġesu’ kien jaf li kellu jbati u jmut għall-

    bnedmin, imma l-ħsieb tal-mewt ibeżża’. F’din is-sitwazzjoni li Ġesu’ sab

    ruħu, huwa talab b’wiċċu fl-art b’sinjal ta’ umilta’. Il-Missier ma’ ħelsux

    minn dik it-tbatija, imma bħala bniedem bagħtlu anġlu biex ifarrġu.

    Mela li Ġesu’ jagħmel ir-rieda ta’ Missieru ma kinitx ħafifa, anzi kienet

    iebsa ħafna. Lanqas ma hi ħafifa li aħna nagħmlu r-rieda ta’ Missierna tas-

    Sema, anzi iebsa, għax trid tmur kontra r-rieda tiegħek biex tagħmel dik tal-

    Missier.

    Ejjew mela f’dan iż-żmien tar-Randan inwarrbu r-rieda tagħna billi nrażżnu

    l-ġibdiet ħżiena kollha tagħna biex nagħmlu dak li jitlob minna l-Missier,

    billi ngħixu l-Kmandamenti. Ġesu’ talab u baqa’ jitlob bil-ħeġġa u baxxa

    rasu għar-Rieda tal-Missier. Jien u int, x’ser nagħmlu?

    Tkunu mbierkin!

    P. Joseph Mamo ofm Conv. - Kappillan

    Tel: 21573045/ Fax:21578118

    www. parro``aburmarrad.com email:[email protected]

  • }sieb Spiritwali

    Il-Beatu Ġwanni Pawlu 11 – Il-Vokazzjoni

    M eta fl-1938 Karol Wojtyla ħalla Wadowice ma’ missieru biex mar Krokow, hemmhekk huwa daħal l-universita’, waqt li ħadem ta’ librar voluntier u kellu jidħol bilfors jagħmel taħriġ militari, għalkemm dejjem irrifjuta li jispara armi. Hawnhekk beda wkoll jaħdem fi gruppi teatrali u jikteb id-drammi. Kellu talent kbir għall-lingwi, tant li tgħallem numru sew ta’ lingwi barranin, li xi tmienja minnhom kien juża meta mbagħad sar Papa. Fl-1939, sentejn qabel miet missieru, in-Nazi daħlu jokkupaw il-Polonja, għalqu l-universita’ li kien jattendi, arrestaw lil professuri kollha u jew qatluhom jew bagħtuhom fil-kampijiet. L-irġiel kollha li kienu b’saħħithom ġew sfurzati jaħdmu, u bejn l-1940 u l-1944 Karol ħadem bħala messaġġier għal restaurant, bħala ħaddiem ġo minjiera tal-ġebel u ġo fabbrika tal-kimiċi. Dan għamlu biex jevita li jkun deportat lejn il-Ġermanja. Karol kien imnikket wisq jara lil pajjiżu okkupat għal darb’oħra. Wara l-mewt ta’ missieru, beda jaħseb sew dwar is-saċerdozju. Huwa qal hekk- ‘Il-vokazzjoni saċerdotali tiegħi waslet għall-kobor sħiħ tagħha fi żmien it-tieni gwerra dinjija, fi żmien l-okkupazzjoni Nażista ta’ pajjiżi. Żgur li fil-pjan ta’Alla xejn ma jsir bla ħsieb. Dak li nista’ ngħid hu li t-traġedja tal-gwerra tat sura partikulari lill-proċess tal-kobor sħiħ tiegħi fl-għażla ta’ ħajti. Quddiem id-deni kollu li kien qed jinxtered, u quddiem il-ħruxija tal-gwerra, bdejt nara dejjem aktar ċar xi jfisser is-saċerdozju u xi tfisser il-missjoni tiegħu fid-dinja.’ F’Ottubru 1942, mar iħabbat il-bieb tal-palazz tal-Arċisqof ta’ Krakow, u staqsa biex jibda jistudja għas-saċerdozju. Malajr beda l-kors fis-seminarju sigriet li l-Arċisqof Adam Stefan Sapieha kien qiegħed imexxi taħt l-art. Dan l-istess Arċisqof kien żar l-iskola ta’ Karol meta Karol kien għadu tifel fis-sekondarja. Karol kien ġie magħżul biex jagħmillu d-diskors ta’ merħba. L-Arċisqof tant kien għoġbu d-diskors illi kien staqsa lil kappillan jekk dak il-ġuvnott kienx imħajjar isir saċerdot.

  • Imma kienu qalulu li Karol kellu qalbu marbuta mat-teatru u r-reċtar. Fi Frar 1944, Karol ġie mtajjar minn trakk mimli suldati Germaniżi. Dam l-isptar xi ġimagħtejn biex fieq minn concussion qawwija u spalla mweġġgħa. Dan l-aċċident u l-fatt li salva minnu qishom ikkonfermawlu l-vokazzjoni tiegħu. Fl-1945 il-Germaniżi ħarbu minn Krakow, u l-istudenti seminaristi reġgħu daħlu fis-seminarju meqrud. Karol u wieħed minn sħabu s-seminaristi offrew li jagħmlu biċċa xogħol li ħadd ma ried jagħmilha – inaddfu t-toilets mill-ħmieġ li kien ilu jinġemgħa s-snin. Karol salva wkoll tfajla Lhudija li ħarbet minn kamp tax-xogħol Nażist. Fil-fatt huwa ipproteġa diversi Lhud Pollakki mill-kefrija tan-Nażisti. Il-kuntatt mal-Lhud kien ilu hemm – meta kien tifel u fl-iskola kienu jorganizzaw partiti tal-futboll bejn il-Kattoliċi u l-Lhud, Karol kien sikwit jagħżel li jilgħab man-naħa tal-Lhud, li kienu dejjem f’minoranza. Darba, ħabib Lhudi ta’ Karol, Jerzy Kluger, sar jaf li kien se jkun fl-istess klassi ma’ Karol fis-sena skolastika li jmiss. Ried imur jagħti l-aħbar lil Karol, li iżda kien qiegħed abbati waqt il-quddiesa. Il-Lhudi daħal fil-knisja, fost il-ħars ikrah ta’ wħud mill-Pollakki preżenti, u stenna lil ħabibu joħroġ. Meta kellmu u qallu li kien hemm min ma riedx Lhudi fil-knisja, Karol wieġeb: ‘Għaliex? Aħna mhux ilkoll ulied Alla?’. Dan l-artiklu huwa t-tielet wieħed minn sensiela li għandna dwar il-Beatu Gwanni Pawlu 11…..…inkomplu xahar ieħor

  • Il-Ġimgħa 2 Inġeddu l-Konsagrazzjoni tagħna lil Qalb ta’ Ġesu’.

    Fis-7.30pm – Eżerċizzi għaż-Żgħażagħ tal-Parroċċa fiċ-Ċentru Parrokkjali.

    Is-Sibt 3 Bejn l-10.00am u nofs in-nhar il-Librerija fiċ-Ċentru

    Parrokkjali tkun miftuħa. Fil-5.15pm tibda l-Adorazzjoni fil-Knisja fl-

    okkażjoni tal-Ewwel Sibt tax-xahar f’ġieħ il-Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija.

    Il-Ħadd 4 Fis-1.30pm tluq għall-Għolja tas-Salib fis-Siġġiewi fejn

    issir il-Via Sagra. Min jixtieq jattendi jħalli ismu fis-sagristija.

    It-Tnejn 5 Fl-4.30pm Bidu tal-Eżerċizzi għat-Tfal tad-Duttrina fiċ-

    Ċentru Parrokkjali. Imexxi Bro.Etienne Gilson ofm.Conv.

    Fis-7.00pm Bidu tal-Eżerċizzi għall-Miżżewġin fil-

    Parroċċa, minn Mons.Louis Camilleri, Ex-Direttur tal-Moviment ta’ Kana.

    Il-Ħamis 8 75 sena mit-Twaqqif tal-MUSEUM bniet f’Burmarrad.

    6.15pm Quddiesa ta’ ringrazzjament fil-Knisja Parrokkjali u ġabra fil-

    quddiesa b’risq il-Mużew. Il-ġenituri u t-tfal mistednin jattendu.

    Il-Ġimgħa 9 Fis-7.30pm Eżerċizzi għaż-Żgħażagħ tal-Parroċċa fiċ-

    Ċentru Parrokkjali.

    Il-Ħadd 11 Fl-10.30am laqgħa tal-Gruppi Familji Nsara f iċ-Ċentru

    Parrokkjali.

    It-Tnejn 12 Fis-6.15pm fil-Quddiesa jsiru l-Eżerċizzi ta’ Kulħadd, bi

    ħsieb wara l-Vanġelu minn P.Antoine Apap ofm.Conv..

    Il-Ġimgħa 16 7.30pm Eżerċizzi għaż-Żgħażagħ tal-Parroċċa fiċ-Ċentru

    Parrokkjali.

    Is-Sibt 17 u l-Ħadd 18

    F’dan il-WeekEnd ikunu fostna s-Seminaristi tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fejn

    issir il-ġabra għas-Seminarju li ssir f’dan iż-żmien tar-Randan. It-Tnejn 19 Solennita’ tal-Patrijarka San Ġużepp.

  • L-Erbgħa 21 Fit-8.30am Tluq minn ħdejn il-Parroċċa għar-Redentur tal-

    Isla. Min jixtieq jattendi jħalli ismu fis-sagristija.

    Fl-4.30pm fiċ-Ċentru Parrokkjali ssir it-Tieni Laqgħa għall-

    ġenituri li t-tfal tagħhom ser jagħmlu l-Ewwel Tqarbina.

    Illum ukoll issir l-Ewwel Qrara tat-Tfal tal-Preċett fl-istess

    Ċentru Parrokkjali.

    Il-Ġimgħa 23 7.00pm It-Tieni Laqgħa għall-ġenituri li t-Tfal tagħhom ser

    jirċievu l-Griżma tal-Isqof, fiċ-Ċentru Parrokkjali.

    Is-Sibt 24 Fis-7.00pm jittellgħa d-Dramm tal-Passjoni, bl-isem L-

    Għuda, miż-Żgħażagħ tal-Parroċċa fil-Knisja Parrokkjali.

    Infakkru li matul dan il-lejl naqilbu għall-ħin tas-sajf.

    Il-Ħadd 25 Fis-7.30pm Tluq għal gżira t’Għawdex. Malli naslu,

    nibdew il-Via Sagra lejn l-Għolja ta’ Għammar. Kif tispiċċa l-Via Sagra, tiġi

    ċċelebrata quddiesa. Niġu lura fil-għaxija.

    Infakkru li mill-lum il-quddiesa ta’ fil-għaxija tibda tkun fis

    -7.00pm sakemm nerġgħu lura għall-ħin tax-xitwa.

    It-Tlieta 27 Fis-6.00pm tibda l-Adorazzjoni tal-Ħniena Divina fil-

    Knisja Parrokkjali.

    L-Erbgħa 28 Fil-5.30pm Quddiesa għat-tfal tad-Duttrina fil-Knisja

    Parrokkjali. It-tfal huma mħeġġa biex iġibu l-Karus tas-Sagrifiċċju sabiex

    jingħata fl-offerti lid-Direttur tad-Dar tal-Providenza.

    Il-Ġimgħa 30 Jum id-Duluri. Ara l-programm fl-aħħar paġna.

    Is-Sibt 31 u l-Ħadd 1

    Issir il-ġabra b’risq il-parroċċa tagħna.

    F’dan il-weekend ikollna wkoll il-Bazaar tal-Għid.

  • G ħeżież parruċċani ta’ Burmarrad, nixtiqukom tifirħu magħna membri bniet tas-soċjeta tal-Museum, li Alla għoġbu jinqeda bina tul dawn il 75 sena

    permezz tat-tagħlim nisrani lill-kbar u liż-żgħar.

    Il-Museum f’Burmarrad beda jaqdi l-missjoni ta’ tagħlim fit-8 ta’ Marzu

    1937, jiġifieri 30 sena wara li nfetaħ l-ewwel qasam minn Dun Ġorġ fil-

    Ħamrun San Ġorġ Preca ġie tlett darbiet jippriedka fis-sajda f’Burmarrad.

    Fit-18 ta’ April 1939, hu żar il-qasam u bierku. Il-membri bniet kienu

    numerużi. Uħud minnhom ħaddnu l-vokazzjoni reliġjuża u oħrajn iżżewwġu.

    Bejn Marzu ta’ l-1941 u l-15ta’ April ta’ l-1955, il-qasam fil-għodu serva ta’

    skola, u għat-tagħlim tad-duttrina għal wara nofs-in-nhar.

    Ma ninsewx li l-knisja f’Burmarrad inbniet għoxrin sena wara l-ftuħ tal-

    qasam. L-altar li għandna fil-qasam intuża mill-knisja għall-ewwel Quddiesa

    fis-6 ta’ Marzu 1958 u baqa’ jintuża sal 1963.

    Il-qasam kien onorat bil-vista ta’ Dun Ġorġ Preca fl-1939, ta’ l-Isqof Mikiel

    Gonzi fis-sitta ta’ Jannar 1947. Fil-vista Pastorali ta’ l-2001 kellna ż-żjara ta’

    Mons. Annettu Depasquale fid-29 ta’ Novembru , fil-waqt li fil-vista

    Pastorali ta’ 2010, kellna lill-Arċisqof Pawlu Cremona li żar il-qasam fil-25

    ta’ Frar.

    Illum il-membri li jattendu huma ftit. Magħna għandna katekisti ġenerużi li

    qed jagħtu s-sehem tagħhom fit-tagħlim. Itolbu magħna biex żagħżagħ

    iwieġbu għal din is-sejħa Museumina u jingħaqdu mas-soċjeta tal-Museum

    biex Kristu jkun magħruf u maħbub.

    Il-Paċi magħkom,

    Is-superjura u l-membri.

  • Għalkemm għadda fuq xahar mill-inċident

    tal-Costa Concordia, u għalkemm ktibt xi riflessjonijiet dwar din is-sitwazzjoni ix-

    xahar l-ieħor, jiena dan l-inċident ħassibni

    ħafna u bqajt nirrifletti fuqu. Ħsibt li

    nerġa’ naqsam dawn il-ħsibijiet magħkom għax naħseb li lkoll għandna x’nitgħallmu

    minn din is-sitwazzjoni.

    Laqtitni ħafna l-attitudni tal-kaptan tal-vapur, li kellu rwol importanti ħafna f’din

    it-traġedja. L-ewwel nett kien bi sfida jew

    ċajta, sejħilha li trid, illi għamel ma sħabu li seħħ dan kollu. Kif għedna x-xahar l-

    ieħor dan żgur qatt ma basar illi dan kien

    se jkun ir-riżultat ta’ din iċ-ċajta, izda l-

    affarijiet qabel trid tarahom, aktar u aktar meta bħal dan il-Kaptan tkun qed iġġorr ir-

    responsabbilta’ mhux tiegħek biss iżda ta’

    ħafna oħrajn ukoll. Issa għalxejn jgħid ‘x’biċċa ġratli’; għalxejn jgħid ‘x’fettilli?’.

    Issa tard wisq. Il-konsegwenzi ta’ dak li

    nagħmlu qabel irridu nqisuhom. U dan

    japplika wkoll għalina, kif ukoll għal dak li qed nippruvaw ngħaddu u ngħallmu lil

    uliedna. Illum donnu qed ngħixu f’soċjeta’

    fejn huwa aċċettabbli li l-ewwel infattarha mbagħad nara wara. Spiċċa ż-żmien fejn l-

    ulied ma jagħmlux xi ħaġa għax jibżgħu

    minn dak li ser jgħidulhom il-ġenituri tagħhom; u propju għalhekk nemmen li sar

    aktar importanti li lil uliedna ngħallmuhom

    iqisu mitt darba u jaqtgħu darba; irridu

    nuruhom illi kull deċiżjoni li jieħdu fil-ħajja tagħhom fiha konsegwenzi u dawn il-

    kons egwenz i ħa fna drab i ma

    jirrigwardjawx lilhom infushom biss iżda lil ħaddieħor ukoll.

    iebsa u s-suppervja ta’ dan il-Kaptan. Meta nduna x’ġara hu ma talabx l-għajnuna mill

    -ewwel; prova jsolvi l-problema waħdu –

    forsi ħaseb li b’hekk ma jaqax għaċ-ċajt. Kien hemm ukoll punt meta ġie mistoqsi

    mill-awtoritajiet tal-port jekk kellhomx

    bżonn l-għajnuna iżda hu qallhom li kollox

    kien taħt kontroll u kull ma kien hemm kien ‘blackout’. U r-riżultat ta’ dan kien li

    ntilfu diversi ħajjiet! Meta smajt din il-

    biċċa ħassejtni rrabjata ħafna għal dan il-Kaptan. Biex min għalih isalva wiċċu qatel

    dawk in-nies kollha. Aħseb u ara l-membri

    tal-familji ta’ dawk li tilfu ħajjithom

    x’ħassew! Iżda ftakart ukoll f’dawk id-drabi meta

    jien ukoll ġibt ruħi bl-istess mod kif ġab

    ruħu dan il-Kaptan. Ftakart f’dawk id-drabi meta biex nagħmel ta’ rasi, biex ma

    ndurx għand l-oħrajn għall-għajnuna bqajt

    għaddejja, bqajt ngħid li m’għandi bżonn lil ħadd. Min jaf kemm nagħmlu hekk anki

    fil-ħajja tagħna spiritwali. Inkunu nafu li

    maħniex nitolbu biżżejjed, inkunu nafu li

    qed inkaxkru saqajna f’dak li jirrigwardja l-fidi tagħna, iżda ma ndurux għand xi ħadd

    għall-għajnuna; nibqgħu naħsbu li nistgħu

    naslu weħedna. Jew meta jkollna problemi fir-relazzjonijiet tagħna ma’ l-oħrajn –

    nibqgħu nimmaġinaw li l-problemi se

    jissolvew weħedhom u jkun hemm drabi meta l-għajnuna tkun biss pass il-bogħod,

    kif kienet għal dan il-Kaptan!

    Daniella Zerafa

  • Il-Via Sagra tibda tkun flok it-Talba tar-Rużarju kull

    nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa. Wara l-assenza tal-Power Point fil-Quddies tal-Ħdud,

    minħabba li kien għad ma kellniex apparat, issa għandna Laptop mogħti minn benefattur u projector li inxtara bil-prezz ta’ 355euro. Jekk hawn xi benefatturi li jixtiequ jgħinu biex jitħallas il-projector, jagħtu d-donazzjoni lil Kappillan.

    Fiċ-Ċentru Parrokkjali għadu kemm ġie stallat ukoll

    TV u CD Player għall-użu tal-laqgħat. Dawn ġew jiswew 750 euro. Kull donazzjoni biex jitħallas dan l-apparat tingħata lil Kappillan.

    31 ta’ Marzu u 1 t’April 2012 – Bazaar tal-Għid fejn

    issibu Figolli u Pjanti u diversi oġġetti oħra. Nhar it-Tnejn 2 t’April 2012, se ssir l-Ikla Lhudija fiċ-

    Ċentru Parrokkjali fit-8.00pm. Niżżlu isimkom fis-sagristija.

    Nhar l-Erbgħa 4 t’April 2012, se ssir il-Via Sagra

    Djoċesana mmexxija minn Mons.Arċisqof. Jekk tixtieq tattendi ħalli ismek fis-sagristija.

    Nhar il-ĦADD il-PALM it-Tfal huma mħeġġa jilbsu ta’

    tfal Lhud għal funzjoni li tibda fit-8.15am fuq iz-zuntier tal-Knisja. Għall-ilbies kellmu lis-Superjura Carmen Xuereb. Tħallux għall-aħħar