ministeru gĦall Ġustizzja, kultura u gvern lokali of... · is-sezzjoni tar-resourcing flimkien...
TRANSCRIPT
MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI
RAPPORT ANNWALI 2018
DIRETTORAT GĦAS-SERVIZZI KORPORATTIVI
Direttorat għas-Servizzi Korporattivi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali huwa
responsabbli mis-servizzi relatati ma’ riżorsi umani, xiri, finazi u amministrazzjoni tal-Ministeru, is-
Segretarjat Parlamentari, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, id-Direttorat tal-Kultura, id-Dipartiment
tal-Ġustizzja, id-Direttorat tal-Policy Development and Programme Implimentation, l-Information
Management Unit, id-Direttorat tar-Restawr, kif ukoll l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern. Barra minn hekk
dan l-uffiċċju huwa s-sezzjoni ċentrali li toffri sapport kontinwu fuq finazi, xiri u riżorsi umani u
tikkordina mad-dipartimenti/direttorati u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-istess ministeru sabiex
tassigura li l-proċeduri, id-direttivi u ċ-ċirkularijiet li joħorgu minn żmien għal żmien, ikunu qed jiġu
mħarsa. Id-Direttorat huwa responsabbli biex jimmonitorja l-kuntratt tal-proġetti tal-Kunsill ta’
Nofsinhar u xi proġetti żgħar oħra.
Uffiċċju tal-finanzi u amministrazzjoni
Struttura u Responsabbiltajiet
L-Uffiċċju tal-Finanzi u Amministrazzjoni fi ħdan id-Direttorat huwa responsabbli mill-ippjanar,
twettiq u kordinament tal-Baġit tal-Ministeru, kif ukoll minn xogħol amministrattivi.
Fost ix-xogħlijiet li jieħu ħsieb dan l-uffiċċju hemm l-immaniġjar tal-finanzi, il-ħlasijiet, l-
amministrazzjoni ta’ binjiet varji fi ħdan dan il-Ministeru u li fihom hemm id-diversi Dipartimenti,
Direttorati u Uffiċċji. Dan b’kordinament mal-istess uffiċċji li jagħmlu parti minn dan il-Ministeru. Fost
tal-aħħar hemm xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni, assistenza lill-uffiċini tas-Segretarjati, il-
kordinament tas-servizzi ta’ komunikazzjoni, l-inventarju u s-safar. Dan l-uffiċċju jipproduċi diversi
rapporti fuq l-operat tiegħu u li jiġu mgħoddija lill-Ministeri konċernati, primarjament lill-Ministeru
għall-Finanzi.
Finanzi
Dan l-uffiċċju ħa ħsieb l-amministrazzjoni tad-dħul, tal-ispiża rikurrenti u dik kapitali tal-Ministeru
għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali (Vot 33), kif ukoll offra assistenza u kordinament tal-finanzi
tal-Qrati tal-Ġustizzja (Vot 34) u tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali (Vot 35). Il-ħlasijiet tal-Vot 33,
b’eċċezzjoni tan-Nutar tal-Gvern u tad-Direttorat għar-Restawr, saru direttament minn dan l-uffiċċju, li
wkoll ħadem mill-qrib mat-Teżor u mal-Uffiċċju tal-Baġit biex ikun assigurat li fondi allokati huma
biżżejjed biex il-ħlasijiet isiru fil-ħin u kif stipulat. Ta’ min isemmi li fis-sena 2018, żdiedet ukoll id-
Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni taħt il-Vot 33. Din id-diviżjoni għandha uffiċċju li jieħu ħsieb il-
finanzi, però tippjana u tikkordina ma’ dan l-uffiċċju. Żdiedu wkoll numru ta’ Bordijiet u li ta’ liema
ħlasijiet huwa responsabbli dan l-uffiċċju.
Dan l-uffiċċju ffaċilita b’mod aktar dirett l-ispejjeż, kemm ta’ kuljum kif ukoll ta’ proġetti li għalihom
huma responsabbli d-Dipartimenti/Direttorati li jaqgħu taħt dan il-Ministeru. Dawn huma l-Ministeru,
iż-żewġ uffiċċji tas-Segretarji Parlamentari, l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti u d-Dipartiment tal-
Ġustizzja u d-Direttorat għal Kultura. Uħud minn dawn il-proġetti huma mniżżla f’Tabella Numru 1.
Tabella Numru 1
Isem tal-Uffiċċju Proġett/i,
Uffiċċju tas-Segretarju
Parlamentari għall-
Kunsilli Lokali u
Komunitajiet
Il-Proġett tal-Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid.
Ministeru, Uffiċċju tas-
Segretarju Parlamentari,
Uffiċċju tas-Segretarju
Permanenti
Diversi movimenti tal-uffiċini li twettqu lejn l-aħħar tas-sena 2018
Fil-maġġoranza tal-każijiet, il-ħlasijiet saru b’ċekk. F’każ ta’ trasferimenti ta’ fondi minħabba safar,
ħlasijiet lill-kumpaniji barranin u lill-entitajiet, dawn saru permezz ta’ depożitu bankarju. Lista ta’ kif
ġew magħmula dawn il-ħlasijiet tidher f’Tabella Numru 2.
Tabella Numru 2
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali
Numru tat-
Transazzjonijiet matul is-
sena 2018
- Ċekkijiet maħruġa 5,302
- Trasferimenti ta’ fondi mill-Bank Ċentrali 546
- Trasferimenti ta’ ħlas bejn dipartiment u ieħor 336
TOTAL 6,184
Dan l-Uffiċċju pproċessa wkoll numru ta’ transazzjonijiet ta’ dħul finanzjarju, u li jikkonsistu
primarjament f’rifużjonijiet minn fondi mgħoddija għal skopijiet ta’ vjaġġar.
In-nefqa globali matul l-2018 minn dan l-uffiċċju ammontat għal madwar €60.5miljun. Dan fid-
diversi kategoriji ta’ nefqa kif muri f’Tabella Numru 3 hawn isfel.
Tabella Numru 3
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Ammont
- Salarji €8,436,237
- Operazzjonijiet u Manutenzjoni €1,692,472
- Programmi u Inizjattivi €13,678,243
- Kontribuzzjonijiet lill-Entitajiet €32,334,135
- Kapital €18,670,379
TOTAL €74,811,466
B’kollaborazzjoni mal-Qrati tal-Ġustizzja, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali, l-Uffiċċju tal-Avukat
Ġenerali u l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern, sar xogħol fuq il-ġbir tal-Arretrati ta’ Qligħ ta’ dan il-
Ministeru. Dan kien sforz sabiex jinġabar aktar dħul li kien dovut fis-sena 2015 jew fis-snin preċedenti.
Sar ukoll xogħol estensiv u kordinament mal-Ministeru kollu fl-ippjanar u l-preżentazzjoni tal-Baġit
2018, liema xogħol sarraf f’allokazzjoni ta’ ftit aktar minn €167miljun lil dan il-Ministeru għas-sena
2018, jew żieda ta’ madwar 16% fuq is-sena 2017. Dan l-uffiċċju ser jieħu ħsieb l-implimentazzjoni ta’
dan il-Baġit, f’kollaborazzjoni mal-kumplament tad-Dipartimenti/Direttorati kif ukoll entitajiet fi ħdan
il-Ministeru sabiex jiżgura aktar sinerġija u użu korrett u effiċjenti tal-fondi allokati.
Assistenza Amministrattiva lill-Uffiċċji tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali
Dan l-uffiċċju ħa ħsieb, kemm b’mod dirett kif ukoll permezz ta’ assistenza mogħtija, rikjesti
amministrattivi li saru mis-Segretarjati tal-Ministeru u uffiċċji tas-Segretarji Parlamentari, mid-
Dipartimenti, mid-Direttorati u mill-uffiċċji kollha li jaqgħu taħt dan il-Ministeru. Dan sar kemm f’dak
li jirrigwarda ħsarat, manutenzjoni, tibdil fis-servizzi ta’ komunikazzjoni kif ukoll għal xiri ta’ rutina u
anke xiri ta’ għamara u tagħmir.
Safar Uffiċjali
Matul is-sena 2018 ġew ipproċessati madwar 177 safra uffiċjali lejn diversi destinazzjoniet. Fosthom
kien hemm total ta’ 32 safra ta’ Delegazzjonijiet Ministerjali jew ta’ Segretarju Parlamentari.
L-arranġamenti li jieħu ħsieb dan l-uffiċċju għal safar jinkludu x-xiri ta’ biljetti tas-safar wara li jinġiebu
l-kwotazzjonijiet, il-kumpilazzjoni tad-dokumentazzjoni neċessarja kif ukoll il-moniteraġġ li jsir wara
s-safar sabiex jiġi żgurat li d-dokumentazzjoni neċessarja tiġi sottomessa mill-uffiċjali li siefru u li
permezz tagħha u f’ċertu istanti, tkun tista’ tinġieb rifużjoni minn fondi allokati għal dan mill-Unjoni
Ewropea.
Saħħa u Sigurtà
Sabiex tiġi żgurata aktar kwalità f’dan is-settur, inħareġ tender sabiex jingħata servizz mingħand espert
fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà għal dawn l-uffiċini.
Databases u Rapporti
Matul is-sena 2018 komplew jiġu rfinati numru ta’ databases sabiex tinħareġ data li tħaffef il-proċess
ta’ kumpilazzjoni ta’ diversi rapporti kif ukoll tweġibiet għal Mistoqsijiet Parlamentari. Ġew sottomessi
numru ta’ rapporti finanzjarji ta’ rutina lill-Uffiċċji tal-Baġit u tat-Teżor. Ġew sottomessi wkoll rapporti
speċifiċi mitluba mill-Financial Policy and Management Division fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi.
Fost rapporti sottomessi hemm:
Rapport ta’ kull xahar fuq l-andament tal-Baġit;
Rapport ta’ kull 3 xhur tal-Accrual Accounting;
Rapport annwali fuq il-bilanċi fil-kontijiet bankarji tad-Dipartiment
Rapport annwali dwar l-arretrati
Inventarju
Matul is-sena 2018 kompla x-xogħol fuq l-inventarju tal-uffiċini li jaqgħu taħt dan il-Ministeru. Biex
dan sar, saru numru ta’ laqgħat u kien hemm komunikazzjoni kontinwa mal-uffiċċji ta’ dan il-Ministeru.
Saru wkoll numru kbir ta’ bordijiet biex jintremew affarijiet li ma kinux għadhom funzjonabbli jew
għamara u vetturi mkissra. Ġiet ippreparata SOP biex kullħadd jimxi b ċertu sistema u b’hekk rapport
jiġi ppreżentat f’ħin tajjeb.
Xiri
Dan l-uffiċċju ta l-assistenza għal dak li huwa xiri ta’ dan il-Ministeru. Dan kien jinvolvi l-ġbir ta’
kwotazzjonijiet kif ukoll ħruġ ta’ tenders. Matul is-sena 2018, kien hemm 198 xirja u li tagħha dan l-
uffiċċju ġabar il-kwotazzjonijiet, kif ukoll ħareġ 10 tenders. Dan l-uffiċċju għen ukoll sabiex jiġu
kumpilati diversi rapporti fuq xiri.
Sezzjoni tar-riżorsi umani
Din is-sezzjoni fi ħdan id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi hija responsabbli għar-Riżorsi Umani
tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Kull xogħol li hu relatat mar-Riżorsi Umani
jaqa’ taħt din is-sezzjoni, inkluż l-entitajiet. Din is-sezzjoni hija maqsuma f’żewġ units, il-unit li
tagħmel xogħol ta’ Reklutaġġ u Riżorsi, u l-unit li tagħmel xogħol rigward Taħriġ, Employee Relations
u Mmaniġġjar ta’ databases.
HR Plans u Reklutaġġ u Promozzjonijiet
Din is-sezzjoni għamlet eżerċizzju sħiħ sabiex ġabret l-informazzjoni mingħand id-
dipartimenti/direttorati u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru dwar il-ħtiġiet ta’ reklutaġġ fejn hemm
postijiet li ġew vakanti permezz ta’ irtirar, riżenji jew trasferimenti, jew fejn inħolqu ħtiġiet ġodda ta’
riżorsi umani bil-għan li d-dipartimenti/direttorati jkunu jiffunzjonaw b’mod aktar effiċjenti. Dan l-
eżerċizzju kien ikopri is-snin 2018-2020.
Din is-sezzjoni ħarġet bosta sejħiet għall-applikazzjonijiet mqassma skont it-Tabella Numru 4 li tidher
hawn taħt:
Tabella Numru 4
Grad Dipartiment/Direttorat
Assistant Director (Legal Services) Qrati tal-Ġustizzja
Assistant Director (Human Resources) Qrati tal-Ġustizzja
ICT & Business Analyst Information Management Unit
Assistant Director (Conducts & Op erations) Dipartiment għall-Ġustizzja
Assistant Director (Operations) Qrati tal-Ġustizzja
Tradesman/Senior Tradesman Direttorat għar-Restawr
Assistant Director (Finance) Qrati tal-Ġustizzja
Systems Administrator Information Management Unit
General Hand (Group II) Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern
General Hand (Group II) Direttorat għar-Restawr
Heavy Plant Driver Direttorat għar-Restawr
Manager I (Procurement) Management and Procurement Unit
Assistant Manager (Accounting & Finance) Direttorat għas-Servizzi Korporattivi
Assistant Manager (Procurement) Direttorat għas-Servizzi Korporattivi
Assistant Manager (People Management) Direttorat għas-Servizzi Korporattivi
Tradesman/Senior Tradesman (Qty Surv) Direttorat għar-Restawr
Systems Analyst Information and Management Unit
ICT and Business Analyst Information and Management Unit
Manager II (People Management) Direttorat għas-Servizzi Korporattivi
Assistant Director (Notary to Government) Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern
Senior Architect and Civil Engineer Direttorat għar-Restawr
Assistant Manager (Procurement) Direttorat għas-Servizzi Korporattivi
Manager I (People Management) Direttorat għas-Servizzi Korporattivi
Junior Legal Officer Policy Development and Programme
Implimentation Directorate
Heavy Plant Driver Direttorat għar-Restawr
Assistant Director – Strategy and Policy
Implementation Directorate
Dipartiment għall-Kunsilli Lokali
Manager II (Research) Policy Development and Programme
Implimentation Directorate
Manager II (Procurement) Direttorat għar-Restawr
Assistant Manager (People Management) Direttorat għas-Servizzi Korporattivi
General Hand (Group II) Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern
Ma’ dawn, wieħed irid iżid il-proċess li jiġi adottat fil-każi ta’ reklutaġġ ta’ persuni ta’ fiduċja kif ukoll
ir-reklutaġġ ta’ persuni fil-Ministeru u fis-Segretarjati Parlamentari. Barra minn hekk, din it-taqsima
ħarġet ukoll diversi Espressjonijiet ta’ Interess skont il-ħtiġiet tal-Entitajiet.
Is-sezzjoni tar-Riżorsi Umani mexxiet ukoll bosta promozzjonijiet u progressions matul is-sena hekk
kif indikat fit-Tabella Numru 5 ta’ hawn taħt:
Tabella numru 5
Grad Numru ta’ każi
Principal 12
Executive Officer 1
Senior Clerk 6
Clerk 3
Assistant Clerk 3
Deputy Registrar 12
Senior Court Recorder 5
Court Messenger 8
Motor Transport Driver 1
Barra minn hekk, fis-sena 2018, din is sessjoni mexxiet wkoll 12-il każ ta’ detailing, każ wiehed ta’
revocation of detailing u 2 secondments fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Matul
din is-sena ġew trasferiti 7 impjegati mill-Ministeru u 19 impjegat ġew trasferiti minn Ministeri oħra
għal dan il-Ministeru.
Taħriġ relatat ma’ reklutaġġ u miżuri fuq Work Life Balance
Is-sezzjoni tar-resourcing flimkien mas-sezzjoni għat-Taħriġ, Employee Relations u Mmaniġġjar ta’
Databases organizzaw taħriġ lill-kapijiet tal-entitajiet u dipartimenti fi ħdan il-Ministeru flimkien mal-
uffiċjali inkarigati mis-sezzjonijiet tar-riżorsi umani tagħhom, rigward il-proċeduri ta’ reklutaġġ estern
u promozzjonijiet interni fl-entitajiet, hekk kif stabbilit fid-Direttiva 7. Ġew indirizzati diversi
mistoqsijiet u ngħataw struzzjonijiet sabiex tinżamm uniformità fid-dokumenti proċessati. Fl-istess
sessjoni ta’ taħriġ, ġew riveduti l-proċessi ta’ talbiet għall-miżuri ta’ bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-
ħajja privata tal-uffiċjali sabiex ikun żgurat li l-proċessi qed isiru skont il-manwal rispettiv u t-termini
ta’ żmien stipulati.
Performance Appraisals
Wara li daħlet fis-seħħ is-sistema tal-Performance Appraisals online li ħadet post il-PMPs fl-2016, is-
sezzjoni għat-Taħriġ, Employee Relations u Mmaniġġjar ta’ Databases bdiet tieħu ħsieb li tinforma lill-
People and Standards Division, fl-OPM, b’kull tibdil illi jkun hemm fil-Ministeru kollu fir-rigward tas-
supervisors u next level supervisors kif ukoll jekk ikun hemm xi trasferimenti minn/għal ministeri oħra.
Dan l-eżerċizzju jsir madwar erba’ darbiet fis-sena u l-informazzjoni tintalab min-naħa tal-OPM.
Tingħata wkoll għajnuna minn din is-sezzjoni lil kull min ikollu diffikultà biex jaħdem fuq il-
Performance Appraisals.
Dixxiplina u Employee Support Programme
Wara l-introduzzjoni ta’ Direttiva Numru 11, is-sezzjoni għat-Taħriġ, Employee Relations u
Mmaniġġjar ta’ Databases ħadet ħsieb li torganizza żewġ seminars matul l-2018 bl-għajnuna tal-People
and Standards Division, OPM. Dawn is-seminars kienu għad-Diviżjonijiet, Dipartimenti, Direttorati u
Entitajiet fi ħdan il-Ministeru. Dawn kienu jindirizzaw xi diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu meta wieħed
ikun ħa jieħu passi dixxiplinari u l-metodi li għandhom jiġu wżati. Ġie spjegat sew il-Manual li jifforma
parti minn din id-Direttiva li kien inħareġ mill-People and Standards Division, fl-Uffiċċju tal-Prim
Ministru. Dan il-Manual ikompli jespandi fuq il-provvedimenti tar-Regolamenti Dixxiplinarji maħruġa
mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku fl-2017.
Is-sezzjoni għandha wkoll l-inkarigu tal-amministrazzjoni ta’ proċeduri tad-dixxiplina. Għaldaqstant
tingħata għajnuna fuq dawn il-proċeduri, kif ukoll dwar il-komputazzjoni xierqa tar-rapporti tad-
dixxiplina li jinġabru f’nofs u f’għeluq is-sena sabiex jintbagħtu lill-Kummissjoni dwar is-Servizz
Pubbliku kif ukoll lill-People Standards Division fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Filwaqt li tassigura d-dixxiplina fuq il-post tax-xogħol, is-sezzjoni tar-Riżorsi Umani, hija responsabbli
sabiex l-impjegati fi ħdan il-Ministeru, ikollhom għarfien tajjeb dwar is-servizzi li joffru l-Employee
Support Programme u dwar il-proċess li wieħed għandu jagħmel sabiex jagħmel użu minn dan is-servizz
professjonali.
Pagi
Funzjoni importanti oħra fir-responsabbiltà ta’ din is-sezzjoni hija l-ipproċessar, il-komputazzjoni u l-
immaniġġjar tal-informazzjoni tal-pagi tal-impjegati tal-Ministeru li jintbagħtu lis-sezzjoni tas-salarji
f’Għawdex sabiex il-pagi joħorġu fil-ħin u preċiżi. Fl-istess ħin, tingħata kjarifika lill-impjegati li
jkollhom diffikultà biex jifhmu kif inħadmet il-paga tagħhom, jew dwar allowances, bonuses, overtime,
kif ukoll emendi oħra li jkunu saru.
Work-Life Balance
Matul is-sena 2018, din it-taqsima rċeviet u pproċessat diversi applikazzjonijiet mingħand il-ħaddiema
tagħha fuq Work-Life Balance Measures, fosthom talbiet għal xogħol bit-Telework, talbiet għal xogħol
fuq bażi ta’ Reduced Hours, Flexi-time kif ukoll talbiet ta’ Maternity Leave, Parental Leave u Career
Breaks. Matul l-2018 kien hemm 43 ħaddiema li qed jaħdmu bir-Reduced Hours, 59 ħaddiem li qed
jagħmel użu mill-Flexi-time u 95 ħaddiem li qed jaħdem bit-Telework.
Dawn it-talbiet jiġu evalwati u ffaċilitati bl-aħjar mod sabiex jiġi assigurat li l-impjegat isib bilanċ bejn
il-familja u l-post tax-xogħol, filwaqt li x-xogħol jibqa’ miexi mingħajr diffikultajiet. Fl-istess ħin bdiet
tinżamm database dettaljata dwar l-impjegati li qed jagħmlu użu minn dawn is-servizzi sabiex kull
informazzjoni li tintalab lil dan il-Ministeru tiġi mwieġba fl-iqsar żmien possibbli. Din id-database tiġi
aġġornata kif u meta jinħtieġ.
Rekords oħra
Din it-taqsima hija wkoll responsabbli għaż-żamma ta’ informazzjoni dwar l-impjegati tagħha, kif ukoll
għaż-żamma ta’ rekords tal-attendenzi, tal-vacation leave u sick leave u time-off. Din l-informazzjoni
tintbagħat permezz ta’ rapporti lill-P&SD kull xahar. Barra minn hekk matul is-sena kien hemm numru
ta’ talbiet mill-impjegati għall-GP 47. Il-Personal Record Sheets tal-impjegati jinżammu aġġornati
sabiex jirriflettu kull promozzjoni, progression, tibdil ta’ paga, tibdil ta’ dipartiment u dettalji personali
oħra tal-impjegati.
Tkompla l-eżerċizzju li kien inbeda fl-2016 sabiex tinġabar informazzjoni dwar il-ħiliet u t-taħriġ ta’
kull impjegat fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Din l-informazzjoni tgħin
sabiex id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi jkun jaf fejn għandu skills gap u jidentifika l-bżonnijiet
ta’ taħriġ fil-futur qrib.
One-Stop-Shop
Permezz taċ-Ċirkulari Numru 25/2017, f’Novembru tal-2017 ġie mwaqqaf il-One-Stop-Shop fi ħdan
il-People and Standards Division, OPM. Kull Ministeru ntalab jidentifika uffiċjal biex ikun bħala l-
persuna ta’ kuntatt bejn il-People and Standards Division u l-ministeru rispettiv. Matul l-2018, saru
diversi laqgħat għall-Focus Groups ta’ kull Ministeru u dawn ġew organizzati mill-People and
Standards Division, OPM.
Fl-2018 kien hemm diversi interventi min-naħa tal-One Stop Shop tal-People and Standards Division
fejn intalbet assistenza lill-uffiċjal tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali biex tinġabar
l-informazzjoni mitluba jew ikun hemm xi kjarifika fuq każijiet partikolari.
Għal dan il-għan, inħolqot sistema online tas-CRM biex jiġu rrappurtati l-każi, biex wieħed jagħmel
monitoraġġ tal-progress tal-każi rrappurtati, kif ukoll jinżammu rekords tal-każi.
Ombudsman/ NAO
Matul din is-sena saru bosta rikjesti mill-Uffiċċju tal-Ombudsman, IAID, NAO lil diversi Dipartimenti
u Entitajiet fi ħdan dan il-Ministeru li ġew immaniġġjati minn dan id-direttorat. Kif ukoll saru audits
interni fuq files personali biex titneħħa ċerta informazzjoni minħabba GDPR, ġew evalwati wkoll
allowances tal-impjegati, dixxiplina, kif ukoll family friendly measures li jitmexxew skont il-proċeduri.
Konklużjoni
Kif għamel tul l-aħħar snin, l-Uffiċċju tas-Servizzi Korporattivi kompla jaħdem sabiex jibni bażi tajba
f’kull sezzjoni f’dan il-Ministeru u sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet ta’ xogħol mad-Dipartimenti,
Direttorati u Entitajiet li jaqgħu taħtu. Ġew identifikati oqsma fejn sistemi elettroniċi jistgħu jgħinu
sabiex ix-xogħol isir b’mod aktar effiċjenti. Is-sena 2018 kienet sena mimlija sfidi, li bħala tim
mexxejna sabiex jintlaħqu l-miri stabbiliti permezz tal-miżuri mħabbra fil-baġit u dawk proġettati fil-
manifest elettorali tal-Gvern.
DIRETTORAT TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMMI U L-IŻVILUPPAR TAL-
POLITIKA
Id-Direttorat tal-Implimentazzjoni tal-Programmi u l-Iżviluppar tal-Politika fi ħdan il-Ministeru tal-
Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali twaqqaf fl-2015. Il-funzjoni ewlenija tad-Direttorat huwa li
jikkordina l-funzjonijiet relatati mall-Unjoni Ewropea fl-oqsma li jaqgħu direttament taħt il-Ministeru
tal-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali kif ukoll li josserva l-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-istess
Ministeru. Id-Direttorat huwa responsabbli wkoll mill-proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea fejn il-
benefiċċjarji huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern
Lokali.
Żvilupp ta’ Politika
Id-Direttorat huwa responsabbli għall-ħarsien ġenerali tal-politiki kollha li jaqgħu taħt il-kompetenza
tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u l-Gvern Lokali u l-immonitorjar tar-riformi tal-politika kollha
b’mod partikolari dawk il-politiki relatati mal-impenji tal-Unjoni Ewropea (UE), li huma meħtieġa biex
jikkonformaw ma’ miri miżmuma fil-livell tal-UE u nazzjonali. Matul l-2018, id-Direttorat assista fil-
kitba ta’ diversi dokumenti li juru l-pożizzjoni ta’ Malta wara li saru l-konsultazzjonijiet neċessarji ma’
l-istakeholders sabiex jiġu mfassla tali pożizzjonijiet. Id-Direttorat żamm kuntatt kostanti mar-
Rapreżentanza Permanenti ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, mal-individwi kompetenti mill-Kunsill tal-
Unjoni Ewropea, mill-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni Ewropea u minn Rappreżentanzi
Permanenti ta’ Stati Membri oħra, sabiex tali pożizzjonijiet u politiki jittieħdu f’kuntest aktar wiesa’ u
bl-aktar mod infurmat possibbli.
Affarijiet tal-Unjoni Ewropea
Dan il-qasam ta’ responsabbiltà jinkludi l-kordinazzjoni tal-proċessi kollha relatati mal-UE għad-
dossiers kollha fi ħdan il-portafoll tal-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Responsabbiltajiet jinkludu n-negozjar ta’ strumenti u abbozzi ta’ liġijiet fil-Kunsill tal-Unjoni
Ewropea, il-monitoraġġ fl-implimentazzjoni u t-traspożizzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-liġi Maltija
u t-tfassil ta’ pożizzjonijiet relatati mal-leġiżlazzjoni tal-UE f’konformità mal-politika tal-Gvern.
Matul l-2018, id-Direttorat ipprovda appoġġ lid-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru, dwar
kwistjonijiet kollha relatati mal-UE u kkontribwixxa wkoll għall-pożizzjonijiet dwar il-proposti tal-UE
fi ħdan il-kompetenza ta’ ministeri oħrajn.
Id-Direttorat kien strumentali ukoll sabiex f’Ġunju 2018, organizza seminar għall-Ġudikatura biex
tingħata informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-General Data Protection Regulation, wara li l-Att li
jirregola il-liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data skont id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea, daħal fis-seħħ
f’Mejju tal-2018.
Affarijiet Internazzjonali
Id-Direttorat, kontinwament jagħti l-assistenza tiegħu lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u
Promozzjoni tal-Kummerċ fejn jidħlu negozjar ta’ fteħim kulturali ma’ pajjiżi oħra kif ukoll iħejji
rapporti u pożizzjonijiet dwar proposti li joħorġu mill-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti.
Matul l-2018, id-Direttorat flimkien mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ta s-sehem tiegħu sabiex Malta
flimkien mar-Repubblika Ċeka tagħmel l-Implementation Review Mechanism fuq l-Istat tal-Belġju
dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-korruzzjoni fejn jidħlu l-
Kapitlu II – Prevenzjoni tal-Korruzzjoni u l-Kapitlu V – Asset Recovery. Dan l-istess review sar fuq
Malta mill-Iżvizzera u l-Afrika t’Isfel f’Novembru 2018. Dan l-uffiċċju kien strumentali biex jiġbor u
jħejji l-Country Report dwar din il-Konvenzjoni u anke biex jorganizza l-laqgħat li d-delegazzjoni tan-
Nazzjonijiet Uniti kellha f’Malta.
Barra minn hekk, id-Direttorat ħa ħsieb ukoll jorganizza l-laqgħat li saru f’Malta mid-delegazzjoni tal-
Venice Commission tal-Kunsill tal-Ewropa li ġew Malta fuq talba tal-Gvern Malti, biex jagħtu opinjoni
dwar l-arranġamenti kostituzzjonali, is-separazzjoni tal-poter, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-infurzar
tal-liġi.
L-Implimentazzjoni tal-Programmi
Proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea
Parti kbira mir-responsabbiltà tad-direttorat hija li jaqdi l-funzjoni ta’ Line Ministry fir-rigward ta’
proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru tal-Ġustizzja,
Kultura u Gvern Lokali għall-programm ta’ Fondi Strutturali 2014-2020. Id-direttorat ipprovda appoġġ
kontinwu lill-mexxejja tal-proġetti li jkunu qed jimplimentaw proġetti fid-dipartimenti u entitajiet
rispettivi tagħhom fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Id-direttorat iċċirkola
informazzjoni relatata ma’ sejħiet miftuħa, seminars, sessjonijiet ta’ taħriġ u informazzjoni, kif ukoll
avvenimenti oħra lokali lill-istess dipartimenti u entitajiet li jistgħu jkunu ta’ interess għalihom bħala
benefiċjarji prospettivi għall-proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea.
Il-funzjoni ewlenija tad-Direttorat hija li jiżgura l-proċess tajjeb ta’ pagamenti relatati mal-progetti
ikkofinanzjati mill-Kummisjoni Ewropea u l-pajjiżi sħab tagħha. Id-direttorat ħadem sabiex il-proġetti
jiġu implimentati fil-ħin u skont il-kuntratti relevanti tagħhom sabiex kull pagament jgħaddi mingħajr
xkiel. Matul is-sena 2018, id-direttorat ivverifika u ċċertifika pagamenti li jammontaw għal total ta’
€10.1miljun li eventwalment ingħaddew lit-teżor għall-ħlas.
Fl-2018, id-Direttorat tal-Implimentazzjoni tal-Progammi, osserva l-implimentazzjoni, ivverifika, u
iċċertifika total ta’ 8 proġetti maġġuri. Dawn il-proġetti jaqgħu kollha taħt il-Programm ERDF 2014-
2020 u jinkludu l-proġetti:
ERDF.05.016: Grandmaster’s Palace Regeneration Project;
ERDF.05.018: The MICAS Galleries
ERDF.05.019: MUZA - The National Community Art Museum’ huwa mużew ġdid ta’ l-arti;
ERDF.05.020: The Malta Carnival Experience
ERDF.05.021: Enhancing a Cultural Tourism Experience through Digitization;
ERDF.05.024: Rehabilitaion of the Notarial Archives Building and Historic Collection;
ERDF.05.025: The Upgrading of the Manoel Theatre
ERDF.06.9997: Valletta Design Cluster
Barra minn hekk, dan id-direttorat offra wkoll l-għajnuna fuq diversi proġetti oħra li jitwettqu mill-
Kunsill Lokali u dawn ukoll taħt il-Programm ERDF 2014-2020. Fil-fatt bħalissa qed issir ħidma fuq
dawn is-sitt proġetti:
ERDF.PA5.0099: Il-Vapur tal-Art mill-Kunsill Lokali Attard
ERDF.05.0116: Culture Mill mill-Kunsill Lokali Naxxar
ERDF.05.0118: Clock Tower mill-Kunsill Lokali Mtarfa
ERDF.PA5.0105: Railway Station Museum mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara
ERDF.PA5.0115: It-Tunnara mill-Kunsill Lokali Mellieħa
ERDF.PA5.0120: Restoration of Xlendi Tower mill-Kunsill Lokali tal-Munxar
Matul l-2018 id-direttorat beda wkoll ħidma ta’ kordinazzjoni mal-Paying Agency tal-MESDC u d-
Dipartiment tal-Gvern Lokali dwar proġetti rurali li jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea li
jistgħu japplikaw għalihom il-Kunsilli Lokali. Dawn il-Proġetti jinkludu bini ta’ toroq u ħitan tas-
sejjiegħ f’żoni rurali madwar Malta u Għawdex.
Qed isir ukoll moniterraġġ tal-proġett ESF.04.079: Create 2020 liema proġett qed jitwettaq
b’konfinanzjament Ewropew taħt il-programm tal-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020 relatat ma’
programmi ta’ taħriġ speċjalizzat għall-impjegati tas-Settur Pubbliku li huma involuti f’oqsma kulturali
u kreattivi. Dan il-proġett propost għandu valur ta’ madwar miljun Ewro.
Id-Direttorat ikkordina ammont ta’ laqgħat informali u formali mal-Project Leaders sabiex insegwu
b’mod viċin l-implimentazzjoni tal-proġetti relevanti. Dawn il-laqgħat servew bħala mezz ta’
monitoraġġ, kif ukoll sabiex jiġu diskussi u eventwalment solvuti xi forom ta’ diffikultajiet jew intoppi
li jinqalgħu matul il-proġetti. Saru laqgħat formali mal-Managing Authority u l-MEAE fejn ġie diskuss
l-implimentazzjoni tal-proġett mill-għadd finanzjarju u amministrattiv.
Tajjeb ta’ min isemmi ukoll, illi d-direttorat ivverifka u eventwalment iċċertifika l-Project Progress
Reports u Project Completion Reports abbinati mal-proġetti kkonċernati. Hawn id-direttorat żgura illi
dik l-informazzjoni stabbilita f’dawn ir-rapporti huma korretti.
Il-Ministeru ukoll issottometta applikazzjoni għal proġett biex jitwettaq b’konfinanzjament Ewropew
taħt il-programm tal-Fond Socjali Ewropew 2014-2020 relatat ma’ programmi ta’ taħriġ speċjalizzat
għall-impjegati tas-Settur Pubbliku li huma involuti f’oqsma kulturali u kreattivi. Id-direttorat żamm
kuntatt mal-Project Leader biex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tkun kompluta fil-ħin u mingħajr xkiel. Il-
proġett propost għandu valur ta’ madwar miljun Ewro.
Key Performance Indicators
Fl-2018, id-Direttorat kien ukoll responsabbli mill-moniteraġġ għat-twettiq ta’ Key Performance
Indicator (KPI) waħda li ġiet assenjata lill-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Din il-KPI
kienet tikkonsisti fi twettiq ta’ inizjattivi fid-Dipartiment tal-Gvern Lokali bil-għan li jagħtu aktar
appoġġ u sapport lill-Kunsilli Lokali kif ukoll sabiex ikun hemm aktar viġilanza fuq il-kontabbiltà tal-
Kunsilli Lokali.
Implimentazzjoni tal-Miżuri Proposti fil-Manifest
Id-direttorat huwa wkoll responsabbli mill-Moniteraġġ tal-Implimentazzjoni tal-Miżuri tal-Manifest li
b’kollox ilaħħqu għal 65 proposta. Id-direttorat qiegħed isegwi l-progress li qed jagħmlu l-entitajiet li
jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-proposti.
DIRETTORAT STRATEGY SUPPORT
Id-Direttorat Strategy Support li jifforma parti mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern
Lokali, għandu l-għan li jħares u jagħti gwida fl-implimentazzjoni xierqa tar-Regolament Ġenerali dwar
il-Protezzjoni tad-Data u leġiżlazzjoni marbuta miegħu. Għandu wkoll l-għan li jamministra u jikkordina l-
implimentazzjoni tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
Taqsima għall-Kordinazzjoni tal-Libertà tal-Informazzjoni (FOICU)
L-irwol ta’ din it-taqsima, li tifforma parti mid-Direttorat, huwa li tagħti sapport lill-uffiċjali li
jirrappreżentaw lill-Awtoritajiet Pubbliċi fis-servizz u fis-settur pubbliku, tipprovdi linji gwida u tiżgura
l-implimentazzjoni xierqa tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni fost il-Ministeri, Dipartimenti u
Entitajiet. Fis-sena 2018 kien hemm 367 talba għall-informazzjoni, li minnhom 198 kienu milqugħa,
135 miċħuda u 3 ġew irtirati mill-applikant. It-31 l-oħra baqgħu jinħadmu tul l-2019.
Tul l-2018 it-taqsima kompliet tassisti lill-Ministeri, Dipartimenti u Entitajiet tal-Gvern fl-
implimentazzjoni xierqa ta’ din il-liġi. Dan seta’ jissaħħaħ permezz ta’ diversi opportunitajiet ta’ taħriġ
li saru b’kollaborazzjoni mal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi. Fis-sena 2018 saru 7 korsijiet u n-numru
ta’ parteċipanti kien jammonta għal 185.
It-Taqsima Għall-Protezzjoni Tad-Data (DPU)
Din it-taqsima fi ħdan id-direttorat għandha l-għan li tiżgura li l-Ministeri, id-Dipartimenti u l-Entitajiet fl-
amministrazzjoni pubblika jħarsu r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, l-Att dwar il-
Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, u leġiżlazzjoni oħra marbuta magħhom. Id-direttorat jassisti lill-Gvern
sabiex jimxi mal-provvedimenti tagħhom.
Dawn li ġejjin huma għadd ta’ attivitajiet li t-taqsima ħadet ħsieb:
Għajnuna lill-Ministeri tal-Gvern fl-implimentazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-
Protezzjoni tad-Data
Taħriġ lill-impjegati fil-klassi maniġerjali u lill-gradi varji fis-Servizz u fis-Settur Pubbliku
Aġġornament u tfassil ta’ policies u proċeduri relatati mal-Leġiżlazzjoni tal-Protezzjoni tad-Data
Forum f’Jum il-Protezzjoni tad-Data
Laqgħat fil-Fora Ewropej
1. Għajnuna lill-Ministeri tal-Gvern fl-implimentazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-
Protezzjoni tad-Data
Permezz ta’ diversi laqgħat, it-Taqsima tal-Protezzjoni tad-Data assistiet lill-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data fi
ħdan is-Servizz u s-Settur Pubbliku fl-implimentazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data
li daħal fis-seħħ f’Mejju tal-2018. B’kollox saru madwar 90 laqgħa ma’ Ministeri, Dipartimenti u Entitajiet
differenti sabiex l-operat tagħhom isir konformi mal-obbligi l-ġodda li ġab miegħu dan ir-Regolament.
Minbarra hekk, l-uffiċjali tat-taqsima sejħu diversi laqgħat mal-uffiċjali fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura,
u Gvern Lokali li jieħdu ħsieb kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data sabiex jiżguraw li l-Ministeru
wkoll ikun konformi mar-Regolament.
2. Taħriġ lill-impjegati fil-klassi maniġerjali u lill-gradi varji fis-Servizz u fis-Settur
Pubbliku
Saru diversi laqgħat ta’ taħriġ lill-impjegati tal-Gvern, mit-taqsima, kemm lill-klassi maniġerjali u kif ukoll
lill-gradi varji biex ikollhom għarfien u perspettiva dwar ir-Regolament Ġenerali.
L-ammont ta’ laqgħat ta’ taħriġ li saru matul is-sena 2018 huwa ta’ 65, li 8 minnhom saru lill-klassi
maniġerjali u s-57 l-oħra saru lill-gradi varji bħala kors ġenerali. In-numru ta’ parteċipanti ta’ dawn il-65
laqgħa kien ta’ 1,702 ruħ, maqsumin f’220 fil-kors lill-klassi maniġerjali u 1,482 fil-kors ġenerali.
3. Aġġornament u tfassil ta’ policies u proċeduri relatati mal-Leġiżlazzjoni tal-Protezzjoni
tad-Data
Fuq is-sit tal-Intranet ittellgħet lista ta’ kontrolluri u uffiċjali tal-protezzjoni tad-data li tiġi aġġornata
kontinwament. It-Taqsima tal-Protezzjoni tad-Data tinforma b’mod regolari lill-uffiċċju tal-Kummissarju
għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.
Saru diversi laqgħat ma’ wħud mill-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data fejn ġew diskussi u assistiti fit-tfassil ta’
policies u proċeduri relatati mal-liġi tal-protezzjoni tad-data. Ingħatat aktar għajnuna billi tfasslu għadd ta’
linji gwida ġodda u ttellgħu fuq is-sit tal-Intranet għall-użu ġenerali u għal aktar għarfien dwar il-protezzjoni
tad-data.
4. Forum f’Jum il-Protezzjoni tad-Data
Nhar id-29 ta’ Jannar 2018, it-Taqsima organizzat Forum għall-uffiċjali kollha tal-Protezzjoni tad-Data.
F’din l-okkażjoni ngħataw aġġornamenti dwar l-iżviluppi fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-
Data. Fosthom, issemmiet l-importanza li l-amministrazzjoni pubblika twettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-
protezzjoni tad-data u ssemmew ukoll, mill-Kummissarju, l-isfidi li r-Regolament se jġib miegħu. Barra
minn hekk l-uffiċjali preżenti kellhom iċ-ċans isaqsu u jiddiskutu d-diffikultajiet speċifiċi tagħhom mat-
Taqsima u l-uffiċċju tal-Kummissarju.
5. Laqgħat fil-Fora Ewropej
Tul l-2018 it-Taqsima kompliet tipparteċipa fil-laqgħat dwar diskussjonijiet li se jwasslu għar-Regolament
dwar proċessar ta’ data personali fis-settur tal-Kommunikazzjoni Elettronika, magħruf bħala ePrivacy. It-
Taqsima qed issegwi dan id-dokument u tressaq l-opinjoni tagħha fuq l-andament tad-diskussjoni li fost
oħrajn, trid tiżgura li l-istandard stabbilit fl-iproċessar permezz tar-Regolament Ġenerali, jintlaħaq ukoll f’dan
ir-Regolament.
Konklużjoni
Id-direttorat matul is-sena kien għaddej f’ħidma kontinwa fl-obbligi tiegħu li jinvolvu monitoraġġ,
amministrazzjoni u proċessar ta’ informazzjoni rigward il-Libertà tal-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-
Data. B’mod regolari, it-taqsima assistiet u tat appoġġ lid-dipartimenti u entitatjiet tal-gvern kemm
f’oqsma speċifiċi u kif ukoll bħala tagħrif ġenerali. Tul is-sena 2018 saru kuntatti kontinwi u
kollaborazzjoni mal-uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data permezz ta’ ċirkularijiet, laqgħat, u
korrispondenza varja. Saru wkoll komunikazzjonijiet mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-
Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data u tfasslu pjanijiet ta’ taħriġ għall-uffiċjali fil-Ministeri,
Dipartimenti u Entitajiet kif meħtieġ.
UNIT TAL-IMMANIĠJAR TAL- INFORMATIKA
L-Information Management Unit (IMU) fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali
(MJCL) jipprovdi suġġerimenti lis-Segretarju Permanenti rigward strateġija fil-qasam tal-Informatika,
kif ukoll jipprovdi direzzjoni rigward servizzi tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni u informatika (ICTs)
lid-Dipartimenti u Entitajiet fi ħdan il-Ministeru. L-għan aħħari tal-IMU huwa li jżomm mal-istrateġiji
nazzjonali u x-xogħol tal-Ġvern sabiex jiffaċilita l-ekonomija, effiċjenza u effikaċità fil-proċessi u
inizjattivi bl-użu tal-ICTs.
Dan li ġej, huwa rendikont ta’ xogħol maġġuri li sar matul l-2018, kif ukoll jipprovdi kif dak li ntlaħaq
fl-2018 jorbot mal-pjan ta’ ħidma għas sena 2019.
Faċilitajiet Diġitali
Faċilitajiet diġitali u online qed ikunu introdotti u aġġornati kontinwament sabiex kemm jista’ jkun
iservu bħala mezz prinċipali ta’ komunikazzjoni mal-klijenti. B’hekk il-mira ta’ Servizz Pubbliku 24/7
li jintlaħaq mid-dar kif ukoll li jkun aċċessibbli bil-mowbajl tkun indirizzata. Matul l-2018, l-IMU kien
strumentali sabiex jitlesta xogħol rigward portals, eforms u mServices li jikkontribwixxu wkoll ghal
mizuri tal-baġit, simplifikazzjoni, KPIs u tiġdid tas-Servizz Pubbliku, dawn jinkludu:
Matul l-2018, il-formoli ta’ applikazzjoni kollha fi ħdan il-portafoll tal-MJCL ġew trasformati għal
formoli elettronici, jew aħjar “eForms” sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jissottomettu
applikazzjonijiet online b’mod elettroniku. In-numru ta’ eForms fl-MJCL sal-aħħar tal-2018 kien
ta’ 110, dawn l-eForms huma aċċessibbli mis-sit www.servizz.gov.mt. Filwaqt li fl-2018 sar xogħol
estensiv biex il-formoli jkunu simplifikati u jkunu online, il-pass li jmiss huwa li fl-2019, isir xogħol
sabiex dawk il-formoli li jeħtieġu workflow ikunu modifikati sabiex ikun hemm kontribut għal
kunċett ta’ once only, b’hekk iċ-ċittadin ma’ jkunx rikjest jipprovdi informazzjoni aktar minn darba
u permezz ta’ workflow il-formoli jiġu konnessi min-naħa tal-opearat b’mod elettroniku;
is-sit tal-Infurzar Lokali www.les.gov.mt ġie aġġornat u ġie varat bħala mService b’sevizzi miżjuda,
offrut bil-lingwa Maltija, aċċessibbli mil-mowbajl kif ukoll jista’ jigi wżat bl-ID single sign on
b’hekk huwa wkoll ta’ kontribut għal once only principle;
L-IMU ipprovda gwida u assistenza sabiex jigi aġġudikat tender għal sistema biex il-liġijiet ta’ Malta
jiġu ppreżentati online b’mod li huwa machine readable u konformi mal-istandards tal-U.E.
Electronic Legiżlation Identifer (ELI). Huwa mistenni li l-ewwel fażi ta’ dan l-mService jitlesta
f’Q2 2019 u b’hekk is-sit ikun pubbliku;
Tender ieħor li ħadem fuqu l-IMU huwa dak relatat ma’ servizzi online man-Nutar tal-Gvern. It-
tender ġie aġġudikat u se jipprovdi biex Arkivji Notarili jkunu online. Huwa mistenni li l-ewwel
fażi ta’ dan l-mService jitlesta f’Q2 2019 u b’hekk is-sit ikun pubbliku.
L-mService Clean and Upkeep ġie varat, dan l-mService offrut bħala mowbajl app jipprovdi l-
faċilità sabiex ċittadini jkunu jistgħu jirraportaw bżonnijiet ta’ tindif jew manutenzjoni f’postijiet
pubbliċi;
Sar ukoll xogħol estensiv sabiex biljetti jkunu jistgħu jiġu akwistati online mis-sit www.kultura.mt,
huwa ppjanat li sal-aħħar tal 2019, l-Public Cultural Organisations (PCOs) kollha jagħmlu użu minn
din il-faċilità sabiex biljetti kif ukoll informazzjoni riġward avvenimenti kulturali jkunu provduti
minn kultura.mt;
il-portal eCourts.gov.mt ġie varat b’suċċess bħala mService, dan l-mService jipprovdi servizzi
elettroniċi fil-qasam tal-Ġustizzja u jipprovdi servizzi tal-qorti aċċessibbli online kemm għall-
klijenti tal-qorti u anke għal professjonisti legali. Matul l-2019 se jkun hemm aktar servizzi offruti
minn dan il-portal. Tabella 1 u Tabella 2 jipprovdu it-tip u n-numru ta’ utenti rreġistrati li għamlu
użu mis-servizz u llogjaw sal-aħħar tal-2018;
Utenti rreġistrati - eCourts.gov.mt Total
Ċittadini 2383
Professjonisti Legali 584
Tabella 1 – Numru u Tip ta’ Utenti rregistrati fl-eCourts sa Dicembru 2018
Tabella 2 – Grafika dwar il-Komposizzjoni ta’ Utenti rregistrati fl-eCourts sa Dicembru 2018
Uffiċjali tal-ICT amministraw u aġġornaw kontinwament erba’ portali speċifiċi skont is-setturi u l-
funzjonijiet fi ħdan il-portafoll tal-MJCL, dawn huma justice.gov.mt, localgovernment.gov.mt,
culture.gov.mt u consumerprotection.gov.mt. Fost oħrajn, fl-2018 żdiedu n-notifiki rigward l-użu
ta’ cookies, żdiedet l-aċċessibbiltà kif ukoll ġew introdotti siti soċjali li huma uffiċjalment
awtorizzati: https://justice.gov.mt/en/ministry/media/Pages/Social-Media.aspx ;
L-IMU ħadem ukoll sabiex ġie varat is-sit l-ġdid ta’ Pjazza Teatru Rjal
http://www.pjazzateatrurjal.mt kif ukoll dak tas-sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali
www.culturalheritage.gov.mt, ġiet ukoll provduta assistenza sabiex jiġu varati numru ta’ siti u
domains oħra, li jinkludu www.micas.art;
Filwaqt li l-IMU huwa kommess li jkompli l-ħidma mgħaġġla sabiex jiġu provduti servizzi diġitali tal-
ogħla kwalità u jassisti lill-utenti kollha biex jagħmlu l-aħjar użu mis-servizzi offruti. It-Tabelli 3 u 4
hawn taħt jipprovdu statistika dwar l-użu tal-portali principali matul l-2018,
Portal Utenti* Sezzjonijiet* Tul ta’ Sezzjoni
(minuti)
Total 23,995 45,334 5.4
Culture Portal
(www.culture.gov.mt) 1,733 2,367 1.5
eCourts (www.eCourts.gov.mt) 1,600 10,667 10.25
Justice Portal
(www.justice.gov.mt) 4,000 6,333 7
Kultura.mt (www.kultura.mt) 4,333 7,000 3.25
LES (www.les.gov.mt) 12,328 18,967 5
Local Government
(www.localgovernment.gov.mt) 6,667 9,667 2.3
*Statistika Medja ta’ kull Xahar
Tabella 3 – Medja ta’ Utenti, Sezzjonijiet u tul fix-xahar matul l-2018
80%
20%
Tip ta' Utenti fis-Sit eCourts.gov.mt
Ċittadini
Professjonisti Legali
Tabella 4 – Grafika tal-Medja ta’ Utenti, Sezzjonijiet u tul fix-xahar matul l-2018
Xogħol fuq networks
Matul l-2018 sar xogħol estensiv fuq networks sabiex jiġu moqdija l-ħtiġiet tal-impjegati biex ikunu
jistgħu jagħmlu użu min-network tal-Gvern. Xogħlijiet kienu rigward konfigurazzjoni tan-networks,
installar ta’ Wifi hotspots u xogħol ta’ ippjanar fuq aġġornament tan-networks. Fost l-oħrajn, li jmiss
huwa redikont tal-proġetti li bdew jew tlestew fl-2018:
Tlesta n-network tas-sit il-ġdid tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Annex 1 fi Triq Santa
Luċija li jospita madwar 50 utent;
Tlesta n-network tas-sit il-ġdid tal-Ministeru fi Triq l-Ifran;
Tlesta n-network tas-sit tas-Segratarjat Parlamentari għad-Drittijiet tal-Konsumatur, Indafa
Pubblika u s-Sostenn tal-Belt Kapitali;
Tlesta n-network il-ġdid tas-sit tan-Nutar Tal-Gvern;
Tlesta n-network fl-uffiċini tal-MICAS;
Tlesta n-network tas-sit il-ġdid tal-Local Enforcement System Agency fil-Fgura;
Ġie ppjanat n-network tas-sit il-ġdid tal-Uffiċċju tal-Avukat Generali, huwa mistenni li dan
jitlesta fl-2019;
Sar xogħol ta’ ppjanar u xiri ta’ apparat ġdid tan-network tal-Qrati ta’ Malta, huwa mistenni li
x-xogħol jitlesta fl-2019;
Sar xogħol fuq l-iskema wifi4EU fejn 19-il lokalità ser jingħataw voucher sa massimu ta’
€15,000 sabiex jinstallaw wifi pubbliku;
Fost l-oħrajn, bdew xogħlijiet biex jitlestew networks varji matul l-2019, dawn jinkludu,
Pjazza Teatru Rjal, Teatru Manoel, Valletta Cultural Agency u d-Design Cluster.
Fil-qasam tan-networks l-IMU qed iwettaq pjan ta’ azzjoni sabiex in-network switches ikunu moderni
u jlaħħqu mal-ħtiġiet tal-lum billi jissaportjaw gigabit speeds kif ukoll jiġu installati Wifi Access Points
- 10,000 20,000 30,000 40,000 50,000
Total
Culture Portal
eCourts
Justice Portal
Kultura.mt
LES
Local Government
Medja fix-xahar tal-użu tas-Siti Elettroniċi
Sezzjonijiet Utenti
biex jippermettu l-impjegati jaħdmu b’mod mobbli pari passu mat-tiġdid tas-Servizz Pubbliku. Dan
biex il-ħaddiema jkunu jistgħu jużaw laptops u tagħmir ieħor bħal tablets mingħajr fili fl-uffiċini kollha.
It-tabelli 5 u 6 hawn taħt jipprovdu rendikont tan-numru ta’ Network Switches u Wifi Access Points li
ġew installati matul l-2018.
Direttorat / Entità Numru ta' Network Switches
Installati/ Mibdula
Nru ta’ Wifi Access
Points
Asset Recovery Bureau 3 3
Chief Notary to Government 3 /
Cleansing and Maintenance Division 3 /
Office of the Permanent Secretary 9 5
Ministry 3 1
Parliamentary Secretary for Consumer
Rights, Cleansing & Support for the
Capital City
8
1
MICAS 2 1
LESA 9 7
Pjazza Teatru Rjal 6 3
Teatru Manoel 3 3
Chateau de la Ville 2 11
Total 51 35
Tabella 5 – Network Switches u Wifi Access Points installati matul l-2018
Tabella 6 – Grafika ta’ Network Switches u Wifi Access Points installati matul l-2018
0
2
4
6
8
10
12
Numru ta' Switches u Access Points mibdula jew installati
Switches Access Points
Strateġija u Operat
Fid-dinja tal-lum l-aġġornament tas-sistemi operattivi hija neċessità, dan għaliex is-sistemi operatttivi
għandhom żmien ta’ sapport mill-manifatturi globali bħal Microsoft. Kif iż-żmien tas-sistema
operattiva tiskadi, il-manifattur ma jibqax jipprovdi patches u updates għal dawn is-sistemi bil-
konsegwenza li dawn is-sistemi jkunu esposti għal viruses, u ma jkunx hemm rimedju. Filwaqt li s-
sistemi operattivi tal-kompjuters li jintużaw mill-impjegati u li huma mqabbdin man-network tal-Gvern
huma ssaportjati kollha, hemm il-ħtieġa li l-kompjuters kollha jkollhom s-sistema operattiva l-aktar
reċenti. Matul l-2018, beda jitwettaq pjan biex jinbidlu l-kompjuters kollha li għandhom aktar minn 8
snin, dawn huma provduti bil-Windows 10, u huwa mistenni li dan l-eżerċizzju jitlesta fl-2019. It-
tabelli 7 u 8 hawn taħt jipprovdu rendikont dwar it-tibdil tal-aktar kompjuters qodma li sar matul l-
2018:
Direttorat / Entità Numru ta' Kompjuters Mibdula
Attorney General 12
Chief Notary to Government 2
Cleansing and Maintenance Directorate 32
Culture Directorate 3
Department Of Justice 4
Restoration Directorate 15
Courts of Justice 127
Local Government 10
Strategy and Support 4
Total 209
Tabella 7 – Kompjuters qodma mibdula matul l-2018
Tabella 8 – Grafika ta’ Kompjuters qodma mibdula matul l-2018
Inkluż ma’ dan l-eżerċizzju ġew ukoll aġġornati numru ta’ kompjuters li għad baqagħlhom aktar snin
ta’ operat u b’hekk bl-aġġornament saru aktar effiċjenti. Dawn kellhom sistema operattiva Windows 7
u ġew aġġornati bis-sistema operattiva l-aktar riċenti, cioè Windows 10. It-Tabelli 9 u 10 jipprovdu
rendikont fejn seħħ dan l-aġġornament.
12
2
32
3
4
15
127
10 4
Numru ta' kompjuters mibdulaAttorney General
Chief Notary to Government
Cleansing and MaintenanceDirectorateCulture Directorate
Department Of Justice
Restoration Directorate
Courts of Justice
Local Govenrment
Strategy and Support
Direttorat / Entità Numru ta' Kompjuters Upgraded
Attorney General 8
Cleansing and Maintenance Division 7
Corporate Services 1
Culture Directorate 2
Permanent Commission Against Corruption 2
Strategy and Support 2
Restoration Directorate 22
Legal Aid Agency 2
Department of Justice 2
Total 48
Tabella 9 – Kompjuters Aġġornati matul 2018
Tabella 10 – Grafika ta’Kompjuters Aġġornati matul 2018
Parti sostanzjali mill-operat tal-IMU jinvolvi xiri ta’ servizzi tal-Informatika b’kordinazzjoni mal-
MITA, provvista ta’ kompjuters, liċenzji ta’ software u apparat tal-I.T. ieħor bħal network switches,
domains, print servers u periferali oħra. Dan jinvolvi fost l-oħrajn kordinazzjoni mad-Dipartimenti kif
ukoll manutenzjoni tal-inventarju. Matul l-2018 ġew introdotti prattiċi u proċessi diġitali ta’
verifikazzjoni tal-inventarju sabiex jiġi żgurat li l-assi tal-I.T. jintużaw ekonomikament. Fl-2018
inħarġu u ġew proċessati 73 sejħa għall-kwotazzjonijiet sabiex jinxtara apparat tal-ICT u saru 37 ordni
mal-MITA sabiex jinxtraw kompjuters ġodda.
L-IMU jipproċessa talbiet ta’ sapport, aċċessi għal sistemi, kif ukoll servizzi tal-email accounts u
aġġornamenti tal-profili tal-utenti. Ġew ingaġġati studenti permezz tal-iStudent Placement Programme
biex jgħinu fl-operat u ġew assenjati fi ħdan il-portafoll tal-Ministeru. L-IMU fassal x-xogħol ta’ dawn
l-istudenti sabiex l-istudenti jakkwistaw esperjenza fl-I.T. Min-naħa l-oħra, is-Servizz Pubbliku uża
dawn ir-riżorsi umani biex jiżdied il-valur tas-servizz matul is-sajf.
L-IMU ħadem ukoll fuq strateġiji varji, kemm ma’ stakeholders varji, kemm fuq livell orizzontali, kif
ukoll vertikali fi ħdan il-portafoll tal-MJCL, bl-għan li jallinja dawn l-strateġiji u jiżġura l-aħjar użu tal-
ICTs għat-tisħiħ tas-sevizzi offruti mis-Servizz Pubbliku. Fost l-oħrajn, l-IMU jikkordina mad-
Dipartimenti, Direttorati u Entitajiet sabiex jipprovdi gwida fuq l-użu tal-ICTs. Anness ma’ dawn il-
funzjonijiet, uffiċjali fi ħdan l-IMU jattendu fora u expert groups biex jirrapreżentaw lill-Ministeru
f’oqsma relatati ma’ inizjattivi fil-Ġustizzja u l-Liġi elettronika fi ħdan l-Unjoni Ewropea.
8
0
7
1 2 2 2
22
2 2
0
5
10
15
20
25
Numru ta' Kompjuters Upgraded
Fl-2018 kompla wkoll it-tisħiħ ta’ riżorsi umani fl-ICT sabiex ikun hemm kordinament aħjar fl-ICT u
l-operat, dan huwa marbut ma’ strateġiji varji sabiex is-servizzi jkomplu jiġu diġitalizzati fil-livelli
kollha. Huwa mistenni li matul l-2019, l-IMU jikkonsolida dak li sar sa issa sabiex flimkien mal-
iStakeholders jifformola strateġiji għall-ġejjieni kif ukoll jidentifika gaps u pjanijiet ta’ azzjoni skont
id-direzzjonijiet tas-Segretarju Permanenti.
QRATI TAL-ĠUSTIZZJA
Matul is-sena 2018 saru diversi proġetti importanti li jkomplu jtejbu s-servizzi offruti minn dan id-Direttorat,
anke fil-kuntest tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament il-ġdid tal-EU – il-General Data Protection Regulation
(GDPR). Sar xogħol fuq website ġdida u tibdil fis-sistema tal-Lecam. Żdiedu s-servizzi online. Twaqqfet
sezzjoni ġdida tal-Qorti Ċivili. Tkomplew ukoll id-diskussjonijiet dwar bidla fil-proċeduri quddiem il-Bord
tal-Kera. Kull titjib huwa mmirat sabiex iżid l-effiċjenza tal-qrati ċivili filwaqt li nagħtu servizz aħjar u qrib
iċ-ċittadin.
Protezzjoni tad-Data - General Data Protection Regulation
Fil-kuntest tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament ġdid fil-25 ta’ Mejju 2018 u cioè “Regolament (UE)
2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi
fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva
95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)”. Id-Direttorat organizza diversi laqgħat
sabiex titfassal Retention Policy kif ukoll proċeduri u dokumenti oħra relatati sabiex ikun konformi mal-
obbligi ġodda li ġab miegħu dan ir-regolament.
Sit elettroniku ġdid – courts.gov.mt
F’April 2018 beda t-trasferiment tal-informazzjoni mill-paġni tas-sit elettroniku tal-Qrati tal-Ġustizzja
eżistenti justiceservices.gov.mt għas-sit il-ġdid courts.gov.mt. L-informazzjoni li tikkonċerna lill-Qrati tal-
Ġustizzja bdiet tiġi miġbura f’sit wieħed sabiex tkun aktar uniformi u kompleta. Is-sit il-ġdid joffri servizz
aħjar u aktar konformi mal-ħtiġiet tar-regolament il-ġdid dwar il-protezzjoni tad-data. F’dan is-sit hemm
informazzjoni dwar il-qrati u t-tribunali kif ukoll statistika dwar il-kawżi ċivili.
Ħatra ta’ Ġudikanti ġodda
Fl-2018 irtira l-Prim Imħallef l-STO Silvio Camilleri u ġie maħtur minfloku l-Onor Imħallef Joe
Azzopardi. Matul l-istess sena ġew elevati għal Imħallef tliet maġistrati u cioè l-Imħallef Anthony
Vella, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera u l-Imħallef Grezzju Mercieca. Biex jimlew post l-Imħallfin
il-ġodda ġew maħtura l-Maġistrat Rachel Montebello, il-Maġistrat Simone Grech u l-Maġistrat Astrid
May Grima. Matul din is-sena rtira l-Imħallef Antonio Mizzi f’għeluq il-65 sena. Il-Prim Imħallef
għamel xi tibdiliet fl-assenjazzjonijiet u saru l-arranġamenti neċessarji sabiex dawn it-tibdiliet jiġu
riflessi fuq is-sistema kompjuterizzata u sabiex jiġu notifikati l-awtoritajiet konċernati.
DIRETTORAT QRATI ĊIVILI U TRIBUNALI
Sezzjoni Ġdida fil-Qorti Ċivili
L-Att I tal-2018 rega’ daħħal fis-sistema legali ta’ Malta l-Qorti li ser tispeċjalizza fil-Kummerċ. Din ser
tiddaħħal b’mod gradwali fis-sens li l-ġurisdizzjoni tagħha ser għall-ewwel tkun limitata għal materja li
toħroġ mill-Att dwar il-Kumpaniji. Din il-qorti ser tkun il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ). L-
ispeċjalizzazzjoni ta’ din il-qorti huwa mistenni li ġġib aktar effiċjenza fit-tmexxija tal-kawżi, aktar
konformità fl-interpretazzjoni tal-liġi u għalhekk aktar ċertezza tad-dritt. F’din l-ewwel sena l-kawżi kollha
li kienu mferxin ma’ diversi ġudikanti ġew mibgħuta quddiem din il-qorti ġdida sabiex b’hekk issa għandna
l-kawżi kollha li jittrattaw materja li toħroġ mill-Att dwar il-Kumpaniji quddiem din il-qorti l-ġdida.
Tibdil fil-proċedura tal-Bord li jirregola l-Kera
Matul din is-sena komplew isiru laqgħat dwar l-implimentazzjoni tat-tibdil fil-proċedura tal-Bord tal-Kera
b’mod partikolari dwar l-introduzzjoni tal-medjazzjoni. Ġie studjat il-mod kif kawżi quddiem il-Bord tal-
Kera jitmexxew b’aktar effiċjenza.
Tnaqqis ta’ Burokrazija
Id-Direttorat kompla matul din is-sena bl-isforzi tiegħu b’miżuri adegwati sabiex inaqqas burokrażija li
tfixkel l-effiċċjenza fil-qrati. Twettqu dawn il-miżuri:
Notifika “żejda” li kienet issir lin-nutara pubbliċi ta’ Malta u Għawdex ta’ rapport (dan ir-rapport
isir darbtejn fis-sena mill-uffiċjali reviżuri dwar l-atti li jiġu ppubblikati mill-istess nutara) li ma
kienx jirrapporta ebda nuqqas da parti tan-nutar. F’din in-notifika kienet tintalab spjega min-nutar
u ħadd ma kien iwieġeb u wara dan il-qorti kienet tgħaddi biex tikkonferma r-rapport u terġa’ tordna
notifika dwar il-konferma. Deher ċar li l-ewwel notifika hija żejda u għalhekk sabiex jitħaffef ix-
xogħol din ġiet eliminata u kull meta fir-rapport ma jirriżultax infrazzjonijiet, il-qorti tgħaddi biex
tikkonferma r-rapport mal-ewwel u tordna notifika oħra.
Notifika uffiċjali lin-nutara b’email kif imsemmi aktar ’il fuq f’dan ir-rapport.
Id-Digrieti tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja) bdew jiġu mibgħuta bl-email lill-
professjonisti legali.
Żieda fis-servizzi tal-efiling ta’ rikorsi u risposti fil-Bord tal-Arbitraġġ dwar l-Artijiet imsemmija
aktar l-isfel f’dan ir-rapport.
L-informazzjoni fir-rigward tal-bejgħ bis-subbasta saret aċċessibli minn fuq il-mowbajl, bl-intiża li
aktar persuni jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni.
CONVERGE Project
Saru laqgħat mal-MITA sabiex jiġi diskuss it-titjib propost lill-Modules tal-Judgements u l-Verbali tal-
Lecam (is-sistema li juża d-Direttorat). Dan it-titjib jifforma parti mill-CONVERGE Project li qed isir
b’fondi Ewropej. Il-Lecam se jinbidel biex isir aktar web based biex ikun jista’ joffri aktar flessibbiltà u
jkunu jistgħu jiġu offruti aktar servizzi lill-klijenti. Saru wkoll laqgħat ma’ uffiċjali barranin mill-kumpanija
European Dynamics li qed tieħu ħsieb li jsir dan l-aġġornament tal-Lecam.
Żieda tas-servizzi online
Sar titjib fis-servizzi online tal-informazzjoni dwar is-subbasti li jkunu se jsiru kif ukoll il-Hall Usage.
Matul din is-sena dawn iż-żewġ servizzi ukoll ġew trasferiti fis-sit il-ġdid. Tlestiet il-miżura ta’
simplifikazzjoni li permezz tagħha jistgħu jiġu ppreżentati online rikorsi u risposti fil-Bord tal-
Arbitraġġ dwar Artijiet u sar l-Avviż Legali (A.L. 432/2018) rilevanti biex b’hekk dawn l-atti jkunu
jistgħu jiġu ppreżentati u mħallsin online mill-professjonisti legali. Din il-miżura daħlet fis-seħħ fit-30
ta’ Novembru 2018.
Saru wkoll diskussjonijiet mal-Client Focus Group fejn ġew mistħarrġa l-opinjonijiet tal-klijenti, b’mod
speċjali mill-professjonisti legali dwar il-ħtiġiet tagħhom meta jużaw is-sistemi online li d-Direttorat
joffri.
Id-Digrieti tal-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja) bdew jiġu notifikati lill-avukati u nutara li
jippreżentawhom sabiex dawn jiġu infurmati bid-digriet billi jintbagħat b’email lilhom u b’hekk ikunu
f’pożizzjoni li jieħdu l-azzjoni meħtieġa f’inqas żmien.
Fil-Qorti ta’ Reviżjoni tal-Atti Nutarili nbeda bħala proġett pilota n-notifika uffiċjali bl-email. Sar tibdil
fil-liġi speċjali li tirregola din il-qorti partikolari sabiex notifiki lin-nutara pubbliċi jistgħu jsiru bl-email.
Biex dan il-proġett ikun suċċess irid il-kollaborazzjoni tan-nutara fis-sens li jkunu jridu jirrispondu
b’email li rċevew l-email oriġinali. Jekk jiġu ottenuti r-riżultati sodisfaċenti jista’ jkollna estensjoni ta’
dan is-servizz fi qrati oħra.
Kunsill tat-Tfal u Positive Parenting Policy
Rappreżentat mid-Direttorat ġie maħtur membru fil-Kunsill tat-Tfal kif ukoll membru fit-taskforce li
ġiet imwaqqqfa għall-implimentazzjoni tal-Positive Parenting Policy u jattendi regolarment għal-
laqgħat.
eJustice portal
Id-Direttorat matul din is-sena kompla jamministra l-paġni ta’ Malta f’dan il-portal li fih informazzjoni utli
ħafna dwar is-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Minn dan il-portal
jibbenefikaw kemm il-professjonisti kif ukoll iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea peress li huwa aċċessibbli għal
kulħadd
Career Exposure Week
Id-Direttorat ta l-opportunità lil numru ta’ studenti mill-iskejjel sekondarji li huma interessati u mħajrin li ’l
quddiem jaħdmu fil-Professjoni Legali li jaraw kif taħdem is-Sistema Ġudizzjarja billi għamlu żjajjar fid-
diversi sezzjonijiet tad-Direttorat u attendew għas-seduti kemm tal-Qrati Superjuri kif ukoll fil-Qorti tal-
Maġistrati. Dan isir b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni.
Ġbir ta’ drittijiet tar-Reġistru
Matul is-sena 2018, saru 48 Mandat ta’ Sekwestru mir-Reġistratur. L-ammont totali miġbur minn dawn il-
Mandati huwa ta’ €49,199.27. It-total ta’ ittri uffiċjali għall-pagamenti ta’ drittijiet tar-Reġistru huwa ta’
230. Kien hemm 22 kawża terminati li fihom ir-Reġistratur kien parti.
Statistika – Kawżi, Mandati u Atti oħrajn ippreżentati fir-Reġistri tal-Qorti Ċivili
It-tabelli li ġejjin juru:
Tabella 1 - kawżi, mandati u atti oħrajn li ġew ippreżentati fir-Reġistri tal-Qrati Ċivili f’Malta kif ukoll id-
differenza bejn in-numru ta’ kawżi, mandati u atti oħrajn ippreżentati fl-2017 u l-2018.
Tabella 2 – in-numru ta’ kawżi introdotti, terminati u pendenti għas-snin 2006 sa 2018.
Tabella 1 KAWŻI, MANDATI U ATTI OĦRAJN LI ĠEW IPPREŻENTATI FIR-REĠISTRI TAL-QRATI
ĊIVILI
Total
2017
Total
2018
Diff.
2017-
2018
Kawżi
Superjuri (Cit. + Kost) 965 1197 232
Sezzjoni Familja (Cit.) 251 302 51
Inferjuri (Avv.) 208 197 -11
Talbiet Żgħar (Talb) 617 588 -29
Reviżjoni
Amministrattiva.(Rik.) 77 141 64
TOTAL 2118 2425 307
Mandati
Superjuri 1723 1973 250
Qorti tal-Familja 319 290 -29
Inferjuri 2411 2554 143
TOTAL 4453 4817 264
Ittri Uffiċjali
Superjuri 4738 4813 75
Qorti tal-Familja 180 186 6
Inferjuri 3336 4107 771
TOTAL 8254 9106 852
Ittri Uffiċjali
(Kambjali)
Superjuri 8 17 9
Inferjuri 98 198 100
TOTAL 106 215 109
Ittri Uffiċjali
(Art.166A
tal- Kap. 12)
Superjuri 132 216 84
Inferjuri 2905 2785 -120
TOTAL 3037 3001 -36
Notifiki ta’
Atti bil-
Purtier
Superjuri 7896 9655 1759
Qorti tal-Familja 2362 2721 359
Inferjuri 3261 3500 239
TOTAL 13519 15876 2357
Notifiki ta’
Atti bil-Posta
Superjuri 16232 17791 1559
Qorti tal-Familja 4370 5230 950
Inferjuri 12462 13622 1160
TOTAL 33064 36643 3579
Ittri
Medjazzjoni
Qorti tal-Familja
1505 1616 111
Noti
Medjazzjoni 373 319 -54
Rikorsi
Ġenerali 224 373 149
Rikorsi
Sezzjoni Ġurisdizzjoni
Volontarja
1724 2155 431
Riċerki 5150 5849 699
Obligazzjonijiet 0 0 0
Ipoteki 114 162 48
Bejgħ
b’Subbasta
Subbasti
119 71 -48
Ċedoli ta’
Depożitu 5528 5985 457
Rikorsi
Qorti ta’ Reviżjoni tal-
Atti Notarili 265 269 4
Tabella 2: Kawżi introdotti, terminati u pendenti għas-snin 2006 sa 2018
Qorti/
Tribunal Sena
Kostituzzjo
nali
20
06 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018
Introdotti 31 27 36 40 46 46 64 46 59 52 66 87 91
Terminati 37 26 27 35 36 55 51 64 50 57 66 55 85
Pendenti 37 38 47 49 55 50 63 45 54 47 46 79 85
Appell
Superjuri
20
06 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018
Introdotti 34
8 345 306 317 366 356 440 455 449 396 471 447 334
Terminati 36
0 437 371 366 355 236 221 259 361 318 385 423 245
Pendenti 86
5 756 691 641 651 771 990 1188 1272 1341 1430 1454 1519
Appell
(Inferjuri)
20
06 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018
Introdotti 33
9 280 247 257 253 300 461 314 342 356 309 246 454
Terminati 32
2 294 282 308 259 147 252 217 283 401 445 383 382
Pendenti 26
6 246 211 156 150 301 507 602 660 612 476 336 396
Prim Awla
tal-Qorti
Ċivili
20
06 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018
Introdotti 12
79 1736 1660 1658 1706 1644 1575 1563 1539 1575 1577 1530 1742
Terminati 14
90 1564 1550 1677 1569 1659 1791 1789 1597 1648 1617 1723 1578
Pendenti 49
03 5022 5077 4896 4997 4840 4505 4216 4076 3904 3851 3635 3579
Qorti Ċivili
(Sezzjoni
tal-
Kummerċ)
20
06 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018
Introdotti - - - - - - - - - - - - 53
Terminati - - - - - - - - - - - - 34
Pendenti - - - - - - - - - - - - 110
20
06
2007
2008
2009
2010
2011
2012
2013
2014
2015
2016
2017
2018
Qorti Ċivili
(Sezzjoni
Familja)
Introdotti 43
7 551 560 460 502 449 818 710 763 764 765 688 785
Terminati 45
6 450 496 401 401 523 888 753 689 792 816 694 747
Pendenti 10
20 1108 1161 1187 1241 1171 1281 1177 1251 1150 1097 1076 1063
Qorti tal-
Maġistrati
(Civili)
20
06 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018
Introdotti 39
8 411 415 504 539 422 435 397 429 394 342 381 347
Terminati 54
9 421 399 471 470 501 492 411 392 428 396 377 325
Pendenti 11
20 1110 1126 1150 1219 1132 1067 1025 1021 950 892 892 876
Tribunal
ta’
Reviżjoni
Amministr
attiva
20
06 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018
Introdotti - - - 91 62 279 343 329 116 72 86 76 141
Terminati - - - 0 18 71 135 130 172 302 101 114 127
Pendenti - - - 91 135 342 549 742 674 412 405 366 378
Bord tal-
Arbitraġġ
dwar
Artijiet
20
06 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018
Introdotti 20 43 19 50 33 31 36 11 19 20 13 22 33
Terminati 42 10 64 69 39 32 60 59 26 23 73 34 19
Pendenti 24
7 277 234 216 210 208 184 135 128 117 58 46 58
Bord li
Jirregola l-
Kera
20
06 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018
Introdotti 12
1 105 81 60 162 137 109 128 103 126 150 188 233
Terminati 82 45 74 49 134 120 132 130 140 100 189 146 185
Pendenti 37
8 417 422 431 459 467 443 441 398 413 365 407 452
Bord dwar
il-Kontroll
20
06 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018
tal-Kiri
tar-Raba’
Introdotti 19 20 8 9 12 15 17 18 5 15 15 17 10
Terminati 26 8 17 14 27 18 25 37 11 23 13 16 20
Pendenti 12
8 138 128 125 106 108 100 81 76 65 65 66 53
Tribunal
għal
Talbiet
Żgħar
20
06 2007 2008 2009 2010 2011 2012 2013 2014 2015 2016 2017 2018
Introdotti 10
92 922 952 1037 1732 1037 836 804 812 932 606 570 588
Terminati 16
21 1168 992 930 1353 1230
974 827 1000 1156 634 592 565
Pendenti 12
08 959 929 1035 1395 1189
1031 1000 786 484 453 428 439
DIRETTORAT TAL-QRATI U TRIBUNALI KRIMINALI
Sezzjoni ta’ Eżebiti
Fis-sena 2018 tnieda proġett sabiex nirranġaw u nirriorganizzaw is-sezzjoni tal-eżebiti ta’ bla valur.
Għaldaqstant qed isir tibdil fl-ixkaffar, billi dan qdiem u qed jiġi mibdul għal dak tal-ħadid biex b’hekk
l-ixkaffar ikun aktar sod. Fl-istess ħin qed issir rikonċiljazzjoni tal-eżebiti biex issir verifika li kollox
huwa f’postu u accounted for.
Ġbir ta’ multi
Il-ġbir tal-multi huwa proċess kontinwu s-sena kollha. Multi jiġu imposti jew minħabba disprezz lejn
il-qorti meta bniedem li jkun imħarrek ma jiġix jew inkella meta persuna tinstab ħatja u tiġi kkundannata
li tħallas multa. Dawn mhux dejjem jiġu mħallsa u għalhekk ikun irid isir rikors quddiem dik il-qorti li
tkun tat il-multa sabiex din tiġi kkonvertita fi priġunerija. It-ticket għal ħabs jiġi mibgħut lill-Pulizija
sabiex dawn imbagħad jiġbru lil persuna li però, dejjem għandha l-għażla li tħallas l-ammont sħiħ sabiex
ma tmurx il-ħabs.
Matul l-2018 ir-Reġistratur ippreżenta 446 rikors sabiex multi li ma ġewx imħallsa jiġu konvertiti fi
priġunerija. Matul din is-sena ġew ikkonvertiti 959 multi fi priġunerija. Dawn il-konverżjonijiet
jintbagħtu lill-Pulizija sabiex jiġu eżegwiti.
Matul is-sena 2018 ġew inflitti 287 multa fil-Qrati Kriminali għal total ta’ €806,437.71 Minn dawn
€353,489.88 ġew konvertiti fi priġunerija, €49,261.21 ġew kanċellati u €54,747.05 ġew imħallsa.
Fil-Qrati tal-Maġistrati bħala Qrati ta’ Ġudikatura Kriminali ġew inflitti 3748 multa għal total ta’
€3,899,664.65. Minn dawn €130,340.89 ġew konvertiti fi priġunerija, €1,804,609.80 ġew appellati,
€116,701.86 ġew revokati/kanċellati u €542,320.89 ġew imħallsa.
Mill-arretrati dovuti lill-Qrati Kriminali nġabru €231,808.18 filwaqt li ġew revokati, kanċellati jew
konvertiti fi priġunerija l-ammont ta’ €425,194.46 u kien hemm €439,722.33 f’arretrati ġodda.
Mill-arretrati dovuti lill-Qrati tal-Maġistrati ġew miġbura €728,441.07 filwaqt li ġew kanċellati,
revokati jew konvertiti fi priġunerija l-ammont ta’ €194,528.98 u kien hemm arretrati ġodda ta’
€1,558,379.80.
L-ammont globali ta’ multi li ġew written off kien ta’ €56,999.19.
Bħala total, matul is-sena 2018, l-arretrati sas-sena 2016 skont l-Att fiskali ġew imnaqqsa bl-ammont
ta’ €868,900.16 li minnhom inġabru €535,049.97. Għas-sena 2017 inġabar ukoll l-ammont ta’
€436,659.28.
B’hekk sal-aħħar ta’ Diċembru 2018 kienu inġabru €971,709.25 (12.26%) mill-arretrati sas-sena 2017.
It-tabella t’hawn taħt turi l-ammont ta’ multi miġbura xahar b’xahar u sena b’sena mill-2014
sal-2018:
2014 2015 2016 2017 2018
€ € € € €
JANNAR 182,516.99 169,665.30 119,197.09 123,397.53 169,357.63
FRAR 136,126.69 205,352.88 177,591.61 172,345.48 197,300.63
MARZU 138,228.43 190,632.93 197,859.64 201,686.30 188,912.50
APRIL 145,496.07 173,178.64 147,602.57 148,177.03 159,708.02
MEJJU 133,722.58 157,281.92 162,407.67 163,268.65 167,715.00
ĠUNJU 160,518.57 198,451.65 187,342.28 151,991.67 143,364.19
LULJU 176,881.28 177,731.91 146,488.64 260,635.64 157,940.11
AWWISSU 119,379.71 99,349.12 190,120.10 130,011.48 129,994.80
SETTEMBRU 129,757.84 134,963.09 162,599.09 248,378.73 117,590.63
OTTUBRU 197,753.04 167,021.72 188,504.88 196,042.59 178,065.32
NOVEMBRU 166,752.92 107,080.64 231,076.31 201,521.76 159,571.93
DIĊEMBRU 135,042.25 134,400.66 150,351.68 125,020.33 132,025.39
TOTAL 1,822,176.37 1,915,110.66 2,061,141.56 2,122,477.19 1,901,546.15
Electronic Court Citations Management System (e-CCMS)
Wara li ġiet eżaminata l-efficjenza tal-proġett pilota li kien ilu għaddej għal xi snin l-Electronic Court
Citation Management System, matul din is-sena ġie estiż għas-seduti tad-distrett ta’ Ħaż-Żabbar u tad-
distrett ta’ Tas-Sliema. L-għan huwa li s-seduti tad-distrett ikollhom kollox f’database waħda u notifiki
jsiru minn kumpanija privata u mhux mill-Pulizija. B’hekk issa din is-sistema qed tintuża għall-kawżi
tat-Traffiku, tal-Familja, tad-distrett tal-Belt, tad-distrett ta’ Ħaż-Żabbar u tad-distrett ta’ Tas-Sliema.
Review mill-Moneyval
Fis-sena 2018 kien hawn review mill-Moneyval, li dan kien jinvolvi ħafna ħin f’laqgħat, riżorsi umani,
riċerka u ġbir ta’ data għall-istatistika li kien hemm bżonn tinġabar. Din ir-riċerka u kumpilazzjoni tad-
data, li kienet neċessarja għal dan ir-review, seħħet matul kwazi s-sena kollha bir-review finali li seħħ
f’Novembru, 2018.
United Nations Convention against Corruption
Fis-sena 2018 sar review ieħor mill-United Nations Convention against Corruption fejn ġew esperti
barranin mill-Afrika t’Isfel u mill-Iżvizzera li dan involva wkoll ħin f’laqgħat, riżorsi umani, riċerka u
ġbir ta’ data biex nirrispondu għad-domandi magħmula minn dawn l-esperti.
Asset Management
F’Awwissu ta’ din is-sena, daħlet fis-seħħ il-Liġi Sussidjarja 9.23 li permezz tagħha, wara li jkun hemm
delega mir-Reġistratur Qrati Kriminal u Tribunal, tagħti l-poter lill-Asset Recovery Bureau sabiex ikun
hu li jinvestiga u li jiffriża l-assi tal-imputat u konsegwentement jikkonfiska l-assi skont is-sentenza
meta din tkun res judicata. Dan, ovvjament kien jinvolvi ħin f’laqgħat sakemm naraw kif ħa nkunu
qegħdin naħdmu id f’id l-Asset Management Unit fi ħdan il-qorti u l-Asset Recovery Bureau. Fil-fatt
sar MoU sabiex nelenkaw il-mod ta’ kif ħa naħdmu. Għaldaqstant issa mill-20 ta’ Awwissu, 2018 ’l
hawn, l-Asset Management Unit qed tieħu ħsieb il-freezing orders li daħlu qabel din id-data u l-konfiski
tal-istess freezing orders. Fil-frattemp, kull freezing order ġdid li qed tidħol wara l-20 ta’ Awwissu,
2018 qed tiġi mgħoddijja lil Asset Recovery Bureau b’MoU li biha jiġi delegat ix-xogħol ta’
investigazzjoni u ffriżar lilhom. Fir-rigward ta’ konfiski ta’ freezing orders ġodda, hawn ukoll, qed isir
ħafna xogħol mal-Asset Recovery Bureau sabiex nkunu nistgħu naħdmu id f’id.
Network
Fis-sena 2018 tnieda l-proġett sabiex isir tibdil tan-network fil-binja tal-Qorti tal-Familja u tal-Qorti
(binja prinċipali). Dan min-naħa tagħna involva ħafna ħin sabiex inkunu nistgħu nikkordinaw mal-
kuntrattur liema awli, sigrieti, kuriduri ser jaħdmu fihom, għaliex ridna wkoll insibu staff li seta’
joqgħod wara l-ħin magħhom ħalli x-xogħol ma jieqafx. Dan dejjem bl-intendiment illi jinħoloq l-inqas
inkonvenjent kemm lill-pubbliku u kemm lill-ħaddiema tal-qorti.
Flus konfiskati favur il-Gvern ta’ Malta
Flus ikkonfiskati favur il-Gvern ta’
Malta matul l-2018
€
Konfiska flus droga 15 19,091.07
Konfiska Money Laundering 5 139,932.28
Oħra 18 51,843.41
L-Annex tar-Reġistru
Iż-żewġ deputati reġistraturi li jaħdmu fl-Annex tar-Reġistru taħt is-superviżjoni tar-Reġistratur
komplew bil-ħidma tagħhom fejn jassessjaw il-miżati u l-ispejjeż tal-esperti tal-Qrati. Fis-sena 2018 l-
ispiża għal dawn l-esperti telgħet għal €2,088,666.18.
Kawżi Introdotti u Pendenti matul is-sena 2018
Qrati Inferjuri
Dan hu x-xogħol li sar mil-Qrati tal-Maġistrati bħala Qrati ta’ Ġudikatura Kriminali matul is-sena
2018:
INTRODOTTI DEĊIŻI PENDENTI
2018 2018 DIĊEMBRU 2018
Kawzi Sommarji
228
248
972
Kumpilazzjonijiet 825 892 2123
Inkjesti 970 957 1726
Dwana 7 63 65
Eċo Tax 0 26 19
VAT 2296 1686 1290
Sanità 44 51 49
ETĊ 239 241 23
DLE 105 164 73
ALE 62 220 51
PA 0 1 62
Traffiku 888 937 260
Kolliżjonijiet 587 839 425
Distretti 5091 5492 2753
Minorenni 89 96 34
Saħħa Sigurtà 215 211 53
Qorti tal-Familja
(Kriminal)
1229 1117 319
Ittri Rogatorji 7 12 3
Libelli Kriminali 3 11 0
Ksur ta’
Kundizzjonijiet
għal-Libertà
Proviżorja
4 5 1
Taxxa mid-Dħul 197 124 622
TOTAL 13,086 13,393 10,923
Din hija l-lista tax-xogħol tal-Qorti tal-Appelli Kriminali Inferjuri u Superjuri u l-Qorti Kriminali:
PENDENTI INTRODOTTI DEĊIŻI PENDENTI
DIĊEMBRU
2017
2018 2018 DIĊEMBRU
2018
Qorti Kriminali
(Ġurijiet)
61 19 8 72
Appelli Inferjuri 1266 445* 693* 1018
Appelli
Superjuri
32 6 17 21
*Il-kawżi introdotti u deċiżi quddiem il-Qorti tal-Appelli Kriminali Inferjuri jinkludu wkoll dawk l-
appelli ta’ kawżi li ġew deċiżi mill-Qrati tal-Maġistrati t’Għawdex. Dawn l-appelli jinstemgħu
f’Għawdex stess.
DIRETTORAT TAS-SUPPORT SERVICES
Dan id-Direttorat kien responsabbli li jara li jipprovdi fil-ħin dak neċessarju sabiex is-sezzjonijiet tal-
Qrati jkollhom dak kollu li hu bżonjuż sabiex jaħdmu b’effiċjenza u mingħajr xkiel.
Id-Direttorat hu amministrat minn Direttur li għandu jassistuh erba’ Assistenti Diretturi responsabbli
mir-Riżorsi Umani, mill-Finanzi, mill-Operat u mis-Servizzi Legali rispettivament dan tal-aħħar kien
miżjud mar-reponsabbiltà tad-Direttorat matul fl-2018. Ix-xogħol prinċipali li twettaq minn dawn l-
erba’ sezzjonijiet matul l-2018 hu s-segwenti.
Sezzjoni tar-Riżorsi Umani
Żamma ta’ dokumenti
L-eżerċizzju annwali li jiġu distrutti d-dokumenti skont ir-Retention Policy for HR Documents, li
tistabbilixxi r-retention periods tad-data personali tar-Riżorsi Umani, sar f’Jannar 2018.
Performance Management
Ingħalqu l-Performance Appraisals għas-sena 2017 (End of Year) tal-impjegati tad-Dipartiment tal-
Qrati tal-Ġustizzja. Infetħu wkoll l-Performance Appraisals tas-sena 2018 (Initialisation of Appraisal)
ta’ dawn l-impjegati.
Training & Development
Matul is-sena 2018, l-impjegati tad-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja mit-tliet Direttorati kienu
inkoraġġiti biex jattendu għall-korsijiet organizzati mill-IPS u anke biex jattendu seminars. Matul l-
2018 l-impjegati u l-Management attendew għal diversi korsijiet tal-IPS, fosthom:
Management Toolkit
Kors biex tkun eliġibbli għal Executive Officer
Kors biex tkun eliġibbli għal Assistant Principal
Kors biex tkun eliġibbli għal Principal
Korsijiet organizzati fis-sala tat-taħriġ tal-Qrati tal-Ġustizzja
Mejju 2018: Viżita ta’ familjarizzazzjoni għall-kandidati prospettivi għall-post ta’ messaġġier tal-Qorti.
Ġunju 2018: Saret preżentazzjoni dwar l-AED (Automated External Defibrillator) għas-16-il First
Aiders fil-Qrati tal-Ġustizzja u l-impjegati tal-Qorti kollha li huma interessati.
Lulju 2018: Induction course għall-impjegati ġodda tad-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja. Ingħataw
taħditiet mit-tliet Direttorati tal-Kriminal, Ċivil u Support Services.
Awwissu 2018: Induction course għall-impjegati ġodda tad-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja.
Ingħataw presentations mit-tliet Direttorati tal-Kriminal, Ċivil u Support Services.
Settembru 2018: Kors dwar il-protokoll fil-Qrati tal-Ġustizzja għar-Registry Support Class.
Settembru 2018: Kors ta’ orjentazzjoni għall-kandidati prospettivi għall-pożizzjoni ta’ Deputat
Reġistratur fil-Qrati tal-Ġustizzja.
Donazzjoni ta’ Vacation leave
Sar eżerċizzju għad-donazzjoni ta’ vacation leave mill-impjegat tal-Qorti lil-Fond Ċentrali. Ġest sabiħ
ta’ donazzjoni ta’ 1253.5 siegħa vacation leave kollettivament mingħand l-impjegati tal-Qorti.
HR Plans għas-sena 2019
Id-Dipartiment għamel l-HR Plans għas-sena 2019. Ittieħdu l-konsiderazzjonijiet kollha għar-riżorsi
umani li d-Dipartiment ser ikollu bżonn tul din is-sena, kemm dawk li jissostitwixxu lill-impjegati li ser
jirtiraw f’dan il-perjodu, kif ukoll l-ingaġġ ta’ impjegati ġodda li d-Dipartiment ser ikollu bżonn f’din
is-sena sabiex jiġu eżegwiti l-proġetti li għandu ppjanati għal dan il-perjodu.
Sejħiet għall-applikazzjonijiet
Is-sejħiet għall-applikazzjonijiet ġew delegati lill-kapijiet tad-Dipartimenti/Ministeri li jinsabu elenkati
fit-tieni skeda tal-Public Administration Act, fil-15 ta’ Novembru, 2012 skont A.L. 246 tal-2012.
Disa’ (9) sejħiet għall-applikazzjonijiet ġew ippubblikati fl-Intranet mid-Dipartiment tal-Qrati tal-
Ġustizzja matul is-sena 2018 u erba’ (4) sejħiet ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern:
Purtier
Messaġġier tal-Qorti (maħruġa tliet darbiet)
Security Officer
Deputat Reġistratur (Diploma)
Operative (Handyman) Group III (maħruġa darbtejn)
Assistent Reġistratur
Senior Technical Officer (Audio/Visual) – Sejħa Pubblika
Assistant Ġudizzjarju Part-Time – Sejħa Pubblika
Tradesman/Senior Tradesman (Carpenter) – Sejħa Pubblika
Deputat Reġistratur - Sejħa Pubblika
Kuntratti ġodda/mġedda matul l-2018
57 kuntratti (ġodda/mġedda) ġew proċessati fis-sezzjoni tar-Riżorsi Umani fil-Qrati tal-Ġustizzja.
STATISTIKA RIŻORSI UMANI 2018
2018 Stu
dy L
eav
e
Ma
ternity
Lea
ve
Pa
renta
l Lea
ve/C
areer
Brea
k
Vo
lun
tary
Lea
ve
Telew
ork
ing
Sp
orts L
eav
e
Un
pa
id L
eav
e
Cu
lt. An
d F
ishin
g
Lea
ve
Resp
on
sibility
Lea
ve
Ad
op
tion
Lea
ve
Red
uced
Ho
urs
Du
ty L
eav
e
Em
igra
tion
Lea
ve
Ca
ll for A
pp
licatio
n
Pro
mo
tion
s
Verifica
tion
of S
ick
Lea
ve
Pro
gressio
ns
Qu
alifica
tion
Allo
wa
nce
Pa
rlam
enta
ry
Qu
estion
s/Retu
rns
Recru
itmen
ts/Tra
nsfer
s Fro
m
Term
ina
tion
s/Tra
nsfer
s to
Ap
po
intm
ents
Co
ntra
cts
Sa
lary
Ad
justm
ents
Go
v.G
azette N
otices
JAN 1 1 1 2 26 8 1 1 4 1 6 2
FEB 1 3 2 2 22 10 4 1 1 4 MAR 2 1 2 2 9 9 6 2 4 2 11 APR 4 1 3 3 1 13 7 2 2 2 6 10 MAY 1 1 17 6 1 1 5 15 JUNE 1 2 1 1 3 2 3 2 1 3 23 JULY 2 3 2 7 3 1 1 2 3 4 8 AUG 1 1 1 1 1 1 7 3 1 7 2 27 SEPT 1 1 1 6 10 6 6 31 OCT 1 2 9 1 10 1 15 6 1 1 2 14 9 21 NOV 1 3 4 1 28 5 2 2 5 3 17 21 2
DEC 1 1 1 1 3
Sezzjoni tal-Finanzi
Is-Sezzjoni tal-Finanzi hija responsabbli mid-dħul, mill-multi u mit-tariffi imposti bil-liġi u dħul ieħor
li jaqa’ taħt id-dekasteru tad-Direttur/Reġistratur tal-Qorti Ċivili u Tribunali u d-Direttur/Reġistratur
tal-Qorti Kriminali u Tribunali.
Din is-Sezzjoni hija responsabbli ukoll mill-pagamenti tas-salarji tal-impjegati kollha tal-Qorti,
pagamenti tas-servizzi u x-xiri li jsir għas-sezzjonijiet kollha tal-Qrati kif ukoll l-ispejjeż kapitali
relatati. Dan kollu jrid isir skont ir-regolamenti finanzjarji.
Pagamenti oħra li jsiru minn din is-sezzjoni huma dawk li huma direttament relatati mal-
Amministrazzjoni tal-Ġustizzja bħal esperti tal-Qorti, assistenti ġudizzjarji, medjaturi u avukati tat-tfal
u tribunal. Matul din is-sena komplew jinħatru court attorneys sabiex jassistu lill-ġudikanti fil-ħidma
tagħhom sabiex iċ-ċittadin jingħata servizz xieraq fl-inqas żmien possibbli.
Rikorrenti
Din is-sezzjoni fuq bażi regolari u kif ukoll kull xahar tibgħat rendikonti finanzjarji fuq id-Dipartiment
tal-Qorti, lill-Ministeru tal-Finanzi. Dawn ir-rapporti jagħtu indikazzjoni tal-infieq li jkun qed isir
filwaqt li dejjem iżomm mal-parametri tal-liġijiet finanzjarji u jimxi ukoll mal-Att dwar ir-
Responsabbiltà Fiskali. Min-naħa tal-Qorti sar kull sforz sabiex titnaqqas l-ispiża rikorrenti iżda meta
mqabbla mas-sena l-oħra din l-ispiża totali tidher li hija €2,880,405 iktar mis-sena ta’ qabel liema żieda
kienet l-aktar fl-emolumenti personali u fil-programmi u inizzjattivi hekk kif indikat fit-tabella t’hawn
taħt:
KATEGORIJA SPIŻA
RIKORRENTI
SENA 2017
SPIŻA
RIKORRENTI
SENA 2018
DIFFERENZA
Emolumenti
Personali
10,820,470 12,462,082 1,641,612
Spejjeż t’Operat
u Manutenzjoni
1,734,243 1,994,611 260,368
Programmi u
Inizjattivi
3,086,699 4,065,124 978,425
TOTAL 15,641,412 18,521,817 2,880,405
Emolumenti personali
L-ispiża totali fl-emolumenti personali għas-sena 2018 meta mqabbla mas-sena ta’ qabel kienet
€1,641,612 iktar. Għas-sena 2018 kien hemm żieda fis-salarji u fl-allowances marbutin mal-pagi tal-
membri tal-ġudikatura skont l-ftehim kollettiv l-ġdid liema allowances kollha ngħataw arretrati
tagħhom ukoll b’seħħ minn Jannar 2018. Kien hemm żieda ukoll fil-pagi għal rekluti ġodda fis-sena
2018 fosthom court attorneys, assistenti ġudizzjarji u rekluti oħra ġodda skont il-pjan tar-riżorsi umani.
Fis-sena 2018 kien hemm żieda ukoll fl-ammont totali ta’ ħlas fuq xogħol li sar fuq traskrizzjonijiet
kemm fil-Kriminal u kemm fiċ-Ċivil. Tul is-sena 2018 żdiedet ukoll ir-rata tal-ħlas tal-medjaturi.
Daħlet fis-seħħ ukoll On Call Allowance lill-messaġiera li jkunu xogħol mal-maġistrati tal-għassa.
Spejjeż tal-Operat u Manutenzjoni
L-ispiża taħt din il-kategorija għas-sena 2018 kienet ta’ €260,368 iktar mis-sena ta’ qabel. L-ikbar spiża
taħt din il-kategorija kienu t-Trasport u s-Servizzi Kontrattwali. Din l-ispiża tiżdied hekk kif jiżdiedu l-
Ġudikanti minħabba l-kiri ta’vetturi, pagament lill-MCP għall-parkeġġ tal-vetturi, manutenzjoni tal-
vetturi u fjuwil. Fis-servizzi kontrattwali l-iktar li ntefaq hu fuq t-tindif u s-sigurtà fil-Qrati.
Programmi u Inizjattivi
F’din il-kategorija jidher li kien hemm żieda fl-ispiża ta’ €978,425 fuq is-sena ta’ qabel. Min-naħa l-
oħra jekk wieħed iqabbel dak li ġie approvat fl-estimi għas-sena 2018 mal-ispiża Rikorrenti Attwali
għas-sena 2018 jidher biċ–ċar li ż-żieda sostanzjali kienet fil-programmi u inizjattivi. Eżempju ċar huwa
Line Item 5154 xhieda, ġurati u esperti tal-Qorti. Estimi approvati għas-sena 2018 għal Line Item 5154
kienu €1,450,000 u spiża totali għas-sena 2018 taħt dan il-Line Item kienet tammonta għal €3,569,542.
Din iż-żieda kienet marbuta ukoll mal-ispejjeż relatati mal-inkjesti maġisterjali li seħħew fl-2018 u kif
ukoll dawk l-inkjesti li bdew qabel u għadhom mhux konklużi.
Spiża Kapitali
Pagamenti taħt din il-kategorija saru skont ir-Regolamenti Finanzjarji. Din il-kategorija tinkludi żewġ
taqsimiet Construction and Improvement Works and Equipment (intefqu €132,446) u Justice Reform
(intefqu €216,760).
Dan l-infiq sar fuq diversi proġetti fosthom xogħol strutturali fl-istores tal-Ospizio; installazzjoni ta’
arja kkondizzjonata ġdida f’ċertu awli; tiswija ta’ gallariji u xogħol infrastrutturali ieħor. L-ispiża
kapitali tkopri ukoll xogħol li nbeda fuq Network ġdid ġewwa l-Qrati tal-Ġustizzja.
Dħul
Id-dħul mill-ġbir tal-multi u t-Tarriffi fil-Qorti għas-Sena 2018 kien jammonta għal €6,899,766 hekk
kif indikat fit-tabella t’hawn taħt.
DĦUL SENA 2018
0253 Multi €2,270,501
0318 Miżati €4,627,340
0349 Mixxellanji €1,925
TOTAL €6,899,766
Il-ġbir mill-arretrati dovuti lill-Gvern kien wieħed pożittiv u sal-aħħar ta’ Diċembru 2018, l-arretrati
sas-sena 2016 hekk kif ġie stipulat bil-Liġi tal-Att Fiskali tnaqqsu b’€868,900. L-ammont ta’ €590,199
inġabru, €118,919 ġew maqtugħa milli huma dovuti b’approvazzjoni skont ir-Regolamenti
(Regolament 80 tar-Regolamenti Finanzjarji hekk kif emendat permezz t’Avvż Legali 410 tas-Sena
2007 ) u €159,782 kienu multi jew tariffi mhux dovuti jew ġew kkonvertiti f’ħabs.
Mill-arretrati dovuti għas-sena 2017 inġabru wkoll l-ammont ta’ €610,813.
Għalhekk sal-aħħar ta’ Diċembru 2018, l-ammont ta’ €1,201,012 (11.74%) kienu miġbura minn
arretrati qabel is-sena 2016 u minn arretrati ġodda għas-sena 2017.
Waħda mir-riformi fil-Qasam tal-Ġustizzja kienet sabiex ikun hemm konsistenza fl-intaxxar tal-kawżi
u kif ukoll sistema aħjar ta’ ġbir t’arretrati fejn jidħlu miżati u r-rappurtaġġ tagħhom. Tul is-sena 2017
din is-sistema l-ġdida uriet li kienet effettiva u utli għall-imaniġġjar kif tinġabar l-informazzjoni. Fis-
sena 2018 ġiet introdotta sistema elettronika li tat faċilità lill-pubbliku sabiex ikun jista’ jgħaddi
pagamenti ta’ miżati b’mod elettroniku, bl-iktar mod konvenjenti u fl-iqsar żmien possibbli.
Inizjattivi ta’ Xiri
Bħalma ġara fis-sena ta’ qabel din is-sena wkoll, is-sejħiet għall-offerti għal xiri ta’ servizzi, materjali
u xogħlijiet komplew jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tad-Dipartment tal-Kuntratti fuq is-sistema
magħrufa bħala e-PPS. Dawn is-sejħiet, li saru skont l-aħħar regolamenti dwar ix-xiri pubbliku kienu
jinkludu:
Xiri – Sejħiet Pubbliċi
Sejħiet għall-offerti għal xiri ta’ servizzi, materjali u xogħlijiet komplew jiġu ppubblikati fuq is-sit
elettroniku www.etenders.gov.mt. Is-sejħiet pubbliċi li wasslu għall-għotija ta’ diversi kuntratti fis-sena
2018 jinkludu:
Riferenza tas-Sejħa Titlu tas-Sejħa
Isem il-
Kuntrattur li
rebaħ is-sejħa
Valur tal-
Kuntratt
MJCL/MPU/22/2018
Tender for the Provision and
installation of Structured
Cabling Solution (Network) at
the Family Court
Intertek
Laboratories
Ltd
€ 40,830.74
MJCL/MPU/20/2018
Tender for the Provision and
Installation of Structured
Cabling Solution (Network) at
the Courts of Justice, Malta
Intertek
Laboratories
Ltd
€ 235,284.79
MJCL/MPU/21/2018
Tender for the Provision and
Installation of Data Cabinets
and Accessories at the Courts
of Justice, Malta
Intertek
Laboratories
Ltd
€ 23,462.40
MJCL/MPU/106/2018
Tender for the Provision of
Architectural and Civil
Engineering Services,
Mechanical-Electrical
Engineering Services and
Other Services for the Courts
of Justice Department
The Doric
Studio € 30,000.00
MJCL/MPU/107/2018
Tender for the Provision of
Clerical Services at the Courts
of Justice Department
Signal 8
Security
Services Malta
Ltd
€ 224,344.98
MJCL/MPU/122/2018
Tender for the Provision of
Court Hall Assistant Services
at the Courts of Justice
Department
Signal 8
Security
Services Malta
Ltd
€ 149,510.40
COJ-RFQ-1-2018
Request for Quotations for the
Supply and Delivery of A4
and A3 Photocopy Paper
Kasco Limited € 8,772.50
COJ-RFQ-4-2018
Request for Quotations for the
Supply, Delivery and
Installation of Three (3)
Cassette Type Air-Conditions
With Split Units for the
Courts of Justice Department
Cassar Air-
conditioning
Systems Ltd
€ 5,590.09
Xiri – Direct Orders
Kuntratti oħra ġew mogħtija fis-sena 2018 permezz tal-proċeduri ta’ direct order wara li nġiebu l-
approvazzjonijiet kollha neċessarji:
Riferenza
tas-Sejħa Titlu tas-Sejħa
Isem il-Kuntrattur
li rebaħ is-sejħa
Valur tal-
Kuntratt
DSS 54/2018 Supply, delivery and
installation of two cassette
type air-conditioning units
Engenuity Ltd € 7,506.20
DSS 54/2018
Supply, delivery and
installation of two cassette
type air-conditioning units
Engenuity Ltd € 7,619.86
DSS 41/2016
Air-Conditioning Units at
Hall 22 at the Courts of
Justice Department
Maresco (Trading)
Ltd € 83,000.00
DSS 30/2018 Clerical Services Support Services
Limited € 65,664.00
DSS 18/2013 Archiving of 1,500 metres of
Civil and Criminal Files Maltapost € 6,000.00
Proġetti
Tlesta l-proġett li kien jinvolvi t-traslok tas-Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja fi ħdan il-Qorti Ċivili
fuq pjan ieħor fil-Qorti tal-Familja. Dan kien jinvolvi xogħlijiet ta’ tibjid, plumbing u xogħol relatat
mal-elettriku fl-uffiċini l-ġodda kif ukoll manifattura ta’ għamara mis-Sezzjoni tal-Operat.
Sar xogħol ta’ tisbieħ fiż-żona fil-livell -2, fejn jekk ikun hemm bżonn, ikunu jistgħu isiru s-subbasti
tal-Qorti. Dan kien jinvolvi xogħlijiet ta’ kisi u tibjid, plumbing u installazzjoni tal-elettriku u tqegħid
ta’madum. Dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema tas-sezzjoni tal-operat u mill-kuntrattur.
Manutenzjoni u Tiswijiet neċessarji
Bħal fis-snin l-imgħoddija is-Sezzjoni tal-Operat reġa’ kellha għad sostanzjali ta’ xogħlijiet ta’
manutenzjoni u tiswija. Ħafna mid-drabi kellhom isiru interventi fi żmien qasir sabiex ix-xogħol tal-
Qrati jibqa’ għaddej mingħajr xkiel u b’aktar effiċjenza. Saru wkoll diversi xogħlijiet ta’ tisbiħ f’uħud
mill-uffiċini tal-Ġudikant u staff varji tagħhom.
Ġew imġedda varji ftehim ta’ manutenzjoni ma’ diversi kuntratturi sabiex iwettqu xogħlijiet ta’
manutenzjoni regolari u tiswija ta’ ħsarat ta’ emerġenza fuq:
a) il-makkinarju ta’ tlettax-il lift li jittrasportaw persuni u jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji sabiex
jinħarġu regolarment ċertifikati skont ir-Regolamenti tal-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà;
b) il-makkinarju ta’ żewġ liftijiet tal-merkanzija;
c) is-sistemi kollha tal-arja kundizzjonata u ventilazzjoni;
d) is-sistemi kollha tas-sorveljanza u tas-sigurtà;
e) is-sistemi ta’ alarm; kif ukoll
f) is-sistema tal-WIFI.
Xogħlijiet oħra
Is-sena 2018 reġgħet kienet sena li fiha saret ħidma intensiva sabiex numru ta’ ġudikanti jkollhom
uffiċini adegwati minn fejn jistgħu jaħdmu b’kumdità u aktar effiċjenza. Apparti minn hekk, xogħlijiet
varji f’uffiċini diversi kienu jinkludu:
Manifattura ta’ għamajjar għall-użu f’diversi uffiċini ta’ Ġudikanti, Awli u deputati reġistraturi;
Xogħol ta’ żbarazzar u tlestija ta’ sit li ġie identifikat sabiex jinbidel f’żona ġdida għall-bejgħ
bis-Subbasta;
Sar xogħol ta’ manutenzjoni fuq is-sistemi tal-arja kundizzjonata, liftijet, sistema tal-cameras
tas-sigurtà, generators, distribution boards tal-elettriku u sistemi tal-plumbing, pompi, eċċ.;
Xiri u installazzjoni ta’ cameras ta’ sigurtà fil-qorti;
Xiri u installazzjoni ta’ hall porters mal-bibien ta’ uħud mill-uffiċini ta’ diversi ġudikanti;
tikħil u tibjid;
xogħol ta’ elettriku;
ċaqlieq u manifattura ta’ għamara u bosta xogħlijet relatati oħra.;
tibdil ta’ parti mill-vinyl flooring ta’ Awla 22; bi preparament għas-Sena Forensi 2018;
tlestew xogħlijiet ta’ installazzjoni ta’ żewġ Air-Conditioning Units ġo Awla 22;
tlesta xogħol ta’ plumbing fl-Awla 17;
tlesta eżerċizzju ta’ pest control; u
tlesta eżerċizzju ta’ stock taking fi ħdan l-istores.
Max-xogħol hawn fuq imsemmija ma nistgħux ma nagħmlux notament rigward it-talbiet ta’ kuljum
għal xogħlijiet żgħar fil-binjiet tal-Qorti, kif wkoll talbiet li okkażjonalment isiru mill-Ministeru.
Sezzjoni tas-Servizzi Legali
Is-Sezzjoni tas-Servizzi Legali għandha responsabbiltà li tipprovdi assistenza u pariri legali lid-Direttur
Ġenerali, Direttur (Support Services), Direttur Qrati u Tribunali Kriminali u lid-Direttur Qrati Ċivili u
Tribunali kif ukoll isir ix-xogħol legali hawn taħt msemmi:
Abbozzar u preżentata ta’ atti legali fosthom rikorsi ġuramentati, risposti, noti ta’
sottomissjonijiet inkonessjoni ma’ kawżi tar-Reġistratur tal-Qrati
Abbozzar u preżentata ta’ ittri uffiċjali inkluż affissjonijiet u pubblikazzjonijiet
Abbozzar u preżentata ta’ mandati ta’ sekwestru
Maniġġjar u prosegwiment tal-kawżi tar-Reġistratur tal-Qrati
Korrispondenza inkonessjoni ma’ kwistjonijiet legali
Kawżi
Matul is-sena 2018 ġew intavolati 19-il kawza kontra d-Direttur Ġenerali, Reġistratur tal-Qrati Ċivili u
Tribunali u r- Reġistratur tal-Qrati u Tribunali Kriminali.
Mandati ta’ Sekwestru
Mandati ta’ sekwestru sabiex jinġabar id-dritt tar-reġistru u drittijiet oħra dovuti lid-dipartiment wara li
jkunu ntbagħtu diversi avviżi għal ħlas u finalment ittra uffiċjali biex sussegwentement ikun jista’ jiġi
intavolat il-mandat ta’ sekwestru.
Ix-xogħol tal-mandati ta’ sekwestru ma jiqafx mal-preżentata tal-mandat iżda irid ikompli jiġi segwit.
Meta persuna li kontra tagħha ikun ġie intavolat il-mandat tiġi tħallas, il-flus iridu jiġu
depożitati permezz ta’ ċedola ta’ depożitu preżentata fir-reġistru tal-Qorti biex
sussegwentement jiġu żbankati mir-Reġistratur tal-Qrati.
F’każ li jsir depożitu permezz ta’ ċedola minn xi wieħed mill-banek jew istituzzjonijiet
finanzjarji msemmija fil-mandat, ikun hemm il-ħtiega li jsir rikors sabiex tintalab l-
awtorizzazzjoni tal-Qorti biex jiġu żbankati l-flejjes depożitati favur ir-reġistratur tal-Qrati.
Meta jsiru l-ħlasijiet kollha dovuti, isir kontro-mandat bi spejjeż għas-sekwestrat sabiex
jitwaqqa’ l-mandat relattiv.
Korrispondenza/Ilmenti
Id-dipartiment irċieva diversi ittri minn avukati, ċittadini etċ fuq diversi materji u dawn kollha ġew
mwieġba fi żmien raġjonevoli.
Domandi mibgħuta permezz tal-FOI u domandi oħra dwar protezzjoni tad-Data kollha ġew mwieġba
fiż-żmien preskritt mogħti lid-Dipartiment.
Laqgħat
Is-sena 2018 kienet is-sena fejn ġew Malta l-evalwaturi tal-Moneyval. Saru diversi laqgħat bi
preparazzjoni għal laqgħa fejn id-dipartiment ġie skrutinjat inkonessjoni ma’ ffriżar tal-assi u konfiski
li joriġinaw minn reati kriminali.
Saru wkoll diversi laqgħat fosthom mal-Avukat Ġenerali u oħrajn relatati mal-Protezzjoni tad-Data,
Migrant Integration u CPAT.
QRATI U TRIBUNALI - GĦAWDEX
Id-Direttorat Ġenerali, Qrati u Tribunali ta’ Għawdex jipprovdi s-sapport amministrattiv neċessarju biex
jassisti lill-membri tal-Ġudikatura u Ġudikanti tat-Tribunali fix-xogħol tagħhom waqt li jieħdu
konjizzjoni tal-kawżi preżentati fil-Qorti ta’ Għawdex. Dan iseħħ billi jingħata servizz li jagħmel użu
tajjeb mir-riżorsi umani u l-ispazju limitat li jeżisti u billi jsir użu massimu ta’ mezzi innovattivi ta’
teknoloġija u ta’ mezzi elettroniċi fis-servizzi ta’ dan id-dipartiment u b’hekk titnaqqas il-burokrazija.
Organizzazzjoni tal-Qrati u Tribunali ta’ Għawdex
Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Ċivili, hemm żewġ maġistrati, li bejniethom
jalternaw ġimgħa iva u ġimgħa le, u jisimgħu l-kawżi ċivili f’seduti li jsiru mit-Tlieta sal-Ġimgħa. L-
istess żewġ maġistrati jservu wkoll bħala maġistrati tal-għassa u allura jagħmlu wkoll inkjesti, jitressqu
b’arrest quddiemhom persuni wara l-ħin legali u jisimgħu wkoll kawżi tal-Qorti tal-Familja, b’waħda
minnhom tieħu wkoll konjizzjoni ta’ atti preżentati fil-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja. Maġistrat
ieħor huwa assenjat li jisma’ kawżi kriminali, darbtejn jew tliet darbiet ġimgħa u ġimgħa le normalment
bejn nhar ta’ Tlieta u l-Ħamis. Jinstemgħu wkoll minn imħallef appelli mill-Qorti tal-Maġistrati,
Ġurisdizzjoni Ċivili Inferjuri, Bordijiet u Tribunali li jżommu s-seduti f’Għawdex, kif ukoll Appelli
Kriminali Inferjuri.
Ir-Reġistru
Fir-Reġistru tal-Qorti ta’ Għawdex jiġu preżentati atti ta’ natura ċivili kif ukoll dawk kriminali.
Matul is-sena 2018 ġew preżentati s-segwenti atti u mandati fir-Reġistru tal-Qorti ta’ Għawdex:
Tip ta’ att Numru ta’ atti
preżentati matul
l-2018
Ittri Uffiċjali (eskl. Art. 166A & 253 KOPĊ) 695
Ittri Uffiċjali ai termini tal-Art. 166A (KOPĊ) 113
Ittri Uffiċjali ai termini tal-Art. 253 (KOPĊ) 6
Ċedoli ta’ Depożitu 337
Protesti Legali/Kontro-Protesti 75
Rikorsi/Risposti f’kawżi (Application program) 1971
Mandati ta’ Sekwestru 69
Kontro-mandati ta’ sekwestru 58
Mandati ta’ Qbid 23
Kontro-mandati ta’ Qbid 28
Mandati ta’ Inibizzjoni 66
Il-mandati l-oħra kollha 6
Qorti tal-Maġistrati (Għawdex)
It-tabella ta’ hawn taħt turi it-tip ta’ atti li ġew preżentati skont is-sezzjonijiet tal-Qorti tal-Maġistrati,
Ċivili.
Ġurisdizzjoni Kawżi
pendenti
fil-bidu
tas-sena
Kawżi
introdotti
Addizzjoniji
et oħra
(ri-
appuntati
minn sine
die,
rimandati
mill-Qorti
tal-Appell,
eċċ)
Kawżi
deċiżi
Kawżi
rtirati /
ċeduti/
deżerti
Kawżi
pendenti fl-
aħħar tas-
sena
Inferjuri 42 17 3 7 11 44
Superjuri
(Sezzjoni
Ġenerali)
(Rikorsi
ġuramentati
biss)
394 112 7 64 45 404
Superjuri
(Sezzjoni
Volontarja)
95 104 1 91 5 104
Superjuri
(Sezzjoni
Familja)
(Rikorsi
ġuramentati
biss)
61 26 2 12 76 70
Qorti Ċivili
(Sezzjoni tal-
Kummerċ)
(Att numru 1
tal-2018)
0 1 11 3 0 9
Rikorsi ai
termini tal-Art.
258, 281(1),
466 u 836 tal-
Kap. 12: Art.
402 tal-Kap.
386, u liġijiet
oħra
24 19 0 15 12 17
Rikorsi ai
termini tal-Art.
13 (3) tal-Kap.
354 (Att Dwar
l-Elezzjonijiet
Ġenerali,
1991), fejn il-
Maġistrat
iservi ta’
Uffiċjal
Reviżur
1 11 0 10 2 0
Qorti tal-Familja (Stadju ta’ Medjazzjoni)
Huwa mandatorju li qabel tinfetaħ kawża fil-Qorti tal-Familja ssir medjazzjoni bejn il-partijiet involuti
bil-għan li ssir rikonċiljazzjoni u fin-nuqqas tinstab soluzzjoni bonarja li twassal għall-ftehim li wara li
jkun approvat mill-Qorti jiġi inkorporat f’kuntratt pubbliku. Fil-Qorti ta’ Għawdex hawn medjatriċi
waħda li matul dawn l-2018 il-ħidma tagħha kienet tikkonsisti f’hekk:
Medjazzjonijiet
pendenti fil-
bidu tas-sena
Introdotti Konklużi Irtirati Pendenti fl-
aħħar tas-sena
95 105 91 5 104
It-Tribunal għal Talbiet Żgħar (Kap. 380 tal-Liġijiet ta’ Malta)
It-Tribunal għal Talbiet Żgħar, ippresedut minn ġudikant appuntata għal 5 snin, jitratta talbiet għall-
ħlas ta’ flus ta’ mhux aktar minn €5,000 kif ukoll talbiet taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar
Fl-2018 dan it-Tribunal kellu s-segwenti:
Talbiet
pendenti
fil-bidu
tas-sena
2018
Talbiet
introdott
i
Talbiet
riferuti
mit-
Tribunal
f’Malta
Talbiet
deċiżi Talbiet
irtirati /
ċeduti/
Deżerti
Talbiet riferuti
lit-Tribunal
f’Malta/Astensj
onijiet
Talbiet
pendenti fl-
aħħar tas-sena
2018
30 31 2 14 5 1 43
Il-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali/Qorti Istruttorja u Inkjesti
Maġisterjali
Offiżi kriminali u kontravenzjonijiet punibbli b’massimu ta’ 12-il sena priġunerija jinstemgħu mill-
Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali (Kawzi Sommarji). Matul l-2018 il-kawżi ta’
din il-Qorti kienu s-segwenti:
Pendenti
fil-bidu
tas-sena
2018
Introdot
ti
Addizzjoniji
et oħra
Deċiżi Differiti
sine die
Ri-appuntati
minn sine
die
Irtirati Pendenti
fl-aħħar
tas-sena
2018
206 547 4 588 1 0 11 158
Il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex bħala Qorti Istruttorja (Kumpilazzjonijiet) kellha s-segwenti kawżi
kif jidher mit-tabella hawn isfel. Fl-2018 kien hemm tliet kumpilazzjonijiet li ġew mgħoddija lill-
Avukat Ġenerali għall-ħruġ tal-Att tal-Akkuża. Il-figuri tal-istat tal-kawżi kriminali għas-sena 2018
huma kif jidhru hawn taħt:
Pendent
i fil-bidu
tas-sena
2018
Introdotti Addizzjo
nijiet
oħra
Deċiżi Irtirati Deżerti Trasferi
ti lill-
maġistr
ati oħra
Pendenti fl-
aħħar tas-
sena 2018
71 69 3 62 0 5 15 61
Inkjesti Maġisterjali jsiru mill-Maġistrat tal-għassa fuq rapport ta’ spettur tal-Pulizija rigward
korrimenti gravi, imwiet suspettużi, serq u inċidenti anċillari. L-istess Maġistrat normalment jaħtar
diversi esperti biex jgħinu/jgħinha, u wara li jiġbor/tiġbor il-provi kollha, jgħaqqad/tgħaqqad ir-rapporti
ta’ tali esperti u jsir proces verbal fejn jiġi ordnat x’azzjoni trid tittieħed jekk ikun il-każ. Matul l-2018
infetħu u ngħalqu l-ammonti ta’ inkjesti kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Pendenti fil-bidu
tas-sena 2018
Introdotti Konklużi Pendenti fl-aħħar tas-
sena 2018
446 63 88 421
Qorti tal-Minorenni (Kap. 287 tal-Liġijiet ta’ Malta)
Każijiet kriminali li fihom l-imputat ikun/tkun taħt is-sittax-il sena jidhru quddiem din il-Qorti li
appuntat tliet seduti tul l-2018 li jsiru fiċ-Ċentru tal-NGO fix-Xewkija.
Fl-istess sena 2018 ġew reġistrati 3 każi ta’ din il-Qorti u ġew deċiżi 5 biex b’hekk ma fadal ebda każ
pendenti quddiem din l-istess Qorti.
Qorti tal-Appell
Appelli minn sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati (Ġurisdizzjoni Ċivili Inferjuri) u minn deċiżjonijiet tal-
Bord li jirregola l-Kera, mill-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’, kif ukoll mit-Tribunal għal
Talbiet Żgħar jinstemgħu f’seduti li jsiru darba kull xi tliet xhur mill-Qorti tal-Appell Ċivili Inferjuri
preseduta minn Imħallef wieħed. Din il-Qorti tisma’ wkoll appelli minn bordijiet oħra amministrattivi
li jkollhom seduti f’Għawdex. Kien hemm dawn l-appelli fl-2018:
Pendenti fil-bidu tal-
2018
Introdotti Deċiżi Pendenti fl-aħħar tal-2018
6 8 6 8
Appelli mill-Qorti tal-Maġistrati, Ġurisdizzjoni Superjuri, rigwardanti kawżi dwar punt ta’ liġi jew
għall-ħlas ta’ ’l fuq minn €15,000 jinstemgħu mill-Qorti tal-Appell f’Malta li tkun komposta minn tliet
imħallfin.
Il-Qorti tal-Appell Kriminali Inferjuri, ippreseduta minn imħallef, iżżomm is-seduti tagħha fl-edifizzju tal-
Qorti ta’ Għawdex.
It-tabella ta’ hawn taħt turi x-xogħol li sar minn din il-Qorti:
Pendenti
fil-bidu tas-
sena
Introdotti Deċiżi Irtirati Riferuti lura mill-Avukat
Ġenerali (peress li ma kienx
hemm lok ta’ appell)
Pendenti fl-
aħħar tas-sena
14 25 3 0 4 32
Ir-Reġistru tal-Qrati u Tribunali ta’ Għawdex iservi wkoll bħala Reġistru tal-Qorti tal-Appell Kriminali
minn sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali.
Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva (Kap. 490 tal-Liġijiet ta’ Malta)
It-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, li huwa presedut minn Maġistrat li magħha joqgħodu żewġ esperti
fil-materja skont il-każ, iżomm ċirka ta’ ħames seduti fis-sena f’Għawdex. Dan it-Tribunal kellu s-segwenti
kawżi quddiemu tul l-2018:
Kawżi
pendenti fil-
bidu tas-
sena 2018
Kawżi
Introdotti
Addizzjonijiet
oħra
Kawżi
Deċiżi
Kawżi
Ċeduti/mitfugħa
sine die
Kawżi pendenti
fl-aħħar tas-
sena 2018
8 6 0 4 4 6
Bordijiet
Il-Bord li Jirregola l-Kera (Kap. 69 tal-Ligijiet ta’ Malta) u l-Bord Dwar il-Kontroll tal-Kiri ta’
Raba’ (Kap. 199 tal-Liġijiet ta’ Malta) jieħdu konjizzjoni ta’ kwistjonijiet (bħal żgumbrament, awment
u ħlas ta’ arretrati ta’ kera) relatati mal-kera ta’ fondi u mal-qbejjel ta’ raba’ rispettivament. Dawn iż-
żewġ bordijiet huma preseduti minn wieħed mill-maġistrati residenti f’Għawdex, li jkun assistit minn
esperti tekniċi skont il-każ. Matul l-2018, dawn il-Bordijiet kellhom is-segwenti kawżi:
Bord Li
Jirregola l-
Kera
Kawżi
pendenti fil-
bidu tas-sena
Kawżi
Introdotti
Kawżi Deċiżi Kawżi
Ċeduti/sine
die
Kawżi
pendenti fl-
aħħar tas-
sena
15
5 0 0 20
Bord Dwar il-
Kontroll tal-
Kiri ta’ Raba’
Kawżi
pendenti fil-
bidu tas-sena
Kawżi
Introdotti
Kawżi Deċiżi Kawżi
Ċeduti/sine die
Kawżi
pendenti fl-
aħħar tas-
sena
9
2 1 0 10
Għajnuna Legali
Min ikun eliġibbli skont il-liġi (artiklu 912 tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta) li jġi assistit bil-benefiċċju
tal-għajnuna legali biex jiftaħ kawża jew jiddefendi kawża miftuħa kontrih jiġi assenjat avukat skont it-
turn, liema turn huwa kompost minn ħames avukati Għawdxin li huma nominati bħala Kuraturi Uffiċjali
u bħala Avukati tal-Għajnuna Legali fil-Qrati u Tribunali f’Għawdex. Fis-sena 2018 żdied avukat ieħor
biex b’hekk issa hemm ħamsa.
Subbasti u Liċitazzjonijiet
Il-Qorti tista’ tordna żewġ tipi ta’ bejgħ ta’ proprjetà: dik immobbli (artijiet u bini) u dik mobbli
(karozzi, għamara, ishma, eċċ). Fil-każ tal-immobbli, dan isir wara sentenza fejn ikun hemm proprjetà
għad-diviżjoni u l-werrieta ma jkunux ftehmu bonarjament kif se jaqsmuha. Dan il-bejgħ furzat jissejjaħ
liċitazzjoni. Bejgħ ta’ proprjetà immobbli jsir ukoll wara sentenza jew titolu eżekuttiv ieħor dwar debitu
li jibqa’ mhux saldat. F’każijiet ta’ bejgħ ta’ proprjetà immobbli dejjem issir stima minn perit u l-offerti
jibdew minn 60% u aktar ta’ din l-istima.
Il-bejgħ ta’ mobbli jsir wara li jkun sar mandat ta’ qbid fejn tali mobbli jinqabdu fiżikament mingħand
id-debitur u eventwalment isir il-bejgħ biex jiġi sodisfatt il-kreditu.
Sena Pendenti
fil-bidu
tas-sena
Introdotti Deżerti Irtirati Konklużi Pendenti
fl-aħħar
tas-sena
2018 53 12 10 6 3 46
Informazzjoni dwar subbasti tinsab murija online fuq is-sit elettroniku: http://justiceservices.gov.mt
fejn wieħed jista’ jsib avviżi u notifiki kif ukoll pjanti rigwardanti subbasti appuntati.
Teknoloġija tal-Informatika u e-Government, u Scanning
L-użu ta’ e-Government u tas-servizzi elettroniċi fil-Qorti ta’ Għawdex jgħinu biex il-proċess ta’ xogħol
jiġi simplifikat u biex il-pubbliku jinqeda aktar malajr u b’mod aktar konvenjenti. F’dan ir-rigward
kopji ta’ taxxi, traskrizzjonijiet u digrieti li jintbagħtu elettronikament lill-avukati u anke, fuq rikjesta,
lill-partijiet fil-kawża.
Wara l-ftehim li kien sar ma’ Maltapost f’Għawdex, din il-kumpanija baqgħat tiskennja l-volumi
depożitati fl-Arkivju tal-Qorti ta’ Għawdex li jirrigwardaw kawżi ċivili terminati (res judicata).
L-amministrazzjoni tal-Qorti kontinwament tikkolabora ma’ dik tal-Qrati f’Malta biex jiġu varati
inizjattivi elettroniċi li jkunu ta’ benefiċċju għall-klijenti tal-Qorti u biex titnaqqas il-burokrazija.
Ċertu proċeduri jistgħu jsiru online bħal: atti f’kawżi u risposti għalihom quddiem il-Qorti tal-Maġistrati
(kawżi ċivili), it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva u t-Tribunal għal Talbiet Żgħar, kif ukoll ittri
uffiċjali. Talbiet għal riċerki ta’ testmenti pubbliċi u sigrieti billi japplika għalihom f’ordni waħda
konsolidata online. Dawn is-servizzi kollha jistgħu jiġu aċċessati minn din il-link:
http://www.justiceservices.gov.mt/ (sezzjoni e-forms).
Fl-2018 ġie varat reġistru elettroniku li fih jinżammu dettalji ta’ persuni interdetti jew inabilitati. Dan
ir-reġistru huwa disponibbli għall-professjoni legali fuq l-internet.
Kompla jitwettaq il-proġett tal-iscanning tal-atti rigwardanti numru ta’ atti ġudizzjarji kemm li
għandhom x’jaqsmu ma’ kawżi kif ukoll rigward dokumenti oħra.
Fl-aħħarnett ġew installati diversi monitors madwar il-bini tal-Qorti li juru l-lista bid-dettalji ta’ kawżi
ċivili li jkun hemm appuntati għall-ġurnata u li jkunu qegħdin jinstemgħu fl-awli. Din l-inizjattiva
kienet miżura bi skop li tissimplifika l-burokrazija billi tagħti aktar informazzjoni lil min ikollu kawżi
fil-Qrati u Tribunali ta’ Għawdex kemm lill-avukati kif ukoll lill-pubbliku in ġenerali.
Video-conferencing/video links
Bħala inizjattiva ta’ simplifikazzjoni ta’ burokrazija, ġie installat apparat aktar modern tal-video-
conference fl-Awla A li bih jippermetti li tittieħed xhieda minn barra l-Qorti u jiġi evitat telf ta’ ħin fejn
ix-xhud ikollu jiġi fil-bini tal-Qorti stess biex jixhed. Din il-faċilità għenet biex, per eżempju, tobba
jkunu jistgħu jixhdu mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u mill-Isptar Mater Dei u b’hekk tnaqqset ħafna
l-inkonvenjenza għalihom. Din il-ħaġa tista’ sservi wkoll billi tnaqqas fit-tul ta’ kawża.
Sadanittat fil-Qorti ta’ Għawdex komplew isiru video-links bl-iSKYPE bil-video-conference anke ma’
partijiet fl-esteru.
Fis-sala fejn isiru s-seduti tal-Qorti tal-Minorenni fl-NGO Centre, ix-Xewkija, is-sistema tal-video-
recording ġiet immodernizzata bix-xiri ta’ apparat ġdid biex b’hekk jiġu pprovduti aktar faċilitajiet
moderni għal dawn is-seduti. L-apparat mixtri huwa portable u għalhekk faċli jiġi wżat anke fil-bini
tal-Qorti fir-Rabat, Għawdex jekk ikun hemm bżonn.
Taħriġ għall-istaff
Numru sostanzjali ta’ uffiċjali tal-Qorti attendwew u qed ikomplu jattendu korsijiet ta’ taħriġ
organizzati mill-Institute for the Public Services kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Din is-sena l-
korsijiet li attendew għalihom dawn l-uffiċjali kienu l-aktar relatati mal-promozzjonijiet li uħud
minnhom ħadu jew li jkunu interessati li jieħdu fil-futur fil-gradi ta’ Executive Officer, Assistant
Principal u Principal.
Dħul
Id-Dħul tal-Qrati huwa ġenerat minn żewġ sorsi: mit-tariffi mħallsa mal-preżentata tal-atti fir-Reġistru
u d-dritt tar-reġistru miġbur mat-terminazzjoni jew ċessjoni ta’ kawża u mill-multi inflitti mill-Qrati.
Matul l-2018 inħadmet 453 taxxa (taxed bills of costs). Tali taxxa tiġi kompilata meta tiġi deċiża jew
se tiġi deċiża kawża kif ukoll meta parti f’kawża tkun se tibdel l-avukat. It-taxxa tagħti rendikont tal-
ispejjeż kollha li jkunu saru fil-kawża partikolari, id-drittijiet dovuti lill-avukati konċernati kif ukoll id-
drittijiet dovuti lir-Reġistru. Kopja tat-taxxa/taxed bill of costs tiġi mibgħuta b’posta elettronika lill-
avukati kif ukoll lill-partijiet meta dawn jitolbuha.
Id-Dħul mid-dritt tar-reġistru u miżati oħra kien kif jidher hawn taħt:
Tip ta’ Dħul Ammont
Dritt tar-Reġistru u miżati oħra €221,845
Multi €149,683
Is-segwenti multi ġew inflitti mill-Qorti ta’ Għawdex:
Qorti li timmulta Numru ta’
multi
Ammont ta’ multi
Qorti tal-Appell Kriminali
Inferjuri
1 €5,000
Qorti tal-Maġistrati
(Ġurisdizzjoni Kriminali)
172 €399,246
Sezzjonijiet oħra tal-
Qrati/Tribunali u disprezzi tal-
Qorti
13 €1,200
Total 260 €405,446
DIPARTIMENT TAL-ĠUSTIZZJA
Pari passu mal-ħidma ta’ proċessi kontinwi u kordinazzjoni oħra li huma kompitu dirett tad-Dipartiment
tal-Ġustizzja u li għalihom id-Dipartiment ħadem bis-sħiħ, kien hemm proġetti oħra li d-Dipartiment
ħa fuq spallejh b’responsabbiltà u li ħadem b’ħiltu kollha għalihom. Fosthom, huma dawn li ġejjin:
Eżerċizzju biex jgħin jirriforma s-Sistema tal-Esperti tal-Qorti
Il-ħidma fuq l-eżerċizzju biex jgħin jirriforma s-sistema tal-esperti tal-Qorti kompliet b’impenn kostanti
u kontinwu. Fis-sena 2018 reġgħet inħarġet is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess ġodda minn persuni
interessati biex iservu bħala esperti fil-Qorti. B’dan il-mod, il-lista ta’ persuni lesti li jservu fil-Qorti
bħala esperti kompliet tikber. Ġew aġġornati l-listi, li kienu ġew mgħoddija lill-Ġudikatura fl-ewwel
fażi tal-proġett, u baqgħu jiġu mgħoddija minn żmien għal żmien b’aġġornamenti, bl-ismijiet u dettalji
ta’ dawk li lesti li jservu ta’ esperti. Il-listi aġġornati ġew iċċirkolati lill-Membri tal-Ġudikatura bil-
koperazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Imħallef. Fil-listi ġew indikati dawk il-persuni li rritornaw il-formola
ta’ diliġenza mitluba minnhom inkluż dokumentazzjoni rikjesta, dawk li parzjalment irritornaw il-
formola, u kif ukoll dawk li ma rritornawhix. B’hekk il-Ġudikant jista’ jkun moħħu mistrieħ dwar il-
persuni li lesti li jservu ta’ esperti permezz ta’ tagħrif dettaljat mogħti lilu. Il-Ġudikant jista’ jitlob
informazzjoni ulterjuri u din tingħata. Saret ukoll media coverage dwar din is-sejħa.
L-espansjoni tal-listi għenet speċjalment f’każijiet ta’ urġenza partikolari u fl-inkjesti, fejn l-ispeditezza
hija fundamentali.
Minkejja l-fatt li l-ħatra ta’ espert jew esperti hija l-għażla tal-Ġudikant, u l-Ġudikant skont id-
diskrezzjoni tiegħu jista’ anke jaħtar esperti barra mil-lista jew minn dawk li ma jkunux irritornaw il-
formola ta’ diliġenza tagħhom jew dawk li ma kkompletawhix, il-listi intant servew sabiex il-Ġudikant
jista’ jkollu għażla iktar wiesgħa ta’ persuni disponibbli li jservu u li dwarhom hemm informazzjoni
meħtieġa.
Il-listi aġġornati ġew ippreżentati lill-Ġudikatura wkoll b’indikazzjoni taż-żona ta’ kompetenza tal-
persuni disposibbli li jservu bħala esperti. L-espressjoni ta’ interess, intant, baqgħet waħda dejjem
miftuħa u li tinsab illum il-ġurnata anke ppubblikata fis-sit uffiċjali tad-Dipartiment tal-Ġustizzja, li ġie
kkompletat u varat f’Ġunju tal-2018.
Sit Elettroniku għad-Dipartiment tal-Ġustizzja
Fuq l-aħħar punt, in fatti, tlesta x-xogħol kollu relatat mas-Sit Elettroniku uffiċjali għad-Dipartiment
tal-Ġustizzja inkluż: l-abbozzar kollu tal-kontenut u t-test kollu kemm bil-Malti u kif ukoll bl-Ingliż,
id-disinn, formoli elettroniċi u tagħrif ieħor importanti dwar kompiti u servizzi pprovduti mid-
Dipartiment tal-Ġustizzja. Is-Sit ġie uffiċjalment finalizzat u varat f’Ġunju tal-2018
(www.departmentofjustice.gov.mt). Huwa wkoll, għal kull faċilità u referenza tal-utenti, marbut mal-
European E-Justice Portal u kif ukoll ma’ partijiet interessati u importanti oħra għall-utenti, tramite
links ipprovduti.
Analiżi tal-Effiċjenza u Kwalità, European Justice Scoreboard u Materji Relatati
Tul is-sena 2018, id-Dipartiment tal-Ġustizzja kompla fil-ħidma tiegħu tal-analiżi tal-effiċjenza u
kwalità kif imkejla mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Kunsill tal-Ewropa. Din l-analiżi titħejja kull
xahar u tevalwa l-andament tal-Qrati Ċivili u Kriminali ma’ dik tas-snin ta’ qabel. Din l-analiżi tintuża
wkoll sabiex jitħejja l-European Justice Scoreboard u bħala parti minn dan l-eżerċizzju, fl-2018 id-
Dipartiment tal-Ġustizzja għamel ukoll stħarriġ fuq il-popolazzjoni ta’ Malta fir-rigward tas-
sodisfazzjon fis-sistema ġudizzjarja.
Proġetti
Barra minn hekk, tul is-sena 2018, id-Dipartiment tal-Ġustizzja kien involut fil-proġett Zero Tolerance
to Violence, fejn kien involut fl-organizzazzjoni ta’ taħriġ fuq il-vjolenza domestika għall-Ġudikatura
u partijiet interessati oħrajn. Intant, id-Dipartiment kien ukoll membru attiv fil-ħidma tal-Kumitat
Interministerjali dwar il-Vjolenza Domestika.
Tul l-2018 id-Dipartiment tal-Ġustizzja ‘assigura’ fondi tal-SRSS (Structural Reform Support Service)
tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jagħmel proġett indirizzat lejn it-titjib tal-effiċenzja tal-Qrati. Tul l-
2018 saru l-preparamenti varji sabiex il-proġett jibda l-fażi ta’ implimentazzjoni f’Jannar tal-2019.
Intant, f’Ottubru tal-2018, id-Dipartiment reġa’ applika għal proġett ieħor taħt l-istess fondi, din id-
darba sabiex titħejja l-ewwel strateġija diġitali fil-qasam tal-ġustizzja. Apparti minn dawn il-proġetti,
id-Dipartiment kompla jsostni l-ħidma tiegħu sabiex jassisti l-qasam tal-ġustizzja f’Malta, fost oħrajn
billi kompla jaħdem fuq l-ewwel lista tal-avukati ta’ Malta li ser titħaddem b’sistema ta’ Blockchain.
Saret il-ħidma wkoll fuq eżerċizzju ta’ depenalizzazjoni f’ċerti Qrati Kriminali, kif ukoll beda jsir
eżerċizzju dwar caseweighing li qed jinħadem mal-Ġudikatura.
Kien hemm ħidmiet flimkien ma’ Organizzazzjonijiet mhux Governattivi u kif ukoll mal-Victim
Support Unit tal-Pulizija, biex flimkien inkunu nistgħu ngħinu u nsaħħu l-qasam tal-ġustizzja fejn
jirrigwarda l-aspett tal-vittmi. Intant, saret ukoll ħidma konġunta fuq applikazzjoni għal Fondi Ewropej
li ġiet sottomessa taħt il-Fondi tal-Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea.
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja, wara li sssieħeb fil-European Network for Victims’ Rights is-sena ta’
qabel, u ħa sehem attiv bil-parteċipazzjoni tiegħu f’applikazzjoni konġunta li saret flimkien ma’ Membri
Stati oħrajn bil-għan li n-Network jingħata struttura permanenti taħt il-Working Programme 2017 tal-
Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea, matul l-2018 ħa rwol ferm attiv fit-twettiq tal-pjan ta’ azzjoni tan-
network stabbilit u fil-ħidma biex jiffaċilita l-aċċess għall-ġustizzja mill-vittmi. In-Network kien ġie
mwaqqaf oriġinarjament taħt il-Presidenza Olandiża fl-2016 bil-għan li: (i) tissaħħaħ il-pożizzjoni
legali tal-vittmi ta’ kriminalità, (ii) jiġi żgurat li l-vittmi jeżerċitaw id-drittijiet bażiċi tagħhom u (iii) li
jinħoloq skambju ta’ tagħrif u diskussjoni bejn l-Istati Membri filwaqt li tissaħħaħ il-koperazzjoni
f’każijiet trans-konfinali (cross-border).
Fil-fatt, wara l-ewwel Laqgħa u Assemblea Ġenerali tal-istruttura permanenti tal-ENVR, li saret fl-
Ungerija f’Mejju tal-2018, fejn Malta kienet rappreżentata mid-Dipartiment tal-Ġustizzja, saret il-
proposta uffiċjali f’isem Malta biex it-Tieni Laqgħa u Assemblea Ġenerali jsiru f’Malta. Il-proposta
ġiet milqugħa u fil-fatt dawn saru eventwalment f’Malta f’Ottubru tal-2018. Attendew għal-Laqgħa u
Assemblea Ġenerali delegati minn kull Stat Membru fl-ENVR u kif ukoll Stati oħra interessati li jidħlu
fin-Network, kif ukoll rappreżentanti għolja tal-Kummissjoni Ewropea, u, l-EUROJUST (The
European Union’s Judicial Cooperation Unit). Attendiet ukoll u ħadet rwol attiv, Mme Joelle Milquet,
Konsulent Speċjali tal-President Juncker dwar Kumpens Statutorju għall-Vittmi ta’ Kriminalità. Il-
Laqgħa u l-Assemblea kienu ta’ suċċess għal Malta kif ukoll għad-Dipartiment li ħadem bis-sħiħ u
kopra l-loġistiċi kollha inkluż l-arranġamenti kollha għall-Programm Soċjali.
https://www.gov.mt/en/Government/DOI/Press%20Releases/Press%20Photos/Pages/2018/October/22
/MJCL.aspx
Id-diskussjonijiet li saru f’Malta waqt it-Tieni Laqgħa u Assemblea Ġenerali tal-ENVR ċertament
wasslu għal koperazzjoni iktar wiesgħa dwar tfassil ta’ politika, tfassil ta’ linji gwida b’sistemi iktar
metodoloġiċi, kif ukoll il-kordinazzjoni tal-armonizzazzjoni tas-sistemi nazzjonali relatati mal-qasam
tad-drittijiet tal-vittmi.
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja wara li ġie maħtur fl-2017 biex f’isem, u in rappreżentanza ta’, il-Ministeru
għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali (MJCL), ikun involut għan-nom tal-Ministeru fi Strateġija ta’
Integrazzjoni għall-Migranti u Pjan ta’ Azzjoni mnedija mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-
Ugwaljanza. Għal dan il-għan, sar eżerċizzju ta’ mapping fid-Dipartimenti, Direttorati, aġenziji u
entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Kappa tal-MJCL biex jiġu elenkati s-servizzi kollha li huma offruti lill-
migranti. Ġew identifikati problemi u/jew ċirkostanzi partikolari fil-provvediment tas-servizzi u kif
ukoll soluzzjonijiet għal servizz li jinkorpora u jiffaċilita iktar l-inklużjoni soċjali. Dawn ġew
ippreżentati lill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. Permezz tar-rappreżentanza f’isem
l-MJCL, id-Dipartiment tal-Ġustizzja ffaċilita biex l-istess Dipartiment kif ukoll entitajiet fil-Ministeru
ressqu miżuri intiżi li jwasslu għal integrazzjoni biex ikunu inklużi fil-Migrant Integration Action Plan
– Vision 2020.
Trasferiment tal-Uffiċċju tal-Kondotti
Tkomplew id-diskussjonijiet mal-Pulizija, u ħidmiet oħrajn, wara li s-sena ta’ qabel intlaħaq ftehim
bejn il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u l-MJCL li x-xogħol kollu relatat mal-Kondotti u
dak anke mal-Fedini Penali għandu jiġi trasferit mill-Pulizija lid-Dipartiment tal-Ġustizzja biex b’hekk
il-Pulizija jkunu jistgħu jiffukaw iktar fuq iż-żamma tal-ordni, il-ħarsien tal-liġijiet u l-ġlieda kontra l-
kriminalità. Dan ix-xogħol ser ikun jinkorpora wkoll il-ġbir ta’ data fuq bażi ta’ kuljum ta’ sentenzi
mogħtija mill-Qorti u l-konverżjoni tagħhom f’reati li jidħlu jew li ma jidħlux fil-Kondotta jew fil-
Fedina, rispettivament u għaldaqstant skont kif tippreskrivi l-liġi konċernata li taħtha jaqa’ tali reat.
Naturalment ukoll dan ser ikun jinkludi wkoll l-operat tas-servizz mogħti lill-pubbliku għal talbiet tal-
ħruġ taċ-ċertifikati tal-Kondotti u kif ukoll l-operat tas-servizz mogħti lill-Pulizija Eżekuttiva bħala
Prosekuzzjoni u awtoritajiet oħrajn kompetenti għall-ħruġ ta’ Fedini Penali biex il-prosekuzzjoni tkun
tista’ ssir. Tkomplew taħditiet bejn id-Dipartiment u l-Pulizija biex jitfassal pjan ta’ azzjoni dwar kif
ser isir it-trasferiment b’mod effiċjenti u bl-inqas inkonvenjent għall-pubbliku. Min-naħa ta’
Dipartiment tkompliet il-ħidma sabiex jiġi identifikat post minn fejn jibda jopera l-Uffiċċju tal-Kondotti
li jkun jinkludu wkoll miegħu t-Taqsima tal-Fedini fil-Belt Valletta, hekk skont ix-xewqa tal-Pulizija
Eżekuttiva. Tlesta l-ewwel abbozz finali tal-emendi tal-liġijiet rispettivi, li wara diskussjonijiet, ġie
maqbul ukoll mill-Pulizija Eżekuttiva, kemm f’verżjoni bil-Malti u kif ukoll bl-Ingliż, wara
diskussjonijiet u diversi reviżjonijiet li saru.
Applikazzjonijiet minn Avukati Barranin biex jippratikaw il-Professjoni taħt it-Titolu ta’
Oriġini, Rikjesti biex iservu ta’ Kummissjonarji għall-Ġuramenti, Rikjesti minn Priġunieri għal
Trasferimenti Barra minn Malta, Talbiet għal Maħfriet Presidenzjali u Proċessi Oħrajn
Fost ix-xogħol ta’ rutina ta’ kuljum tad-Dipartiment u proċessi kontinwi oħra, kien hemm l-ipproċessar
ta’ applikazzjonijiet minn avukati barranin sabiex jirreġistraw f’Malta għall-prattika tal-professjoni
legali. Għal dan il-proċess ġiet imtejba l-formola elettronika varata fl-2016 biex jiġi ssimplifikat u
mmodernizzat il-proċess. Dwar dawn l-applikazzjonijiet, kompliet tiġi implimentata miżura leġiżlattiva
u amministrattiva għall-ħlas ta’ €100 għal kull applikazzjoni li kienet ġiet introdotta ftit wara li ġie
mwaqqaf id-Dipartiment.
Ġew proċessati numru ta’ applikazzjonijiet sottomessi minn vittmi ta’ kriminalità għal Kumpens
Statutorju. Minbarra applikazzjonijiet, ingħatat l-assistenza meħtieġa lilhom, u lill-pubbliku in ġenerali,
meta u kull darba li ntalab tagħrif u/jew kjarifikazzjonijiet rigward l-iskema tal-Kumpens Statutorju u
għajnuna oħra relatata minn vittmi tal-kriminalità li kienu ġarrbu ħsara konsegwenzjali.
Wieħed isemmi wkoll l-ipproċessar ta’ għadd ta’ talbiet oħra relatati li kienu jinkwadraw ruħhom taħt
il-kappa ta’ kumpens ex gratia.
Ġew proċessati numru ta’ applikazzjonijiet minn (jew f’isem) priġunieri barranin li qed jiskontaw it-
terminu tagħhom f’Malta biex ikomplu jservu f’barra minn Malta kif ukoll applikazzjonijiet oħra għal-
leave taħt l-Att dwar is-Saħħa Mentali minn Criminal Court Jurisdictional Patients.
Tkompliet il-ħidma fil-proċessi kollha l-oħra kompitu tad-Dipartiment fosthom il-kordinazzjoni tal-
iproċessar ta’ Talbiet għal Maħfriet Presidenzjali. Tkompla wkoll ix-xogħol fuq Bordijiet u Kumitati u
kif ukoll Qrati u Tribunali, u ħatriet relattivi li jikkonċernawhom, l-ipproċessar u l-ħruġ ta’ diversi
Warrants biex wieħed jipprattika f’numru ta’ oqsma, fosthom il-Warrants biex persuni jservu bħala
Kummissjonarji għall-Ġuramenti skont l-Ordinanza relattiva, dawk biex wieħed jipprattika l-
professjoni ta’ avukat jew biex jipprattika l-professjoni ta’ prokuratur legali wara li jkunu qagħdu għall-
eżami tal-Warrant relattiv, liema numru totali ta’ proċessar u ta’ ħruġ ta’ Warrants jammonta għal mijiet.
Reġistru ta’ Avukati Warranted
Tkompla, u wasal fl-aħħar fażi, ix-xogħol kollu meħtieġ biex ikollna r-reġistru li jinkorpora, għall-
ewwel darba f’Malta, lista bl-ismijiet kollha u d-dettalji ta’ kuntatt tal-avukati f’Malta li huma
Warranted, u, addirittura qiegħed isir ix-xogħol kollu neċessarju biex ġaladarba l-lista tkun iffinalizzata,
din tkun tista’ tiġi ppublikata fuq is-Sit Elettroniku tad-Dipartiment tal-Ġustizzja permezz tal-
Blockchain.
DIRETTORAT TAL-KULTURA
Id-Direttorat għall-Kultura ġie mwaqqaf sabiex jiżgura li l-irwol ta’ governanza tal-Ministeru
reponsabbli għall-kultura jiġi mwettaq b’mod effiċjenti u espedjenti, u li kwistjonijiet importanti li
għandhom effett fuq is-settur jitressqu għall-attenzjoni tal-awtoritajiet politiċi u amministrattivi
kompetenti.
Ir-responsabbiltajiet prinċipali tad-Direttorat huma dawn li ġejjin:
għotja ta’ politika, direzzjoni u konsulenza dwar l-arti, il-patrimonju, u l-qasam awdjoviżiv;
l-immaniġġjar ta’ programmi relatati mal-kultura, l-arti u l-industriji kreattivi, li huma l-Politika
Nazzjonali tal-Kultura; Culture Pass; it-twettiq tal-Inventarju Nazzjonali tal-Wirt Kulturali
Intanġibbli; il-Wirt Kulturali Tanġibbli u l-Iskema tad-Diġitazzazzjoni għaċ-Ċinema;
il-preparazzjoni ta’ kontibuzzjonijiet għal dibattiti u diskussjonijiet pubbliċi;
ħidma mill-qrib mal-entitajiet u partijiet interessati rilevanti dwar kull materja relatata mas-
settur kulturali u dak kreattiv ta’ Malta;
relazzjoni ma’ entitajiet tal-UE, UNESCO u Pajjiżi Terzi dwar kultura, wirt kulturali u awdjo-
viżjoni.
Matur is-sena 2018, id-Direttorat ħadem fuq is-segwenti:
Wirt Kulturali Intaġibbli
Fis-7 ta’ Marzu, 2017, il-Parlament Malti approva b’mod unanimu r-riżoluzzjoni Nru. 450 imressqa
mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici, sabiex Malta tirratifika l-
Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2003 dwar il-Ħarsien tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità.
Matul l-2018, id-Direttorat għall-Kultura beda ħidma sabiex fil-31 ta’ Marzu, 2019 titressaq l-ewwel
applikazzjoni Maltija biex element ta’ wirt kulturali intanġibbli jitressaq għall-konsiderazzjoni tal-
UNESCO fuq il-lista tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità kif imħarsa mill-istess organizzazzjoni
dinjija. Inħatar Bord Nazzjonali biex jagħmel evalwazzjoni tal-proposti. Saru tliet diskussjonijiet
pubbliċi. Sa tmiem l-2018, tressqu 11-il nominazzjoni, li sitta minnhom tpoġġew fuq l-Inventarju
Nazzjonali. Il-Bord iddeċieda li jibda xogħol fuq II-Ftira: L-Arti Kulinarja u l-Kultura tal-Ħobż f’Malta
sabiex titressaq ful il-lista tal-Wirt Dinji.
Matul is-sena saru diversi laqgħat mal-komunità tal-furnara sabiex titfassal l-applikazzjoni
uffiċjali. Saru ukoll laqgħat ma’ diversi stakeholders oħra. Sar ukoll dokumentarju li jrid jitressaq
bħala parti mill-applikazzjoni.
Presepju Artstiku
Il-Presepju Artistiku maħluq mis-Sur Manwel Grech u li ġie esebit kemm fil-Pjazza tal-Vatikan matul
Diċembru tal-2016, kif ukoll fil-Pjazza tal-Maxtura f’Betlem matul l-2017, ġie esebit fil-Belt Valletta
matul Diċembru 2018.
Dan sar bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li rat lill-Belt Valletta bħala l-Belt Ewropea tal-Kultura għas-
sena 2018.
Il-presepju ġie inawgurat fis-6 ta’ Novembru, sabiex ikun wkoll esebit waqt il-konferenza
internazzjonali tal-presepji li kienet qed tiġi organizzata f’Malta. Il-presepju ntrama fi Pjazza Tritoni.
Culture Pass
Dan il-programm ġdid li daħal fis-seħħ f’Diċembru 2016 ħa post il-Culture Card, li kien ġie introdott
fl-iskejjel fl-2011. Il-ħsieb wara dan il-programm, huwa li noffru lil kull student tal-iskejjel medja u
superjuri minn tal-anqas esperjenza kulturali u artistika fis-sena. Bil-Culture Pass qegħdin ninkoraġixxu
lill-professjonisti biex joħolqu u jiżviluppaw xogħlijiet għal udjenza żagħżugħa kif ukoll inżidu
programmi kulturali fil-kurrikulum tal-istudenti.
Il-Culture Pass reġa’ ġie mniedi f’Novembru 2017 għas-sena skolastika 2017-2018. Waqt it-tnedija li
saret fl-iskola medja tal-Kulleġġ San Benedittu, saret ukoll waħda mill-preżentazzjonijiet li kienet dwar
ix-xjenza. Qabel saret it-tnedija uffiċjali, saru ukoll laqgħat mal-Prinċipali tal-Kulleġġi tal-iskejjel tal-
istat u ma rappreżentanti tal-iskejjel kollha. Dawn il-laqgħat servew biex uffiċjali mid-Direttorat tal-
Kultura u l-Kunsill tal-Arti, Malta jispjegaw il-programm u l-ħtieġa għal din l-inizjattiva.
Bejn Jannar u Ġunju, 2018 ibbenefikaw 11,819 student sekondarju. B’hekk kważi rdoppja l-ammont
ta’ studenti li bbenifikaw mill-Culture Pass meta mqabbla mas-sena skolastika tas-sena ta’ qabel.
F’kull skola, kemm dawk tal-istat, tal-knisja u tal-indipendenti ġew imqassma katalgi tal-
produzzjonijiet li jistgħu jibbenifikaw minnhom l-iskejjel. B’kollox hemm 25 produzzjoni.
Minn Diċembru 2018, din l-inizjattiva ġiet estiża għall-kindergarten u l-Iskejjel Primarji.
L-Iskema tad-Diġitizzazzjoni għaċ-Ċinema
L-oġġettiv ta’ din l-iskema hu biex ngħinu fid-diġitizzazzjoni tal-apparat fis-swali taċ-ċinema, biex
jintwerew aktar xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u biex ukoll tiżdied l-attendenza fiċ-ċinema. Li kieku
l-Gvern ma ħax din l-inizjattiva, kien ikun hemm il-probabbiltà kbira li s-swali taċ-ċinema llum
m’għandhomx films x’juru minħabba li l-kumpaniji kollha tad-distribuzzjoni tal-films qalbu għal
sistema diġitali.
Matul l-2018, il-kumpaniji tas-swali taċ-ċinema kellhom jirrapurtaw dwar kif qegħdin jimplimentaw
il-kundizzjonijiet ta’ din l-iskema.
Bħala parti minn din l-iskema, sar arranġament mal-awtoritajiet tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-
Xogħol, sabiex it-tfal li jattendu Skola Sajf jibbenifikaw billi jistgħu jmorru jaraw numru ta’ films bi
prezz imraħħas. L-istess opportunità ġiet mogħtija wkoll lill-anzjani u nies vulnerabbli.
Programm Meludia
Fl-2016 id-Direttorat tal-Kultura nieda programm online ta’ tagħlim u għarfien mużikali. Il-programm
huwa maħdum minn Meludia - kumpanija internazzjonali Franċiża li tispeċjalizza fl-edukazzjoni
mużikali online. Il-Gvern Malti għamel arranġament ma’ din il-kumpanija sabiex kull min hu
interessat jista’ jagħmel użu bla ħlas minn dan is-servizz.
L-użu tal-programm Meludia jista’ jissarraf f’benefiċċji ta’ saħħa fiżika u mentali. Il-Programm
Meludia hu bil-Malti u bl-Ingliż.
Cultural Leave
Id-Direttorat għall-Kultura huwa responsabbli mill-Cultural Leave li impjegati fis-Servizz Pubbliku
huma intitolati għalih skont il-PSMC.
Fl-2018 ġew approvati 166 talba għal Cultural Leave u ġew irrifjutati 45 talbiet.
Is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali
Is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 kienet sena ta’ suċċess. Id-Direttorat tal-Kultura kompla
jaħdem biex l-interess fil-Wirt Kulturali jkompli jiżdied. Matul is-sena ġew organizzati
kompetizzjonijiet tal-arti u fotografija għall-istudenti biex inkattru l-imħabba għall-kultura fost iż-
żgħar, kif ukoll inkomplu nħeġġu l-interess fost l-adulti u l-pubbliku ġenerali. Fil-kompetizzjoniiet ta’
l-iskejjel ikkompetew 10 skejjel sekondarji filwaqt li għall-kompetizzjoni tal-fotografija ddaħħlu 59
ritratt.
Fil-kompetizzjoni tal-iskejjel ingħataw premjijiet ta’ €500 f’vouchers ta’ kotba għall-ewwel post, €200
f’vouchers ta’ kotba għat-tieni post, kif ukoll €50 f’vouchers ta’ kotba għall-parteċipanti l-oħra bħala
premju ta’ konsolazzjoni.
Għall-kompetizzjoni tal-fotografija ġew premjati €500 għall-ewwel ritratt klassifikat, €300 għat-tieni
ritratt klassifikat, €200 għat-tielet ritratt klassifikat, kif ukoll premju ta’ konsolazzjoni ta’ €50 għal
ritratti li klassifikaw sa tnax-il post. L-ewwel tnax-il ritratt klassifikat ġew ukoll pubblikati fil-
kalendarju tas-servizz pubbliku għas-sena 2019.
Il-proġetti tal-istudenti u r-ritratti kollha li ddaħħlu għall-kompetizzjoni ttellgħu waqt wirja li saret fi
Spazju Kreattiv, Kavallier ta’ San Ġakbu, il-Belt Valletta. Il-wirja kienet miftuħa għall-pubbliku.
Matul is-sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 ġew organizzati u appoġġjati diversi attivitajiet oħra
madwar Malta u Għawdex, li fosthom inkludew esibizzjoni ta’ proġetti tal-arti u fotografija fil-Belt
Valletta, Kapitali Ewropea tal-Kultura 2018. Saru wkoll diversi kollaborazzjonijiet, fosthom waħda
mal-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex, kif ukoll kien hemm parteċipazzjoni f’diversi
laqgħat f’Malta u Għawdex. Id-Direttorat kien anke rappreżentata f’diversi laqgħat attivitajiet
organizzati mill-Unjoni Ewropea fejn saret parteċipazzjoni attiva.
Relazzjonijiet mal-UE
Matul is-sena 2018 id-Direttorat ikkonsulta ma’ diversi entitajiet, kemm dawk li jaqaw taħt id-dekasteru
tiegħu kif ukoll ma’ dawk minn barra il-Ministeru biex ifassal pożizzjoni kkonsolidata fuq numru ta’
dokumenti fil-qasam tal-kultura, wirt, arti u awdjoviż li kienu qed jiġu diskussi fil-laqgħat tal-Kumitat
tal-Affarijiet Kulturali u tal-grupp ta’ ħidma awdjoviżiv, inkluż dawn li ġejjin:
Abbozz ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ħtieġa li l-wirt kulturali jitpoġġa fuq
quddiem fil-politiki kollha tal-UE [taħt il-Presidenza Bulgara]
Abbozz ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Ħidma għall-Kultura 2019-2022
[taħt il-Presidenza Awstrijaka]
Abbozz ta’ konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tal-kontenut Ewropew fl-ekonomija
diġitali [taħt il-Presidenza Awstrijaka]
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm
Ewropa Kreattiva (2021 - 2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 [taħt iż-
żewġ Presidenzi u għadha għaddejja]
Ġew preparati ukoll il-pożizzjonijiet għall-laqgħat tal-COREPER u tal-laqgħat tal-Kunsill tal-
Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport (EYCS) fuq l-istess dokumenti kif ukoll Provvediment tan-
Noti ta’ Istruzzjonijiet/Noti ta’ Informazzjoni għal gruppi ta’ esperti relatati mas-settur
kulturali/awdjoviżiv.
Saru wkoll numru ta’ laqgħat barra minn Malta li rrekjedu parteċipazzjoni minn naħa ta’ Malta u
preparamenti ta’ pożizzjoni fuq is-suġġett li jkun qed jigi diskuss, li l-maġġor parti kien relatat mad-
dokumenti msemmijin hawn fuq.
DIVIŻJONI TAT-TINDIF U MANUTENZJONI
Matul is-sena 2018 id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni rat l-operat tagħha jinbidel minn Direttorat
għal Diviżjoni, fejn ir-responsabbiltajiet amministrattivi kif ukoll dawk tal-operat żdiedu drastikament.
Fis-sena 2018, id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni ħadmet bis-sħiħ u wettqet b’persistenza kull
xogħol li kien jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha sabiex tinżamm l-indafa madwar il-pajjiż kollu. B’din
l-inizjattiva, gwidata minn din id-diviżjoni iżda b’kordinament kontinwu ma’ entitajiet u diviżjonijiet
oħra, fejn jidħlu xogħlijiet li għalkemm ġew irreġistrati fid-diviżjoni, mhux bilfors kienu jaqgħu taħt ir-
resposabbiltà tal-istess diviżjoni, sar xogħol ieħor lil hinn mir-responsabbiltà tagħha. Ix-xogħol
msemmi sar f’diversi ħinijiet li jinkorpora fih il-lejl u n-nhar b’ħidma li tammonta għal 581 impjegati.
Ma’ dan kollu nistgħu nżidu li matul din is-sena id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni daħlet ukoll
biex tassisti Kunsilli Lokali li fir-responsabbiltà tagħhom taqa’ b’xi mod jew ieħor żona turistika.
Dawn l-isforzi kollha sarfu ta’ ġid siwi fejn jidħol ammont ta’ ġbir ta’ skart li għal din is-sena kien
jammonta għal total ta’ 16,441 tunnellata.
Komplejna nsaħħu l-proċeduri loġisitiċi tagħna sabiex ikollna aktar produttività. Insistejna ħafna fuq il-
corporate image ta’ din id-Diviżjoni, li kien jikkonsisti fuq l-immaġni, fuq is-servizzi offruti kif ukoll
fuq il-kwalità tas-servizz u l-ħin li jiġu solvuti l-każijiet. Mhux biss, iżda rajna li kull impjegat ikun
issalvagwardjat minn kull periklu jiġifieri mxejna mar-regoli tal-health and safety features.
Matul 2018 sar investiment ta’ €300,000 f’makkinarju fejn inxtara makkinarju speċjalizzat, bżonnjuż
sabiex titwettaq ħidma indispensabbli.
Tindif ta’ Postijiet Pubbliċi, Toroq Arterjali u Spazzji Miftuħa.
Matul din is-sena, iktar minn 250 kontenituri tal-iskart ġew introdotti sabiex jitwaħħlu kemm f’toroq
distributorji kif ukoll fi spazji pubbliċi speċjalment f’dawk iż-żoni turistiċi.
Sabiex isir progress fl-indafa fit-toroq aretrjali u distributorji, id-Diviżjoni kompliet issaħħaħ il-kunċett
li ġie introdott f’ċertu rotot u żoni partikolari, billi inkarigat impjegati fissi sabiex ikunu responsabbli
għal rotta jew saħansitra żona u jaraw li tkun mnaddfa sew fuq bażi regolari. Dan il-kunċett irriżulta
fil-pożittiv mhux biss fejn jidħol knis u tindif taż-żoni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali
iżda anke fejn jidħol qtugħ ta’ ħaxix. Dan il-ħsieb ser jiġi estiż fuq xogħol ta’ upkeep li hemm bżonn
fit-toroq tagħna.
Barra minn hekk, id-diviżjoni kienet responsabbli wkoll mit-tindif ta’ qabel kif ukoll ta’ wara kull żjara
statali u saħansitra anke ta’ konferenzi internazzjonali li saru f’pajjiżna matul is-sena kollha.
Matul ukoll is-sena 2018, il-ħaddiema tad-Diviżjoni wettqu diversi interventi ta’ rutina f’postijiet
prominenti, fosthom: Bus Terminus tal-Belt Valletta u l-mini ta’ Ħal Kirkop, tal-Qroqq, Sta. Venera,
San Ġiljan u Għajn Dwieli.
Sar ukoll xogħol ta’ rutina f’subways madwar il-pajjiż. Isir tindif regolari tal-monti f’diversi lokalitajiet
fik ukoll il-monti tal-Birgu, Floriana u farmer’s market Ta’ Qali.
Id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni hi kommessa bi programm ta’ tindif spazji miftuħa bħal Ġnien
Bonello Du Puis, Triq Bisazza, Pjazza Sant’Anna Tas-Sliema, Pjazza San Ġorġ u kull żona kummerċjali
fil-Belt Valletta, u l-Adventure Park ta’ Ta’ Qali. Żdiedu il-frekwenzi ta’ tindif fiċ-ċentru kummerċjali
tal-Belt Valletta. Sar investiment fi 3 vetturi żgħar li jintużaw biss fiċ-ċentru tal-Belt Kapitali. Dawn
jintużaw għal ġbir ta’ skart, kif ukoll għal xogħlijiet ta’ manutenzjoni. Dan ingħata attenzjoni partikolari
billi intużat is-sistema tat-tneħħija taċ-chewing gum permezz ta’ magna apposta, l-gum busting machine
u anke ġiet maħsula permezz tal-high pressure washer.
Id-Diviżjoni kompliet tħaddan is-sistema tal-flexi hours u din għenet mhux ftit sabiex it-tindif u każijiet
ta’ emerġenza jiġu solvuti fl-inqas ħin possibbli. Il-programm regolari tat-tneħħija taċ-chewing gum
kompla mad-dawra tax-xtut u spazji pubbliċi.
Żoni oħra fejn jintuża s-servizz tal-gum busting machine huma l-Arkati ta’ Sant’Anna, fil-Floriana, d-
dawra tax-xtut f’Tas-Sliema, San Ġiljan, San il-Baħar, Buġibba u l-Qawra, Triq ir-Repubblika u Triq
il-Merkanti, il-Belt Valletta, Triq Bisazza u tul id-dawra tax-xtut tal-Kottonera.
Tindif f’Żoni Turistċi u Żoni Kummerċjali
Matul is-sena 2018, id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni kompliet iżżid il-frekwenzi ta’ tindif ma
dawk diġà eżistenti f’żoni turistiċi. Ix-xogħol jikkonsisti fi ġbir ta’ skart u knis. Matul ix-xhur sħan tas-
sajf sar ukoll ħasil ta’ promenades. Żdied ukoll konsiderevolment il-ħasil u t-tindif fil-Belt Valletta
matul is-sena kollha fejn żdiedu l-frekwenzi u ġew introdotti ħinijiet oħra ma’ dawk preżenti.
Il-ħasil ta’ bosta dawriet tax-xtut u postijiet ta’ rikreazzjoni jsiru matul l-istaġun tas-sajf kollu. Dan ix-
xogħol seta’ jsir b’mod aktar effiċjenti u professjonali permezz tal-użu ta’ makkinarju speċjalizzat hekk
imsejjaħ il-floor scrubbers machine.
Ix-xogħol jinkorpora fih dawn il-postijiet:
Il-promenade tal-Mellieħa
Il-promenade ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra
Paceville
Il-promenade ta’ San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Gżira, l-Imsida, Tal-Pietà u Ta’ Xbiex
Iż-żona pedonali u żoni kummerċjali fil-Belt Valletta
Il-promenade tal-Isla, l-Birgu, Bormla, l-Kalkara u x- Xgħajra
Il-promenade ta’ Marsaxlokk, Birżebbuġa u Marsascala
Wied iż-Żurrieq
Matul is-sena 2018, ġew miżjuda żewġ lokalitajiet oħra fejn isir ħasil ta’ toroq. Dawn kienu il-pjazez u
t-toroq li jiffurmaw parti miċ-ċentru kummerċjali tal-Ħamrun u Raħal Ġdid.
Tindif u Manutenzzjoni ta’ Latrini Pubbliċi
Madwar il-kosta kollha Maltija insibu 16-il latrina pubblika li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern
Ċentrali. Id-Diviżjoni hija responsabbli mit-tindif ta’ kuljum ta’ dawn il-latrini li jsir permezz tal-
attendant ikkonċernat. Barra minn hekk dawn jitnaddfu wkoll fuq bażi regolari minn impjegati apposta
fi ħdan id-diviżjoni permezz ta’ power wash.
Minn stħarrig li sar, irriżulta li kull latrina pubblika li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali
toffri l-aħjar servizzi u miżmuma kif suppost.
Servizzi offruti lill-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra
Matul is-sena 2018, id-diviżjoni għenet lil diversi kunsilli lokali u dipartimenti governattivi permezz
ta’ servizzi offruti bħal tindif f’żoni urbani, tindif ta’ latrini pubbliċi u ġbir ta’ bulky refuse. Apparti
minn hekk ġew offruti servizzi wkoll fit-tindif għall-attivitajiet tal-massa bħal Kuncerti, il-Karnival, u
Notte Bianca fost oħrajn.
Tajjeb li ngħidu li d-diviżjoni dejjem offriet is-servizzi tagħha lill-dipartimenti governattivi meta dawn
ġew meħtiega s-servizz li jiddisponu minn materjal jew għodod li m’għadhomx disponibbli għal uzu
tagħhom bħal ngħidu ahna xi għamara tal-uffiċċju antika.
Madanakollu, ir-responsabbiltà tat-tindif fiż-żoni kummerċjali kemm tal-Belt Valletta kif ukoll ta’ Tas-
Sliema baqgħet taqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-Diviżjoni.
Tindif tal-bajjiet u tal-kosta
It-tindif fuq il-bajjiet kif ukoll fuq il-kosta Maltija ma jseħħx biss fix-xhur tas-sajf biss iżda anke matul
il-jiem l-oħra tas-sena. Din is-sena ix-xogħol li sar kien jikkonsisti f’dawn li gejjin:
Programm ta’ xogħol matul il-perjodu xitwi.
Manutenzzjoni fl-għamara tal-baħar – Manutenzjoni fuq l-għamara digà eżistenti u
produzzjoni ta’ għamara ġdida fuq talba li tkun ġiet irreġistrata fid-diviżjoni matul is-sena
Tneħħija ta’ alka li tammonta għal 9,200 tunellati.
Tbattil ta’ kontenituri tal-iskart kuljum u tneħħija ta’ materjal oħxon li jintrema fuq il-
bajjiet.
Twaħħil ta’ għamara tal-baħar qabel l-istaġun sajfi jiġifieri bejn April u Mejju, li jkunu
tneħħew lejn l-aħħar tal-istaġun sajfi, jiġifieri f’Ottubru. Dan it-twaħħil jikkonsisti f’2,400
kontenitur tal-iskart, 380 slielem, 120 puġġaman u 700 kontenitur apposta għall-faħam tal-
BBQs
19-il tapit magħmulin mill-injam, 7 pontoons u 2 brigdes.
L-ammont sostanzjali ta’ alka li ġiet imneħħija matul is-sena 2018, tirrifletti f’ammonti ikbar mis-snin
preċedenti. Sfortunatament dan kompla wkoll matul il-ġranet sajfin. Dan irriżulta f’ammont kbir ta’
alka fuq il-bajjiet tagħna. Tant hu hekk li bosta bdiewa bbenifikaw mill-użu ta’ din l-alka fl-għelieqi
tagħhom bħala fertilizzant.
Programm ta’ xogħol matul il-ġranet sajfin
Matul il-perjodu sajfi, il-bajjiet ġew klassifikati fi tliet kategoriji li huma A, B u Ċ. Kull Kategorija ġiet
ikklassifikata skont l-użu tagħha kif ukoll skont prijoritajiet turistiċi.
Kategorija A: Mit-Tnejn sal-Ħadd mis-6.00 sa 18.00
Kategorija B: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-6.00 sa 14.00. Sibtijiet u Ħdud mis- 6.00 sa 10.00
Kategorija Ċ: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-6.00 sa 14.00.
Kull kontenitur tal-iskart mifrux mal-bajjiet u l-kosta, barra milli jiġu mbattla l-ħin kollu jiġi wkoll
maħsul fuq bażi regolari.
Is- Servizz ta’ Client Satisfaction Unit/Customer Care Unit
Għalkemm ir-responsabbiltà ewlenija tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni hija dik tat-toroq
distributorji, din l-istess diviżjoni marret lil hinn minn dan u ħadet ħsieb li tieħu fir-responsabbiltà
tagħha anke żoni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali, l-ELC, Transport Malta fost oħrajn.
Matul din is-sena, ’l fuq minn 6144 każ b’rabta mat-tindif ġew irreġistrati b’persentaġġ ta’ 92.6 mill-
każi kollha ġew solvuti fis-sena 2018 stess. Is-7.4% kienu jikkonċernaw lill-privat għalhekk ġew
mgħoddija lil entitajiet ikkonċernati.
Is-Servizz tal-Quality Service Charter li ġie mgħoti lid-diviżjoni jkun ta’ sikwit rivedut u nazzarda ngħid
li s servizz jeċċella konsiderevolment. Kull ilment irreġistrat fid-diviżjoni ġie affrontat u solvut fl-iqsar
żmien possibbli. Bħala mudell ta’ kif wieħed għandu jimxi bil-proċeduri, id-diviżjoni tara d-direttiva
numru 4 maħruġa mill-uffiċċju tas-Segretarju Prinċipali Permanenti.
L-ilmenti jidħlu partikolarment permezz tal-faċilità tat-telefonija 1718, kif ukoll permezz tal-mobile
app Clean and Upkeep li tifforma parti mis-sistema governattiva Maltapps. Sors ieħor li jidħlu diversi
lmenti minnu huwa s-servizz.gov.
Il-Kampanja Edukattiva sabiex tinħoloq kuxjenza dwar it-tindif
Matul din is-sena, id-diviżjoni kompliet issostni l-kampanja edukattiva fejn tidħol l-indafa permezz ta’
involviment fi programmi ta’ mezzi tax-xandir u filmati tax-xogħol u l-operat. Dan sar biex noħolqu
aktar kuxjenza pubblika dwar kif jiddisponi b’mod tajjeb mill-iskart tagħhom il-pubbliku inġenerali.
Diversi inizjattivi kienu meħudha bħal attivitajiet fl-iskejjel. Fl-aħħar tliet xhur tal-2018 żorna 30 skola
bħala parti mill-kampanja ‘Flimkien għal Malta Nadifa’. Ħadna sehem ukoll fi Skola Sajf bħala parti
minn din il-kampanja. Mhux biss iżda anke konna preżenti matul Notte Bianca, il-fiera tal-MFCC, wirja
agrarja u diversi attivitajiet oħra organizzati mill-kunsilli lokali.
Bosta give aways ġew mqassma matul dawn l-attivitajiet sabiex ikompli jikber l-għarfien ta’ din il-
kampanja.
Servizz ta’ emergenza
Id-diviżjoni tat-tindif u manutenzjoni tiġi b’mod frekwenti involuta f’xogħol ta’ emergenza speċjalment
waqt jew wara xi maltempata kbira. Din id-diviżjoni hija attrezzata kemm b’makkinarju kif ukoll b’
nies speċjalizzati li jassistu d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili f’ċertu sitwazzjonijiet.
L-impjegati fi ħdan id-diviżjoni jiġu ingaġġati immedjatament sabiex ineħħu kull materjal li seta’
akkumula fit-toroq wara xi maltempata. Dan b’kollaborazzjoni mad-dipartiment tal-protezzjoni ċivili li
jagħmluha aktar faċli biex it-traffiku jkun jista’ jimxi b’mod normali speċjalment waqt ħinijiet
traffikużi.
Manutenzjoni u Upkeep
Id-Diviżjoni ħadet ħsieb li jsir programm ta’ xogħlijiet li għandhom bżonn isiru fejn jirrigwarda upkeep
u manutenzjoni, partikolarment żebgħa ta’ ħitan u passaġġi, tiswija ta’ ħitan tas-sejjiegħ u tal-franka,
tiswija ta’ kurduna u ħasil ta’ tabelli u sinjali tat-traffiku bi programm regolari. Matul l-aħħar jiem tas-
sena, ġew assenjati numru ta’ ħaddiema ma’ din is-sezzjoni ġdida u b’ hekk hu mistenni li fis-sena 2019
jibda jsir progress sostanzjali f’dan ir-rigward.
Valletta Management Unit
Lejn l-aħħar tas-sena 2018 twaqqfet il-Valletta Management Unit bl-iskop li s-servizzi offuti fil-Belt
Valletta ikunu sinkronizzati aħjar u b’iktar effiċjenza. Il-forma ta’ din il-unit ser tingħata iktar rizorsi
matul is-sena 2019.
Konklużjoni
Fis-sena 2018, id-Diviżjoni tat-Tindif u Manutenzjoni għamlet l-isforzi kollha sabiex twettaq ix-xogħol
kollu li taqa’ taħt ir-responsabbiltà taghħa b’mod effettiv u effiċjenti. Matul is-sena 2019, id-Diviżjoni
ser tħabbrek sabiex tibqa timxi ’l quddiem u ttejjeb is-servizzi li toffri, filwaqt li tħares ’il quddiem billi
tintroduċi servizzi ġodda ma’ dawk diġà introdotti fi snin preċedenti.
Konsegwetament, id-diviżjoni tat-tindif u manutenzjoni tkompli tilħaq l-għanijiet tagħha billi tipprovdi,
l-ewwel u qabel kollox, servizz ta’ kwalità tajba lill-klijenti tagħha u taċċerta ruħha li pajjiżna hu
miżmum fi stat nadif kemm jista’ jkun.
UFFIĊĊJU TAN-NUTAR TAL-GVERN
Fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern hemm żewġ sezzjonijiet prinċipali: l-Arkivji Nutarili u s-Sezzjoni Nutarili.
Is-sezzjoni tal-arkivji
Fl-Arkivji Nutarili jiġu ddepożitati l-atti nutarili inter vivos u testmenti pubbliċi minn nutara li fil-preżent
jeżerċitaw jew li kienu jeżerċitaw il-professjoni f’Malta. Atti inter vivos jinkludu l-kuntratti kollha bħal
dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ trasferimenti ta’ proprjetà (bejgħ, ċnus, qsim, self, eċċ.). Fl-Arkivji nsibu
wkoll il-kuntratti kollha ppubblikati min-Nutara tal-Gvern. Dawn l-atti nutarili kollha jiġu ddepożitati sabiex
jiġu konservati u arkivjati skont il-liġi. Fl-uffiċċju prinċipali li jinsab f’numru 2/3, Triq Mikiel Anton
Vassalli, il-Belt Valletta, jinżammu l-oriġinali kollha tal-atti nutarili filwaqt li r-reġistri (kopji) huma arkivjati
f’numru 24, Triq San Kristofru, il-Belt Valletta.
L-Arkivji Nutarili huma minjiera ta’ informazzjoni u riċerka. L-atti nutarili u reġistri huma dokumenti legali
u jiġu eżaminati u studjati sikwit minħabba l-implikazzjonijiet legali, sabiex jistabbilixxu t-titlu rigward
proprjetà, għal skopijiet ta’ wirt, u b’mod ġenerali sabiex wieħed jivverifika d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet
tiegħu jew tagħha li joħorġu mill-kuntratti. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kuntratti li saru fl-antik li jmorru
lura sekli sħaħ, l-Arkivji Nutarili huma sors ta’ riċerka tal-istorja. L-atti nutarili kollha li ġew depożitati fl-
Arkivji huma aċċessibbli sabiex jiġu spezzjonati mill-pubbliku, u dana bil-kundizzjoni li min jixtieq
jispezzjona att pubbliku jrid jipprovdi d-data tal-att u l-isem tan-nutar li ppubblika l-att mitlub sabiex jinqeda.
Kopji legali u informali jinħarġu fuq talba mill-pubbliku li jista’ wkoll jordna l-kopja tal-att/i li jixtieq
permezz tal-posta elettronika. Din is-sistema għenet ħafna sabiex jitjieb is-servizz li jingħata lill-pubbliku
mis-Sezzjoni tal-Arkivji. Dawn l-ispezzjonijiet u kopji maħruġa jsiru bi ħlas. Matul is-sena 2018, inħarġu
total ta’ 21,972 kopji mill-Arkivji; din iċ-ċifra tirrappreżenta żieda fuq il-kopji li nħarġu mill-Arkivji fis-snin
preċedenti. Din iż-żieda hija attribwibbli kemm għall-fatt li d-Dipartiment investa fi scanners ġodda - li
eliminaw il-proċess laburjuż ta’ photocopying u li għinu sabiex il-proċess ikun wieħed mexxej – kif ukoll
għall-fatt li tul din is-sena kompla jiżdied l-ammont ta’ volumi ta’ atti nutarili li ġew depożitati fl-Arkivju
Nutarili. Ta’ min isemmi li nxtraw numru ta’ scanners bħala parti mill-proġett CONvErGE li huwa
parzjalment iffinanzjat mill-fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li se jintużaw ukoll għal sistema ta’
diġitizzazzjoni tal-volumi tal-atti nutarili li huma depożitati fl-Arkivju prinċipali.
Ingħatat assistenza lil numru ta’ klijenti li kellhom problemi relatati ma’ kuntratti ppubblikati minn erba’
nutara li l-atti tagħhom ġew depożitati fl-Arkivji Nutarili b’ordni tal-Qorti tar-Reviżjoni tal-Atti Nutarili
liema Nutara ma għadhomx jeżerċitaw il-professjoni nutarili. F’dawn il-każijiet u sa fejn kien possibbli n-
noti tal-insinwa u l-ipoteki relattivi ġew iskritti fir-Reġistru Pubbliku skont il-liġi min-Nutar Prinċipali tal-
Gvern li ffirma wkoll il-formoli tal-ħlas tal-boll lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni bħala n-Nutar konservatur
tagħhom.
Ix-xogħol legali fid-Dipartiment żdied sostanzjalment bl-emendi li saru f’dawn l-aħħar snin, b’mod
partikolari fejn għandu x’jaqsam mar-reviżjoni tat-testmenti ppubblikati min-nutara prattikanti f’Malta u
Għawdex, liema xogħol qiegħed isir min-Nutara fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern skont il-Kapitlu 55 tal-
Liġijiet ta’ Malta. Dan kollu, kif ukoll ir-reviżjoni ta’ atti nutarili minn Uffiċjali Reviżuri mqabbdin mill-
Kunsill Nutarili, irriżulta f’żieda sostanzjali fin-numru ta’ volumi ta’ atti inter vivos u testmenti li ġew
depożitati fl-Arkivji Nutarili. Fil-fatt, b’kollox ġew iddepożitati 1803 volumi fl-Arkivji Nutarili fis-sena
2018, liema total jirrappreżenta żieda fuq in-numru ta’ volumi li ġew iddepożitati fis-sena preċedenti.
Revoki ta’ prokuri
F’Diċembru tas-sena 2016 l-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern ħa l-inkarigu sabiex jinħoloq reġistru online għal
kull minn irid jirrevoka prokura kemm speċjali u kif ukoll ġenerali bejn persuni fiżiċi. B’din is-sistema sabiex
wieħed jirrevoka prokura ma għadx hemm il-bżonn li jintbagħtu ittri uffiċjali bil-Qorti lil kull nutar u bank
kummerċjali f’Malta u Għawdex bi spiża ta’ madwar €2000. Illum iċ-ċittadin jista’ sempliċiment jimla
formola u jippreżentaha lill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern għall-verifikazzjoni min-Nutar tal-Gvern bil-prezz
ta’ €50 u dakinhar stess din tkun mdaħħla fir-Reġistru online li jista’ jiġi aċċessat minn nutara u l-banek u ċ-
ċittadini li jkollhom interess. Matul is-sena 2018 ġew ipproċessati 103 applikazzjoni.
L-arkivji fi Triq San Kristofru
Matul is-sena 2018 tkompliet il-ħidma mill-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern f’dak li għandu x’jaqsam mal-
Arkivji fi Triq San Kristofru, il-Belt Valletta. Numru ta’ viżitaturi distinti żaru dawn l-Arkivji u baqgħu
impressjonati bir-rikkezza ta’ dak kollu li jinstab hawnhekk. Ta’ min isemmi wkoll li numru ta’ riċerkaturi,
uħud minnhom barranin, żaru l-Arkivji fuq bażi regolari in konnessjoni mal-istudji tagħhom fl-istorja
medjevali.
Matul din is-sena sar progress biex tiġi ppreservata l-kollezzjoni imprezzabbli tad-dokumenti li jinstabu fl-
imsemmija Arkivji, bl-għajnuna wkoll ta’ voluntiera li joffru s-servizzi tagħhom lill-Arkivji.
Organizzazzjonijiet privati kkontribwixxew permezz ta’ sponsors u għinu sabiex isalvaw dan id-depożitarju
legali minn kull deterjorazzjoni u telqa.
L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern ħadem bla heda sabiex jinħoloq għarfien dwar l-importanza tal-Arkivji
Nutarili. Fis-sena preżenti kienu organizzati żjarat għal numru ta’ studenti fl-imsemmija Arkivji, kemm fl-
Arkivji prinċipali fi Triq Mikiel Anton Vassalli kif ukoll fl-Arkivji fi Triq San Kristofru, il-Belt Valletta.
Saru anki lezzjonijiet lil studenti tal-liġi dwar il-valur tas-sorsi nutarili għall-istudju tal-istorja legali. Dawn
huma opportunitajiet sabiex l-Arkivji Nutarili jiġu proġettati bħala ċentru importanti għar-riċerka. L-Arkivji
fi Triq San Kristofru qed jirċievu membri tal-pubbliku kważi kuljum.
Fis-sena preżenti saru wkoll laqgħat rigward il-pjan ħolistiku ta’ konservazzjoni għar-rijabilitazzjoni tal-
Arkivji Nutarili ta’ Triq San Kristofru, il-Belt Valletta, liema proġett huwa parzjalment iffinanzjat mill-fondi
tal-Unjoni Ewropea kif hawn taħt imsemmi.
Boroż ta’ studju
Matul is-sena 2018, permezz ta’ boroż ta’ studju offruti mill-Gvern ta’ Malta, żewġ studenti qegħdin
jistudjaw f’livell ta’ Masters Degree fil-konservazzjoni tal-karta kif ukoll f’livell ta’ Research Doctorate
(Ph.D.) fil-legatura nutarili f’Universitajiet fl-Ingilterra rispettivament. Huwa prevvist li dawn l-istudenti
jibdew jagħtu servizz lill-Gvern wara li jiggradwaw. Ta’ min isemmi li matul is-sena preżenti żewġ studenti
li ntbagħtu fis-sena 2016 permezz ta’ boroż ta’ studju sabiex jistudjaw f’livell ta’ Masters Degree fil-
konservazzjoni tal-karta f’Università fl-Ingilterra bdew jagħtu servizz lill-Gvern u lill-Arkivji Nutarili bħala
konservaturi.
Fondi mill-Unjoni Ewropea
L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern kien applika b’suċċess fl-2016 għall-fondi mill-Unjoni Ewropea għal proġett
ta’ ħames miljuni sabiex l-Arkivju fi Triq San Kristofru jiġi rijabilitat u jsir ċentru ta’ eċċellenza u riċerka.
Il-proġett għandu jkun lest sa Ġunju tas-sena 2020. Għal dan il-proġett il-Gvern ta’ Malta alloka wkoll il-
bini fi Triq San Pawl, Valletta, maġenb l-Arkivji preżenti, liema bini ser ikun interkonness mal-Arkivju
preżenti u parti mill-proġett għall-fondi mill-Unjoni Ewropea. Matul is-sena 2018 tlestew il-faċċati tal-
imsemmi Arkivju, liema xogħol sar in kollaborazzjoni mad-Direttorat għar-Restawr. Ittieħdu wkoll volumi
ta’ atti mill-imsemmi Arkivju sabiex isir il-proċess ta’ diżinfestazzjoni taħt is-superviżjoni tan-Nutar
Prinċipali tal-Gvern u l-Arkivji Nutarili u tal-konservatriċi konsulenta ngaġġata għal dan il-proġett.
Is-sezzjoni nutarili
Is-Sezzjoni Nutarili tippubblika kuntratti li fihom ikunu parti l-Gvern jew xi entità mwaqqfa b’liġi jew, skont
kif jista’ jiġi awtorizzat mill-Ministru f’kull każ, xi soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta jew xi
korp ieħor kif intqal qabel ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew ikollhom kontroll effettiv fuqu.
Is-Sezzjoni Nutarili taħdem direttament ma’ ħafna Dipartimenti Governattivi sabiex jiġu mwettqa l-policies
u attivitajiet tal-Gvern. Id-Dipartiment jirċievi wkoll talbiet għall-pubblikazzjoni ta’ atti li jirrigwardaw
numru ta’ korsijiet ta’ studju u taħriġ, organizzati b’mod partikolari mid-Dipartiment tas-Saħħa, id-Direttorat
għal Servizzi Edukattivi, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Istitut għas-Servizzi Pubbliċi, id-Dipartiment
tal-Economic Policy, Pulizija ta’ Malta u oħrajn.
Matul is-sena 2018 dan id-Dipartiment ippubblika b’kollox 113 kuntratt.
Eżami għall-ħatra ta' nutar
F’Marzu 2018 sar l-eżami għall-ħatra ta’ nutar. Tmien kandidati ngħataw il-warrant ta’ nutar f’Mejju 2018.
Lista ta’ nutara
L-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern ħa ħsieb li jħejji wkoll il-lista ta’ nutara mejtin jew li ma għadhomx
jeżerċitaw il-professjoni u l-konservaturi tagħhom, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, u l-lista ta’ nutara
eżerċenti f’Malta u f’Għawdex, sabiex dawn jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern f’Jannar 2019 skont il-
liġi.
Lotteriji
Nutara minn dan id-Dipartiment jissorveljaw il-lotterija tal-Gvern tar-riċevuti fiskali li ssir darba f’xahar.
Xogħol nutarili fid-Dipartiment tan-nutar tal-Gvern u arkivji nutarili f’Għawdex
F’Ġunju 2018 inħatret Arkivista fl-Arkivji Nutarili f’Għawdex fejn jiġu depożitati atti nutarili ppubblikati
min-Nutara li jeżerċitaw il-professjoni nutarili f’Għawdex.
Dħul u nfiq
Id-dħul hekk kif miġbur minn dan l-Uffiċċju fis-sena 2018 jammonta għal €241,294.39, filwaqt li l-infiq fl-
imsemmi perjodu jammonta għal €884,917.11.
ID-DIVIŻJONI GĦALL-GVERN LOKALI
Missjoni
Id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali hi responsabbli li tassigura kontroll, superviżjoni u monitoraġġ tal-
operat tal-Gvern Lokali, kif ukoll sabiex tassisti lill-Ministeru fit-tfassil ta’ strateġiji, politika u
leġiżlazzjoni kif jinħass meħtieġ minn żmien għal żmien
Ristrutturar
Matul l-2018 ġie mwettaq eżerċizzju intensiv ta’ ristrutturar fejn id-Diviżjoni kompliet tissaħħaħ bil-
ħatra ta’ Direttur ġdid responsabbli mill-Istrateġija u l-Implimentazzjoni tal-Programmi, liema direttorat
ġdid jikkumplimenta d-Dipartiment għall-Gvern Lokali (Monitoraġġ u Sapport). Ġew ukoll ristrutturati
d-diversi taqsimiet, kif ukoll twaqqfu taqsimiet ġodda, bħal dawk tal-Procurement, Customer Support,
kif ukoll servizz ta’ receptionist.
Riforma tal-Gvern Lokali
Id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali kellha sehem importanti fil-programm ta’ Riforma tal-Gvern Lokali,
fejn l-uffiċjali tad-diviżjoni assistew b’mod proattiv fil-Kumitat tar-Riforma, fil-proċess ta’
konsultazzjoni kif ukoll fil-proċess tal-abbozzar tad-diversi proposti kemm leġiżlattivi kif ukoll
amministrattivi.
ID-DIPARTIMENT GĦALL-GVERN LOKALI (MONITORAĠĠ U SAPPORT)
Objettivi tad-Dipartiment
Id-Dipartiment (Moniteraġġ u Sapport) fi ħdan id-Diviżjoni għall-Gvern Lokali:
Jagħmel moniteraġġ fuq il-funzjonijiet u l-operat tal-Kunsilli Reġjonali u Kunsilli Lokali sabiex
jassigura li qegħdin jimxu skont il-leġiżlazzjoni u proċeduri statutorji;
Joffri sapport maniġerjali, amministrattiv biex jgħin lill-Kunsilli Lokali jimxu b’effiċjenza u
effettività kif ukoll b’mod professjonali;
Jorganizza taħriġ lill-membri u l-amministrazzjoni tal-Kunsilli Lokali u Reġjonali kif ukoll lill-
impjegat fi ħdan l-istess Dipartiment;
Jalloka fondi pubbliċi lill-Awtoritajiet Lokali;
Jipproponi policies jew emendi leġiżlattivi dwar il-Gvern Lokali fejn ikun hemm il-ħtieġa;
Joffri sapport lill-pubbliku fil-qasam tal-Kunsilli Lokali.
Moniteraġġ u Sapport lill-Kunsilli Lokali
Moniteraġġ tal-Kunsilli Reġjonali u Kunsilli Lokali jsir sabiex jara li qed jimxu skont il-liġi u li l-fondi
pubbliċi qegħdin jintefqu kif suppost. Dan il-Unit jagħti sapport u gwidi lill-Kunsilli Reġjonali u Lokali
ta’ kif għandha tiġi osservata l-liġi u b’hekk jkunu qegħdin jiġu antiċipati diversi irregolaritajiet. L-
għan prinċipali ta’ din il-Unit huwa li jara li l-Awtoritajiet Lokali jaderixxu mal-Liġijiet ta’ Malta,
primarjament u fost oħrajn mal-Att dwar il-Kunsilli Lokali u l-Leġiżlazzjoni Sussidjarja, mar-
Regolament dwar Kunsilli Lokali, mal-Proċeduri tal-Finanzi, tal-Verifika, tar-Riżorsi Umani u
Proċeduri u Gwidi dwar Akkwist. Isir moniteraġġ u skrutinju regolari fuq l-aġendi u l-minuti tal-laqgħat
tal-Kunsilli Reġjonali u Lokali, l-iskedi ta’ pagamenti, rapporti finanzjarji, u dokumenti relatati oħra
filwaqt li jara li dawn id-dokumenti qegħdin kontinwament jiġu mtellgħin u fil-ħin u kif suppost fuq is-
sit elettroniku tagħhom għal benefiċċju tal-pubbliku. Matul is-sena 2018, il-Monitoring Unit stħarreġ
mas-686 każ li kienu jittrattaw materja ta’ interpretazzjoni tal-Att Dwar il-Kunsilli Lokali jew tal-
Leġiżlazzjoni Sussidjarja, kif ukoll każijiet dwar irregolaritajiet jew allegazzjonijiet li l-Unit irċieva
minn individwi jew membri tal-Kunsilli Lokali kif ukoll każijiet li l-uffiċjali fi ħdan il-Unit ikunu
osservaw waqt ix-xogħol ta’ moniteraġġ. Fejn instab li Kunsill Lokali wettaq xi irregolarità, dan ġie
mitlub jirregolarizza l-pożizzjoni tiegħu. Meta mqabbel mas-sena preċedenti, kien hemm madwar l-
istess ammont ta’ każijiet trattati mill-Monitoring Unit.
Servizz lill-Kunsilli Lokali - Procurement Unit
Bħala parti mill-Key Performance Indicators imnedija għas-Servizz Pubbliku, twaqqaf b’mod uffiċjali
il-Procurement Unit fi ħdan id-Dipartiment sabiex jagħti sapport u assistenza lill-Kunsilli Lokali fuq
akkwist billi, meta mitlub, jeżamina id-dokumenti ta’ sejħiet għal kwotazzjonijiet jew offerti qabel
dawn jiġu pubblikati sabiex jiġi assigurat li d-dokumenti jkunu magħmula bl-aħjar mod possibbli u
uniformi. Il-Procurment Unit jieħu ħsieb ukoll li jagħmel moniteraġġ sabiex jassigura li l-Kunsilli
Lokali ma jkollhomx kuntratti skaduti kif ukoll jistħarreġ każijiet fejn jiġi allegat xi nuqqas ta’
osservanza ta’ regolamenti jew proċeduri waqt xi proċess ta’ akkwist. Matul is-sena 2018, il-
Procurement Unit eżamina 114 dokument ta’ akkwist kif ukoll ta’ sapport lill-Kunsilli Lokali f’madwar
248 talba.
Billi ir-Regolamenti u Proċeduri tal-Kunsilli Lokali dwar l-Akkwist kienu ilhom ma jiġu aġġornati u
ma kinux jirriflettu l-ħtiġiet tal-lum, dan id-Dipartiment ħa l-inizjattiva li jaġġornahom u permezz tar-
Regolamenti dwar l-Akkwist mill-Kunsilli Lokali (L.S. 363.186) li daħħlu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar
2018, il-Kunsilli Lokali ġew regolarizzati u diretti permezz ta’ Linji Gwida dwar l-Akkwist tal-Kunsilli
Lokali u fejn ma jgħidux mod ieħor, l-Awtoritajiet Lokali jridu jimxu mar-Regolamenti dwar l-Akkwist
Pubbliku (L.S. 174.04).
Servizz liċ-Ċittadin
Id-Dipartiment huwa impenjat li jagħti servizz mill-aqwa liċ-ċittadin u għalhekk bħala parti mill-Key
Performance Indicators imnedija għas-Servizz Pubbliku, f’Ġunju tal-2018, twaqqfet uffiċjalment il-
Customer Sapport Unit li huwa magħmul minn ħames uffiċjali mmexxija minn Head tal-unit. Din il-
unit tieħu ħsieb ilmenti miċ-ċittadini li jikkonċernaw il-Kunsilli Lokali kif ukoll jagħtu sapport u tagħrif
ġeneriku lill-pubbliku. Dan il-unit irċieva diversi ilmenti kemm direttament mill-pubbliku li żar id-
Dipartiment, kemm permezz ta’ posta elettronika jew ordinarja, kif ukoll bit-telefon. L-uffiċjali ta’ dan
il-unit kontinwament qegħdin jieħdu taħriġ u jkunu assistiti sabiex tabilħaqq jingħata servizz ta’
eċċellenza liċ-ċittadin. Matul is-sena 2018, il-unit ħa ħsieb madwar 1,954 ilment.
Allokazzjoni Finanzjarja tal-Kunsilli Lokali
Artiklu 55 tal-Att dwar Kunsilli Lokali (Kap 363) jistipula illi kull sena l-Ministru responsabbli għall-
finanzi għandu jalloka vot taħt l-Att dwar l-approprjazzjoni li għandu jintuża għall-eżerċizzju tal-
funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Dan l-ammont allokat lil kull Kunsill Lokali jingħata fuq bażi tal-
formula stabbilita skont it-tmien skeda tal-istess att.
Din is-sena, il-Gvern alloka €36,500,00 bħala allokazzjoni diretta għall-Kunsilli Lokali, żieda ta’
€1,500,000 fuq is-sena li għaddiet.
Key Performance Indicators għad-Dipartiment
Bis-saħħa tal-Key Performance Indicators (KPI) imnedija għas-Servizz Pubbliku, id-Dipariment għall-
Gvern Lokali iffoka fuq inizjattivi biex jagħti aktar appoġġ lill-Kunsilli Lokali filwaqt li jkun hemm
aktar kontabbiltà. Key Performance Indicators ġew implimentati billi twaqqfet Customer Support Unit
sabiex tassisti liċ-ċittadin mal-Kunsill Lokali u saru Standard Operating Procedures dwar l-ilmenti taċ-
ċittadini, tfasslet sistema virtwali imsejħa IntraLocal sabiex tiffaċilita il-komunikazzjoni bejn id-
Dipartiment u l-Kunsilli Lokali, tfasslet sistema online fejn juru l-bilanċi finanzjajri tal-Kunsilli Lokali
għal aktar trasparenza, tħejja programm ta’ taħriġ għas-Segretarji Eżekuttivi dwar materji speċifiċi u
saru erbgħa sessjoni ta’ taħriġ, ingħata kuntratt sabiex isiru performance reports biex jitkejlu ħames
funzjonijiet statutorji tal-Kunsilli Lokali kif ukoll ingħata kuntratt sabiex isir taħriġ professjonali lill-25
Segretarju Eżekuttiv li jkunu għadhom kemm ġew appuntati.
Key Performance Indicators għall-Kunsilli Lokali
Il-Proċeduri dwar Kunsilli Lokali (Verifika) li mwaqqfu fl-1996, isemmu li sabiex il-Kunsilli Lokali
jkunu jistgħu jissorveljaw l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività dawn jingħataw sett ta’ indikaturi
standard biex titkejjel il-performance attwali. Għall-ewwel darba, d-Diviżjoni għall-Gvern Lokali
permezz ta’ kuntratt, laħqet ftehim sabiex fis-sena 2019 tagħmel analiżi u verifika ta’ ħames
funzjonijiet statutorji tal-Kunsilli Lokali sabiex b’hekk issa l-Kunsilli Lokali se jkollhom kejl fejn huma
jkunu jistgħu jaraw kif inhuma joperaw fuq dawn il-funzjonijiet u fejn jistgħu itejbu. Il-ħames
funzjonijiet huma:
Indikatur Nazzjonali 1: Residual household waste per household
Indikatur Nazzjonali 2: Percentage of household waste sent for recycling
Indikatur Nazzjonali 3: Improved street and environmental cleanliness - Litter, Detritus, Fly-posting
and Graffiti
Indikatur Nazzjonali 4: Improved street and environmental cleanliness - fly tipping
Indikatur Nazzjonali 5: Principal roads where maintenance is required
ID-DIRETTORAT GĦALL-GVERN LOKALI (STRATEĠIJA U IMPLIMENTAZZJONI TA’
POLICY)
Objettivi
Sa mill-bidu nett mit-twaqqif tiegħu, f’Jannar tal-2018, id-Direttorat nieda numru ta’ inizjattivi u
stabbilixxa miri bil-għan li jkun jista’ jassisti lill-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali fit-
tfassil ta’ strateġiji, policies u leġiżlazzjonijiet marbuta mat-tmexxija tal-Gvern Lokali.
Uħud mit-tragwardi importanti tad-Direttorat matul l-2018 kienu:
Tnedija ta’ konsultazzjoni wiesgħa mal-Kumitati Reġjonali, Kunsilli Lokali, kif ukoll il-
pubbliku inġenerali, sabiex tkun tista’ titfassal strateġija effiċjenti u effettiva tal-mod li bih id-
Direttorat iwettaq il-ħidma tiegħu. Saret ukoll riċerka u konsultazzjoni ma’ diversi entitajiet
sabiex jissaħħaħ l-operat;
Ir-reviżjoni ta’ policies u leġiżlazzjonijiet sussidjarji;
It-tfassil ta’ policies ġodda;
Is-simplifikazzjoni u reviżjoni ta’ proċessi interni eżistenti;
Ir-reviżjoni ta’ ftehim ta’ koperazzjonijiet u tfassil ta’ oħrajn ġodda.
Reviżjoni u simplifikazzjonijiet ta’ proċessi.
Ir-ristrutturar tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali kif ukoll ir-riforma biex jiġġedded l-operat tal-Gvern
Lokali wasslet lid-Dirrettorat biex matul l-2018, jimplementa numru ta’ miżuri, liema miżuri kienu
jinvolvu r-reviżjoni tal-proċessi interni tiegħu u ta’ policies u proċeduri eżistenti fost oħrajn.
Ir-reviżjoni tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.04 - Regolamenti dwar Kunsilli Lokali (Ilmenti)
fejn wara li ġew identifikati r-regolamenti li jridu jiġu emendati sar stħarriġ mal-pubbliku
inġenerali u diskussjonijiet mal-istakeholders fuq kif jistgħu jiġu ssimpifikati il-proċessi
involuti.
Ir-reviżjoni tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 363.141 - Regolamenti dwar Kunsilli Lokali
(Ġemellaġġi) fejn saru diversi laqħat mal-partijiet kollha nvoluti fosthom id-Dipartiment ghall-
Kwistjonijiet Globali, biex tiġi emendata l-policy kif ukoll il-leġiżlazzjoni.
Ir-reviżjoni tal-policy għad-devoluzzjoni ta’ proprjetà pubblika fejn saret ħidma mill-qrib mal-
Awtorità tal-Artijiet biex jiġi ssimplifikat il-proċess kif ukoll il-faċilità li l-applikazzjoni ssir
b’mod elettroniku.
Il-mod ta’ kif jiġu abbozzati u jinħarġu s-sejħiet għall-iskemi ta’ finanzjament billi;
o L-iskemi kollha maħruġa mid-Direttorat, fejn huwa possibbli, qed jirriflettu l-istrateġiji
nazzjonali u policies tal-Gvern Ċentrali;
o Iċ-ċirkularijiet tal-iskemi qed jinħarġu b’linji gwida bil-għan li jħeġġu l-Kunsilli Lokali
u l-Kumitati Reġjonali jkunu aktar innovattivi u effettivi fil-ħidma tagħhom lejn iċ-
ċittadin;
o Kull skema qed tispeċifika minn qabel kriterji biex jitħaffef il-proċess ta’ evalwazzjoni;
o L-iskemi kollha ta’ finanzjament qed jiġu evalwati minn Bord maħtur mis-Segretarju
Permanenti tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali biex jiġi assigurat il-
kunċett ta’ trasparenza u kontabbiltà;
Skemi ta’ Finanzjament maħruġa mid-Direttorat matul l-2018
Id-Direttorat kien responsabbli għall-ħruġ ta’ 14-il-ċirkulari li sebgħa minnhom kienu skemi ta’
finanzjament kif muri hawn taħt:
Ċirkulari Suġġett Data
SPI 1/2018 Skema - Korsijiet Lifelong Learning 2018-2019 05/02/2018
SPI 3/2018 Skema ta’ Tagħlim u Proġetti Edukattivi fil-Komunità 17/04/2018
SPI 8/2018 Premju Ġieħ l-Artiġjanat Malti 2018 11/06/2018
SPI 9/2018 Skema Finanzjarja favur il-Komunità - Libreriji Lokali/Reġjonali 18/07/2018
SPI 10/2018 Skema dwar Restawr ta’ Postijiet/Monumenti Storiċi 2018 26/07/2018
SPI 12/2018 Skema Finanzjarju favur il-Komunità - Ħajja aħjar permezz ta’
Eżerċizzju Fiżiku u Sports 02/11/2018
Id-Direttorat beda wkoll ħidma biex jiġi ristrutturat il-mod u l-proċess tal-ħruġ ta’ dawn l-iskemi ta’
finanzjament. Mill-konsultazzjoni li saret mal-Kunsilli Lokali ġie konkluż li dawn għandhom jitħabbru
fil-bidu tas-sena biex ikun jista’ jsir ippjanar u kordinament aħjar.
Saret ukoll riċerka dwar servizzi governattivi u minn entitajiet oħra bħal Organizzazzjonijiet Mhux
Governattivi biex l-iskemi maħruġa mhux biss jikkumplimentaw l-istateġiji u l-policies indikati aktar
’il fuq imma wkoll jindirizzaw diversi ħtiġiet oħra għall-benefiċċju taċ-ċittadin fosthom il-benessere u
ħajja sana. Din is-sena il-ħidma iffukat fuq l-issues imsemmija hawn taħt:
Żvilupp ta’ ideat u proġetti favur l-annimali abbandunati – saru diskussjonijiet mad-
Dipartiment għall-Ħarsien u Kura tal-Annimali fejn il-Kunsilli Lokali qed jaħdmu aktar mill-
qrib mal-imsemmi Dipartiment li flimkien qed jindirizzaw diffikultajiet. Permezz ta’ din il-
ħidma tqiegħdu f’postijiet pubbliċi u ġonna madwar Malta u Għawdex numru ta’ xelters fejn
il-klieb u l-qtates jistgħu isibu kenn mill-elementi naturali.
Permezz ta’ networking ma’ diversi entitajiet inbeda l-proċess biex tinbena pjattaforma
għal djalogu kontinwu bejn il-kunsilli lokali u l-istituzzjonijiet biex jibnu sħubija
b’saħħitha għal governanza lokali tajba. Din is-sena saret reviżjoni tal-Ftehim ta’
Koperazzjoni bejn MJCL u l-MFCS liema reviżjoni għandu jiġi approvat fil-bidu tal-2019.
Inbeda wkoll il-proċess li għandu jwassal għall-ftehim ieħor kemm mal-Librerija Nazzjonali
kif ukoll mad-Direttorat tat-Tagħlim matul il-Ħajja.
Reziżjoni ta’ Policy dwar l-Amministrazzjoni ta’ Propjeta Pubblika
Id-Direttorat irreveda din il-policy liema emendi ġew maqbula mal-Awtorità tal-Artijiet sabiex il-
proċess involut biex tiġi amministrata proprjetà pubblika jkun wieħed aktar effettiv, effiċjenti u
ekonomiku. Fil-bidu ta’ din is-sena sar eżerċizzju biex jiġi identifikat in-numru ta’ propjetajiet li qed
jiġu amministrati mill-Kunsilli Lokali jew Kumitati Reġjonali. Eżerċizzju ieħor kien jinvolvi reviżjoni
tal-applikazzjonijiet kollha li hemm pendenti mal-Awtorità sabiex tittieħed azzjoni kemm jista’ jkun
malajr sabiex dawn jiġu proċessati.
DIRETTORAT TAR-RESTAWR
Id-Direttorat tar-Restawr huwa l-entità prinċipali tas-Servizz Pubbliku li jimplimenta u jesegwixxi
xogħol ta’ restawr u rijabilitazzjoni ta’ binjiet storiċi ewlenin.
B’kollox, id-Direttorat tar-Restawr iħaddem mal-160 impjegati li jinkludu professjonisti, nies li jaħdmu
fl-amministrazzjoni, fil-qasam tekniku u industrijali b’esperti li jispeċjalizzaw fix-xogħlijiet ta’ restawr.
Id-Direttorat tar-Restawr joffri wkoll assistenza speċjalizzata lil varji entitajiet pubbliċi u
istituzzjonijiet, li jinkludu ministeri, dipartimenti, organizzazzjonijiet volontarji, u kunsilli lokali.
Jopera mill-uffiċċji u workshops li jinsabu fil-kumpless magħruf bħala Ospizju, il-Furjana. L-Uffiċċju
tal-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni ukoll jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-Direttorat tar-Restawr u jopera
mill-uffiċċji tiegħu fil-Marsa.
Id-Direttorat tar-Restawr fl-2018 ikkonkluda diversi xogħlijiet fil-Belt, kompla jaħdem fuq oħrajn kbar
li nbdew fi snin preċedenti, filwaqt li nieda oħrajn ġodda. Fost dawn il-proġetti nsibu:
Palazzo Castellania (Triq San Ġwann)
Università l-Qadima
Bitħa Interna ta’ Kastilja
Palazzo Ferreria
Faċċati tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet
Industrijali u tal-Impjieg (Melita Street)
Faċċati ta’ binja 114 – 122 fi Triq id-Dejqa
Ta’ min isemmi ukoll xogħol fuq proġetti barra mill-Belt:
Swar tal-Argotti
Funtana ta’ Wignacourt (St Philips
Gardens, Floriana)
Bighi Auxiliary Building (Kalkara)
Victoria Lines (Mosta)
L-ewwel fażi tar-restawr tal-Parroċċa taż-
Żejtun
Statwa tal-Ajkla (Żebbuġ)
Statwa u niċċa ta’ San Filep (Vittoriosa)
Statwa ta’ Santa Katerina (Żurrieq)
Tkompla wkoll il-programm ta’ restawr fuq swar fil-Furjana, b’diversi kuntratti ġodda fuq swar fin-
naħa ta’ Marsamxett u oħrajn li ġew preparati fuq swar tan-naħa tal-Port il-Kbir, fejn ix-xogħol mistenni
jinbeda fl-2019. Fl-2018 inġiebu permessi għall-ewwel fażi ta’ xogħol ta’ restawr fuq is-Swar tal-Linja
ta’ Kottonera, li se tiffoka lejn ħsarat fil-Bastjuni ta’ San Ġwann u San Pawl.
Permezz tal-iskema ta’ proġetti ta’ restawr bi sħab mal-Kunsilli Lokali fl-2018 twettqu diversi proġetti.
Fil-fatt, intemm ix-xogħol fuq il-proġetti kollha li kienu intagħżlu taħt is-sejħa tal-2016:
Statwa ta’ San Mikiel (Żurrieq)
Bieb ta’ Hompesch (Ħaż-Żabbar)
Kappella ta’ San’ Anna (Marsaskala)
Kappella ta’ Santa Katerina (Birkirkara)
Kappella ta’ Sant’ Antnin (Birkirkara)
Pont ta’ Triq Manwel Dimech (Sliema)
Inbeda ukoll ix-xogħol ta’ restawr fuq il-proġetti kollha li ntagħżlu taħt l-iskema 2017. Dawn il-proġetti
huma:
Kappella ta’ Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann
(Siġġiewi)
Kappella ta’ San Ġwann (Għargħur)
Sala Parrokkjali (Ħal Safi)
Ħajt tal-Matla (Imqabba)
Statwa tal-Karmnu (Raħal Ġdid)
Sadanittant lejn l-aħħar tas-sena ntagħżlu wkoll il-proġetti tas-sejħa tal-2018, li x-xogħol fuqhom se
jkun qed jitwettaq fl-2019, wara li jinġiebu il-permessi meħtieġa. Ta’ min jgħid li dawn il-proġetti
kollha, flimkien ma’ diversi oħrajn fosthom l-ewwel fażi ta’ restawr fuq il-Victoria Lines, qed jitwettqu
mill-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr.
L-Uffiċċju tal-Proġetti ta’ Rijabilitazzjoni ukoll ħadem fuq diversi proġetti fosthom:
Kappella ta’ S. Katerina (limiti Rabat)
Monument tal-Gwerra (Isla)
Knisja ta’ San Ġiljan (Isla)
Funtana wa’ Wignacourt (Furjana)
In-nefqa kapitali ta’ fondi lokali li id-Dirottarat tar-Restawr għamel fuq il-proġetti kollha fosthom dawn
msemmija hi ta’ €1,927,071.
Matul l-2018 komplew xogħlijiet f’diversi stadji fuq il-proġetti li qed isiru taħt il-programm ta’ fondi
FEŻR 2014-2020, jiġifieri:
Rijabilitazzjoni tal-Palazz Presidenzjali fil-
Belt (bi sħab ma’ HM)
Il-proġett ta’ Spazju għall-Arti
Kontemporanja, il-MICAS fil-Furjana (bi
sħab mas-CBCP)
Il-proġett ta’ rijabilitazzjoni tal-Arkivji
Notarili fil-Belt (mal-Uffiċċju tan-Nutar
tal-Gvern)
Il-proġett tal-Biċċerija fil-Belt (mal-V18)
Swar minn Sant’Iermu lejn Marsamxett u
Bereġ fiż-żona ta’ Marsamxett (mal-
GHRC).