l-orizzont :rura poeti romantici maltin (2) · 2020. 3. 8. · sensittivita u qorbu izjed lejn...
TRANSCRIPT
L-ORIZZONT :rURA ·9 -. Il-l=Iamis 15 ta' Gunju 2017 .. --===:;;;;
POETI ROMANTICI MALTIN (2) .Il-fidi Nisranija u t-trazzin tal-ilsien iwasslu ghas-salvazzjoni taghhom
Ikompli minn hmistax ilu
Fiz-zghozija I-bniedem jirrifletti fuq il-futur tieghu u jahseb fuq it-triq tal-hajja li behsiebu jaghzel.
Min-naha l-ohra, bniedem Xll idur lejn l-imghoddi blghajnuna tal-memotja u jifli l-espetjenzi personali li ghadda minnhom, sbieh jew koroh, u jkun kuntent li wasal fejn wasal ghax mexa ttriq difficli tal-hajja. Is-solitudni pozittiva ssehh biss jekk il-mohh ikun hieles mill-influwenzi tad-dinja ta' madwaru biex ikun jista' jsib il-kuntentizza onesta u aljenata gewwa fih. Ir-riflessjoni tkun profonda b'immaginazzjoni hajja u cara fejn l-individwu jitghallem japprezza I-valur fal-run minhabba li z-zmien itir f'hakka l' ghajn fil-hajja mghaggla mdawra bir-rutina. Is-solitudni tqanqal il-kurzita, taghmellill-mohh iktar attiv fil-hsibijiet u tfawru b'ideat godda, il-hajja tibda tidher b'lenti iktar cara fejn il-persuna tkun tista' ssahhah ilprinCipji taghha u tiggudika ahjar l-osservazzjonijiet ta' hajjitha. Zimmermann izid jghid li I-mohh isir aktar nobbli bil-hsibijiet gholjin u jkollu wkoll poter straordinatju fit-tgawdija tas-serenita ta' madwaru.
L-akbar ferh tal-bniedem solitatju hu meta jsib isserhan tal-mohh billi jinsa 1-problemi. ta' madwaru, jitfi I-fjamma tax-xewqat u jdur lejn il-Mallieq, ghax hu jispira lill-bniedem fl-immaginazzjoni bl-involviment tannatura. Kif jintlahaq dan 1-ghan, il-bniedem ikun jista' jirrifletti waqt li jirnxi mannatura sagra u fragli li bilhsejj~s rilassanti taghha, bhal nixxiegha tgelgel jew xi ghanja ta' ghasfur, isserrah ir-ruh bil-barka tad-divin u ssir safja.
Permezz ta' dan it-twahhid man-natura sagra, iddwejjaq personali jittaffu u l-qalb titrattab. F'dawn ilmumenti ta' riflessjoni, ilbniedem solitatju jsir iktar gharef, sinjur u trankwill iktar minn bnedmin ohra li jezistu biss u ma jghixux. Waqtiet ohrajn, meta bniedem ikun qed jirrifletti u jahseb fi mhabbtu, dan jista' jaqa' fi krizi jekk imhabbtu tkun ittiehdet mill-mewt.
Madanakollu, dan l-irtirar spiritiwali jista' jderri dan 1-ugigh billi jwahhad il-qalb mal-mohh u jinghaqdu flimkien ghal sentimenti aktar nobbli. L-awtur jishaq li zzmien itaffi hekk kif jedhew b' affarijiet ohra u jharsu b'mod pozittiv b'rizultat ta' hajja iktar serena.
Ghad li vera li min hu bniedem b'karattru b' sahhtu jirnexxilu jderri, min hu b'karattru iktar debboli jista' jaqa' fi stat hazin. Bniedem hekk ghandu jaghmel Mtu biex iderri lil mohhu u lil qalbu halli flimkien jeghlbu dan l-ghawg u kif jaghmel hekk, ir-ruh issib is-serhan fir-rassenjazzjoni. L-erwieh ittorturati wkoll jistghu jsibu r-rifugju taghhom fis-solitudni volontatja. Marsa iktar mill-qrib lejn sitwazzjonijiet bhal dawn turi li forsi Alia tefaghhom fihom ghal skop straordinatju iehor.
Minkejja dak li nghad s'issa, hemm certi persuni li jaraw in-negattiv biss u ma jgrunux ruhhom biex jeghlbu c-cirkostanza filwaqt li jaqghu fi stat ta' awtokommizerazzjoni, jigifieri meta wiehed joqghod jithassar lilu nnifsu u jgerger fuq ix-xorti hazina li ghandu minflok jipprova jghin ruhu biex itejjeb il-qaghda fiZika, psikologika u spiritwali tieghu. Mafna minn dawn in-nies kienu jaqghu fi krizi ezistenzjali fejn jibdew
• •
Il-poetlldenujlrrasHnjaw rufIhom blWjleqfujlstaqsu ujafdaw f'ALIa
jistaqsu ghaliex qeghdin jghixu u x'sens fiha I-hajja. Dan hu stadju diffiCli hafna u certi poeti kienu jieqfu jistaqsu billi jafdaw f' Alia.
L-EZISTENZJALlZMU
L-ezistenzjaliZmu huwa moviment li jemmen filhajja u li jiggieled ghall-hajja. ll-bazi ewlenija ta' dan ilmoviment hi li bhala bnedmin inghatatilna l-liberta u l-ghazla ta' kif ghandna nghixu hajjitna izda li kull deCizjoni li niehdu thalli effetti differenti fuqna.
Minkejja f'hekk, kull deCizjoni li niehdu rridu nahsbuha sew ghax ghandna responsabbilta ta' li jista' jigri wara l-ghaZla. Minhabba li ahna bnedmin li niehdu deCizjonijiet ghalina skont espetjenzi personali, it-twemmin u I-mod talghajxien, dawn l-ghaZliet ikunu uniCi ghalina u mhux universali. L-ezistenzjalisti jemmnu li l-ghazla urn ana li tfittex xi tip ta' verita hi soggettiva u mhux oggettiva u li certi affarijiet tal-hajja huma assurdi ghax ma tistax taghmel sens minnhorn.
Blaise Pascal jemmen li 1-
hajja hi mimlija paradossi. Huwa jinsisti li bhala individwi nafu I-verita mhux biss bir-ragunar izda wkoll billi nafdaw f'dak li tghidilna qalbna. Din ilglieda ghalI-verita hi importanti u mhix ir-rebha li ghad trid tintlahaq. Pascal irid ifisser l-importanza tal-grajja li rridu nghaddu minnha u mhux ix-xefaq ahhari li jrid jintlahaq. F"'Existentialism and Religious Belief", David E. Roberts isemmi kif Pascal insista li I-bniedem irid inehhi l-kburija tieghu quddiem AlIa biex dan jigi salvat u jirbah l-eternita. Pascal huwa kontra l-immaginazzjoni ghax din tharrabna mid-dinja reali billi tillimita r-raguni. Ixebbah l-immaginazzjoni ma' mara qarrieqa li hi l-ghadu tar-raguni. Il-filosfu jishaq li jekk bniedem jahrab mid-dinja reali u jinghalaq fih innifsu se jsib biss incertezzi u kontradizzjonijiet.
Kierkegaard jahsibha bhal Pascal dwar l-irnmaginazzjoni li hi haga hazina ghax tintilef fiha waqt li l-individwu jrid ifittex il-vokazzjoni unika tieghu. Kierkegaard kien bniedem malinkoniku
bhala rizultat tal-imghoddi tieghu uta' familtu minhabba sigrieti u relazzjoni ta' mhabba li ma rnexxietx. Huwa kien jikteb hafna djatji biex iderri u biex jibqa' f'sensih. L-ansjeta ghelibha billi rega' dar lejn AlIa ghax hu emmen li bniedem jew jimxi fuq it-tjubija tal-Mulej jew inkella jirnxi fuq id-dnubiet tad-dinja li huma mahluqin mill-bnedmin. L-unika salvazzjoni tar-ruh hi li taccetta I-verita permezz ta' Alla ghax inkelIa I-bniedem jibqa' lsir tieghu nnifsu u ma jsolvix il-kunflitt gewwieni.
I L-LETTERATU RA ROMANTIKA F'PAJJIZNA
Il-poeti RomantiCi Maltin huma influwenzati minn poeti Inglizi bhal Wordsworth, Byron u ShelIey izda iktar u iktar mill-poeti Taljani minhabba r-risorgiment Taljan li beda diehel fil-bidu tas-Seklu 19 u dam ghaddej sa hafna iktar m~t-tieni nofs tieghu. Huwa qajjem kuxjenza romantika fil-Maltin ghalI-helsien tal-pajjiz minn gheruq barranin lejn l-ahhar tas-seklu 19 u I-bidu tas-seklu 20.
Permezz ta' din il-kuxjenza romantika gdida, il-poeti Maltin fethu qalbhom ghassensittivita u qorbu izjed lejn in-natura sagra u safja minn kulI hazen tad-dinja. Il-poeti Maltin fittxew issolitudni minhabba n-niket, id-dubji, imwiet tal-qraba, mard u sfortuna. Is-solitudni affettwathom b'modi differenti skont l-espetjenzi personali taghhom.
Il-gimgha d-diehla nibdew billi naghtu harsa lejn l-ewwel poeta Malti li beda jikteb bl-ilsien Malti, Can Anton VassalIo.