l- id-disa’ sena l-istorja (Ġenerali) il- l-isem: il ...€¦ · l-istorja (Ġenerali) –...
TRANSCRIPT
L-Istorja (Ġenerali) – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 1 minn 8
ID-DIRETTORAT GĦAL KWALITÀ U STANDARDS FL-EDUKAZZJONI
Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu
It-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv
L-Eżamijiet Annwali 2017
ID-DISA’ SENA L-ISTORJA (ĠENERALI) IL-ĦIN: Siegħa u nofs
L-Isem: _____________________________________ Il-Klassi: _______________
1. Osserva sors A u wara wieġeb il-mistoqsijiet.
1.1 Fis-sors naraw l-Gran Mastru De Valette u l-Papa Piju V. Immarka fl-ispazju provdut
liema hu l-GRAN MASTRU u liema hu l-PAPA PIJU V. (2)
1.2 Fil-ġenb tal-pittura hemm mara li f’idejha għandha pjanti tas-swar ta’ belt. Ta’ liema belt
taħsbu li hi din il-pjanta? ____________________________________________________(1)
1.3 X’rabta hemm bejn il-Papa Piju V, il-Gran Mastru De Valette u l-pjanta tal-belt il-ġdida?
__________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (2)
1.4 Għaliex taħseb li slaten u prinċpijiet oħra Ewropej offrew l-għajnuna tagħhom lill-Gran
Mastru? __________________________________________________________________
_______________________________________________________________________ (2)
B:
A:
Sors A: Pittura ta’ Papa Piju V li tinsab fil-Knisja tad-Dumnikani fil-Birgu.
Mara li f’idejha għandha pjanti
tas-swar ta’ belt
Paġna 2 minn 8 L-Istorja (Ġenerali) – Id-Disa’ Sena – 2017
1.5 Għaliex il-Gran Mastru ħass il-ħtieġa li tinbena belt ġdida? ___________________________
_______________________________________________________________________ (2)
1.6 Semmi raġuni waħda għaliex għażlu l-Għolja Xiberras għall-bini tal-belt il-ġdida.
________________________________________________________________________ (1)
1.7 Minn fejn kellu jinqata’ l-ġebel għall-bini tal-belt il-ġdida? _________________________ (1)
1.8 Il-belt kellha tkun belt mill-isbaħ li fiha kellhom jgħixu l-“ġentlomi”. Semmi żewġ liġijiet li
wieħed kellu jimxi magħhom biex isebbaħ il-belt il-ġdida.
__________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________ (2)
1.9.1 Din il-belt kienet nieqsa minn riżorsa naturali importanti ħafna għall-għajxien tal-bniedem.
X’kienet din ir-riżorsa? ___________________________________________________ (1)
1.9.2 Kif irnexxielu jegħleb din il-problema l-Gran Mastru Wignacourt? ____________________
_______________________________________________________________________ (1)
(Total: 15-il marka)
2. Wieġeb il-mistoqsijiet.
2.1 Ikteb l-isem tal-bini fl-ispazju ta’ taħt s-sors. (8)
Teatru Manwel Monte di Pietà Sagra Infermerija Il-Bibljoteka
Il-Berġa ta’ Kastilja Il-Kon Katidral ta’ San
Ġwann Il-Palazz Maġisterjali Il-Knisja tal-Vitorja
B: C:
D: E:
L-Istorja (Ġenerali) – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 3 minn 8
F: G:
H: I:
2.1.2 Mill-binjiet li jidhru f’sorsi B sa I, semmi binja waħda li hemm kontinwità fl-użu tagħha
minn Żmien il-Kavallieri sal-lum. ____________________________________________ (1)
2.2.1 Min kien il-Perit li għamel id-disinni tal-Berġa ta’ Kastilja? ________________________ (1)
2.2.2 X’jissejjaħ l-istil arkitettoniku li naraw fil-faċċata ta’ din il-Berġa? __________________ (1)
2.2.3 Għalkemm din il-Berġa baqgħet tintuża, l-użu tagħha nbidel. Kif kienet tintuża fi Żmien
il-Kavallieri u kif qed tintuża llum? ___________________________________________ (2)
2.3.1 Min kien jgħix fil-Palazz Maġisterjali? ________________________________________ (1)
2.3.2 Għaliex taħseb li dan il-Palazz inbena fiċ-ċentru tal-Belt Valletta? ____________________
________________________________________________________________________ (1)
2.3.3 X’kien l-użu tiegħu sa ftit ilu? _______________________________________________ (1)
2.3.4 F’dan il-Palazz hemm numru ta’ arazzi. Fisser x’inhuma l-arazzi. _____________________
_______________________________________________________________________ (1)
2.4 Il-Kavallieri bnew Bibljoteka u waqqfu Università fil-Belt Valletta. X’jurina dan dwar
il-Kavallieri? ____________________________________________________________ (1)
2.5.1 X’kienet is-Sagra Infermerija? ______________________________________________ (1)
2.5.2 Għaliex il-Kavallieri bnew is-Sagra Infermerija? __________________________________
_______________________________________________________________________ (2)
Paġna 4 minn 8 L-Istorja (Ġenerali) – Id-Disa’ Sena – 2017
2.5.3 Għaliex is-Sagra Infermerija nbniet f’tarf il-Belt Valletta ħdejn is-swar? ________________
_______________________________________________________________________ (2)
2.6.1 Min ħallas għall-bini tal-Knisja Konventwali? __________________________________ (1)
2.6.2 Għaliex din il-knisja ġiet iddedikata lil San Ġwann il-Battista? ________________________
_______________________________________________________________________ (1)
2.6.3 Semmi żewġ pitturi li nsibu f’din il-knisja u għid min kien l-artist tagħhom.
i. Pittura: _______________________________________________________________ (1)
Artist: ________________________________________________________________ (1)
ii. Pittura: _______________________________________________________________ (1)
Artist: ________________________________________________________________ (1)
2.7 X’kien l-użu tal-Monte di Pietà?_____________________________________________ (1)
(Total: 30 marka)
3. Wieġeb il-mistoqsijiet.
Sors J: Niċċa
Sors K: Salib tad-Dejma
Sors L: Kappella
3.1 Semmi żewġ raġunijiet għala l-Maltin kienu jagħmlu niċċa mal-faċċata tad-dar tagħhom.
__________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (2)
3.2 Għal xiex naħsbu li seta’ kien jintuża s-Salib tad-Dejma? __________________________(1)
3.3 Xi kappelli fl-irħula u fil-kampanja nbnew bħala ex voto. Xi tfisser ex voto?
_______________________________________________________________________ (2)
3.4 Xi ħjiel jagħtuna dawn is-sorsi dwar il-Maltin fl-imgħoddi? ___________________________
________________________________________________________________________ (1)
L-Istorja (Ġenerali) – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 5 minn 8
Sors M: Il-Mitħna tax-Xarolla
fiż-Żurrieq
3.5.1 Biex taħdem il-mitħna ta’ Sors M?
_____________________________________(1)
3.5.2 Fejn kien l-aħjar li tinbena mitħna?
_____________________________________ (1)
3.5.3 Għaliex taħseb li t-taħħan kien meqjus
bħala persuna importanti ħafna fir-raħal?
________________________________________
______________________________________(2)
3.5.4 Xi prodott kienet tipproduċi l-mitħna?
_____________________________________ (1)
Sors N
Sors O
3.6.1 Semmi żewġ differenzi bejn il-bini ta’ Sors N u dak ta’ Sors O. ________________________
__________________________________________________________________________
_______________________________________________________________________ (2)
(Total: 13-il marka)
Paġna 6 minn 8 L-Istorja (Ġenerali) – Id-Disa’ Sena – 2017
4. Uża s-sorsi biex twieġeb il-mistoqsijiet.
Sors P: Il-Birgu: belt marittima
Sors Q: Ritratt tal-Imdina
Sors R: Pittura tal-Imdina kif kienet tidher
qabel it-terremot.
4.1 Il-Birgu (Sors P) hu meqjus bħala belt
marittima. Xi nfissru biha meta ngħidu
hekk?
_________________________________________
________________________________________ (1)
4.2 Għaliex il-Kavallieri ma marrux jgħixu fl-Imdina imma marru l-Birgu? __________________
________________________________________________________________________ (1)
4.3 Għaliex l-Imdina (Sors Q) kienet mibnija fuq għolja? ________________________________
________________________________________________________________________ (1)
4.4 Semmi belt oħra fil-Gżejjer Maltin li hi mibnija fuq għolja. ________________________ (1)
4.5 It-toroq tal-Imdina huma mserrpa filwaqt li tal-belt Valletta huma dritti. Għaliex hemm din
id-differenza? ____________________________________________________________(2)
4.6 Agħmel linja taħt l-istil li bih kienet mibnija l-Imdina qabel it-terremot tal-1693.
(Medjevali, Rinaxximentali, Barokk) (1)
4.7 Osserva Sors R u wara semmi binja reliġjuża fl-Imdina li ġarrbet ħsarat kbar b’dan it-terremot.
_______________________________________________________________________ (1)
4.8.1 Min kien il-perit li għamel il-pjanti tal-bini fl-Imdina wara t-terremot? _______________ (1)
4.8.2 B’liema stil arkitettoniku nbena dan il-bini ġdid? ________________________________ (1)
4.9 Semmi bidla li saret fl-Imdina bħala parti mir-restawr wara t-terremot.
________________________________________________________________________ (1)
(Total: 11-il marka)
L-Istorja (Ġenerali) – Id-Disa’ Sena – 2017 Paġna 7 minn 8
5. Aqra Sors S u wara wieġeb il-mistoqsijiet.
Sors S: Qrib tmiem is-seklu tmintax il-qawwa Ottomana kienet iddgħajfet u għalhekk ma kienx
baqa’ l-ħtieġa li l-Ordni jgħasses il-baħar ta’ madwar il-gżejjer. Minħabba f’hekk l-iġfna tal-Ordni
ma setgħux jibqgħu jmorru għas-sibi. F’din il-klima ta’ dwejjaq, naqset id-dixxiplina fi ħdan l-Ordni
li l-imsieħba tiegħu, l-aktar iż-żgħażagħ, kienu ddakkru mit-tagħlim ġdid tas-Seklu tad-Dawl
(Enlightment) u tar-Rivoluzzjoni Franċiża.
5.1 Dan is-sors jirreferri għal tmiem is-seklu tmintax. Liema sena minn dawn tiġi f’dan
il-perjodu? (1889, 1679, 1789) (1)
5.2 X’kien is-sibi msemmi f’Sors S? _____________________________________________ (1)
5.3 Għaliex kien importanti s-sibi għall-Ordni? _____________________________________ (1)
5.4 Kif kien importanti s-sibi għal-Maltin? _________________________________________(1)
5.5 X’effett kellha r-Rivoluzzjoni Franċiża fuq l-Ordni? ________________________________
_______________________________________________________________________ (2)
(Total: 6 marki)
6. Aqra Sors T u wara wieġeb il-mistoqsijiet.
Sors T: Marie Antoinette ma kinitx maħbuba wisq mill-Franċiżi, l-ewwel nett għax kienet Awstrijaka
–laqqmuha l’Autrichienne – u t-tieni għax kienet tindaħal f’ħafna konfoffi ... L-akbar kawża li waslet
għar-Rivoluzjoni Franċiża kienet li r-Re kien jemmen fi Dritt Divin tar-Rejiet. Taħt ir-Re kien hemm
il-Kleru, in-Nobbiltà u t-Tielet Stat li jħaddan fih lill-bqija tal-poplu Franċiż: bejjiegħa żgħar,
ħaddiema u bdiewa.
Silta adattata mill-ktieb: Ir-Rivoluzzjoni Franċiża ta’ Frans Sammut
6.1 Min kien ir-re ta’ Franza meta faqqgħet ir-Rivoluzzjoni Franċiża? ___________________ (1)
6.2 Semmi żewġ privileġġi li kellhom il-Kleru u n-Nobbli qabel ir-Rivoluzzjoni Franċiża.
__________________________________________________________________________
________________________________________________________________________ (2)
6.3 X’ġara minn Marie Antoinette waqt ir-Rivoluzzjoni? _____________________________ (1)
6.4 X’kien il-Dritt Divin li kien jemmen fih ir-Re? __________________________________ (1)
6.5 Bit-tneħħija tal-Monarkija, Franza saret ________________________________________ (1)
6.6 Min kienu l-Enċiklopedisti? _________________________________________________ (1)
6.7 Liema minn dawn it-tliet ideali huma marbuta mar-Rivoluzzjoni Franċiża? Agħmel linja
taħthom.
(demokrazija, terrur, fraternità, progress,
ugwaljanza, tagħlim, reliġjon, libertà) (3)
(Total: 10 marki)
Paġna 8 minn 8 L-Istorja (Ġenerali) – Id-Disa’ Sena – 2017
7. Ikteb fil-tul dwar WAĦDA minn dawn t-temi.
7.1 Waqt li kienu jmexxu l-Gżejjer Maltin, il-Kavallieri investew ħafna fid-difiża. Ikteb dwar xi
proġetti li wettqu l-Kavallieri għad-difiża tal-gżejjer. Tista’ ssemmi l-fortifikazzjonijiet ta’ madwar
il-portijiet, il-bini ta’ swar difensivi, il-bini ta’ fortizzi, il-fortifikazzjonijiet ta' madwar il-kosta,
it-torrijiet, bini ta’ linji u batteriji mal-kosta u l-fortifikazzjonijiet f'Għawdex.
7.2 Ħafna mill-Maltin li riedu li l-Franċiżi jmexxu ’l Malta, ħassewhom ittraduti mit-tmexxija
Franċiża. Ikkumenta. Tista’ ssemmi x’kienu qegħdin jistennew il-Maltin mill-Franċiżi, id-drittijiet,
x’riformi ppjanaw li jagħmlu l-Franċiżi f’Malta u x’għamlu l-Franċiżi biex il-Maltin tilfu l-fiduċja
tagħhom fihom.
7.3 Ħafna Maltin kienu jiddependu fuq il-Kavallieri għall-għajxien tagħhom. X’tip ta’ xogħlijiet
kellhom il-Maltin mal-Kavallieri? Tista’ ssemmi x-xogħol li kellu x’jaqsam mal-flotta u x-xwieni,
il-biedja, is-sajd, xogħol fl-isptarijiet, is-sengħa tal-bini, snajja’ u xogħlijiet marbuta mal-kummerċ.
(Total:15-il marka)
________________________________________________________________________________