investiment f'toroq tal-aqwa kwalita' - futur fis-sod

8
L-Erbgħa, 20 ta’ Frar www.mychoice.pn f’din l-Elezzjoni SUPPLIMENT 20 13 500 triq residenzjali sar jew qed isir xogħol fuqhom Għawdex gawda minn diversi proġetti fil-qasam tal-infrastruttura u t-toroq Muscat jigdeb biex ikompli jaħbi... għandu jirriżenja ii iii vii FATTI U ĊIFRI TITKELLEM INT LENTI FUQ... L-ispinta li ngħatat lill- proġetti ta’ toroq kellha l-iskop li tkompli ssaħħaħ l-infrastruttura tat-toroq fil-gżejjer Maltin. Grazzi għal dawn il-proġetti llum pajjiżna jgawdi toroq isbaħ u aktar siguri minħabba li fil-kostruzzjoni tagħhom saret enfasi biex titħares kemm jista’ jkun saħħet is-sewwieqa, il-passiġġieri u anki n-nies li jkunu għaddejjin. Illum kulħadd jaqbel li grazzi għall-investimenti li saru fil-bini tat-toroq, għandna standards ta’ kwalità ogħla minn qatt qabel. Investiment f’toroq tal-aqwa kwalità Fil-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura l-Gvern għamel volum qawwi ta’ xogħol biex tejjeb l-infrastruttura tat-toroq arterjali u anki dawk residenzjali Fl-aħħar ħames snin, tlestew żewġ toroq arterjali – il-Bypass ta’ M’Skala u Triq Valletta fiż- Żurrieq. Barra minn hekk bdew sitt proġetti f’toroq arterjali oħra li b’kollox jgħoddu aktar minn tnax-il kilometru. Interessanti wkoll li saru 399 triq residenzjali u għaddej xogħol fuq madwar mitt triq oħra fil-lokalitjajiet kollha. Dan barra toroq oħra relatati ma’ proġetti partikulari bħall-mina ta’ Tigne u bħall-Ambaxxata Amerikana f’Ta’ Qali. Illum aktar minn qabel il-Gvern qed jieħu ħsieb li qabel jibda kull proġett isiru konsultazzjoni u laqgħat ta’ informazzjoni ma’ dawk kollha involuti – dawk li jipprovdu s-servizzi, il-komunità kummerċjali, il-Kunsilli Lokali u anke mar-residenti. Imbagħad tul il-proċess kollu tal-proġett toħroġ komunikazzjoni kontinwa kemm fuq il-post, fil-gazzetti u anke permezz ta’ ittri personalizzati. Barra minn hekk tul it- triq kollha żdiedu s-sinjali tat-traffiku biex jgħinu lis-sewwieqa jifhmu aħjar id-devjazzjonijiet li hemm biex jaslu għad-destinazzjoni tagħhom. Aktar minn 1,500 ħaddiem involuti f’xogħlijiet ta’ toroq Il-proġetti relatati mat-titjib tal-infrastruttura tat- toroq f’pajjiżna tul din il-leġiżlatura wasslu biex ħafna kumpaniji kienu involuti b’xi mod jew ieħor fix-xogħlijiet li saru. F’dawn il-proġetti ħadmu aktar minn 1,500 ħaddiem. Dan ifisser li dawn il-proġetti ta’ toroq ipprovdew diversi opportunitajiet ta’ xogħol u dħul għal għadd kbir ta’ familji. Dan ifisser li l-proġetti li saru mill-Gvern – kemm fuq livell nazzjonali u kemm fuq livell residenzjali – għenu mhux biss biex issaħħet l-infrastruttura tat-toroq biex issa għandna toroq ta’ kwalità aħjar, iżda wkoll biex inħoloq ix-xogħol u biex kompla jitjieb id-dħul tal-ħaddiema u l-familji Maltin. Fil-kostruzzjoni ta’ dawn it-toroq saret enfasi kbira fuq id-dettall u fuq il-kwalità. Il-Gvern esiġa xogħol mill-aqwa u dan biex ikun assigurat li l-flus li jintefqu, jintefqu tajjeb u fl-aħjar interess tal-pajjiż.

Upload: partit-nazzjonalista

Post on 23-Mar-2016

264 views

Category:

Documents


0 download

DESCRIPTION

Suppliment it-Tlieta 20 ta' Jannar 2013

TRANSCRIPT

Page 1: Investiment f'toroq tal-aqwa kwalita' - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 20 ta’ Frar www.mychoice.pn

f’din l-ElezzjoniSUPPLIMENT

2013

500 triq residenzjali sar jew qed isir xogħol fuqhom

Għawdex gawda minn diversi proġetti fil-qasam tal-infrastruttura u t-toroq

Muscat jigdeb biex ikompli jaħbi... għandu jirriżenjaii iii viiFaTTI U ĊIFrI TITkELLEM INT LENTI FUq...

L-ispinta li ngħatat lill-proġetti ta’ toroq kellha l-iskop li tkompli ssaħħaħ l-infrastruttura tat-toroq fil-gżejjer Maltin. Grazzi għal dawn il-proġetti llum pajjiżna jgawdi toroq isbaħ u aktar siguri minħabba li fil-kostruzzjoni tagħhom saret enfasi biex titħares kemm jista’ jkun saħħet is-sewwieqa, il-passiġġieri u anki n-nies li jkunu għaddejjin.

Illum kulħadd jaqbel li grazzi għall-investimenti li saru fil-bini tat-toroq, għandna standards ta’ kwalità ogħla minn qatt qabel.

Investiment f’toroq tal-aqwa kwalitàFil-ħames snin ta’ din il-leġiżlatura l-Gvern għamel volum qawwi ta’ xogħol biex tejjeb l-infrastruttura tat-toroq arterjali u anki dawk residenzjali

Fl-aħħar ħames snin, tlestew żewġ toroq arterjali – il-Bypass ta’ M’Skala u Triq Valletta fiż-Żurrieq. Barra minn hekk bdew sitt proġetti f’toroq arterjali oħra li b’kollox jgħoddu aktar minn tnax-il kilometru.

Interessanti wkoll li saru 399 triq residenzjali u għaddej xogħol fuq madwar mitt triq oħra fil-lokalitjajiet kollha. Dan barra toroq oħra relatati ma’ proġetti partikulari bħall-mina ta’ Tigne u bħall-Ambaxxata Amerikana f’Ta’ Qali.

Illum aktar minn qabel il-Gvern qed jieħu ħsieb li qabel jibda kull proġett isiru

konsultazzjoni u laqgħat ta’ informazzjoni ma’ dawk kollha involuti – dawk li jipprovdu s-servizzi, il-komunità kummerċjali, il-Kunsilli Lokali u anke mar-residenti. Imbagħad tul il-proċess kollu tal-proġett toħroġ komunikazzjoni kontinwa kemm fuq il-post, fil-gazzetti u anke permezz ta’ ittri personalizzati.

Barra minn hekk tul it-triq kollha żdiedu s-sinjali tat-traffiku biex jgħinu lis-sewwieqa jifhmu aħjar id-devjazzjonijiet li hemm biex jaslu għad-destinazzjoni tagħhom.

aktar minn 1,500 ħaddiem involuti f’xogħlijiet ta’ toroqIl-proġetti relatati mat-titjib tal-infrastruttura tat- toroq f’pajjiżna tul din il-leġiżlatura wasslu biex ħafna kumpaniji kienu involuti b’xi mod jew ieħor fix-xogħlijiet li saru.

F’dawn il-proġetti ħadmu aktar minn 1,500 ħaddiem. Dan ifisser li dawn il-proġetti ta’ toroq ipprovdew diversi opportunitajiet ta’ xogħol u dħul għal għadd kbir ta’ familji.

Dan ifisser li l-proġetti li saru mill-Gvern – kemm fuq livell nazzjonali u kemm fuq livell residenzjali – għenu

mhux biss biex issaħħet l-infrastruttura tat-toroq biex issa għandna toroq ta’ kwalità aħjar, iżda wkoll biex inħoloq ix-xogħol u biex kompla jitjieb id-dħul tal-ħaddiema u l-familji Maltin.

Fil-kostruzzjoni ta’ dawn it-toroq saret enfasi kbira fuq id-dettall u fuq il-kwalità.

Il-Gvern esiġa xogħol mill-aqwa u dan biex ikun assigurat li l-flus li jintefqu, jintefqu tajjeb u fl-aħjar interess tal-pajjiż.

Page 2: Investiment f'toroq tal-aqwa kwalita' - Futur fis-Sod

ii – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

399triq residenzjali

sar xogħol fuqhom f’ħafna lokalitajiet madwar Malta

u Għawdex

100triq residenzjali

oħra qed isir xogħol fuqhom bħalissa

Fatti u Ċifri

6proġetti f’toroq

arterjali prinċipali

2toroq arterjali oħra tlestew minn kollox

ritmu qawwi ta’ xogħlijiet infrastrutturali

fuq toroq arterjali li nbnew mill-ġdid

u fuq toroq residenzjali tal-aqwa kwalità

1,500ħaddiem b’ħiliet

fl-industrija tal-kostruzzjoni ħadmu fuq dawn il-proġetti

Inkomplu nkattru aktar opportunitajiet ta’ xogħol bi qligħ tajjeb għall-ħaddiema

X O G Ħ O L S A Ħ Ħ A E D U K A Z Z J O N I

Qabża oħra ta’ kwalitàMILL-PROGRAMM ELETTORALI TAL-PARTIT NAZZJONALISTA 2013

4. Sick leave meta t-tfal jimirdu

Is-sick leave jkun jista’ jintuża mhux biss meta timrad int iżda anki jekk jimirdu t-tfal. B’hekk tkun tista’ sserraħ rasek li jekk jinqala’ xi ħaġa lit-tfal int tkun hemm għalihom. L-implimentazzjoni ssir f’disussjoni ma’ min iħaddem sabiex jonqos l-użu tas-sick leave irregolari, tiżdied il-lealtà fl-impjieg u biex tinkoraġġixxi nisa u rġiel li qed irabbu jkomplu jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

5. Ħaddiema li jagħtu servizz lis-settur pubbliku

Illum, is-settur pubbliku jaħdem kemm b’ħaddiema impjegati direttament kif ukoll b’ħaddiema ingaġġati b’kuntratti ta’ servizz minn kuntratturi privati, bħal fl-oqsma tas-sigurtà, tindif u oħrajn. 

Biex dawn il-ħaddiema li jagħtu servizzi fis-settur pubbliku b’dan il-mod ikollhom kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, il-kuntratti għal servizzi mill-privat se:i. Jibdew jingħataw għal perjodu twil biex

b’hekk il-ħaddiema konċernati jkollhom xogħol aktar fiss;

ii. Jorbtu lill-kuntrattur b’kodiċi ta’ prattika li tassigura l-kundizzjonijiet xierqa għall-ħaddiema konċernati;

iii. Jesiġu bħala norma l-użu ta’ ħaddiema full-time, jew full-time b’sigħat imnaqqsa, u b’kuntratt indefinit, u ma jippermettux l-użu ta’ ħaddiema part-time mħaddma fuq sigħat full-time;

iv. Jinkludu l-Ordni ta’ Standard Nazzjonali (National Standard Order) li tkun tapplika għas-settur partikolari;

v. Jifirdu l-pagi tal-ħaddiema mill-ispiża tal-kuntrattur għas-servizzi tiegħu biex il-proċess kompetittiv ta’ tender ikun ibbażat fuq l-aħjar offerta mill-kuntrattur għas-servizzi tiegħu u mhux fuq il-pagi tal-ħaddiema.

6. Il-bolla u x-xogħol part-time

Ix-xogħol part-time qed jikber u aktar ħaddiema qed jagħżlu li jaħdmu part-time bħala l-ewwel preferenza tagħhom jew biex jaqilgħu xi ħaga żejda fuq ix-xogħol prinċipali tagħhom. Il-ħlas tal-bolla għal dawn il-ħaddiema se jiġi aġġustat sabiex:i. Ħaddiema li jaħdmu aktar minn xogħol

part-time wieħed flok xogħol full-time jkunu jistgħu, jekk iridu, iħallsu l-bolla fuq aktar minn xogħol wieħed biex hekk jikkontribwixxu għal pensjoni ogħla;

ii. Ħaddiema impjegati full-time imma li jkollhom paga baxxa u li jaħdmu wkoll xogħol part-time jkunu jistgħu jagħzlu li jħallsu l-bolla wkoll fuq ix-xogħol part-time biex b’hekk jikkontribwixxu għal pensjoni ogħla;

iii. Ħaddiema self-employed fuq bażi part-time jibdew iħallsu l-bolla pro-rata skont kemm hu l-qligħ tagħhom u ma japplikax minimu li kulħadd irid iħallas, benefiċċju li s’issa jgawdu minnu biss ħaddiema nisa self-employed fuq bażi part-time.

Page 3: Investiment f'toroq tal-aqwa kwalita' - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 20 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – iii2013 www.mychoice.pn

TitkellemGħawdex matul din il-leġiżlatura mmexxija minn Gvern Nazzjonalista gawda minn diversi proġetti kbar u importanti fil-qasam tal-infrastruttura u t-toroq. Dawn il-proġetti wasslu biex inħolqu diversi opportunitajiet ta’ xogħol għal kumpaniji u ħaddiema Għawdxin f’Għawdex stess

Għawdex kien dejjem fiċ-ċentru tal-attenzjoniGħawdex kien dejjem fiċ-ċentru tal-attenzjoni, b’mod speċjali f’dawn l-aħħar snin tant li issa hu wkoll meqjus bħala l-ewwel destinazzjoni tal-ivvjaġġar fl-Ewropa, titlu xieraq għal gżira bħal din li għandha tant x’toffri lill-Maltin iżda fuq kollox lit-turisti.

Proġett li niftakar fih hu dak tal-bini ta’ skejjel, skejjel bl-aqwa kundizzjonijiet biex l-istudenti joħorġu aktar b’ħiliet edukattivi u jkunu jistgħu jsibu impjieg aħjar. B’aktar Għawdxin imħarrġa f’diversi oqsma jkun ferm aktar faċli li wieħed jattira l-investiment lejh.

Żgur li kull omm tieħu gost li wliedha jkunu mħarrġa fi skejjel ġodda u b’armar teknoloġiku avvanzat u ta’ kwalità.

Proġetti mill-aktar importanti b’risq GħawdexGħawdex hu gżira ferm iżgħar minn Malta u għalkemm it-tnejn li huma gżejjer, naħseb li Għawdex jiffaċċja problemi ferm ikbar minn ta’ Malta u kultant, numru ta’ nies fosthom studenti, ikollhom ta’ kuljum jew ta’ spiss jaqsmu l-fliegu biex jaslu Malta biex jistudjaw jew jaħdmu.

Investiment li jgħin lil Għawdex itaffi ftit mill-problemi tiegħu, fosthom dawk relatati mal-ġenerazzjoni tal-impjiegi, hu l-proġett tal-cruise liners, biex ikunu jistgħu jidħlu f’Għawdex ukoll u t-turisti ta’ fuqu jkunu jistgħu jinżlu u jduru dawra mal-post. Minħabba ċ-ċokon tal-gżira, dawk li jżuru Għawdex ikunu jistgħu jżuru ferm aktar postijiet storiċi u tipiċi Għawdxin.

Investiment favur ir-residenti f’GħawdexJiddependi x’wieħed jifhem minn investiment kapitali. Jekk wieħed jifhem investiment kapitali bħala investiment ta’ somma kbira ta’ flus bħall-irranġar tal-port tal-Imġarr f’Għawdex, li fih jilqgħek ambjent komdu u sigur meta tinżel mill-vapur, u mhux tinżel f’nofs triq, dak hu wieħed minnhom.

Imbagħad hemm investimenti li jinvolvu somom kbar ta’ flus iżda li dawn jintefqu f’somom żgħar matul is-sena kollha, fosthom taħriġ għal kulħadd bħal-Lifelong learning u taħriġ tal-ETC.

Investimenti bħal dawn kien hemm ħafna f’Għawdex, fosthom li wieħed isib il-manutenzjoni li ssir ta’ kuljum f’diversi postijiet, fil-kampanja, f’toroq rurali u fuq kollox fil-bliet u l-irħula Għawdxin, kollox biex kemm ir-residenti li jgħixu fil-post iżda wkoll it-turisti jħossuhom komdi u jerġgħu jiġu.

Investiment fl-infrastrutturaL-infrastruttura hi waħda mill-elementi prinċipali li pajjiż ikollu bżonn biex jirnexxi ekonomikament u soċjalment. It-toroq huma waħda minn dawn il-prijoritajiet, anke dawk li jiġu mibnija għall-ewwel darba.

Il-vantaġġi huma kbar u minnhom jibbenefika kulħadd, mill-istat san-negozjant u l-individwu. Għawdex kellu tali esperjenza bil-bini ta’ toroq ġodda u kisi tat-tarmak li sar f’diversi zoni li minnhom ibbenefikaw kumpaniji li rebħu t-tenders u b’hekk inħoloq aktar xogħol għall-Għawdxin. Toroq aħjar ifissru servizz aħjar u malajr minn destinazzjoni għal oħra. Dan jibbenefika minnu s-settur pubbliku bħat-trasport pubbliku iżda wkoll tat-taxis li jwasslu lit-turisti f’postijiet varji f’inqas ħin.

Għawdex hu mużew ħajGħawdex, bħal Malta, hu mużew ħaj, mużew mimli esperjenzi sbieħ u li jagħtik esperjenza unika, li tista’ tmiss l-istorja ta’ dan il-poplu b’idejk. Tmur saċ-Ċittadella, fortifikazzjoni bħal dik, tista’ tidħol f’kull kamra, f’kull post, u tara b’għajnejk u tmiss b’idejk dawk il-ħitan kbar, u tara graffiti fil-ġebla li hi parti mill-istorja wkoll.

Dawn is-siti storiċi huma ta’ importanza kbira għall-patrimonju Malti tant li l-Gvern investa miljuni kbar ta’ ewro f’dan il-qasam fil-forma ta’ restawr. Għen biex dawn is-siti ma jkomplux jiddeterjoraw mas-snin u jkunu aċċessibbli minn kulħadd speċjalment mit-turisti li llum il-ġurnata jiġu apposta għall-istorja.

Meta wieħed jinnota li dawn is-siti huma miżmuma daqshekk tajjeb, awtomatikament ir-reklam bil-fomm ta’ min ġie jżurhom se jikber.

FRANKIE DEbONObIRKIRKARA

JOE CURMISAN ĠILJAN

JOSEPhINE CALLEJAIL-MOSTA

JOSEPh DIMEChĦAż-żEbbUĠ

JOE MIFSUDIL-GżIRA

Page 4: Investiment f'toroq tal-aqwa kwalita' - Futur fis-Sod

iv – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Għaliex għandna l-finanzi fis-sod saħħaħna l-infrastruttura tat-toroq arterjali u dawk fil-bliet u fl-irħula

Il-prinċipju li mexa fuqu l-Gvern fil-proġetti tal-infrastruttura tat-toroq kien ċar tul

il-leġiżlatura kollha – l-aqwa u l-aħjar biss għax il-Maltin u l-Għawdxin hekk biss

ħaqqhom. Illum kulħadd jaqbel li għandna toroq tajbin u aktar siguri minn qatt qabel

Page 5: Investiment f'toroq tal-aqwa kwalita' - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 20 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – v2013 www.mychoice.pn

Proġett ambizzjuż ta’ toroq ġodda hu dak fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa li beda f’April tas-sena 2011. Dan il-proġett iwassal mid-daħla tal-Armier sat-terminal taċ-Ċirkewwa. It-triq hi 2.6km u l-investiment, b’kofinanzjament minn fondi Ewropej hu ta’ €10 miljun

Proġett ieħor mill-aktar importanti ta’ bini ta’ toroq hu l-proġett ta’ Triq il-

Kunsill tal-Ewropa u Triq Gribaldi f’Ħal Luqa li kien mifrux fuq tul ta’ 2.2km. Dawk kollha li għaddew jew jgħaddu

minn dawn it-toroq jistgħu jixhdu kemm dan hu proġett mill-aqwa u mill-aktar

siewja fl-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż

Matul dawn il-ħames snin saru ħafna proġetti importanti fil-qalba tal-bliet u

l-irħula ta’ Malta u Għawdex biex toroq kienu pavimentati u msebbħa u hekk taw

dehra isbaħ lill-ambjent tipiku Malti fejn jinsabu. Dawn ix-xogħlijiet ħafna drabi

saru mill-Gvern u l-Kunsilli Lokali

Page 6: Investiment f'toroq tal-aqwa kwalita' - Futur fis-Sod

vi – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

Muscat jagħżel ħażin...

MUSCAT JAGĦżEL LIL MIN JGĦAFFEĠ

Fl-aħħar ġranet Muscat irrepeta diversi drabi li qatt ma kien jaf xejn dwar il-każ ta’ tqattigħ’ ta’ ‘blokka bajda’ f’każin Laburista

Imma l-barman tal-każin tal-Labour kitiblu darbtejn dwar dan il-każ fis-7 t’Awwissu 2009 u fl-20 ta’ Frar 2012, sena ilu eżatt, meta l-barman kiteb hekk lil Muscat:

...u tbati int

Il-“blokka bajda” żgur mhix silġa!

Page 7: Investiment f'toroq tal-aqwa kwalita' - Futur fis-Sod

L-Erbgħa, 20 ta’ Frar f’din l-Elezzjoni – vii2013 www.mychoice.pn

LENTI FUq...

Il-leader tal-Labour Party Joseph Muscat kien jaf bil-każ tal-“blokka bajda” ta’ droga li kienet qed titqatta’ f’każin Laburista, kellu żewġ ittri f’idejh dwar il-każ mill-barman tal-każin Laburista fejn seħħ dan il-każ u li qed jgħid li saħansitra ltaqa’ ma’ Muscat dwar dan il-każ. Meta f’dawn l-aħħar jiem Muscat iddikjara ripetutament li ma kienx jaf, Muscat gideb biex jgħatti xturu għax kien jaf b’dan il-każ imma ħbieh u m’għamel xejn f’każ fejn il-“blokka bajda” li semma Toni Abela tindika traffikar ta’ droga li jista’ jġib piena ta’ għomor il-ħabs.

Dan hu xi rriżulta lbieraħ f’konferenza stampa tal-PN li kompliet tikxef il-gravità ta’ dan il-każ hekk imsejjaħ tal-“blokka bajda” imma li hu każ li qed juri fiex waqa’ l-Labour Party ta’ Muscat li għandu baħar jikkumbatti bejn il-fatti u l-pożi.

IL-GIDbA ĊARA TA’ MUSCATF’dawn l-aħħar ġranet, mistoqsi dwar dan il-każ, Muscat qal: “ma kellix idea”. U mistoqsi għal darb’oħra,

Muscat jigdeb biex ikompli jaħbiMuscat reġa’ qal li ma kienx jaf: “Jien ma kelli qatt sitwazzjoni bħal din; kieku żgur li kont nirrapporta lill-Pulizija.”

Iżda l-barman li jaf kollox dwar dan il-każ kiteb ittra lil Muscat fl-20 ta’ Frar 2012, sena ilu eżatt. F’din l-ittra lil Muscat, il-barman tal-każin tal-Labour jgħid lil Muscat: “Il-każ inti tafu kollu għax kont ktibtlek madwar sentejn u nofs ilu u, wara insistenza minn kollega tiegħi, inti ltqajt miegħi.”

MUSCAT GIDEb bIEX IKOMPLI JAĦbIMuscat għamel żewġ atti gravissimi: 1. ħeba każ li minn dak li qal

Toni Abela stess jindika li hu każ ta’ traffikar ta’ droga f’każin tal-Labour li jista’ jġib piena ta’ għomor il-ħabs; u

2. gideb li ma jafx meta llum hawn prova ċara li kien jaf minn ras il-għajn – mingħand il-barman stess tal-każin tal-Labour – u gideb meta qal li kieku kien jaf kien jirrapporta lill-

Pulizija, għax fil-fatt kien jaf u ma rrappurtax.

Dawn huma t-tnejn gravi ħafna.

IT-TMEXXIJA TAL-LAbOUR IMNAWRAToni Abela hu deputy leader tal-Labour u responsabbli mill-każini tal-Labour. Toni Abela qal b’leħnu stess: “kien hemm xi ħadd qed iqatta’ “blokka bajda”... qbadniehom fil-fatt”. Toni Abela jaf ukoll bil-gravità kbira tal-każ għax iddikjara b’leħnu stess: “il-Bambin biss jaf x’kien jiġri kieku mort nirrapporta.” Imma flok mexxa, ħeba dak li kliemu stess jindika li kien traffikar tad-droga f’każin tal-Labour waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tar-rebħa Laburista fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fis-7 ta’ Ġunju 2009.

IL-ĦUTA MINN RAShA TINTENMin hu responsabbli għal dan kollu? Bil-Malti ngħidu li l-ħuta minn rasha tinten.

Muscat ma jistax iwaħħal

f’Toni Abela. Muscat kien jaf bil-każ b’ittra xahrejn wara li seħħ u m’għamel xejn. Muscat żgur sar jaf aktar meta, skont il-barman tal-każin Laburista stess, Muscat iltaqa’ mal-barman. Żgur ma tkellmux fuq is-silġ li jintefa’ fid-drinks. Ittra oħra tal-barman reġgħet fakkret lil Muscat fil-każ.

Ir-responsabbiltà ta’ Muscat f’dan il-każ hi gravi ħafna. Muscat jaħti aktar minn Toni Abela. Għax Muscat hu l-leader tal-Labour Party u, indipendentement minn Toni Abela, kien jaf dirett mill-barman tal-każin Laburista. Muscat ħeba. Muscat gideb lill-pubbliku kollu b’mod l-aktar ċar.

KUNTRAST KbIR MA’ LAWRENCE GONZIIl-kuntrast bejn Muscat u Lawrence Gonzi hu kbir. Lawrence Gonzi jirrapporta mill-ewwel kull allegazzjoni ta’ abbuż. Dan il-pajjiż kellu diversi każi fejn il-Pulizija ħadet passi, ressqet in-nies, instabet il-ħtija u l-ħati weħel il-ħabs. Ma’ Lawrence Gonzi m’hemmx kantunieri, hu min

hu. Minn Imħallef sa chairman sa skrivan, kif iddikjara b’mod qawwi ħafna Lawrence Gonzi stess matul din il-kampanja elettorali. L-aħħar każ dwar ix-xiri taż-żejt jerġa’ juri l-integrità kbira ta’ Lawrence Gonzi.

MUSCAT GĦANDU JIRRIżENJAMin-naħa l-oħra, il-każ ta’ traffikar ta’ droga f’każin tal-Labour mhux biss seħħ waqt it-tmexxija ta’ Muscat, imma wkoll Muscat kien jaf bih għal darba, darbtejn, tlieta kif jikkonfermaw l-ittri tal-barman tal-każin. Muscat ħeba dan il-każ u ħalla dak li kien jaf li seta’ kien traffikar tad-droga għaddej u min hu ħati tiegħu ħieles. Muscat gideb ripetutament meta mistoqsi dwar dan il-każ.

Hu ċar ħafna li Muscat għandu jirriżenja. Din mhix sejħa li ssir ta’ spiss dwar xi mexxej ta’ partit politiku. Imma l-gravità ta’ dan il-każ u l-gideb ċar dwaru ma jistgħux ħlief jimponu fuq Muscat ir-riżenja għax gideb biex jgħatti xturu.

Muscat:“Ma kellix idea”“Ma kelli qatt sitwazzjoni bħal din”

Il-barman tal-każin tal-Labour:“Il-każ inti tafu kollu għax kont ktibtlek madwar sentejn u nofs ilu u, wara insistenza minn kollega tiegħi, inti ltqajt miegħi”

Page 8: Investiment f'toroq tal-aqwa kwalita' - Futur fis-Sod

viii – f’din l-Elezzjoni L-Erbgħa, 20 ta’ Frar 2013www.mychoice.pn

“Il-Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista tul din il-leġiżlatura wettaq b’suċċess diversi proġetti marbuta mat-titjib tal-infrastruttura tat-toroq. U dan kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll lokali. Illum kulħadd jista’ jgawdi toroq isbaħ, aħjar u aktar siguri. Ħidma li ma taqta’ xejn li pprovdiet ukoll diversi opportunitajiet ta’ xogħol.”

- il-Prim Ministru Lawrence Gonzi