information sheet dicembru 2010 - ak malta...1 il-presidenza generali, il-membri tad-direttorju u...

12
1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena Gdida mimlija rizq u barka lid-Dirigenti Parrokkjali, Assistenti Ekklezjastici, lill-Membri kollha tal-Azzjoni Kattolika Maltija u l-Familjari, Benefatturi, lill-Familja kbira tal-Morda u dawk b’Dizabilità, Lill-Anzjani, b’mod specjali dawk tad-Dar Familja Mqaddsa, Naxxar u lil kulhadd. DIĊEMBRU 2010 NEWSPAPER POST INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 IKUN MFAĦĦAR ĠESU KRISTU! AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA ISTITUT KATTOLIKU FLORIANA FRN 1441 TEL: 21 222239/21 237031 Website: www.akmalta.org Email: [email protected] NUMRU 260

Upload: others

Post on 06-Feb-2020

7 views

Category:

Documents


0 download

TRANSCRIPT

Page 1: INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 - AK Malta...1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena

1

Il-Presidenza Generali,

Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali

Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis

u s-Sena Gdida mimlija rizq u barka lid-Dirigenti Parrokkjali,

Assistenti Ekklezjastici, lill-Membri kollha tal-Azzjoni Kattolika Maltija u l-Familjari, Benefatturi, lill-Familja kbira tal-Morda

u dawk b’Dizabilità, Lill-Anzjani, b’mod specjali dawk

tad-Dar Familja Mqaddsa, Naxxar u lil kulhadd.

DIĊEMBRU 2010 N E W S P A P E R P O S T

INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 IKUN MFAĦĦAR ĠESU KRISTU! AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

ISTITUT KATTOLIKU

FLORIANA FRN 1441

TEL: 21 222239/21 237031

Website: www.akmalta.org

Email: [email protected]

NUMRU 260

Page 2: INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 - AK Malta...1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena

2

AZZJO N I KATTO L IK A MAL TIJA IN FO R MATI O N SHEET D IC EMB R U 2010

MADWARNA

Assistent Ekkleżjastiku Ġdid għaż-ŻAK Nagħtu merħba lil Fr. Reuben

Gauci u nilqgħuh fil-familja kbira tal-Azzjoni Kattolika Maltija. Bħala Assis-

tent Ekkleżjastiku taż-ŻAK Fr. Reuben ser ikun qed jassisti pastoralment lill-

adoloxxenti u liż-żgħażagħ tagħna fil-ħajja u l-ħidma tagħhom fil-gruppi li

għandna mmexxija miż-ŻAK f’diversi parroċċi.

Abbonament Ħuġġieġa Inħeġġeġ lill-membri taċ-Ċirkoli kollha biex jieħdu

ħsieb jabbonaw fil-Ħuġġieġa. Din isservi ta’ gwida għal-laqgħat li jsiru ta’ kull

ġimgħa kif ukoll għal-irtiri. Id-Delegata Stampa Tajba jew il-President ta’ kull

ċirkolu għandhom jieħdu ħsieb jaraw li kull membru tabbona biex ikollha

kopja tal-Ħuġġieġa. Din hija rivista maħruġa uffiċjalment mill-Azzjoni Katto-

lika Maltija għall-membri tagħha u jekk ngħidu li aħna membri impenjati fl-

AKM għandu jkollna kopja f’idejna.

Leħen is-Sewwa u Tagħna t-Tfal Infakkar li dawn huma żewġ gazzetti maħ-

ruġa mill-AKM, waħda hija l-unika gazzetta reliġjuża li għadha tiġi ppub-

blikata u toħroġ kull ġimgħa; filwaqt li l-oħra hija gazzetta ta’ kull xahar mim-

lija tagħrif, tagħlim u logħob għat-tfal. Ħudu ħsieb li tabbonaw intom u lit-tfal

jew neputijiet tagħkom.

Festa ta’ Kristu Re L-Arċisqof Pawlu Cremona O.P għamel żewġt appelli fid

-diskors li għamel fil-festa ta’ Kristu Re. L-Arċisqof appella sabiex kull Nis-

rani jimxi fuq l-eżempju ta’ Ġesù. Aċċenna wkoll għal fatt li kull bniedem

għandu jiġi mogħti d-dinjità li ħaqqu u dan qal nistgħu niksbuh biss jekk aħna

naraw lilna nfusna fihom.

It-tieni appell kien li t-tagħlim neżerċitawh u nippruvaw noħolqu bidla fejn hu

possibbli. Dan għandu jkun l-għan prinċipali ta’ kull nisrani, cioè li jirrap-

preżenta lil kull min hu batut. B’hekk veru neżerċitaw eżempju nisrani - dak li

ma nibqgħux passivi quddiem it-tbatija ta’ ħaddieħor iżda nagħtu kas ta’ min

hu fil-bżonn.

Dan id-diskors huwa rifless sewwa fil-Viżjoni u l-Missjoni tal-AKM li

ppreżentajna fl-Assemblea Ġenerali.

Page 3: INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 - AK Malta...1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena

3

AZZJO N I KATTO L IK A MAL TIJA IN FOR MATIO N SHEET D IC EMB R U 2010

Fil-Viżjoni nsibu li l-imseħbin tal-Azzjoni Kattolika Maltija:

Ifittxu wiċċ il-Mulej f’umanità sfigurata mit-tbatija u l-inġustizzja.

(Kontemplazzjoni u impenn soċjali) - KRISTU FIL-FQIR.

Fil-Missjoni nsibu li l-imseħbin tal-Azzjoni Kattolika Maltija:

Bix-xhieda u l-ħidma tagħhom jgħinu lil ħuthom jiltaqgħu m’Alla u jilqgħuh f’ħajjithom,

b’mod speċjali f’impenn favur il-ġustizzja u servizz ta’ mħabba lill-fqar.

(Niżirgħu l-fidi filwaqt li naħdmu għall-ġustizzja)-IMPENN FAVUR IL-FQAR .

Inħeġġiġkom tiddiskutu aktar fil-fond fuq dawn iż-żewġ punti.

Carmen Agius

President Ġenerali

TESSERAMENT ĊENTRALI

is-Sibt 8 ta’ Jannar 2011

fis-6.00 ta’ filgħaxija

Sala Mons. Gonzi, Istitut Kattoliku, Floriana

NIBDEW B’QUDDIESA LI FIHA JSIR IT-TESSERAMENT TAD-DIRIĠENTI ĊENTRALI

WARA NAQSMU FLIMKIEN IX-XEWQAT TAJBA GĦAS-SENA L-ĠDIDA.

Page 4: INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 - AK Malta...1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena

4

ATTIVITAJIET GĦAX-XAHAR TA’

DIĊEMBRU 2010

Ħamis 2 Fergħa Nisa Kunsill Ċentrali - 9.30 ta' filgħodu - Istitut Kattoliku

Ħamis 2 Fergħa Xebbiet Kunsill Ċentrali - fis-6.00 ta' filgħaxija- Istitut Kattoliku

Ġimgħa 3-5 ŻAK Live-in ŻAK B’Kara

Sibt 4 ŻAK BREAK FREE - Quddiesa organizzata miż-ŻAK Ibraġ

Ħadd 5 Fergħa Xebbiet High Tea

Ħamis 9 Fergħa Nisa Laqgħa Soċjali Romol - dettalji f’pagna 6

Ħamis 9 Fergħa Xebbiet Rtir tal-Avvent, St. Joseph Retreat Home, Rabat

Ġimgħa 10-13 ŻAK ŻAK Hal Tarxien & ŻAK Żabbar live-in

Tlieta 14 Direttorju Laqgħa fis-6.00 ta' filgħaxija

Erbgħa 15 Ħidma Morda Laqgħa tal-Kummissjoni fis-6.00 ta’ filgħaxija

Ħamis 16 Fergħa Nisa Skola tal-Appostolat - 9.30 ta' filgħodu - Istitut Kattoliku

Ġimgħa 17 Fergħa Rġiel Kunsill Ċentrali - fil-5.30 ta' filgħaxija. Wara laqgħa soċjali

għall-membi kollha f’Sala Dandria fis-6.00.

Ħadd 19 ŻAK Support Group - 7.30 ta’ filgħaxija - Dar Nazaret

Tlieta 28 ŻAK End of Year Activity - Step 2011

JANNAR 2011

Ħamis 6 Fergħa Nisa Kunsill Ċentrali - 9.30 ta' filgħodu - Istitut Kattoliku

Ħamis 6 Fergħa Xebbiet Kunsill Ċentrali - fis-6.00 ta' filgħaxija- Istitut Kattoliku

Sibt 8 Diriġenti Kollha Tesserament Ċentrali - Sala Mons. Gonzi - fis-6.00 ta’

filgħaxija

AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA INF ORMATION SHEET DICEMBRU 2010

Page 5: INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 - AK Malta...1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena

5

AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010

ĦINIJIET TAL-FTUĦ TAS-SEGRETERIJA

TAL-AZZJONI KATTOLIKA FL-ISTITUT KATTOLIKU

FLORIANA MATUL IL-ĠRANET TAL-MILIED:-

24 ta’ Diċembru jiftaħ sas-1.00 ta’ wara nofsinhar

31 ta’ Diċembru jiftaħ sas-1.00 ta wara nofsinhar

AMMINISTRAZZJONI ĊENTRALI

FILWAQT LI NIXTIEQU NAWGURAW LILL-MEMBRI KOLLHA MILIED ĦIENI U SENA MIMLIJA RISQ NIX-

TIEQU NFAKKRU LIL PRESIDENTI TAĊ-ĊIRKOLI BIEX JGĦADDU L-INFORMAZZJONI LI TINSAB FL-

INFORMATION SHEET LILL-MEMBRI KOLLHA.

GRAZZI TAL-GĦAJNUNA!!!

Page 6: INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 - AK Malta...1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena

6

AZZJO N I KATTO L IK A MAL TIJA IN FO R MATIO N SHEET D IC EMB R U 2010

SEGRETARJAT ASSISTENZA SOĊJALI TAL-AZZJONI KATTOLIKA

Objettivi tal-Ħidma tas-SAS għal matul din is-Sena Soċjali

1 Inkunu parti mill-Pjan ta’Alla

Il-Pjan ta’ Alla għal kull wieħed u waħda minna huwa ħafna drabi misteru. Imma

ħaġa waħda hi żgura li Alla jridna nużaw b’mod sħiħ ir-rigali kollha li tana. L-

imħabba tagħna lejn Alla hija imkejjla b’kemm aħna lesti li nħobbu lil xulxin kif

inħobbu lilna nfusna u li nagħmlu r-rieda ta’Alla f’kollox. Din għandha tkun kuljum

il-viżjoni tagħna matul din is-sena u dejjem.

2 Integrati b’mod sħiħ fil-programm tal-Azzjoni Kattolika

Is-SAS se jkun preżenti fl-iżviluppi li se jseħħu hekk kif l-Azzjoni Kattolika Maltija

din is-sena se twettaq fil-prattika dak li ġie diskuss dan l-aħħar xhur b’mod intensiv

f’diversi fora tal-A.K.M. bl-għan li jiġu evalwati diversi ħidmiet tal-A.K.M. Is-SAS

se jkun kontinwament preżenti wkoll fil-programm kif ikun imfassal mid-Direttorju

tal-Azzjoni Kattolika.

3 Fi ħdan id-Djoċesi ta’ Malta u fil-Komunità kollha

Is-SAS huwa konxju ħafna mill-ħtieġa li naħdmu kemm jista’ jkun mill-viċin u

flimkien ma’ entitajiet oħra fid-Djoċesi li jaħdmu fl-appostolat tal-karità u ħidma

soċjali. Il-Kunsill Caritas huwa l-ogħla organu fil-Knisja f’dan l-aspett u l-preżenza

tas-SAS hija kontinwa u attiva. Kontinwament ukoll il-parteċipazzjoni tas-SAS mal-

Istituzzjonijiet Governattivi u NGO’s fejn tidħol il-ħidma soċjali u karitattiva.

4 Formazzjoni

Huwa assolutament indispensabbli li nkunu iffurmati sewwa biex naqdu lill-bniedem

fil-bżonn. Mal-motivazzjoni spiritwali tagħna jrid ikun hemm dejjem il-

preparazzjoni u t-tagħlim biex is-servizz ikun kemm jista’ jkun tajjeb.

5 Kuntatt maċ-Ċirkoli tal-A.K.M. fil-Parroċċi

L-iżvilupp tal-Kummissjoni Djakonija fil-Parroċċi bidlet xi ftit jew wisq il-kuntatt

tagħna mal-livell parrokkjali. Għal din ir-raġuni se jsir sforz biex ikun hemm kuntatt

aktar mill-viċin maċ-Ċirkoli tal-A.K.M. fil-Parroċċi.

6 Advocacy

Hija responsabbiltà ta’ kull min għandu rieda tajba li jressaq quddiem l-Awtoritajiet

sitwazzjonijiet soċjali li qed iġibu tbatija lil xi individwu u/jew faxex fis-soċjetà li ma

jkunux qed iżommu l-pass mal-progress soċjali. Is-SAS se jkun attiv f’din id-

direzzjoni.

7 It-Tagħlim Tal-Knisja Universali fuq temi soċjali jikkumplimentaw l-ispirtu

evanġeliku li huwa l-Ispirtu tal-Mulej. Naraw li l-membri SAS u kull membru tal-

A.K.M. jfittex li jkun midħla sewwa ta’ dan it-tagħlim Soċjali.

8 Insaħħu l-istrutturi tas-SAS biex is-servizz ikompli jitjieb.

Page 7: INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 - AK Malta...1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena

7

AZZJO N I KATTO L IK A MAL TIJA IN FO R MATIO N SHEET D I C EMB R U 2010

SEGRETARJAT ASSISTENZA SOĊJALI

TAL-AZZJONI KATTOLIKA

Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr u Laqgħa bejn il-Ħbieb

Nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru, 2010

Bħal ma nagħmlu ta’ kull sena fi żmien il-festi tal-Milied u l-bidu tas-sena l-ġdida, din is-sena

wkoll, se norganizzaw Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr u laqgħa bejn il-ħbieb u l-familjari sabiex

filwaqt li nirringrazzjaw lil Alla għall għajnuna tiegħu matul is-sena li għaddiet, niltaqgħu ftit

bejnietna u nawguraw l-isbaħ xewqat lil xulxin.

Din il-laqgħa se ssir nhar il-Ġimgħa 10 ta’ Diċembru, 2010 fis-6.30 ta’filgħaxija fis-Sala Mons.

Dandria, l-Istitut Kattoliku, Floriana.

Kalendarju b’informazzjoni u Ħidma li qed titwettaq mis-S.A.S.

Għadu kif ħareg il-Kalendarju S.A.S. għas-sena 2011 b’informazzjoni,

programm u ħidma li qed titwettaq mill-istess S.A.S. ma’ ħutna fil-

bżonn. Min jixtieq aktar kopji ta’ dan il-kalendarju jistà jċempel l-

Uffiċċju Ċentrali fuq in-numru tat-telefon: 21 220286.

HIGH TEA GĦALL-ANZJANI TAD-DJAR TAL-KNISJA

Is-SAS jorganizza dan il-HIGH TEA bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju

Ċentrali tad-Djar tal-Knisja tal-Anzjani. Dan se jsir fit-TOPAZ HOTEL -

Bugibba nhar il-Ġimgħa, 7 ta’ Jannar 2011 fl-3.45 ta’ filgħaxija. Ikun

hemm ukoll programm ta’ varjetà.

SERVIZZ BIL-MINIBUSES

Nixtiequ nappellaw b’mod partikulari lil dawk il-Parroċċi li qatt s’issa ma għamlu użu minn dan

is-servizz. Araw fil-Parroċċa fejn hemm anzjani li ma joħorgux minħabba l-kundizzjoni

tagħhom. Ibbukkjaw ħarġa biex huma wkoll iħossuhom parti mill-Komunità.

Ċemplu fuq 21 226920 u ħallu MESSAĠĠ fuq l-Answering Machine u s-Sur Theuma jċempel

lura hu stess jew fuq il-Mobile No: 99452768 (Joe Theuma Driver). F’każ ta’ diffikultà ċemplu

l-Uffiċċju SAS 21220286 u agħmlu l-booking tagħkom

Page 8: INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 - AK Malta...1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena

8

AZZJO N I KATTO L IK A MAL TIJA IN FO R MATIO N SHEET D IC EMB R U 2010

KUMMISSJONI ROMOL

se torganizza Laqgħa Soċjali

Nhar il-Ħamis 9 ta’ Diċembru, 2010

Fil-Canifor Hotel, Qawra

PROGRAMM

10.00 a.m. Tluq minn fejn l-Istitut Kattoliku, Floriana

10.45 a.m. Quddiesa fil-Knisja ta’ San Guzepp

Ħaddiem, ix-Xemxija

12.00 p.m. Ikla Buffet fil-Canifor Hotel, Qawra

(tazza nbid jew luminata inklużi)

3.00 p.m. Tluq lura lejn id-dar.

Il-ħlas huwa ta’ EUR 19.00 inkluż it-trasport u EUR 16.00

bla trasport.

Il-booking isir it-Tnejn 6 ta’ Diċembru 2010 mill-10.00 am

sal-5.00 p.m.

Għal aktar dettalji tistgħu tikkuntattjaw lil Ms Georgina

Zammit fuq in-numru tat-telefon 21 694980 jew lil Ms Inez

Mizzi fuq in-numru tat-telefon 21 496828.

Nisperaw li narawkom!!!!

Page 9: INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 - AK Malta...1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena

9

AZZJO N I KATTO L IK A MAL TIJA IN FO R MATIO N SHEET D I C EMB R U 2010

TINSIEX IĠĠEDDED

L-ABBONAMENTI

TIEGĦEK FIR-RIVISTI

TA’

L-AZZJONI KATTOLIKA

Abbonament Huġġieġa mill-bookshop - EUR 5.50

Abbonament Ħuġġieġa bil-posta - EUR 6.00

Leħen is-Sewwa - EUR 20.00

Imla l-formula ta’ hawn taħt u ibgħatha sat-18 ta’ Diċembru 2010 flimkien mal-ħlas

lil: Azzjoni Kattolika Maltija, Attn: Ms Helma Vella, Librerija Azzjoni Kattolika,

Istitut Kattoliku, Floriana FRN 1441

ABBONAMENT GĦAS-SENA 2011

Isem u Kunjom:................................................................

Indirizz:.......................................................................

.................................................................................

Numru tat-telefon/mobile u imejl:..........................................

Immarka fejn japplika għalik:

Abbonament fil-Ħuġġieġa mill-bookshop tal-A.K.M. (€5.50)

Abbonament fil-Ħuġġieġa bil-posta fl-indirizz ta’ hawn fuq (€6.00)

Abbonament fil-Leħen is-Sewwa għas-sena 2011 (€20.00)

Din l-informazzjoni hija kunfidenzjali u mhux se tingħata lil terzi persuni.

Page 10: INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 - AK Malta...1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena

10

AZZJO N I KATTO L IK A MAL TIJA IN FO R MATIO N SHEET D IC EMB R U 2010

FERGĦA KOPPJI MIŻŻEWĠIN

Għeżież

‘Paci fl-art lil bnedmin ta’ Rieda Tajba.’ Hekk kantaw l-angli fil-lejl li

twieled Ġesù Bambin ġo għar f’maxtura. Ir-Re tar-rejiet twieled fqir fost il-bhejjem biex isaħħnuh. Jien u int ser inħalluh jitwieled fostna, fost ħutna foqra u għajjiena bil-miżerji u l-mard fost l-

inġustizzji u l-kruha ta’ l-egoiżmu, il-mibgħeda, l-għira l-ġlied u n-

nuqqas ta’ mħabba? ‘HUMA GĦANDHOM IL-ĠUĦ UKOLL’

Għeżież membri tal-Azzjoni Kattolika dan huwa l-iskop tagħna lkoll li permezz tiegħek u tiegħi naslu għandhom u nitimawhom billi

ngħinuhom b’kull mod possibbli materjalment u spiritwalment. U kif kienet tagħmel Mother Theresa tagħtihom l-ewwel għajnuna ta’

mħabba u ta’ ġustizzja.

Għalhekk inkunu għaqlin flok ħafna rigali li jispiċċaw u kartolini b’dawk il-flus nixtru bżonnijiet essenzjali lil foqra ħutna. Immorru u

nżuru xi nies li jgħixu weħidhom. Il-kartolina tagħna għandha tkun it-tbissima, l-għafsa ta’ l-id jew xi telefonata b’messaġġ ta’ paċi u ferħ. Inkunu l-istilel li niddu fid-dlam u r-rgħajja li nuru t-triq fejn

twieled Ġesù. Però qabel xejn irrid inħalliĦ jitwieled ġo qalbi.

Nixtiequ minn qalbna l-Milied it-Tajjeb lil President is-Sinjura

Carmen Agius, lil assistenti ekkleżjastiċi u lil membri kollha tal-

Azzjoni Kattolika

Fergħa Koppji

M’Anne u Anthony Sultana

GET TOGETHER

Bħala ftuħ tas-sena 2011, nhar il-Ħadd 9 ta’ Jannar, 2011 se norganizzaw GET TOGETHER. Dan se ikun bejn it-3.00 u s-6.00 ta’ filgħaxija. Ser ikun hemm film u wara refreshments. Aktar informazzjoni fil-ħarġa li jmiss. Inħeġġukom sabiex tattendu għal din il-laqgħa fejn inkunu nistgħu niltaqgħu u nsiru nafu aktar lil xulxin mill-qrib.

Narawkom

M’Anne u Anthony Sultana

Page 11: INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 - AK Malta...1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena

11

AZZJO N I KATTO L IK A MAL TIJA IN FO R MATIO N SHEET N O VEMB R U 2010

KUMMISSJONI FUND RAISING

AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

Il-president u l-membri tal-Kummissjoni Fundraising jixtiequ jirringrazzjaw lil numru

sabiħ ta’ membri, familjari u ħbieb li attendew għal pranzu ta’ Novembru.

L-attività li jmiss se tkun propju lejliet il-festa ta’ San Gwann Bosco nhar

il-Ħadd 30 ta’ Jannar 2011.

Tkun ħaġa xierqa li dakinhar il-membri jattendu aktar bi ħġarhom u jistiednu lil

Assistenti Ekkleżjastiċi u anke xi saċerdoti oħra li jew jgħixu waħedhom jew li jħabirku

fil-parroċċi tagħna. Għalhekk nistednukom biex tħallu dik il-ġurnata mingħajr impenji

oħra u filwqat li nisperaw li jkollna attendenza numeruża biex hekk inkunu nistgħu

nawguraw lil xulxin sena oħra ta’ ħidma fl-għalqa tal-Mulej. Aktar informazzjoni

tingħata fil-ħarga li jmiss.

Kummissjoni Ħidma għall-Morda u Persuni b’Diżabilità

SOLIDARJETÀ- Il-programm li tippreżenta l-A.K.M. ddedikat

lill-morda u persuni b’diżabilità bl-isem SOLIDARJETÀ qed jinstema kull nhar

ta’ Ħadd bejn 7.15 u 7.45 ta’ filgħaxija fuq Radju Malta. Dawn huma d-dati tal-

Programm għax-xahar ta’ Diċembru: 5, 12, 19 u 26.

Page 12: INFORMATION SHEET DICEMBRU 2010 - AK Malta...1 Il-Presidenza Generali, Il-Membri tad-Direttorju u d-Dirigenti Centrali Jixtiequ jaghtu l-awguri sincieri ghall-Milied Qaddis u s-Sena

12

AZZJO N I KATTO L IK A MAL TIJA IN FO R MATI O N SHEET D IC EMB R U 2010

NEWSPAPER POST

AZZJONI KATTOLIKA MALTIJA

ISTITUT KATTOLIKU

FLORIANA FRN 1441

LIBRERIJA AZZJONI KATTOLIKA—FLORIANA

Wieћed isib ukoll:

Kull tip ta’ kotba reliġjużi bil-Malti u bl-Ingliż – gћall-kbar u gћat-tfal, kotba ta’ in-

teress ġenerali, oġġetti reliġjużi – statwi, ikoni, santi, stationery, rigali u ћafna af-

farijiet oћra. Jistgħu jinxtraw ukoll ‘Book Tokens’ u ‘Gift Vouchers’.

Ħinijiet tal-Ftuћ: Matul il-ġimgћa - 9.00 ta’ filgћodu sa nofsinhar, 4 sas-

7.30 ta’ filgћaxija u s-Sibt filgћodu biss. Tel: 21 237031

Gћalhekk ixtri r-rigali tiegћek minn din il-Librerija u barra li tkun qed tagћti rigal

mill-qalb tkun qed tgћin lil Azzjoni Kattolika Maltija fil-ћidma tagћha.