il-partiċelli · x’inhuma? il-partiċelli huma dawk il-kelmiet li bihom nuru r-rabtajew...
TRANSCRIPT
Il-Partiċelli
X’inhuma?
Il-partiċelli huma dawk il-kelmiet li
bihom nuru r-rabta jew ir-relazzjoni
li jista’ jkun hemm bejn kliem,
frażijiet, jew sentenzi.
Il-partiċelli jistgħu jkunu
▪magħżulin jew weħidhom. Eż :- hawn ; meta ; bi ;
▪mehmużin jew bis-suffissi pronominali. Eż :- bih ; għadek ; ilhom ;
▪ magħqudin jew ma’ oħrajn. Eż :- għalhekk ; mingħajr
Il-partiċelli jitqassmu f’erba’ kategoriji:
▪Prepożizzjonijiet,
▪Avverbji,
▪Konġunzjonijiet,
▪Interjezzjonijiet.
L-istess partiċella tista’ tkun f’aktar minn f’taqsima waħda.
Eżempju:
▪Ġanni qagħad wara. (avverbju)
▪ Imxew wieħed wara l-ieħor. (prep.)
Il-prepożizzjonijiet
Il-prepożizzjoni hi kelma li turi r-rabta u r-relazzjoni bejn in-nom jew il-pronom li trieġi u l-kelma li taħkem.
Eżempju :
▪Qegħidt il-ħobż fuq il-mejda.
▪Morna għand iz-ziju.
Il-prepożizzjonijiet quddiem l-artiklu jingħaqdu dejjem.
ta’ + l- = tal-
ma’ + l- = mal-
sa + l- = sal-
minn + l- = mill-
lil + l- = lill-
għal + l- = għall-
bħal + l- = bħall-
L-avverbji
L-avverbju hu dik il-kelma li timmodifika verb, aġġettiv, avverbju ieħor, jew frażi jew sentenza.
Eż: Saq bil-mod. Kif saq?
L-avverbji huma:
hemm – hawn – dlonk – issa – iva – le –biss – wisq – imbagħad – ġewwa –bogħod – meta – fuq – hekk – bosta –quddiem – għada – madwar – qatt –tajjeb – jaqaw – biex – barra – illum –sewwa – anqas – mhux – lura – xħin.
Skont it-tifsira tiegħu, l-avverbju jitqassam:-
▪ f’taż-żmien
▪ f’tal-post
▪ f’tal-manjiera
▪ f’tal-kwantità
▪ f’tan-negozju
▪ f’tat-twettiq
▪ f’tal-mistoqsija
Taż-żmien
għada – pitgħada – filwaqt – qatt – dlonk – għad – issa – illum – meta – ilbieraħ –qabel – filgħodu – dalwaqt – imbagħad – għoddu ...
Tal-post
barra – hawn – taħt – ġewwa – wara – fejn – fuq – biswit – lura - quddiem – madwar –bogħod – mnejn – hinn – kull fejn – hemm ...
Tal-manjiera
sewwa – hekk – għajr – kif –qajla – bis-serqa – bil-mod –bil-herra – bil-kbir ...
Tal-kwantità
biss – anqas – bosta – wisq –aktar – ftit – biżżejjed –kemm – iżjed ...
Tan-negozju
mhux – qatt – le – xejn – ma ...
Tat-twettiq
hekk – tajjeb - iva ...
Tal-mistoqsija
għaliex – kif – sa fejn – jaqaw –għala – biex – għalfejn ...
▪L-avverbji hemm u hawnmingħajr verb magħhom ninqdew bihom bħala verbi.▪ Eżempju: Hemm siġra mwaqqgħa; Hawn bard wisq.
Il-konġunzjonijiet
Il-konġunzjoni hi dik il-kelma li tgħaqqadkliem jew sentenzi bejniethom.
Eż. It-tifel u sieħbu ħarbu.
Il-konġunzjonijiet huma:
iżda – jew – mela – u – jekk – inkella – ukoll – sabiex –meta – għax – issa – billi –imma – għaliex – għalhekk –kieku – għad illi – ħlief.
L-Interjezzjonijiet
L-Interjezzjoni hi dik il-kelma li biha nuru sentiment ta’ stagħġib, biża’, ferħ, xewqat eċċ.
Eż. Jaħasra, kemm hu muġugħ.
Xi interjezzjonijiet huma:
jalla – o – miskin – jaħasra –jommi – ejja – aħħ – ajma –prosit – x’waħdadin - uff