il-malti u l-ingliż fil-klassijiet tagħna
DESCRIPTION
Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna. David Agius Muscat EO (Malti) Antoinette Debattista EO Primary Curriculum (English ). L-osservazzjoni Id-dijanjosi Il-metod i. Kif se nersaq lejn it-tfal tiegħi?. Na għżl u testi li jimmotivawhom ; - PowerPoint PPT PresentationTRANSCRIPT
![Page 1: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/1.jpg)
Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna
David Agius Muscat EO (Malti)Antoinette Debattista EO Primary Curriculum
(English)
![Page 2: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/2.jpg)
2
1. L-osservazzjoni
2. Id-dijanjosi
3. Il-metodi
![Page 3: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/3.jpg)
3
Kif se nersaq lejn it-tfal tiegħi?• Nagħżlu testi li jimmotivawhom;• Ninkoraġġuhom jaqraw billi jaraw lilna naqraw
ukoll u jarawna nieħdu pjaċir;• Ninkoraġġuhom biex jiktbu billi jaraw lilna
niktbu wkoll u nesprimu l-ħsibijiet tagħna bil-kitba;
• Nuruhom kif il-lingwa li nitgħallmu tgħinna nikkomunikaw bejnietna u nifhmu lil xulxin;
• Nagħtuhom attivitajiet li juru l-kitba u l-qari f’kuntest u mhux xi ħaġa maqtugħa għaliha;
• Ninvolvu l-komunità bħal, ngħidu aħna, ġenituri u nanniet.
![Page 4: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/4.jpg)
INTI MA TAF
XEJN
Enfasi fuq l-iżball jista’ jiċċertifika t-tifel għal għomru
![Page 5: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/5.jpg)
5
It-tfal huma kreattivi u għalhekk għandhom bżonn ta’ tagħlim kreattiv.
It-tfal iridu jitgħallmu waqt li jieħdu pjaċir.
![Page 6: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/6.jpg)
6
Immira sew
![Page 7: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/7.jpg)
7
Mexxi t-tfal fit-triq li ppjanajt int
1. Qis li t-tfal huma ffokati fuq ix-xogħol li jridu jwettqu.
2. Ippjana l-ħin għal kull biċċa xogħol li trid titwettaq u
żomm mal-ħin kemm tista’.
3. Agħlaq il-lezzjoni billi tanalizza mal-klassi dak li kienu qed jagħmlu.
![Page 8: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/8.jpg)
8
Kif se nqassam il-klassi tiegħi?
1. It-taqsima tal-logħob
2. It-taqsima tas-smigħ u t-taħdit
3. It-taqsima tal-qari (il-librerija tal-klassi)
4. It-taqsima tal-kitba
5. It-taqsima tat-teknoloġija
![Page 9: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/9.jpg)
9
Kif se ngħallem?
1. Naqraw u niktbu flimkien (shared reading and writing).
2. Naqraw u niktbu fi gruppi żgħar (guided reading and writing sessions and independent literacy work).
3. Naqraw u niktbu fis-skiet.
4. Noħolqu ċrieki letterarji.
5. Naqraw u niktbu f’pari.
![Page 10: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/10.jpg)
10
Il-qari
![Page 11: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/11.jpg)
11
Naqraw flimkien
(shared reading)
1. Aqra storja minn ktieb kbir u t-tfal isegwu.
2. Introduċi l-idea tal-istampar.
3. Għallem kliem ġdid.
4. Saqsihom x’jista’ jiġri wara ...
![Page 12: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/12.jpg)
12
Naqraw fi gruppi żgħar(guided reading)
1. Aqsam il-klassi fi gruppi żgħar.
2. Introduċi t-test.
3. Qabbad lit-tfal jaqraw waħedhom.
4. Osserva u għin lit-tfal individwalment.
5. Ikkonsolida l-qari fl-aħħar tal-attività.
Sadanittant l-istudenti l-oħrajn ikunu qegħdin jaħdmu attivitajiet oħrajn tal-qari jew tal-kitba.
![Page 13: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/13.jpg)
13
Naqraw f’pari(paired reading)
1. It-tfal jistgħu jagħżlu s-sieħeb tagħhom.
2. Jaqraw lil xulxin.
3. Jekk ma jafux jaqraw jistgħu jirrakkuntaw l-istorja fi kliemhom.
![Page 14: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/14.jpg)
14
Naqraw waħedna(independent reading)
Ngħinu lit-tfal jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom biex finalment jaslu għall-qari indipendenti.
![Page 15: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/15.jpg)
15
Il-kitba
![Page 16: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/16.jpg)
16
Niktbu flimkien(shared writing)
1. It-tfal kollha jaraw il-bord.
2. Issir diskussjoni fuq it-topik li jkunu se jiktbu fuqu. Jista’ jkun rakkont familjari, żjara, kitba ta’ ittra, poeżija, tabella għall-klassi ...
3. Qabel ma tikteb, l-għalliema tgħid is-sentenza sew
lit-tfal, u flimkien jiddiskutuha.
4. Turi li l-kitba għandha bżonn ir-riflessjoni.
5. L-għalliema tikteb is-sentenza u turi karatteristiċi fiha, bħal, ngħidu aħna, il-punteġġjatura.
6. Diskussjoni u reviżjoni.
![Page 17: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/17.jpg)
17
Niktbu fi gruppi żgħar(guided writing)
1. L-għalliema taqsam il-klassi fi gruppi żgħar.
2. L-għalliema tagħti prompt (lista tax-xiri, messaġġ għal Jum l-Omm, reċta qasira, poeżija ...).
3. Ir-rwol tal-għalliema jkun li tgħin lit-tfal meta jkunu se jeħlu u li tinkoraġġihom jaħsbu fuq il-kitba tagħhom.
![Page 18: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/18.jpg)
18
Jikteb l-iskriba1. L-għalliema
tistieden persuni li jafu jiktbu sew ħalli jiktbu flok it-tfal waqt li t-tfal ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq l-ideat.
2. Sodisfazzjon u motivazzjoni.
![Page 19: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/19.jpg)
19
Il-konsulta mal-għalliema1. Kif sejjer bil-kitba?
2. X’taħseb li se tagħmel wara din il-parti?
3. Taħseb li tista’ żżid xi ħaġa oħra biex toħloq iktar interess?
4. Tista’ żżid iktar informazzjoni għall-qarrej?
5. X’taħseb b’din il-kitba wara li tlestiha?
6. Kuntent kif inhi ġejja?
![Page 20: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/20.jpg)
20
Il-konsulta ma’ tifel ieħor
1. Semmi żewġ affarijiet tajba li laqtuk.
2. Saqsi mistoqsijiet jekk ma tkunx fhimt xi ħaġa.
3. Issuġġerixxi żewġ modi ta’ kif taħseb din il-kitba tista’ tkun aħjar.
![Page 21: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/21.jpg)
21
Il-kitba trid timmotiva lit-tfal
![Page 22: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/22.jpg)
22
Il-ħin fil-klassi għall-qari u l-kitba
• Il-ħin li tiddedika għall-qari ta’ storja tista’ tużah għal qari flimkien (shared reading);
• Idealment uża kwarta kuljum mil-lezzjoni tal-lingwa għal qari fi gruppi (guided reading);
• Is-sessjonijiet tal-qari u s-sessjonijiet tal-librerija huma ddedikati għal qari għal gost;
![Page 23: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/23.jpg)
23
• Fit-3 Sena u fit-2 Sena (it-tieni term) nirrakkomandaw lezzjoni waħda fil-ġimgħa (45 min.) għat-tagħlim tal-istrateġiji tal-fehim mill-qari;
• Lezzjonijiet tal-kaligrafija fl-1 Sena u fit-2 Sena (30 min. X 2 kull ġimgħa) jistgħu jinkludu strateġiji
tal-ortografija;
• Il-lezzjonijiet tal-lingwa jinkludu t-tagħlim tal-proċess tal-kitba.
![Page 24: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/24.jpg)
24
Fil-prattika• Nużaw kotba kbar;
• Nippreżentaw il-lingwa f’kuntest;
• Nagħmlu inqas enfasi fuq taħriġ fuq il-karti;
• Nuru kif aspetti tal-qari u tal-kitba jgħinu biex nikkomunikaw aħjar;
• Nagħtu lezzjonijiet qosra imma regolari;
• Nużaw testi sħaħ bħala l-bażi tat-tagħlim biex ngħallmu vokabularju, kif jagħrfu
l-ittri, u karatteristiċi oħrajn ta’ test miktub.
![Page 25: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/25.jpg)
25
Attivitajiet għall-qari u għall-kitba
• tabelli, kepxins jew kummenti qosra għal tpinġijiet jew mudelli;
• kotba magħmulin mit-tfal stess biex jaqrahom ħaddieħor;
• kartolini jew ittri li jirrekjedu tweġibiet;
• stediniet lill-ġenituri għal xi ċerimonja fl-iskola;
• gazzetti tal-klassi bil-kitbiet tat-tfal.
![Page 26: Il-Malti u l-Ingliż fil-klassijiet tagħna](https://reader035.vdocuments.site/reader035/viewer/2022081416/5681595b550346895dc6976e/html5/thumbnails/26.jpg)
26
Żomm f’moħħok dawn:
• Ippjana b’tali mod li tkun konkret u realistiku, u inkludi wkoll lill-assistenti tiegħek;
• Evalwa lill-istudenti tiegħek – kontinwament – u bil-kitba;
• Ara li l-ispazju tal-klassi huwa utilizzat tajjeb;
• Żomm atmosfera serena fil-klassi.